Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
17 ta' Lulju 2008
E-3280/2008
Tweġiba mogħtija mis-Sur Almunia f’isem il-Kummissjoni

Skond it-tielet frażi ta’ l-Artikolu 106(1) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro(1), il-karti tal-flus kollha ta’ l-euro huma munita legali. Minkejja li dan ir-Regolament, fl-Artikolu 11 tiegħu, jillimita l-għadd ta’ muniti tal-metall li jistgħu jiġu aċċettati, ma jsemmi xejn f’dak li jirrigwarda l-karti tal-flus. Id-diversi karti tal-flus ta’ l-euro huma ddefiniti f’Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

L-ebda regola Komunitarja ma tipprevedi rikors kontra restrizzjonijiet possibbli fl-aċċettazzjoni ta’ ċerti karti. Jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet differenti tad-dritt ċivili u tad-dritt monetarju ta’ l-Istati Membri.

Il-Kummissjoni taf bil-fatt li ċerti ħwienet fiż-żona ta’ l-euro jirrifjutaw li jaċċettaw il-karti tal-flus tal-€200 u l-€500.

Din il-prattika tidher li hija stabbli u diġà eżistiet saħansitra qabel l-2002 għall-karti tal-flus ta' denominazzjoni kbira tal-valuti nazzjonali ta' l-imgħoddi, ġeneralment bil-għan li jitnaqqas l-ammont ta' bqija li jkollu jagħti lura l-bejjiegħ.

Jekk il-bejjiegħ jinforma lill-klijenti tiegħu b’mod ċar fir-rigward tal-karti tal-flus ta’ denominazzjoni kbira (eż. permezz ta’ avviżi li jidhru fil-ħanut), il-konsumatur li jixtri mill-ħanut sikwit jitqies li daħal għal relazzjoni kuntrattwali mal-bejjiegħ u aċċetta b'mod taċitu l-kundizzjonijiet avżati. Jista’ jagħti l-każ li xi pajjiżi fiż-żona ta’ l-euro, madankollu, għandhom regoli differenti.

(1)ĠU L 139, 11.5.1998

OJ (MT) C 999, 01/01/2009
Aġġornata l-aħħar: 14 t'Awissu 2008Avviż legali