RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli

29.9.2008 - (COM(2008)0019 – C6‑0046/2008 – 2008/0016(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Claude Turmes
Rapporteur għal opinjoni(*): Anders Wijkman, Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
(*) Proċedura b'kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2008/0016(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0369/2008

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli

(COM(2008)0019 – C6‑0046/2008 – 2008/0016(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0019),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 175(1) u 95 tat-Trattat KE, skond liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0046/2008),

-    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 35 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta’ l-Ikel, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0369/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Iż-żieda fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli tikkostitwixxi parti importanti mill-pakkett ta’ miżuri meħtieġa biex jitnaqqsu emissjonijiet ta’ gassijiet serra u jkun hemm konformità mal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, u ma’ aktar impenji Ewropej u internazzjonali għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012.

(1) Il-kontroll u t-tnaqqis fil-konsum Ewropew ta’ l-enerġija kif ukoll iż-żieda fl-użu sostenibbli ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, flimkien ma’ frankar ta’ enerġija, huma punti importanti mill-pakkett ta’ miżuri meħtieġa biex jitnaqqsu emissjonijiet ta’ gassijiet serra u jkun hemm konformità mal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, u ma’ aktar impenji Ewropej u internazzjonali għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012. Huwa għandu wkoll parti importanti fil-promozzjoni tas-sigurtà tal-provvista ta’ enerġija, promozzjoni ta’ żvilupp teknoloġiku u innovazzjoni u provvediment ta’ opportunitajiet għal impjiegi u żvilupp reġjonali, b’mod speċjali f’zoni rurali u iżolati.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) B’mod partikolari, iż-żieda fl-użu tal-bijokarburanti għat-trasport hija waħda mill-għodod l-aktar effettivi li bihom il-Komunità tista’ tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq iż-żejt impurtat – fejn il-problema tas-sigurtà fil-provvista hija l-aktar akuta - u tinfluwenza s-suq tal-karburanti għat-trasport.

(2) B’mod partikolari, iż-żieda fit-titjib teknoloġiku, f'inċentivi biex jikber u jkun utilizzat it-trasport pubbliku, f'teknoloġiji effiċjenti fl-enerġija u fl-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-trasport huma wħud mill-għodod l-aktar effettivi li bihom il-Komunità tista’ tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq iż-żejt impurtat fis-settur tat-trasport – fejn il-problema tas-sigurtà fil-provvista hija l-aktar akuta - u tinfluwenza s-suq tal-karburanti għat-trasport.

Ġustifikazzjoni

It-trasport jirrapreżenta 30% tal-konsum totali tal-enerġija fl-UE bid-dipendenza fuq il-petrol tlaħħaq għal 98%. Mhux sorprendenti għalhekk li dan hu, f'termini ta' emissjonijiet ta' gass b'effett serra, it-tieni l-akbar settur li jniġġeż fl-UE. Għalhekk, l-UE għandha tikkonċentra fuq iż-żieda fl-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, fuq it-titjib teknoloġiku u fuq it-tnaqqis tat-traffiku b'użu akbar ta' trasport pubbliku minflok dak individwali.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta' Novembru 2001 dwar fjuwils alternattivi għat-trasport bit-triq u dwar għadd ta' miżuri li jippromovu l-użu tal-bijokarburanti tistabblixxi mira għall-UE biex tissostitwixxi 20 % ta' diżil u gasoline bi fjuwils alternattivi fis-settur tat-trasport bit-triq sal-2020. Il-Kummissjoni għandha tqis il-possibilità li tipproponi inizjattiva separata biex tippromovi d-dħul ta' fjuwils nodfa u alternattivi għat-trasport bit-triq bħalma huma l-fjuwils sintetiċi magħmula minn gass naturali flimkien mas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli sabiex tikkumplimenta b'mod effiċjenti din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta tiffoka biss fuq il-promozzjoni ta' sorsi rinnovabbli u bijofjuwils, għalkemm fjuwils alternattivi għat-trasport bit-triq jistgħu jikkontribwixxu sew biex jintlaħqu l-objettivi ta' sostenibilità, sigurtà ta' provvista u kompetittività. Meta tqis li din id-Direttiva titratta dwar sorsi rinnovabbli għat-trasport, jeħtieġ li jkunu riformulati l-miri għal fjuwils alternattivi f'inizjattiva separata.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Il-fjuwils rinnovabbli solidi bħall-injam għall-enerġija huma l-akbar sors ta’ enerġija rinnovabbli fl-Unjoni. Madankollu, sal-lum ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni Ewropea dwar in-netwerks tat-tisħin u ta’ tkessiħ li jużaw il-bijomassa. Għalhekk, hu importanti li jiġu ffissati kriterji ta’ sostenibilità għall-użu tal-bijomassa ta’ l-injam dwar koġenerazzjoni b'effikaċità enerġetika għolja tal-bojlers u ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-foresti.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 3 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) L-użu ta’ l-iskart agrikolu bħad-demel u d-demel likwidu kif ukoll skart ikeħor ta’ l-annimali jew organiku biex jiġi prodott il-bijogass, b'kunsiderazzjonai tal-potenzjal qawwi ta' l-ekonomiji fil-qasam ta' l-emissjonijiet tal-gass serra, joffri vantaġġi ambjentali ta’ min jinnotahom kemm għal dak li jikkonċerna l-produzzjoni tas-sħana u tal-forza kif ukoll għal dak li jikkonċerna l-produzzjoni tal-bijokarburant. Minħabba n-natura diċentralizzata tagħhom kif ukoll l-istruttura ta’ l-investiment reġjonali, l-installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-bijogass jistgħu jġibu kontribut determinanti għall-iżvilupp sostenibbli fiz-zoni rurali u jiftħu possibilitajiet ġodda ta’ dħul għall-bdiewa.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Pjan ta’ Direzzjoni għall-Enerġija Rinnovabbli wera li mira ta’ 20% għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u objettiv ta’ 10% għal enerġija rinnovabbli fit-trasport ikunu miri xierqa u li jistgħu jinkisbu, u li qafas li jinkludi miri mandatorji għandu jipprovdi lill-komunità kummerċjali bl-istabbiltà fil-perjodu twil li għandha bżonn biex tieħu deċiżjonijiet ta’ investiment razzjonali fis-settur ta’ l-enerġija rinnovabbli.

