Faċilitajiet awdjoviżivi 

Aħna noffru appoġġ u infrastruttura mill-aqwa lill-professjonisti tal-midja li jkopru l-attivitajiet parlamentari billi nipprovdu kontenut u faċilitajiet tekniċi għall-produzzjoni ta' vidjos, għar-radju, multimedjali u fotografika. Jekk int ġurnalist awdjoviżiv tista' tibbukkja l-istudjows u faċilitajiet tekniċi oħra jew titlob l-għajnuna tas-servizz tal-librerija tal-midja tagħna biex issib filmati.

Talba għal servizzi awdjoviżivi (studjows tat-TV, stazzjonijiet mobbli tat-TV, stand-ups diretti (live), eċċ.) 

Hemm tim ta' arkivisti professjonali li jinsab għad-disponibbiltà tiegħek (materjal awdjoviżiv u filmati b'riżoluzzjoni għolja maħruġa mill-Parlament Ewropew) 

Ibbukkja fotografu intern (għall-ġurnalisti – ċerti kundizzjonijiet japplikaw) 

Ibbukkja studjow multimedjali jew green key (sfond modifikabbli b'mod diġitali) 

Ikkuntattjana għal problemi ta' konnessjoni bl-istreaming live tagħna, il-VOD (video on demand) u l-appoġġ biex jiġi integrat iframe 

Servizz ta' individwazzjoni ta' soluzzjonijiet għal mistoqsijiet dwar is-sit web jew faċilitajiet awdjoviżivi speċifiċi