Go back to the Europarl portal

Choisissez la langue de votre document :

Artiklu
 

Il-112: in-numru li għandek iċċempel f'emerġenza

Protezzjoni ċivili - 11-02-2010 - 13:52
Aqsam ma' ħaddieħor
Il-112: in-numru li għandek iċċempel f'emerġenza  ©BELGA_imagebroker_Rafael Ostgathe

Il-112: in-numru li għandek iċċempel f'emerġenza ©BELGA_imagebroker_Rafael Ostgathe

Skont Jacek Saryusz-Wolski hemm bżonn li titqajjem kuxjenza dwar l-importanza vitali tal-użu tal-112 fl-istati membri kollha. Dan qalu llum 11 ta' Frar waqt konferenza. Il-ħajja tiegħek, in-numru tiegħek - dan hu s-slogan tal-kampanja tan-numru ta' emerġenza 112.

Il-112 hu n-numru li għandek iċċempel f'każ ta' emerġenza fl-UE kemm għall-ambulanzi, tifi tan-nar u l-pulizija. Is-servizzi ta' emerġenza 112 huma standard u b'xejn madwar l-Ewropa kollha minn telefons fissi jew mowbajls u jaħdmu 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa.

Hemm nuqqas ta' għarfien dwar liema hu n-numru ta' emerġenza, u hemm min jaħseb li l-112 hu numru ta' emerġenza nazzjonali mhux wieħed li fil-fatt tista' tuża fil-pajjiżi kollha tal-UE.
 
Waqt konferenza stampa li saret fil-Parlament fi Strasburgu għal din l-okkażjoni, Jacek Saryusz-Wolski (EPP, il-Polonja) qal li "150 miljun ċittadin jaqsmu l-fruntieri tal-UE kull sena. Dawn għandhom ikunu kapaċi li jużaw sistemi magħrufin f'każ ta' emerġenza u jċemplu l-istess numru ikunu fejn ikunu". Diana Wallis (ALDE, Renju Unit) qalet li "hemm ħafna xogħol li jeħtieġ li hemm bżonn isir mill-Istati Membri fuq livell nazzjonali."
 
Il-għanijiet tal-"Jum il-112" u l-PE
 
Dan il-jum ġie maħsub biex titqajjem kuxjenza dwar in-numru uniku ta' emerġenza għall-pajjiżi kollha ta' l-UE, u li jkunu t-telefonati jiġu immaniġġjati b'mod rapidu, effiċjenti u f'bosta lingwi. Saryusz-Wolski kompla jgħid li "irridu li jkun hemm speċi ta' kompetizzjoni bejn l-Istati Membri ta' min se jinforma l-aħjar, jew min ser jippromwovi dan in-numru l-aħjar".

Il-PE adottat dikjarazzjoni bil-miktub dwar il-112 fl-2007. Minn Frar 2009 il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ftehmu li l-11 ta' Frar (11/2) ser ikun "Jum il-112".  Dan il-jum ser jiġi mfakkar kull sena permezz ta' avvenimenti u l-kampanji ta' għarfien fl-UE.
 
L-użu tal-112 f'Malta

F'Malta fadal ukoll ħafna xi jsir billi 19% biss tal-Maltin (kontra 24% fl-Ewropa) jafu li tista' tuża l-112 minn kwalunkwe pajjiż tal-UE, biss lokalment jidher li dan in-numru qed jintuża ta' spiss b'xejn anqas minn medja ta' 22,600 telefonata kull xahar - għalkemm għadd minnhom ma jkunux emerġenzi.
 
Ref.: 20100205STO68544