(4) Il-Pjan ta’ Direzzjoni għall-Enerġija Rinnovabbli wera li mira ta’ 20% għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u objettiv ta’ 10% għal enerġija rinnovabbli fit-trasport ikunu miri xierqa u li jistgħu jinkisbu, u li qafas li jinkludi miri mandatorji għandu jipprovdi lill-komunità kummerċjali bl-istabbiltà fil-perjodu twil li għandha bżonn biex tagħmel investimenti sostenibbli fis-settur ta’ l-enerġija rinnovabbli li jkunu kapaċi li jnaqqsu d-dipendenza fuq fjuwils fossili impurtati u ssaħħaħ l-użu ta' teknoloġiji ġodda tal-enerġija. Dawn il-miri jeżistu fil-kuntest ta' 20 % titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija sal-2020 stabbilit permezz tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2006 bit-titolu "Pjan ta' azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija: It-Twettiq tal-Potenzjal", li kien approvat mill-Kunsill Ewropew ta' Brussell f'Marzu 2007 u mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Jannar 2008 dwar Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija: Twettiq tal-Potenzjal1.

 

________________________

1Testi adottati, P6_TA(2008)0033.

Ġustifikazzjoni

L-Unjoni Ewropea għandha l-kapaċità li tiżviluppa innovazzjonijiet ta' importanza kbira fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, li twassal għal aktar indipendenza u għal impatt iżgħar fuq il-klima.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Ġew rikonoxxuti l-opportunitajiet li jkun stabbilit it-tkabbir ekonomiku permezz ta’ l-innovazzjoni u politika sostenibbli dwar l-enerġija kompetittiva. Produzzjoni ta’ enerġija li terġa’ tiġġedded spiss tiddependi fuq kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) lokali jew reġjonali. L-opportunitajiet għat-tkabbir u l-impjieg li jġibu l-ivestimenti reġjonali u lokali fl-enerġija rinnovabbli, fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom, huma importanti. Għalhekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-miżuri ta’ żvilupp reġjonali u nazzjonali f’dawn l-oqsma, jinkuraġġixxu l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki fil-produzzjoni ta’ l-enerġija rinnovabbli bejn inizjattivi lokali u reġjonali ta’ żvilupp u jippromwovu l-użu tal-finanzjament strutturali f’dan il-qasam.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Biex jinkiseb mudell ta' enerġija li jaġġoġġja enerġiji rinovvabbli hemm il-bżonn li jiġi stabbilit koperazzjoni strateġika li fiha jieħdu sehem r-reġjuni u awtoritajiet lokali, flimkien ma' l-Istati Membri, bil-għan li jinvolvuhom direttament fl-iżvilupp tiegħu.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-għan ewlieni ta’ miri vinkolanti huwa li jipprovdi ċertezza għall-investituri. Għalhekk mhux xieraq li tkun differita deċiżjoni dwar jekk mira hijiex vinkolanti sakemm iseħħ avveniment ieħor.

