Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ 2021: Proposti għall-futur tal-Ewropa 

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

  • Żgħażagħ mill-Ewropa kollha ddiskutew fi Strasburgu kif għandha tissawwar l-UE ta’ għada 
  • Proposti konkreti se jikkontribwixxu għall-Konferenza dwar il-futur tal-Ewropa 
  • 10,000 parteċipant, 2,000 ideat, 160 attivitajiet matul l-avveniment 
10,000 żagħżugħ u żagħżugħa ħadu sehem, kemm fiżikament kif ukoll online, fl-EYE2021 © European Union 2021 - EP  

Ir-riċiklaġġ, il-multilingwiżmu, l-istat tad-dritt u spinta għal Ewropa Federali kienu fost il-proposti ewlenin maqbula mill-10,000 parteċipant żagħżugħ.

L-avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (EYE2021) sar fit-8–9 ta’ Ottubru, b’ 5,000 żagħżugħ u żagħżugħa fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu u 5,000 oħra online, biex jiddiskutu aktar minn 2,000 idea għat-tiswir tal-futur tal-Ewropa.

Hawnhekk issib aktar fatti u ċifri dwar l-EYE2021

Ideat taż-żgħażagħ Ewropej biex jikkontribwixxu għall-Konferenza dwar il-futur tal-UE


Il-proċess ta’ konsultazzjoni taż-żgħażagħ għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa beda f’Mejju 2021, f’kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ pan-Ewropej, u ġabar aktar minn 2,000 idea dwar il-futur tal-Ewropa permezz tal-pjattaforma online Youthideas.eu.


Fost il-proposti diskussi, il-parteċipanti tal-EYE2021 ressqu ideat konkreti biex ir-riċiklaġġ isir aktar faċli madwar l-UE, biex l-hekk imsejħa proċedura tal- “Artikolu 7”, il-protezzjoni tal-valuri tal-UE, tkun aktar effettiva, u jappellaw għar-riforma tat-tagħlim tal-lingwi fl-iskejjel biex jiġi promoss il-multilingwiżmu. Minħabbat-tibdil fil-klima, il-COVID-19 u t-tħassib dwar is-sigurtà internazzjonali bħala sfidi sinifikanti għall-UE, tressqu proposti għal Ewropa aktar federali, flimkien ma’ ideat biex il-kumpaniji jinżammu aktar responsabbli għall-kontribuzzjonijiet tagħhom għat-tibdil fil-klima.


L-aktar 20 idea popolari mill-EYE2021 se jiġu ppreżentati minn żewġ parteċipanti żgħażagħ fil-plenarja li jmiss tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, li se ssir fi Strasburgu fit-22–23 ta’ Ottubru 2021.