Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
17 ta' Frar 2009
E-0118/2009
Tweġiba mogħtija mis-Sur Špidla f'isem il-Kummissjoni

Fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija bil-miktub E-5910/07 il-Kummissjoni stqarret li kienet fetħet proċedura ta' ksur dwar l-implimentazzjoni fir-Repubblika ta' Malta tad-Direttiva tal-Kunsill 99/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-ftehima qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluża mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP(1).

F'Settembru 2008 Malta introduċiet strument leġiżlattiv (Avviż Legali 238.08) li emenda r-Regolament tal-2007 dwar il-Kuntratti tas-Servizz għal Żmien Fiss, (Avviż Legali 51/07), li ttraspona d-Direttiva 1999/70/KE f'liġi nazzjonali Maltija. L-emendi jappartjenu lir-Regolament 3 (applikabbiltà) u lir-Regolament 7 (kuntratti suċċessivi b'tul ta' żmien fiss).

Il-Kummissjoni analizzat l-effett ta' din il-leġiżlazzjoni ta' emenda, inklużi l-bidliet li saru lill-kategoriji esklużi mil-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 1999/70/KE. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni f'qasir żmien dwar kif tipproċedi fir-rigward ta' din il-kwistjoni.

(1)ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43.

OJ (MT) C 189, 13/07/2010
Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Frar 2009Avviż legali