(6) L-għan ewlieni ta’ miri vinkolanti huwa li jipprovdu ċertezza għall-investituri u li jinkuraġġixxu l-iżvilupp kontinwu tat-teknoloġiji li jiġġeneraw l-enerġija mit-tipi kollha ta' sorsi rinnovabbli. Għalhekk mhux xieraq li tkun differita deċiżjoni dwar jekk mira hijiex vinkolanti sakemm iseħħ avveniment ieħor. Fi stqarrija mal-minuti tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2007, għalhekk il-Kummissjoni stabbiliet li hija ma qisitx li l-karatteristika li torbot tal-mira għandha tkun differita sakemm bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni ikunu lesti għal kummerċ. F'dan ir-rigward għandu jkun hemm aktar appoġġ biex jiġi promoss l-iżvilupp ta' biokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni, bħall-Bijomassa għal-Likwidu (BTL), li jwassal għal tnaqqis akbar ta' gass b'effett serra u jżid il-benefiċċji fir-rigward tal-effetti fuq l-ambjent. Iżda, il-bosta inċertezzi fir-rigward tal-produzzjoni ta’ bijofjuwil illum, jistiednu għal approċċ aktar attent minn dak adottat s’issa. L-aktar teknoloġiji avvanzati, bħal elettriku jew idroġenu minn sorsi li jerġgħu jiġġeddu, enerġija mill-iskart, residwi u bijomassa ligno-cellulosic jew algi prodotti fit-tankijiet, jew enerġija mill-għalf imkabbar fuq art degradata b’benefiċċju ta’ karbonju nett rigward l-emissjonijiet ta’ l-użu ta’ l-art f’perjodu ta’ 10 snin, għalhekk għandhom ikunu promossi billi jkun definit is-sehem tagħhom fi ħdan il-mira ta' 10% bħala sehem ta' 40% li għandu jkun adattat skont id-disponibilità tagħhom.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Se tkun ir-responsabilità tal-Istati Membri li jsir titjib sinifikanti fl-effiċjenza fl-enerġija fis-setturi kollha sabiex jinkisbu b'mod aktar faċli l-miri tal-enerġija, li huma mniżżla bħala perċentwali tal-konsum finali tal-enerġija. Il-ħtieġa ta' effiċjenza fl-enerġija fis-settur tat-trasport hi urġenti għaliex jidher li qed issir dejjem iżjed diffiċli li mira perċentwali vinkolanti tinkiseb b'mod sostenibbli jekk id-domanda ġenerali għall-enerġija għat-trasport tkompli tikber. Il-mira minima obbligatorja ta’ 10% li trid tintlaħaq mill-Istati Membri kollha għalhekk għandha tkun definita bħala dak is-sehem ta’ enerġija finali użata fit-trasport li jrid jintlaħaq minn sorsi li jerġgħu jiġġeddu, mhux mill-bijofjuwils biss, u imposta flimkien ma’ titjib obbligatorju fl-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tat-trasport ta’ 20% sa l-2020.

Ġustifikazzjoni

Se jkun diffiċli li tintlaħaq b'mod sostenibbli l-mira ta' 10% għat-trasport jekk l-ammont totali ta' konsum ta' enerġija fit-trasport ikompli jikber. Il-fatt li l-mira indikattiva ta' effiċjenza fl-enerġija ta' 20% ssir mira vinkolanti għas-settur tat-trasport, iwassal għal tnaqqis fid-domanda tal-enerġija fis-settur tat-trasport u b'hekk jonqos ir-rekwiżit kwantitattiv tal-mira ta' 10%.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b. Fil-qafas ta' din id-Direttiva, hu importanti ferm li kull Stat Membru jimpjega skema ta' appoġġ l-aktar effiċjenti u effettiva biex jiffaċilita l-kisba tal-miri fl-enerġija rinnovabbli, waqt li jqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-suq tal-elettriku f'kull Stat Membru.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-Pjan ta’ Direzzjoni għall-Enerġija Rinnovabbli fl-Ewropa, għamel sejħa lill-Kummissjoni biex tippreżenta sa l-aħħar ta’ l-2007 proposta għal qafas leġiżlattiv għall-enerġija rinnovabbli, b’referenza għall-importanza li jkunu stabbiliti miri vinkolanti għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-trasport u t-tisħin u t-tkessiħ kif ukoll miri vinkolanti fil-livell Komunitarju u ta’ l-Istati Membri.

