Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
25 ta' Mejju 2005
E-1420/2005
Tweġiba mogħtija mis-Sur McCreevy F'isem il-Kummissjoni

Id-Direttivi Komunitarji li għandhom x'jaqsmu ma' l-assigurazzjoni tar-responsabilità ċivili fir-rigward taċ-ċirkulazzjoni ta' vetturi b'mutur effettivament jimponu fuq l-Istati Membri li jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex il-poloz kollha ta' assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabilità ċivili rigward iċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi jkunu jkopru, fuq premium waħdieni, it-territorju kollu tal-Komunità(1). Madankollu, jekk ikun hemm bżonn li jkunu koperti r-riskji supplimentari (nirien, serq, …), li mhumiex koperti mid-direttivi komunitarji, il-kumpanija ta’ assigurazzjoni għandha d-dritt tadotta l-livell tal-premium fuq il-bażi ta' l-evalwazzjoni tar-riskji li jridu jiġu koperti fil-każ li tkun meħtieġa kopertura f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri.

Din id-differenza hija spjegata fl-għanijiet fundamentali li jridu jintlaħqu bil-leġiżlazzjoni komunitarja fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni tal-vetturi b'mutur, bil-għan prinċipali li jitħaffef il-moviment ħieles tal-persuni fi ħdan l-Unjoni Ewropea billi jitneħħew il-kontrolli fuq il-fruntieri msejsa fuq l-eżistenza ta’ assigurazzjoni tar-responsabilità ċivili rigward iċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi b'mutur. Dawn il-kontrolli jfittxu essenzjalment li jassiguraw il-ħarsien ta’ l-interessi tal-persuni suxxettibbli li jkunu vittimi ta’ l-inċidenti kkawżati minn vetturi li jaqbżu fruntiera u t-tneħħija tagħhom bid-direttivi tiġi għalhekk flimkien ma' obbligu għall-Istati Membri li jassiguraw li l-vetturi rreġistrati fuq it-territorju tagħhom ikunu koperti minn assigurazzjoni tar-responsabilità ċivili u li din l-assigurazzjoni tkun tgħodd għat-territorju kollu tal-Komunità.

F’dan il-kuntest, ma deherx meħtieġ li jiġi stipulat li l-kuntratti ta’ l-assigurazzjoni tar-riskji kollha jridu bil-fors ikopru t-territorju kollu tal-Komunità. Kuntratti volontarji bħal dawn għandhom fil-fatt l-għan li jħarsu l-interessi ta' min hu assigurat, u mhux l-interessi tal-persuni suxxettibbli li jkunu vittimi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi assigurati.

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li l-varjazzjoni tal-premium li għandu jitħallas għal assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, imħaddma mill-Istati Membri koperti, huwa kuntrarju għall-prinċipju tal-moviment ħieles. Għalhekk il-Kummissjoni mhix qed tbassar li tieħu inizjattiva f’dan il-qasam.

(1)Ara b’mod partikolari l-Artikolu 2 tat-tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE ta’ l-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar l-assigurazzjoni tar-responsabilità ċivili rigward iċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi b’mutur, ĠU L 129 tad-19.5.1990.

OJ (MT) C 291, 13/11/2008
Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Marzu 2012Avviż legali