Mistoqsijiet parlamentari
6 ta' Ġunju 2006
O-0058/06
MISTOQSIJA ORALI B' DIBATTITU skond ir-Regola 108 tar-Regoli ta’ Proċedura minn Luis Yañez-Barnuevo García, Miguel Martínez Martínez, Carlos Carnero González, Willy Meyer Pleite, Raül Romeva i Rueda, Ignasi Guardans Cambó, Josu Ortuondo Larrea, Bernat Joan i Marí, Inés Ayala Sender, Maria Badia I Cutchet, Enrique Barón Crespo, Joan Calabuig Rull, Rosa Díez González, Bárbara Dührkop Dührkop, Iratxe García Pérez, David Hammerstein Mintz, Antonio Masip Hidalgo, Manuel Medina Ortega, Emilio Menéndez del Valle, Javier Moreno Sánchez, Rosa Miguélez Ramos, Raimon Obiols i Germà, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Teresa Riera Madurell, María Salinas García, Antolín Sánchez Presedo, María Sornosa Martínez, Elena Valenciano Martínez-Orozco, André Brie, Evelyne Gebhardt, Lissy Gröner, Klaus Hänsch, Karin Jöns, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Helmut Kuhne, Heinz Kindermann, Constanze Krehl, Jo Leinen, Erika Mann, Helmuth Markov, Tobias Pflüger, Bernhard Rapkay, Heide Rühle, Martin Schulz, Frithjof Schmidt, Feleknas Uca, Ralf Walter, Sahra Wagenknecht, Gabriele Zimmer, Jörg Leichtfried, Hannes Swoboda, Karin Scheele, Johannes Voggenhuber, Philippe Busquin, Véronique De Keyser, Mia De Vits, Alain Hutchinson, Marc Tarabella, Adamos Adamou, Kyriacos Triantaphyllides, Ole Christensen, Poul Rasmussen, Vladimír Maňka, Borut Pahor, Mojca Drčar Murko, Toomas Ilves, Andres Tarand, Kader Arif, Marie-Hélène Aubert, Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Guy Bono, Marie-Arlette Carlotti, Françoise Castex, Jean Cottigny, Harlem Désir, Anne Ferreira, Jean-Claude Fruteau, Catherine Guy-Quint, Jacky Henin, Pierre Moscovici, Gérard Onesta, Bernard Poignant, Marie-Line Reynaud, Catherine Trautmann, Gilles Savary, Yannick Vaugrenard, Bernadette Vergnaud, Francis Wurtz, Satu Hassi, Henrik Lax, Reino Paasilinna, Esko Seppänen, Stavros Arnaoutakis, Katerina Batzeli, Panagiotis Beglitis, Stavros Lambrinidis, Diamanto Manolakou, Dimitrios Papadimoulis, Nikolaos Sifunakis, Georgios Toussas, Marilisa Xenogiannakopoulou, Alexandra Dobolyi, Szabolcs Fazakas, Zita Gurmai, Gyula Hegyi, Edit Herczog, Csaba Tabajdi, Proinsias De Rossa, Mary McDonald, Vittorio Agnoletto, Giovanni Berlinguer, Giusto Catania, Giovanni Fava, Donata Gottardi, Umberto Guidoni, Lilli Gruber, Luisa Morgantini, Roberto Musacchio, Pasqualina Napoletano, Marco Rizzo, Guido Sacconi, Mauro Zani, Nicola Zingaretti, Aloyzas Sakalas, Robert Goebbels, John Attard-Montalto, Louis Grech, Joseph Muscat, Thijs Berman, Sophia in 't Veld, Joost Lagendijk, Kartika Liotard, Edith Mastenbroek, Erik Meijer, Margrietus van den Berg, Jan Wiersma, Genowefa Grabowska, Bogusław Liberadzki, Józef Pinior, Francisco Assis, Luis Capoulas Santos, Paulo Casaca, Manuel dos Santos, Edite Estrela, Emanuel Fernandes, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Ana Gomes, Pedro Guerreiro, Joel Hasse Ferreira, Jamila Madeira, Miguel Portas, Sérgio Sousa Pinto, Michael Cashman, Richard Corbett, Bairbre de Brún, Robert Evans, Richard Howitt, Glenys Kinnock, Caroline Lucas, David Martin, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Peter Skinner, Terence Wynn, Richard Falbr, Jaromír Kohlíček, Jiří Maštálka, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Libor Rouček, Daniel Strož, Jan Andersson, Carl Schlyter, Jonas Sjöstedt, Eva-Britt Svensson, Åsa Westlund, Johan Van Hecke, Panayiotis Demetriou, Marios Matsakis, Marie Isler Béguin, Alain Lipietz, Marco Cappato, Lidia Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Pierre Schapira, Justas Paleckis, Riitta Myller, Giovanni Pittella, Bernadette Bourzai, Gary Titley, Vincenzo Lavarra, Neena Gill, Martine Roure, Glyn Ford, Alfonso Andria, Lapo Pistelli, Tatjana Ždanoka u Bronisław Geremek lill-Kunsill

