Akkreditazzjoni għall-Ġurnalisti 

 

Ġurnalisti, fotografi u persunal awdjoviżiv mingħajr akkreditazzjoni interistituzzjonali konġunta, iridu japplikaw għal akkreditazzjoni mal-Parlament Ewropew (kif ukoll permess għall-irrikordjar meta dan ikun applikabbli) biex jaħdmu fil-Parlament Ewropew.

Hemm żewġ tipi ta’ akkreditazzjoni disponibbli fil-Parlament Ewropew:

  1. Akkreditazzjoni għal żmien qasir
  2. Akkreditazzjoni annwali

Il-ġurnalisti kollha li jiksbu aċċess għall-Parlament jistgħu jużaw il-faċilitajiet previsti għalihom. Qabel ma tapplika jekk jogħġbok aqra ir-regoli dwar l-użu tal-faċilitajiet.


1. Akkreditazzjoni għal żmien qasir

L-akkreditazzjoni għal żmien qasir tiswa minn jum wieħed sa massimu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol.

Il-ġurnalisti li mhumiex ibbażati fi Brussell, Strasburgu jew il-Lussemburgu jistgħu jiksbu akkreditazzjoni għall-Parlament Ewropew għal laqgħa, sessjoni parzjali speċifika, jew avveniment. Tista’ tapplika għal din l-akkreditazzjoni bl-użu ta’ dan il-link li jippermettilek tirreġistra u toħloq kont personali. Link ta’ verifikazzjoni tintbgħatlek minn noreply@europarl.europa.eu lill-email li inti tkun tajt. Ladarba l-kont ikun ġie ivvalidat, tista’ tkompli bit-talba tiegħek billi tidħol fis-sit web.

Informazzjoni meħtieġa biex tapplika għal akkreditazzjoni għal żmien qasir:

  • kopja valida tal-press card jew ittra mill-Kap Editur, il-pubblikatur jew mill-uffiċju ċentrali b’evidenza ċara li inti mibgħut minn organizzazzjoni ġurnalistika jew pubblikazzjoni speċifika, b’ġustifikazzjoni tat-talba għall-akkreditazzjoni. L-ittra jeħtieġ li tkun fuq letterhead uffiċjali u għandha tispeċifika l-isem, il-funzjoni tal-ġurnalist u l-perijodu li għalih qed tintalab l-akkreditazzjoni. M’humiex permessi awto nominazzjonijiet.
  • ritratt fil-format tal-identita’, i.e. b’ratio ta’ 3X4, format jpeg, f u +/- 100 KB.
  • il-karta tal-identità uffiċjali, li turi t-tip, in-numru u d-data tal-iskadenza
  • Raġuni taż-żjara.
  • Għall-ġurnalisti li jaħdmu għal rashom: jeħtieġ li tipprovdi prova ta’ attività ta’ ġurnalist (pereżempju, publikazzjoni reċenti li turi ismek u evidenza korrispondenti ta’ ħlas).

Ladarba akkreditazzjoni tkun ġiet appruvata, il-ġurnalisti jistgħu jiġbru l-akkreditazzjoni fl-Uffiċċju tal-akkreditazzjoni tal-midja (ara hawn taħt) għall-ħinijiet ta’ ftuħ u fejn jinsab l-uffiċċju. Il-ġurnalist ikun meħtieġ juri prova tal-identità valida.


2. Akkreditazzjoni annwali

L-akkreditazzjoni annwali hija valida għal sena kalendarja u tista’ tiġġedded fuq talba. Applikazzjonijiet ġodda jew applikazzjonijiet ta’ tiġdid jistgħu isiru minn Novembru għas-sena ta’ wara sa’ Ottubru tas-sena in kwistjoni.

Jekk inti ġurnalistili tirrappurta b’mod regolari l-ħidma tal-Parlament Ewropew u inti bbażat fi jew viċin Strasburgu, Brussell jew il-Lussemburgu tista’ tikkwalifika għal akkreditazzjoni annwali. L-akkreditazzjoni hija valida fit-tliet sedi tal-Parlament Ewropew (Strasburgu, Brussell u l-Lussemburgu).

L-applikazzjonijiet għandhom isiru permezz tal-website ta’ reġistrazzjoni.

