MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
10.11.2008
skont l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura
minn Neil Parish
f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
dwar is-sitwazzjoni fis-settur tal-apikultura
B6‑0579/2008
Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fis-settur tal-apikultura
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
A. billi s-settur tal-apikultura madwar id-dinja, u b'mod partikolari fl-Ewropa, qed jaffaċċja diffikultajiet serji ħafna,
B. billi l-apikultura għandha impatt utli fuq l-ekosistema kollha u b'mod partikolari fuq l-ekosistema agrikola,
C. billi hemm il-ħtieġa li l-bijodiversità, li għaliha l-apikultura tikkontribwixxi b'mod sinifikanti permezz ta' attivitajiet ta' fertilizzazzjoni bil-polline indiretta (cross-pollination), tiġi ppreservata
D. billi l-apikultura ilha tiġi ppratikata fl-Ewropa għal eluf ta' snin u tifforma parti integrali mill-wirt kulturali u agrikolu tagħha,
E. jinnota l-benefiċċji nutrittivi u mediċinali tal-prodotti tal-apikultura,
F. filwaqt li jqis il-varjetà u l-kwalità għolja tal-għasel u ta' prodotti oħra tal-apikultura bħal ma huma r-royal jelly, il-propolis, il-venom u x-xemgħa magħmula mis-settur tal-apikultura Ewropea, minħabba s-sengħa u d-diversità fil-klima tagħha,
G. billi s-settur isofri minn kompetizzjoni inġusta minħabba prodotti li joriġinaw f'pajjiżi terzi u li jiġu importati fis-suq tal-Komunità,
H. billi l-għasel jista' jkun importat minn reġjuni varji fid-dinja, imma n-naħal biss, f'numru suffiċjenti, jistgħu jiggarantixxu l-fertilizzazzjoni bil-polline,
I. jinnota t-theddida serja fit-tnaqqis tan-naħal b'konsegwenza tat-tnaqqis sinifikanti fir-riżorsi tal-polline u n-nektar,
J. wara li kkunsidra t-tnaqqis drastiku fin-numru tan-naħal fid-dinja,
K. billi l-preżenza kontinwa tal-parassita Varroa spp.fid-doqqajs, il-colony collapse disorder u t-tixrid tal-Nosema ceranae huma fost il-kawżi tal-kriżi sanitarja fost in-naħal,
L. billi 76% tal-produzzjoni tal-ikel għall-konsum uman tiddependi fuq is-settur tal-apikultura,
M. billi 84% tal-ispeċijiet veġetali kkultivati fl-Ewropa jiddependu fuq il-fertilizzazzjoni bil-polline,
N. billi l-istruzzjonijiet u prattiki tajba applikabbli għall-użu tal-bijoċidi huma ħafna drabi injorati,
O. ifakkar li sa issa ma jexistux metodi biex jinqered ċertu mard fin-naħal li jwassal għal tnaqqis fil-kapaċità tagħhom ta' resistenza u t-telfa tad-doqqajs,
1. Iqis li huwa neċessarju li ssir xi ħaġa bla dewmien dwar il-kriżi fis-saħħa tan-naħal b'mod xierqa u b'mezzi effettivi;
2. Iqis li għandha tittieħed azzjoni biex tingħeleb il-kompetizzjoni inġusta minn prodotti tal-apikultura li joriġinaw minn pajjiżi terzi, li parti minnha hija r-riżultat ta' spejjeż aktar baxxi ta' produzzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet taz-zokkor u tax-xogħol;
3. Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid minnufih aktar riċerka dwar il-parassiti, il-mard u l-kawża tiegħu li qed jeqirdu l-popolazzjoni tan-naħal, filwaqt li tagħmel disponibbli riżorsi baġitarji supplimentari ghal din ir-riċerka;
4. Iqis bħala importanti li tkun obbligatorja l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini tal-għasel tan-naħal fuq it-tabelli;
5. Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-kontroll tas-saħħa tal-PAK, biex tintroduċi miżuri biex tinkoraġġixxi l-ħolqien ta' zoni ta' rkupru ekoloġiku (bħal ma huma zoni mwarrba għall-apikultura), speċjalment f'reġjuni prinċipali fejn hemm uċuħ tar-raba' li jinħartu; 4. Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq miżuri fl-ambitu tal-Kontroll tas-Saħħa tal-PAK biex tinkoraġġixxi l-ħolqien taz-zoni ta' kumpens ekoloġiku (bħal ma huma z-zoni mwarrba tal-apikultura) speċjalment f'zoni kbar ta' kultivazzjoni li tinħarat; jitlob biex dawn iz-zoni jkunu f'dawk il-partijiet tal-għelieqi li huwa diffiċli biex jiġu kkultivati, fejn jistgħu jitkabbru pjanti bħal ma huma l-phacelia, il-borage, ix-charlock u s-silla bajda selvaġġa, li jipprovdu sorsi rikki ta' nektar fiz-zoni fejn jinġabru n-naħal;
6. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-miżuri neċċessarji sabiex tillimita r-risku ta' nuqqas ta' fertilizzazzjoni bil-polline kemm għall-dawk li jrabbu n-naħal kif ukoll għall-bdiewa, li l-produzzjoni tagħhom tista' tiżdied b'mod konsiderevoli;
7. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-kontroll u l-viġilanza tal-kwalità tal-ilmijiet tal-wiċċ, għaliex in-naħal huma sensittivi ħafna għal kwalunkwe deterjorament fl-ambjent tagħhom;
8. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel riċerka dwar il-konnessjoni li teżisti bejn il-mortalità tan-naħal u l-użu tal-pestiċidi bħal ma huma t-thiamethoxam, l-imidacloprid, il-clothianidin u l-fipronil sabiex tieħu l-miżuri xierqa fejn ikun hemm bżonn, fir-rigward tal-awtorizzazzjoni ta' prodotti bħal dawn;
9. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkoordina l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam ma' din is-sitwazzjoni li hija disponibbli fil-preżent f'kull Stat Membru; jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkopera ma' organizzazzjonijiet rikonoxxuti bil-ħsieb li jkun hemm skambju ta' informazzjoni xjentifika li huma għandhom li tikkonċerna l-impatt tal-pestiċidi fuq in-naħal;
10. Iqis li huwa importanti li jiġi introdott rekwiżit li għasel importat ikun analizzat għall-preżenza possibbli tal-batterji American foulbrood;
11. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tipproponi mekkaniżmu ta' għajnuna finanzjarja lill-intrapriżi ta' apikultura li huma f'diffikulta minħabba l-mortalità tan-naħal;
12. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkorpora r-riċerka u l-ġlieda kontra l-mard tan-naħal, fil-politika veterinarja tagħha
13. Jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jagħtu appoġġ immedjat lis-settur tal-apikultura;
14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.