Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
3 ta' Lulju 2007
E-2530/2007
Tweġiba mogħtija mis-Sur Špidla f'isem il-Kummissjoni

Malta avżat lill-Kummissjoni li hija adottat żewġ regolamenti ġodda dwar xogħol għal żmien fiss (LN 51/2007 u 52/2007) li jirrevokaw ir-regolament preċedenti (LN 429/2002) bil-ħsieb li jallineaw ir-regolament ta' xogħol għal żmien fiss f'Malta bid-Direttiva 1999/70/KE dwar xogħol għal żmien fiss(1).

Wara valutazzjoni preliminari tar-regolamenti ġodda, il-Kummissjoni nnutat li kien fihom eżenzjonijiet kemm f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ambitu personali ta' applikazzjoni kif ukoll mal-miżuri sabiex jipprevjenu abbuż ta' kuntratti suċċessivi ta' żmien fiss li jidhru li jqajmu kwistjonijiet ta' kompatibilità mad-Direttiva 1999/70/KE. Barra minn hekk, mhuwiex ċar għall-Kummissjoni jekk ir-regolamenti l-ġodda daħlux fis-seħħ u b'hekk irrevokaw ir-regolament preċedenti.

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-awtoritajiet Maltin fil-21 ta' Mejju 2007 fejn talbet tagħrif ulterjuri dwar il-kwistjonijiet pendenti. Il-Kummissjoni se żżomm lill-Onorevoli Membru mgħarraf dwar kull żvilupp futur.

(1)Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-ftehima ta' qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluża mill-ETUC, l-UNICE u s-CEEP, ĠU L 175, 10.7.1999.

OJ (MT) C 45, 16/02/2008
Aġġornata l-aħħar: 5 t'Ottubru 2007Avviż legali