Mistoqsija Parlamentari - O-000013/2014Mistoqsija Parlamentari
O-000013/2014

Id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità

15.1.2014

Mistoqsija għal tweġiba orali O-000013/2014
lill-Kummissjoni
Artikolu 115 tar-Regoli ta’ Proċedura
Bart Staes, Frédéric Daerden, Ivo Belet, Kathleen Van Brempt, Mathieu Grosch, Saïd El Khadraoui, Sirpa Pietikäinen, Ádám Kósa, Brian Crowley, Emer Costello, Gay Mitchell, Jim Higgins, Liam Aylward, Marian Harkin, Martina Anderson, Mairead McGuinness, Nessa Childers, Paul Murphy, Pat the Cope Gallagher, Phil Prendergast, Seán Kelly, Alfreds Rubiks, Vytautas Landsbergis, Andrzej Grzyb, Filip Kaczmarek, Marisa Matias, Eduard Kukan, Ivo Vajgl, Jelko Kacin, Alojz Peterle, Milan Zver, Mojca Kleva Kekuš, Tanja Fajon, Romana Jordan, Zofija Mazej Kukovič, Willy Meyer, Rosa Estaràs Ferragut, Izaskun Bilbao Barandica, Anna Hedh, Marit Paulsen, Mikael Gustafsson, Brian Simpson, David Martin, Jean Lambert

L-evidenza turi li l-persuni b'diżabilità fl-Unjoni Ewropea qed ikunu affettwati b'mod sproporzjonat mit-tnaqqis fl-infiq pubbliku[1]. Dan qed ikollu impatt sever fuq id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità mħaddna fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, fil-Karta Soċjali Ewropea u f'liġijiet u konvenzjonjiet stabbiliti oħra li magħhom hi marbuta l-UE.

Il-Kummissjoni x'miżuri konkreti qed tieħu fil-kapaċità tagħha bħala membru tat-Trojka u fir-rwol tagħha fil-proċess tas-Semestru Ewropew u fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, biex tiżgura li qed jintlaħqu l-impenji tal-UE skont dawn il-konvenzjonijiet u Karti u kif ukoll skont l-objettivi tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020?