 Suġġett: Kundanna tar-reġim ta' Franco fis-70 anniverssarju tal-kolp ta' stat Frankista

Din is-sena jaħbat il-75 anniversarju tal-proklamazzjoni tat-II Repubblika Spanjola u s-70 anniversarju tar-rewwixta faxxista tat-18 ta' Lulju li waqqgħet lill-gvern Repubblikan elett b'mod demokratiku u li wasslet għal gwerra ċivili li wara welldet dittatorjat imdemmi tul 40 sena. Ir-reġim dittatorjali stabbilit permezz ta' l-armamenti bl-għajnuna u bil-parteċipazzjoni tal-Ġermanja Nazista u ta' l-Italja Faxxista, immexxi mill-Ġeneral Franco, kellu l-effett, fost konsekwenzi negattivi oħra għall-poplu Spanjol, li Spanja tittardja b'bosta deċennji l-integrazzjoni tagħha fil-proġett ta' kostruzzjoni Ewropew li llum sar l-UE.

It-tranżizzjoni demokratika eżemplari ta' l-1978-1982 kienet parzjalment ispirata mill-valuri u l-ideali tat-II Repubblika Spanjola. Sa llum, il-vittmi tal-kolp u tad-dittatorjat għadhom ma ġewx moralment kumpensati. Aktar minn mitt elf Spanjol inqatlu bejn l-1939 u l-1975 u għad hemm aktar minn 35,000 ruħ li għadhom mhux misjuba fil-fosos u fl-għelieqi madwar Spanja, fosthom il-fdalijiet tal-poeta kbir Federico García Lorca. It-tortura u l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji u forom oħra ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem kienu jseħħu ta' spiss waqt il-perjodu twil ta' dittatorjat. Nofs miljun Spanjol ġew obbligati jeżiljaw ruħhom, fosthom ir-rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura Juan Ramón Jiménez, u mijiet ta' eluf ġew mitfugħa f'ħabsijiet jew kampijiet ta' konċentrament jew tax-xogħol, li l-aħħar wieħed fosthom għalaq fl-1962.

Reċentement il-Kunsill ta' l-Ewropa għadda mozzjoni, b'maġġoranza qawwija, favur "kundanna internazzjonali tar-reġim ta' Franco". Din kienet l-ewwel kundanna internazzjonali li saret dwar ir-reġim ta' Franco. Fl-istess kuntest jidhrilna li huma importanti r-riferenzi magħmula fir-rapport Takkula għall-vittmi tas-sistema dittatorjali fl-Ewropa, li fosthom żgur li, sfortunatament, jispikka r-reġim ta' Franco fi Spanja. Dan ir-rapport huwa dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tagħha ġie stabbilit il-programm "Ċittadini ma' l-Ewropa" għall-perjodu 2007-2013 bil-għan li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva.

Aħna l-Membri li qed niffirmaw din il-mistoqsija naqblu li fl-ebda Stat Membru m'għandu jerġa' jkun hemm reġim dittatorjali bħal dak li sofriet Spanja għal 4 deċennji. Nemmnu li l-ispirtu ta' l-Unjoni Ewropea, ibbażat fuq ir-rispett ta' l-Istat tad-Dritt u fuq il-prinċipji ta' liberta', demokrazija u ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, jkollu sinifikat ikbar jekk ma jkunx hemm skiet dwar l-atroċitajiet imwettqa mir-reġimi dittatorjali Ewropej.

Il-Kunsill għandu ħsieb li jsegwi l-passi tal-komunità internazzjonali u jipproponi l-kundanna tar-reġim ta' Franco fuq livell Ewropew, kif ukoll li jikkunsidra d-data tat-18 ta' Lulju 2006 bħala ġurnata uffiċjali ta' kundanna tar-reġim ta' Franco?

Lingwa oriġinali tal-mistoqsija: ES
Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Ġunju 2006Avviż legali