Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa: Plenarja biex jiġu diskussi l-kontributi taċ-ċittadini
Fi tmiem il-ġimgħa, il-Plenarja tal-Konferenza se tiddiskuti rapporti mill-Panels taċ-Ċittadini Ewropej, il-panels u l-avenimenti nazzjonali, l-Aveniment Ewropew taż-Żgħażagħ u l-Pjattaforma
Din il-laqgħa Plenarja tal-Konferenza tirrappreżenta żewġ stadji importanti fil-kuntest tal-Konferenza. Minn naħa, it-80 rappreżentant tal-Panels taċ-Ċittadini Ewropej, li ntgħażlu mill-grupp ta' 800 li ltaqgħu fi Strasburgu f'Settembru u Ottubru, se jieħdu s-siġġijiet tagħhom. Min-naħa l-oħra, għallewwel darba, il-Plenarja se tiddiskuti l-kontributi taċ-ċittadini li jirriżultaw mill-komponenti differenti tal-Konferenza kif inhuma bħalissa, filwaqt li jkomplu d-deliberazzjonijiet, l-avvenimenti u ddibattitu online.
It-tieni laqgħa Plenarja tal-Konferenza
Meta: is-Sibt, 23 ta' Ottubru (laqgħat preparatorji, gruppi ta' ħidma u laqgħat politiċi tal-caucus nhar il-Ġimgħa);
Fejn: il-Parlament Ewropew fi Strasburgu, b'parteċipazzjoni fiżika u remota;
Nhar il-Ġimgħa, il-gruppi ta' ħidma tal-Plenarja, magħmula minn rappreżentanti mill-komponenti kollha tal-Plenarja tal-Konferenza (inklużi l-MEPs, il-parlamentari nazzjonali, ir-rappreżentanti talgvern, il-Kummissjoni, is-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini) se jiltaqgħu għal laqgħa kostituttiva. Nhar is-Sibt, il-laqgħa Plenarja se tinfetaħ mill-Kopresidenti tal-Bord Eżekuttiv talKonferenza, Guy Verhofstadt (il-Parlament Ewropew), mis-Segretarju tal-Istat Gašper Dovžan f'isem il-Presidenza Slovena tal-Kunsill tal-UE u mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Dubravka Šuica. Id-diskussjonijiet se jkunu ċċentrati madwar:
preżentazzjoni bl-ewwel impressjonijiet mill-Panels taċ-Ċittadini Ewropej minn rappreżentanti minn kull Panel u mill-Kopresidenti; rapport mir-rappreżentanti minn panels u avvenimenti nazzjonali; rapport mill-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ; u
preżentazzjoni mill-Kopresidenti tar-rapporti interim u s-sitwazzjoni attwali dwar il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi.
Tista' ssib aktar informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, l-għan u l-ħidma tal-Plenarja u tista' tniżżel iddokumenti rilevanti kollha għal tmiem il-ġimgħa, fil-paġna web tal-Plenarja tal-Konferenza.
L-ewwel sessjonijiet tal-Panels taċ-Ċittadini Ewropej
L-ewwel sessjonijiet tal-erba' Panels taċ-Ċittadini Ewropej saru fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu f'Settembru u Ottubru 2021. F'kull panel, madwar 200 ċittadin minn madwar l-Istati Membri (terz minnhom iżgħar minn 25) iddiskutew suġġetti fil-kompetenza rispettiva tagħhom.
Ir-rapporti mill-ewwel sessjonijiet tal-Panels u l-listi ta' streams u sottosuġġetti li ċ-ċittadini għażlu għad-diskussjonijiet ulterjuri tagħhom huma disponibbli fuq il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi:
Panel 1 Ekonomija aktar b'saħħitha, il-ġustizzja soċjali, l-impjiegi/l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, ilkultura, l-isport/it-trasformazzjoni diġitali;
Panel 2 Id-demokrazija Ewropea/il-valuri u d-drittijiet, l-istat tad-dritt, is-sigurtà;
Panel 3 It-tibdil fil-klima, l-ambjent/is-saħħa; u
Panel 4 L-UE fid-dinja/il-migrazzjoni;
Il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej huma karatteristika ċentrali tal-Konferenza organizzata mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea. Dawn huma eżerċizzju transnazzjonali u multilingwi bla preċedent fid-demokrazija deliberattiva, wieħed li joffri liċ-ċittadini Ewropej irwol ċentrali fit-tiswir tal-futur tal-UE. Id-deliberazzjonijiet tal-Panels se jqisu l-kontributi mill-Pjattaforma Diġitali Multilingwi u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-Panels taċ-ċittadini nazzjonali u lavvenimenti organizzati madwar l-Istati Membri.
Kontributi mill-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ
L-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (EYE2021) sar bejn it-8 u d-9 ta' Ottubru, b'5,000 żagħżugħ fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu u b'5,000 oħra online biex jiddiskutu aktar minn 2,000 idea għat-tiswir tal-futur tal-Ewropa. Il-membri tal-panel żgħażagħ mill-Panel taċ-Ċittadini Ewropej ġew mistiedna jipparteċipaw. L-aktar 20 idea popolari mill-EYE2021 se jiġu ppreżentati minn żewġ parteċipanti żgħażagħ fil-Plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Sir af aktar.
X'qed jiddibattu ċ-ċittadini dwar il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi
Fil-15 ta' Ottubru, it-tieni rapport dwar il-Pjattaforma Diġitali Multilingwi ġie ppubblikat. Dan jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-kontributi taċ-ċittadini mit-tnedija tal-pjattaforma fid-19 ta' April 2021 sas-7 ta' Settembru 2021. B'aktar minn tliet miljun viżitatur, 30,000 parteċipant attiv, 8,000 idea diskussa u bi kważi 3,000 avveniment irreġistrat, il-pjattaforma hija fil-qalba tad-dibattitu demokratiku transnazzjonali tal-Konferenza. Id-demokrazija Ewropea, u t-tibdil fil-klima u l-ambjent huma l-aktar suġġetti popolari ta' diskussjoni fost il-parteċipanti. Iċ-ċittadini mill-pajjiżi kollha tal-UE ressqu wkoll għadd kbir ta' ideat dwar suġġetti oħra.
It-tieni rapport dwar il-pjattaforma jikkomplementa l-informazzjoni disponibbli fl-ewwel wieħed. Dan jikkonferma li l-fokus jibqa' fuq it-tibdil fil-klima u l-ambjent, filwaqt li jippreżenta wkoll ideat ġodda relatati mal-bijodiversità, ma' aktar ugwaljanza bejn il-ġeneri, ma' kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba u ma' rwol imsaħħaħ għall-UE fid-dinja.
It-tielet rapport interim huwa mistenni għal Diċembru u se jikkontribwixxi għall-aħħar sessjonijiet tal-Panels taċ-Ċittadini Ewropej u l-laqgħat li jmiss tal-Plenarja tal-Konferenza. Se jkopri l-kontributi sal-aħħar ġimgħa ta' Ottubru. Se jitħejja rapport finali kmieni s-sena d-dieħla.
Fuq il-pjattaforma sar disponibbli wkoll rapport supplimentari rigward il-kontributi dwar ilPjattaforma għal kull Stat Membru.
Għal Aktar Informazzjoni
Kuntatti:
-
Sanne DE RYCK
Press Officer -
Kyriakos KLOSIDIS
Press Officer