Mistoqsija Parlamentari - O-000024/2013Mistoqsija Parlamentari
O-000024/2013

  Riforma tal-Kostituzzjoni fl-Ungerija

6.3.2013

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000024/2013
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Sophia in 't Veld, Renate Weber, Cecilia Wikström, Sonia Alfano, Louis Michel, Baroness Sarah Ludford, Nathalie Griesbeck, Gianni Vattimo, Sir Graham Watson, Ramon Tremosa i Balcells, Johannes Cornelis van Baalen
f'isem il-Grupp ALDE

L-awtoritajiet Ungeriżi qegħdin jiddiskutu r-raba' emenda tal-Kostituzzjoni Ungeriża li tipprova terġa' tintroduċi emendi li diġà ġew annullati mill-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża f'Diċembru 2012. L-emenda tipprova, fost affarijiet oħra, tillimita s-setgħat tal-Qorti Kostituzzjonali, tintroduċi dispożizzjonijiet għall-ġudikatura, anki għar-riassenjazzjoni tal-kawżi, tirrestrinġi d-definizzjoni tal-familja billi tillimitaha għall-koppji miżżewġa jew għar-relazzjoni bejn il-ġenitur u l-wild, b'hekk jiġu esklużi l-koppji li de facto jgħixu flimkien (more uxorio) jew f'unjoni reġistrata (għall-unjonijiet omosesswali), tipprova tikkriminalizza lill-persuni mingħajr dar, tillimita l-moviment liberu tal-istudenti universitarji wara l-lawrja permezz tal-hekk imsejħa "patti tal-istudent". Il-partiti tal-oppożizzjoni u l-NGOs esprimew tħassib serju dwar dawn l-modifiki għall-Kostituzzjoni, li jidhru li huma f'kontradizzjoni mal-valuri fundamentali, il-prinċipji, it-trattati u d-dritt tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni taf biha l-proposta għal emenda tal-Kostituzzjoni u l-kontenut tagħha?

Eżaminatha l-kompatibilità tal-proposti mat-Trattati tal-UE, jiġifieri l-Artikoli 2 u 6 tat-TUE, kif ukoll mal-jedd għal-libertà ta' moviment?

F'każ affermattiv, tista' l-Kummissjoni tindika liema elementi jistgħu eventwalment imorru kontra l-valuri, il-prinċipji, it-trattati u d-dritt tal-Unjoni Ewropea?

Fejn jeżistu tali elementi, il-Kummissjoni sejra tqajjimhom mal-Gvern Ungeriż?

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-modifiki l-ġodda proposti għall-Kostituzzjoni jirriflettu totalment u b'mod sodisfaċenti r-rakkomandazzjonijiet formulati f'dawn l-aħħar snin mill-Kummissjoni, mill-Kummissjoni ta' Venezja u mill-OECD?

Imressqa: 6.3.2013

Mgħoddija: 8.3.2013

L-iskadenza għat-tweġiba: 15.3.2013