Artiklu
 

Il-Lussemburgu u Sibiu: Bliet Kapitali tal-Kultura għal 2007

Kultura - 25-01-2007 - 12:02
Aqsam ma' ħaddieħor
Kunċert fil-Lussemburgu

Il-Lussemburgu u Sibiu: 2007 Kapitali Ewropej tal-Kultura

L-objettiv tal-progett għall-"Belt Kapitali tal-Kultura" kien sabiex jikkontribwixxi għat-tqarrib tal-popli Ewropej." Dan il-proġett tniehda fl-1985. Minn dak iż-żmien 'l hawn diversi bliet kapitali intagħżlu biex ikunu "l-Belt Kapitali Ewropej tal-Kultura" kull sena. Din is-sena se jkun hemm żewġ Kapitali Ewropej tal-Kultura bi drittijiet ugwali: il-Lussemburgu u Sibiu, fir-Rumanija. Iż-żewġ tibliet għandhom storja u mżewqa b'ħafna kultura.

Fl-1999, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew itellgħu lista kronoloġika ta' l-Istati Membri u b'hekk tagħthom id-dritt biex jospitaw dan l-avveniment. Huma għalhekk stabbilixxew il-kriteri biex belt tista' tkun kapitali Ewropea tal-Kultura.
 
Is-Selezzjoni tal-Belt Kapitali Ewropew: kif issir?
 
Il-proċedura tas-selezzjoni tikkonsisti minn: pannell jikkonsisti minn 7 membri prominenti, tnejn minnhom innominati mill-Parlament Ewropew. Huma jivvalutaw l-applikazzjoni tal-bliet kapitali u jibagħtu rapport lill-Kummissjoni, lill-PE u lill-Kunsill. Il-Pe jista' jagħti opinijoni lill-Kummissjoni dwar in-nomina. Il-Kunsill, li jaġixxi fuq ir-rikmandazzjoni tal-Kummissjoni, li kkunsidra l-opinjoni tal-PE, jinnomina l-Belt Ewropea tal-Kultura.
 
Il-Bliet Kulturali tal-Kultura 2007
 
Il-proġett, l-avvenimenti u l-festi fiż-żewġ tibliet bdew f'Jannar 2007 u se jkomplu matul is-sena b'ffowkus speċjali fuq il-kultura. Teatru, mużika, żfin, litteratura, wirjiet jidhru kollha fuq il-programm taż-żewġ tibliet.
 
Lussemburug : Nilħqu 'l fuq mill-fruntieri
 
Il-Lussemburgu u r-Reġjun il-Kbir hija l-ewwel belt innominata Kapitali Ewropea tal-Kultura għat-tieni darba. Kienet ukoll fl-1995. Id-differenza din id-darba hija li l-Belt Kulturali testendi għar-reġjun intorn (żona ta' 11 miljun abitant. )
 
  • iż-żona kollha tad-Dukat tal-Lussemburugu
  • Il-komunitajiet li jitkellmu l-Franċiż u l-Ġermaniż fil-Belġju
  • Lorraine fi France
  • Rhineland-Palatinat u Saarland fil-Ġermanja
 
Għalhekk flimkien mar-reġjuni intorn minn pajjiżi diversi, il-Belt Ewropea se tkun avveniment transfruntalier. Waħda mill-objettivi li l-Lussemburgu tkun il-Belt Ewropea "Nilħqu 'l fuq mill-fruntieri "kienet speċifikament biex neliminaw il-barrieri lingwistiċi u kulturali, inkluż il-mobbiltà. 500 proġett miż-żoni kollha kulturali qed jippjanaw jieħdu sehem fil-programm li jtul erba' staġuni, kull staġun immarkat b'ċelebrazzjoni speċjali.
 
Sibiu/Hermannstadt : Belt ta' Kultura/ Belt ta' Kulturi
Sibiu, magħrufa bħala Hermannstadt fil-Ġewrmanji tinsab fit-Transilvanija fil-qalba tar-Rumanija u ġiet imwaqqfa tmien sekli ilu. Meta kienet innominata mill-Kunsill fl-2004, ir-Rumanija ma kinetx għadha saret Membru ta' l-UE. It-tema li Sibiu/Hermansstadt għażlet kienet Belt ta' Kultura/Belt ta' Kulturi. Sibiu tospita l-ikbar kommunità Ġermaniża u minoranza sinifikattiva ta' Ungeriżi, għalkemm 95% tal-popolazzjoni hija magħmula minn Rumeni etniċi, dawn it-tlett komunitajiet jikkożesti flimkien ma' minoritajiet oħra ta' Roma, Slovakki u Ukrajini, multitidnu ta' kulturi diversi li jġibu ċerta dinamiżmu fil-belt.
 
Nhar it-31 ta'  Diċembru 2006 sa l-1 Jannar 2007, ewliet l-Ewwel tas-Sena kien hemm jumejn ta' festi, żfin, u logħob tan-nar, li immarkaw kemm id-dħul tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u l-ftuħ uffiċjali tal-programm ta' Sibiu bħala Belt Kulturali Ewropea.
 
Bliet oħra li kienu Kapitali Ewropew kienu:
Cork fl-irlanda 2005
Patria - Greċja fl-2006
Liverpool (Ingilterra) u Stavanger - Noverġja se jkun fl-2008
Linz, fl-Awstrija u Vilnius fil-Litwanja fl-2009
 
Ref.: 20070125STO02408