Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

  • bg - български
  • es - español
  • cs - čeština
  • da - dansk
  • de - Deutsch
  • et - eesti keel
  • el - ελληνικά
  • en - English
  • fr - français
  • ga - Gaeilge
  • hr - hrvatski
  • it - italiano
  • lv - latviešu valoda
  • lt - lietuvių kalba
  • hu - magyar
  • mt - Malti (magħżula)
  • nl - Nederlands
  • pl - polski
  • pt - português
  • ro - română
  • sk - slovenčina
  • sl - slovenščina
  • fi - suomi
  • sv - svenska
Mistoqsijiet parlamentari
20 ta' Frar 2009
E-0121/2009
Tweġiba mogħtija mis-Sinjura Kuneva f'isem il-Kummissjoni

Il-Kummissjoni taf bir-rapporti fir-rigward ta' dermatite severa li qed jiżviluppaw bosta konsumaturi meta jużaw ċerti sufani, kemm tal-ġilda kif ukoll tad-drapp, importati miċ-Ċina. Id-dermatite tabilħaqq instabet li tmur lura għal aġent kontra l-moffa, dimethylfumarate (DMF).

Id-DMF ġie identifikat ukoll fi żraben, fi bwiez u f'ingwanti u f'elmi tal-muturi.

Fil-ġimgħat li ġejjin, il-Kummissjoni biħsiebha tadotta Miżura Komunitarja skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, fil-forma ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-Istati Membri taw opinjoni favorevoli dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni tad-29 ta' Jannar 2009. L-abbozz ta' Deċiżjoni jinsab attwalment taħt skrutinju mill-Parlament Ewropew.

Fil-qosor, il-Miżura tistipula li l-ebda prodott għall-konsumatur ma għandu jkun fih id-DMF, u li l-prodotti li fihom id-DMF għandhom jitneħħew mis-suq u jinġabru lura mingħand il-konsumaturi.

OJ (MT) C 189, 13/07/2010
Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Marzu 2009Avviż legali