Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
L-Erbgħa, 6 ta' Mejju 2009 - Strasburgu

PRESIDENT: Manuel António dos SANTOS
Viċi President

14. Ħin tal-mistoqsijiet (mistoqsijiet lill-Kunsill)
Rapporti Verbatim

Il-Parlament eżamina numru ta' mistoqsijiet lill-Kunsill (B6-0231/2009).

Mistoqsija 1 (Manuel Medina Ortega): Il-ħarsien tal-ħolqien kulturali Ewropew

Jan Kohout (President fil-kariga tal-Kunsill) wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Manuel Medina Ortega u Paul Rübig.

Mistoqsija 2 (Gay Mitchell): Il-bidla fil-klima
Jan Kohout wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Avril Doyle (flok l-awtur).

Mistoqsija 3 (Avril Doyle): It-Trattat ta' Liżbona u l-Presidenza Ċeka

Jan Kohout wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Avril Doyle, Paul Rübig u Bernd Posselt.

Mistoqsija 4 (Bernd Posselt): Il-Kroazja, il-Maċedonja u x-xlokk tal-Ewropa

Jan Kohout wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Bernd Posselt.

Mistoqsija 5 (Claude Moraes): Il-protezzjoni ta' dawk l-aktar vulnerabbli għall-kriżi ekonomika
Jan Kohout wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsijiet supplimentari ta' Emine Bozkurt (flok l-awtur) u Justas Vincas Paleckis.

Mistoqsija 6 (Marie Panayotopoulos-Cassiotou): Il-patt Ewropew dwar l-impjieg

Jan Kohout wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Marie Panayotopoulos-Cassiotou.

Mistoqsija 7 (Justas Vincas Paleckis): Il-kura tas-saħħa barra mill-pajjiż

Jan Kohout wieġeb għall-mistoqsija kif ukoll għall-mistoqsija supplimentari ta' Justas Vincas Paleckis.

Il-mistoqsijiet li ma kinux twieġbu minħabba nuqqas ta' ħin se jingħataw tweġibiet bil-miktub aktar 'il quddiem (ara l-Anness tar-Rapporti Verbatim tad-Dibattiti)

Il-ħin tal-mistoqsijiet allokat għall-Kunsill intemm.

Avviż legali - Politika tal-privatezza