Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
9 ta' Awwissu 2007
E-3498/2007
Tweġiba mogħtija mis-Sur Špidla f'isem il-Kummissjoni

Kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub E-2530/07 mill-Onorevoli Membru, il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-awtoritajiet Maltin fil-21 ta' Mejju 2007 biex titlob kjarifika fir-rigward, fost l-oħrajn, ta' l-eżenzjonijiet ta' gruppi varji ta' ħaddiema mir-regoli ta' l-Avviż Legali (AL) 51/2007 u l-listi ta' eżempji ta' raġunijiet oġġettivi għal tiġdid ta' kuntratti b'terminu fiss suċċessivi stipulati fl-istess Avviż Legali fid-dawl tad-Direttiva 1999/70/KE dwar xogħol għal żmien fiss(1).

L-awtoritajiet Maltin wieġbu lill-Kummissjoni f'Ġunju 2007. Il-Kummissjoni bħalissa qiegħda tanalizza t-tweġiba ta' l-awtoritajiet Maltin u se tinforma lill-Onorevoli Membru direttament bil-konklużjonijiet tagħha malajr kemm jista' jkun.

(1)Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-ftehima ta' qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluża mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, ĠU L 175, 10.7.1999.

OJ (MT) C 45, 16/02/2008
Aġġornata l-aħħar: 5 t'Ottubru 2007Avviż legali