(7) Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-Pjan ta’ Direzzjoni għall-Enerġija Rinnovabbli fl-Ewropa1, għamel sejħa lill-Kummissjoni biex tippreżenta sa l-aħħar ta’ l-2007 proposta għal qafas leġiżlattiv għall-enerġija rinnovabbli, b’referenza għall-importanza li jkunu stabbiliti miri li jorbtu għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku, it-trasport u t-tisħin u t-tkessiħ kif ukoll miri vinkolanti fil-livell Komunitarju u ta’ l-Istati Membri.

 

 

__________________________

1 Testi adottati, P6_TA(2007)0406.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew fir-rapport INI tal-MEP Britta Thomsen dwar il-Pjan ta’ Direzzjoni għall-Enerġija Rinnovabbli fl-Ewropa (riżoluzzjoni tal-PE P6-TA(2007)0406 tal-25 ta' Settembru 2007) talab għal miri ċari u vinkolanti għat-tliet setturi differenti.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fid-dawl tal-pożizzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, huwa xieraq li jkunu stabbiliti miri mandatorji għal sehem globali ta’ 20% ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sehem ta’ 10% ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport fil-konsum ta’ l-Unjoni Ewropea fl-2020.

(8) Fid-dawl tal-pożizzjonijiet meħuda mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, huwa xieraq li jkunu stabbiliti miri mandatorji għal sehem globali ta’ 20% ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sehem ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport fil-konsum finali ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ 5% fl-2015 u ta’ 10% fl-2020, li minnhom 20% fl-2015 u 40% fl-2020 jintlaħqu bl-użu ta’ elettriċità jew idroġenu minn sorsi li jerġgħu jiġġeddu, enerġija mill-iskart, residwi u bijomassa linjoċellulożika jew algi prodotti f’tankijiet, jew enerġija mill-għalf imkabbar fuq art degradata b’benefiċċju ta’ karbonju nett rigward l-emissjonijiet ta’ l-użu ta’ l-art f’perjodu ta’ 10 snin.

 

Reviżjoni fl-2014 għandha tiffoka fuq konsegwenzi għal sigurtà ta' l-ikel, bijodiversità u d-disponibilità ta' elettriku jew idroġenu minn sorsi rinnovabbli, bijogass jew fjuwils għat-trasport mill-bijomassa linjoċellulożika u minn algi. Skont il-konklużjonijiet tar-reviżjoni, il-miri tal-2020 jistgħu jkunu modifikati, iżda modifika bħal din m'għandux ikollha effett fuq il-mira ġenerali tal-2020 għal konsum ta' enerġija minn sorsi li jerġgħu jiġġeddu.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fl-Istati Membri jvarjaw il-punti tat-tluq, il-potenzjal ta’ enerġija rinnovabbli u t-taħlit ta’ l-enerġija. Huwa għalhekk meħtieġ li l-mira globali ta’ 20% tiġi tradotta f’miri individwali għal kull Stat Membru, b’konsiderazzjoni għall-allokazzjoni ġusta u adegwata li tikkunsidra l-punti ta’ tluq u l-potenzjali nazzjonali differenti, inkluż il-livell eżistenti ta’ enerġiji rinnovabbli u tat-taħlita ta’ l-enerġija.

