Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
8 ta' Jannar 2009
E-6389/2008
Tweġiba mogħtija mis-Sur Špidla f’isem il-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tkompli timmonitorja t-traspożizzjoni tad-Direttiva 92/85/KEE(1) fl-Istati Membri l-ġodda.

Hija qed tiffinalizza l-analiżi tagħha tal-miżuri legali notifikati minn Malta għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Fil-ftit xhur li ġejjin hija se tieħu deċiżjoni rigward il-konformità tal-leġiżlazzjoni Maltija mad-Direttiva.

Kif spjegat il-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija bil-miktub E-5052/07 mis-Sur Corlătean(2), id-Direttiva 92/85/KEE tapplika għall-ħaddiema kollha li huma tqal, li welldu reċentement jew li qed ireddgħu, irrispettivament mit-tip jew mit-tul ta’ żmien tal-kuntratti jew relazzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Dik id-Direttiva hija l-għaxar waħda skont it-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE(3). Għall-finijiet ta’ din l-aħħar Direttiva, it-terminu “ħaddiem” huwa definit fl-Artikolu 3(a) tagħha bħala kwalunkwe persuna impjegata minn min iħaddem, inklużi dawk li jkunu għaddejjin minn taħriġ u apprendisti, iżda ħaddiema li jaqdu fid-djar ma humiex inklużi.

(1)Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentament, jew li qed ireddgħu, ĠU L 348, 28.11.1992.
(2)http://www.europarl.europa.eu/QP-WEB/home.jsp
(3)Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol, ĠU L 183, 29.6.1989.

OJ (MT) C 316, 23/12/2009
Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Jannar 2009Avviż legali