Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

Artiklu
 

X'inhuma l-kwalitajiet ta' Membru tajjeb?

Elezzjonijiet 2009 - Istituzzjonijiet - 14-04-2009 - 14:25
Aqsam ma' ħaddieħor
Kwalitajiet li jmorru minn A sa Ż

Kwalitajiet li jmorru minn A sa Ż

Valuri ċari, kapaċitajiet lingwistiċi u ta' negozjati huma biss tliet kwalitajiet li jirrendu MPE effettiv skont Membri li tkellimna magħhom riċentament. Minħabba l-varjetà tal-kulturi politiċi u l-approwċ politiku differenti f'kull pajjiż mis-27 Stat għażilna Membri minn gruppi diversi sabiex jagħtuna l-opinjoni tagħhom dwar il-kwalitajiet neċessarji li jagħmlu Membru tajjeb.

Għall-Membru żgħażugħ Spanjol mill-grupp Popolari Ewropew Daniel Bautista jemmen li Membru għandu "jkollu għarfien biżżejjed mhux biss ta' kif jaħdmu l-istituzzjonijiet Ewropej iżda ukoll ta' dak li jkun għaddej fl-Ewropa, politikament u kulturalment." "Importanti ukoll li wieħed ikollu karattru miftuħ u li jkun jista' jinnegozja ma' Membri minn pajjiżi u gruppi politiċi oħra, kif ukoll il-kapaċità li wieħed jitkellem lingwa barranija."
 
Arlene McCarthy, Membru Ingliża Laburista ukoll tisħaq fuq "il-kapaċita tas-smigħ u li wieħed jerfa t-tħassib, jiddentifika fejn l-Ewropa tista' tkun ta' soluzzjoni." Il-kap tal-Kumitat għas-Suq Intern titkellem ukoll fuq "People power, " fejn Membru jagħmel ħiltu biex permezz ta' bidliet nies normali ikollhom is-sens ta' iktar poter u kontroll fuq dak li jiġrilhom."
 
"Membru tajjeb għandu jkun entużjast, informat u jaf jisma' 'l oħrajn", skont l-Isvediż Jan Andersson Soċjal Demokratiku. Membru għandu jkollu kuntatti takba ma' Membri oħra u jkollu ħafna enerġija għaliex il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet jista' jkun mgħaġġel."
 
"Persistenza, kreattività u bżulija
 
Romana Jordan Cizelj, xjentista Slovena mill-grupp Popalari Ewropew, titkellem dwar "l-importanza li wieħed ikun jaf sewwa sew is-suġġet tiegħu" u li jippersisti sabiex jilħaq il-miri tiegħu." Kwalitajiet ta' kreattività u bżulija kif ukoll ta' komunikazzjoni man-nies importanti. Fl-aħħar semmiet l-importanza ta' approwċ pożittiv" lejn ix-xogħol.
 
Paul Rübig, Membru Awstrijak, ukoll mill-grupp Popolari Ewropew u li tant ħadem u rnexxilu biex idaħħal il-miżuri l-ġodda li naqqsu l-prezzijiet tar-roaming iwiddeb li "wieħed għandu jagħrafil-problemi u jaħdem fuq is-soluzzjonijiet tagħhom. "Fil-fatt," ikompli jgħid li l-Parlament jippreżenta mekkaniżmu ta' tfittxija ta' soluzzjonijiet għall-problemi."Fl-aħħar "wieħed għandu bżonn doża tajba ta' idealiżmu biex ikompli jsaħħaħ din l-Ewropa."
 
"Attivi fil-Kamra"
 
L-ekx Prim Ministru mill-Estonja li sar MPE Soċjalista, Andres Tarand stqarr li jħoss li hemm bżonn ta' Membri żgħażagħ li jitkellmu ħafna lingwi u li jkunu iktar flessibbli." Saħaq li ekx Prim Ministri u Ministri għall-Affarijiet Barranin jistgħu joffru ħafna fil-qasam ta' esperjenza barranija." Fl-aħħar saħaq li "importanti għall-Membri kollha li jkunu attivi fil-Kamra in ġenerali."  
 
Dalwaqt imiss lilkom qarrejja li tagħżlu x'jagħmel Membru takkbe meta teliġuhom nhar is-6 ta' Ġunju għall-ħames snin li jmiss.
 
Ref.: 20090403STO53401