Informazzjoni meħtieġa biex tapplika għal akkreditazzjoni għal żmien qasir:

  • Kopja valida tal-press card
  • Ittra mill-Kap Editur, il-pubblikatur jew mill-uffiċju ċentrali b’evidenza ċara li inti mibgħut minn organizzazzjoni ġurnalistika jew pubblikazzjoni speċifika, b’ġustifikazzjoni tat-talba għall-akkreditazzjoni. L-ittra jeħtieġ li tkun fuq letterhead uffiċjali u għandha tispeċifika l-isem, il-funzjoni tal-ġurnalist u l-perijodu li għalih qed tintalab l-akkreditazzjoni. M’humiex permessi awto nominazzjonijiet.
  • ritratt fil-format tal-identita’, i.e. b’ratio ta’ 3X4, format jpeg, f u +/- 100 KB.
  • il-karta tal-identità uffiċjali, li turi t-tip, in-numru u d-data tal-iskadenza
  • prova li r-residenza prinċipali jew sekondarja tal-applikant hija fi jew viċin wieħed mis-sedijiet uffiċjali tal-Parlament Ewropew (Brussell, Strasburgu, il-Lussemburgu). L-Evidenza ta’ tali residenza tinkludi pereżempju, kopja tal-karta tal-identitià, prova ta’ residenza, jew kuntratt ta’ kiri ta’ akkomodazzjoni.
  • Għall-ġurnalisti li jaħdmu għal rashom: jeħtieġ li tipprovdi prova ta’ attività ta’ ġurnalist (pereżempju, publikazzjoni reċenti li turi ismek u evidenza korrispondenti ta’ ħlas).

N.B. Akkreditazzjoni speċjali: Akkreditazzjoni speċjali tista’ tintalab għal ċerti avvenimenti. Tali akkreditazzjoni tista’ tkun soġġetta għal ħtiġijiet speċifiċi li jitħabbru minn qabel mill-Parlament Ewropew.



Permess għal iffilmjar u għar-ritratti għall-midja

Il-ġurnalisti, il-fotografi tal-istampa u l-operaturi tal-kameras, inkluż dawk li jkollhom akkreditazzjoni inter-istituzzjonali, iridu jiksbu permess biex ikunu awtorizzati jiffilmjaw u jieħdu ritratti fil-Parlament Ewropew. Dan il-peremss jinħareġ mill-uffiċċju għall-akkreditazzjoni tal-ġurnalisti u jista’ jintalab ukoll qabel permezz ta’ email lil media.accreditation@ep.europa.eu. Il-ġurnalisti għandhom jikkonformaw u jiffirmaw ir-regoli għar-reġistrazzjoni fil-Parlament.


Permess għall-iffilmjar u għar-ritratti minn persuni mhux tal-midja

Fotografi u operaturi tal-kameras, li jkunu mistiedna mill-membri tal-Parlament Ewropew jew mis-servizzi tal-Parlament minn issa ‘l quddiem insejħa “l-awtorità rikjedenti”, għal avvennimenti speċjali, xogħol ta’ komunikazzjoni u promozzjonali, għandhom jiksbru permess ta’ iffilmjar li mhux tal-midja. L-awtorità rikjedenti u/jew il-fotografu/operatur tal-kamera għandu jitlob il-permess 24 siegħa qabel permezz ta’ email lil media.accreditation@ep.europa.eu. L-applikanti ikiru jikkonformaw u jiffirmaw ir-regoli dwar ir-reġistrazzjoni. Dan il-permess ma jagħtix aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew. L-awtorita rikjedenti trid titlob ukoll aċċess normali tal-viżitatur. L-awtorità rikjedenti għandha r-responsabbiltà li tissorvelja r-reġistrazzjoni u tiżgura li jiġu osservati r-regoli għar-reġistrazzjoni.


Uffiċċji għall-akkreditazzjoni tal-ġurnalisti: ħinijiet tal-ftuħ

Brussell: Uffiċċju għall-akkreditazzjoni tal-Midja, Ċentru Ġenerali tal-Akkreditazzjoni, bini Altiero Spinelli, Esplanade Solidarność, 01F035

It-Tnejn - il-Ħamis 08:30 -17:45

il-Ġimgħa 08:30-13.00

Strasburgu (biss waqt sessjoni plenarja): Daħla tal-istampa, bini Louise Weiss (LOW). Din hija l-ewwel daħla fuq in-naħa tax-xellug fil-bitħa ċentrali (Bronislaw Geremek Agora).

It-Tnejn: 12:00 - 20:00

It-Tlieta - L-Erbgħa: 08:00- 20:00

Il-Ħamis: 08:00 sal-għeluq tas-sessjoni plenarja.


Paġni relatati: