Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
19 ta' Diċembru 2007
E-5364/2007
Tweġiba mogħtija mis-Sur Michel f'isem il-Kummissjoni

L-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni ta' Cotonou huwa test komprensiv li jinkludi impenji dwar diversi forom ta' azzjoni: L-ewwelnett, jitratta kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp (il-metodoloġija bbażata fuq l-għeruq tal-kawża, il-ħolqien ta' l-impjiegi, it-taħriġ, eċċ.). It-tieni, jinkludi kwistjonijiet marbuta ma' linji ta' politika dwar aspetti soċjali u dawk li jikkonċernaw l-impjiegi (l-integrazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, l-antirazziżmu, eċċ.). It-tielet element ta' l-Artikolu 13 huwa dak li l-migrazzjoni għandha tkun is-suġġett ta' “djalogu profond” fil-kuntest tal-partenarjat bejn l-UE u l-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP), inkluż dwar kwistjonijiet li joriġinaw mill-immigrazzjoni illegali. Fl-aħħarnett, l-Artikolu 13 fih klawżola standard ta' rijammissjoni, kif ukoll l-impenn li l-ftehimiet dwar ir-rijammissjoni jiġu negozjati mill-ġdid jekk dan ikun mitlub minn waħda mill-partijiet.

L-Artikolu 16 tal-Ftehima ta' Cotonou jiddikjara li l-Kumitat Konġunt ta' l-Ambaxxaturi AKP-UE għandu jżomm għajnejh fuq l-implimentazzjoni tal-Ftehima. Il-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi jinkludi, fost oħrajn, rappreżentant tal-Kummissjoni.

Il-Konvenzjoni ta' Cotonou hija ffirmata u rratifikata u effettivament daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2003. L-obbligi ta' rijammissjoni fl-Artikolu 13(5)(c)(i) huma applikabbli direttament u, għalhekk, m'hemmx bżonn ta' miżuri ta' attivazzjoni.

L-Artikolu 15(5)(c)(i) jistipula l-obbligu min-naħa ta' l-istati ta' l-AKP li jerġgħu jdaħħlu kull ċittadin minn tagħhom li jkun preżenti illegalment fit-territorju ta' Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea, fuq talba ta' dak l-Istat Membru u mingħajr l-ebda formalità oħra. Fil-prattika dan ifisser li l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru li jkun stabbilixxa li ċittadin ta' stat ta' l-AKP jkun preżenti fit-territorju tiegħu b'mod illegali jressaq talba ta' rijammissjoni lill-awtoritajiet ta' l-istat ta' l-AKP kkonċernat.

Il-Kummissjoni m'għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-għadd ta' ċittadini ta' l-AKP li setgħu ġew rimpatrijati skond din id-dispożizzjoni. Madankollu, fl-2005 madwar 41,795 ċittadin Afrikan ġew rimpatrijati lejn il-pajjiżi ta' l-oriġini tagħhom, li fil-biċċa l-kbira kienu pajjiżi mhux ta' l-AKP. Madwar 25% minn dan il-grupp kienu ta' oriġini, u ġew rijammessi, minn pajjiż fl-Afrika ta' taħt is-Saħara.

OJ (MT) C 191, 29/07/2008
Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Jannar 2008Avviż legali