Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
11 ta' Settembru 2006
E-2957/2006
Tweġiba mogħtija mis-Sur McCreevy f'isem il-Kummissjoni

Id-Direttiva Postali (1) fiha għadd ta' prinċipji ġenerali dwar l-ipprezzar ta' servizzi postali universali, inklużi l-prinċipji li l-prezzijiet ikunu għall-but ta' kulħadd u li jkunu jirriflettu l-ispejjeż Dawn il-prinċipji ma japplikawx biss għal dawk is-servizzi postali li jaqgħu fi ħdan is-servizz universali, li jinkludi ittri sa 2 kilogrammi (kg) u pakketti sa 10/20 kg, servizzi reġistrati u assikurati, sew nazzjonali u internazzjonali. Dawn il-prinċipji ma japplikawx għal xi wħud mis-servizzi li l-Onorevoli Membru jidher li qed jirreferi għalihom, bħal servizzi express u bil-kurjer li b’hekk għandhom id-dritt, skond il-Liġi tal-KE, ikollhom il-prezzijiet tagħhom stipulati liberament, soġġett għar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE.

Bħala konsegwenza, u fir-rigward ta’ servizzi postali universali bejn Malta u l-Istati Membri, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi ta' spiża li jiġġustifikaw tariffi differenti għal Malta u Stati Membri oħra, differenzazzjoni fil-prezz, fil-prinċipju, ma tkunx inkompatibbli mal-liġi tal-KE.

Irrispettivament minn kull differenza fil-prezz, id-deskrizzjoni ta’ Malta bħala Stat li mhuwiex Membru f’lista tal-prezzijiet ta’ fornitur ta’ servizz universali tkun trid tiġi emendata sabiex tikkonforma ma’ l-obbligu, li jinsab fid-Direttiva msemmija hawn fuq, li l-klijenti jiġu infurmati b’mod dettaljat u aġġornat dwar servizz universali. Fil-każ kollha ta’dan it-tip, il-kontroll tal-prezzijiet għas-servizzi postali universali u l-għoti ta’ tagħrif lill-utenti huwa, primarjament, fir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri li għandhom jissorveljaw u jinfurzaw id-dispożizzjonijiet rispettivi.

(1)Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, ĠU L 15, 21.1.1998, kif emendata mid-Direttiva 2002/39/EC tal-Parlament u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ġunju 2002, ĠU L 176, 5.7.2002.

OJ (MT) C 328, 30/12/2006
Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Novembru 2006Avviż legali