Mistoqsijiet parlamentari
13 ta' Ottubru 2006
E-3795/2006
Tweġiba mogħtija mis-Sur Barrot f’isem il-Kummissjoni

Il-Kummissjoni qiegħda tiġbor l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista’ twieġeb għall-mistoqsija. Ma tonqosx li, mill-aktar fis possibbli, tikkomunika r-riżultat tat-tiftix li qed tagħmel.

OJ (MT) C 293, 05/12/2007

24 ta' Jannar 2007
E-3795/2006
Tweġiba supplimentari mogħtija mis-Sur Barrot f'isem il-Kummissjoni

Il-Kummissjoni mhix f'pożizzjoni li tipprovdi lill-Onorevoli Membru b'ħarsa ġenerali definittiva tat-tariffi imposti fl-ajruporti ta' l-UE. Kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti ta' l-Onorevoli Membru (E-2162/06), hemm wisq varjazzjonijiet u inkonsistenzi fil-metodi użati mill-ajruporti biex jikkalkolaw it-tariffi tagħhom, biex il-Kummissjoni tkun tista' tiġbor, tikkumpara u tikkonsolida informazzjoni konklussiva.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra fil-futur qarib jekk tipproponix Direttiva dwar it-tariffi ta' l-ajruporti li tintroduċi prinċipji komuni li jiġu applikati mill-ajruporti fl-UE meta dawn jistipulaw it-tariffi tagħhom.

OJ (MT) C 293, 05/12/2007
Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Marzu 2012Avviż legali