Ipparteċipa fit-tnedija uffiċjali tal-Premju għall-Ġurnaliżmu Daphne Caruana Galizia 

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

It-Tlieta 22 ta’ Ġunju fis-14: 00, is-sit web għall-preżentazzjoni ta’ entrati għall-Premju għall-Ġurnaliżmu Daphne Caruana Galizia se jitnieda uffiċjalment fil-Press Club Brussels Europe.

Matthew Caruana Galizia, wieħed mis-subien ta’ Daphne Caruana Galizia, David Casa, Kwestur u Membru tal-Parlament Ewropew, u Heidi Hautala, Viċi President u Membru tal-Parlament Ewropew, se jipparteċipaw fis-sessjoni.

Il-premju, bl-appoġġ tal-Parlament Ewropew, huwa tribut lill-ġurnalista investigattiva u blogger Maltija li ġiet assassinat f’Ottubru 2017. Huwa ser jippremja, fuq bażi annwali, ġurnaliżmu eċċellenti li jippromwovi jew jiddefendi l-prinċipji u l-valuri ewlenin tal-Unjoni Ewropea, bħad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem.

Il-premju huwa miftuħ għall-ġurnalisti professjonali u timijiet ta’ ġurnalisti professjonali ta’ kwalunkwe nazzjonalità biex jissottomettu stejjer fil-fond li ġew ippubblikati jew li xxandru minn mezz tal-midja bbażat f’wieħed mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

L-entrata rebbieħa se tintgħażel minn ġurija indipendenti magħmula minn rappreżentanti tal-istampa u tas-soċjetà ċivili mis-27 pajjiż tal-UE, kif ukoll minn rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet Ewropej ewlenin tal-ġurnaliżmu.

Il-premju nnifsu, u l-flus tal-premju ta’ EUR 20 000, juru l-appoġġ qawwi tal-Parlament Ewropew għall-ġurnaliżmu investigattiv u l-protezzjoni tal-ġurnalisti madwar id-dinja.

L-avveniment se jsir nhar it-Tlieta 22 ta’ Ġunju 2021 fis-14.00 CET, fil- Press Club Brussels Europe, Rue Froissart 95–1040 Brussell

Irreġistra biex tattendi l-avveniment fil-Press Club Brussels Europe: secretary@pressclub.be jew ingħaqad magħna permezz ta’ Zoom: https://us02web.zoom.us/webinar/register/WN_mnxwc4F4QZmWPfp1BYMjaQ

Kuntatti: