Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
13 ta' Frar 2007
E-5670/2006
Tweġiba mogħtija mis-Sur Frattini f'isem il-Kummissjoni

B'żieda mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija preċedenti bil-miktub mill-Onorevoli Membru, E-4418/06, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar li l-Istati Membri għandhom iħallu jidħlu fit-territorju tagħhom ċittadini ta' l-UE li juru karta ta' l-identità valida.

Kif ġie emfasizzat diġà, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri f'Awissu 2005 li kwalunkwe drawwa amministrattiva jew leġiżlazzjoni nazzjonali li minħabba fiha l-karti ta' l-identità ma jkunux aċċettati għad-dħul tmur kontra l-liġi tal-Komunità(1). F'dik l-ittra, is-servizzi tal-Kummissjoni talbu lill-Istati Membri biex jaraw fiż-żgur li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, kif ukoll id-drawwiet, inklużi r-regoli tar-responsabbiltà tal-linji tal-ġarr, ikunu konformi mal-liġi tal-Komunità.

Barra minn dan, is-servizzi tal-Kummissjoni jintervjenu ma' l-Istati Membri f'każijiet individwali meta tinċaħad karta ta' identità u qegħdin iżommu għajnejhom fuq kemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew id-drawwiet amministrattivi ikunu konformi mad-Direttiva 2004/38/KE(2) dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri, li daħlet fis-seħħ fit-30 ta' April, 2006.

(1)JLS-C3/AH/MM(2005)D8040.
(2)ĠU L 158, 30.4.2004.

OJ (MT) C 45, 16/02/2008
Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Marzu 2012Avviż legali