(9) Fl-Istati Membri jvarjaw il-punti tat-tluq, il-potenzjal ta’ enerġija rinnovabbli u t-taħlit ta’ l-enerġija. Huwa għalhekk meħtieġ li l-mira globali ta’ 20% tiġi tradotta f’miri individwali għal kull Stat Membru, b’konsiderazzjoni għall-allokazzjoni ġusta u adegwata li tikkunsidra l-punti ta’ tluq u l-potenzjali nazzjonali differenti, inkluż il-livell eżistenti ta’ enerġiji rinnovabbli u tat-taħlita ta’ l-enerġija kif ukoll il-livell ta' effiċjenza fl-enerġija li jkun inkiseb. Huwa xieraq li dan isir bit-tqassim billi ż-żieda totali meħtieġa fl-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli tinqasam bejn l-Istati Membri fuq il-bażi ta’ żieda ugwali fis-sehem ta’ kull Stat Membru, u parti fil-proporzjon mal-Prodott Gross Domestiku, immodulat biex jirrifletti l-punti nazzjonali tal-bidu, u b’kontabilità f’termini tal-konsum ta’ l-enerġija finali, billi jitqiesu l-isforzi li saru mill-Istati Membri fl-imgħoddi fir-rigward ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) B’kuntrast, huwa xieraq li l-mira ta’ 10% għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport tkun stabbilita fl-istess livell għal kull Stat Membru biex tkun żgurata konsistenza fl-ispeċifikazzjonijiet u d-disponibbiltà ta’ karburanti għat-trasport. Minħabba li l-karburanti għat-trasport huma faċilment innegozjati, Stati Membri li għandhom ftit mir-riżorsi rilevanti faċilment se jkunu jistgħu jakkwistaw karburanti rinnovabbli għat-trasport minn x’imkien ieħor. Filwaqt li jista’ jkun teknikament possibbli għall-Komunità li tilħaq il-mira tagħha għall-bijokarburanti mill-produzzjoni domestika biss, huwa kemm possibbli kif ukoll mixtieq li l-mira fil-fatt tintlaħaq permezz ta’ taħlita bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni.

(10) B’kuntrast, huwa xieraq li l-mira ta’ 5% u 10% għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport, flimkien ma' titjib obligatorju ta' 20 % fl-effiċjenza enerġetika fit-trasport, tiġi ffissata fl-istess livell għal kull Stat Membru biex tkun żgurata konsistenza fl-ispeċifikazzjonijiet u d-disponibbiltà ta’ fjuwils għat-trasport. Minħabba li l-karburanti għat-trasport huma faċilment innegozjati, Stati Membri li għandhom ftit mir-riżorsi rilevanti faċilment se jkunu jistgħu jakkwistaw karburanti rinnovabbli għat-trasport minn x’imkien ieħor. Minħabba li l-enerġija rinnovabbli f’miri ta’ trasport se jintlaħqu permezz ta’ taħlita ta’ produzzjoni domestika u importazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-provvista tas-suq Komunitarju għall-bijofjuwils għal enerġija, u għandha, jekk ikun il-każ, tipproponi miżuri rilevanti biex jinkiseb l-approċċ bilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni, billi jitqies l-iżvilupp tan-negozjati kummċerjali multilaterali u bilaterali kif ukoll konsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali, ta' nfiq, ta' sigurtà ta' l-enerġija u oħrajn.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 10 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) L-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiddiversifikaw it-taħlita ta' l-enerġiji rinnovabbli f'kull settur tat-trasport. Il-Kummissjoni għandha żmien sa l-1 ta' Ġunju 2015 sabiex tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jenfasizza l-potenzjal taż-żieda ta' l-użu ta' l-enerġija rinnovabbli f'kull settur tat-trasport.

Ġustifikazzjoni

Il-potenzjal għall-enerġija rinnovabbli jeżisti fis-setturi kollha tat-trasport, mhux biss fis-settur tat-trasport bit-triq, u jeħtieġ li jiġi żviluppat.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex jiġi żgurat li l-miri ġenerali jintlaħqu, l-Istati Membri għandhom jaħdmu lejn li jindikaw it-triq sabiex jintlaħqu il-miri tagħhom, u għandhom jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli li jinkludi informazzjoni dwar ftehimiet ta' miri konġunti, statistiki ta' riferenza, miri obligatorji nazzjonali aħħarin u interim, kif ukoll miri settorjali.

(11) Sabiex jiġi żgurat li l-miri obbligatorji ġenerali jintlaħqu, l-Istati Membri għandhom jaħdmu lejn miri interim obbligatorji minimi li jindikaw it-triq sabiex jintlaħqu il-miri obbligatorji aħħarin tagħhom. Huma għandhom jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli li jinkludi informazzjoni dwar ftehimiet ta' miri konġunti, statistiki ta' riferenza, miri obligatorji nazzjonali aħħarin u interim, kif ukoll miri settorjali. Barra minn hekk, huma għandhom jistipulaw il-miżuri tagħhom sabiex jilħqu dawn il-miri, filwaqt li jżommu f’moħħhom politiki u miżuri li jnaqqsu l-konsum finali ta’ enerġija, u l-fatt li jeżistu użi differenti għall-bijomassa u li għalhekk huwa essenzjali li jiġu mobilizzati riżorsi ġodda tal-bijomassa. Għandu jkun hemm ukoll evalwazzjonijiet li jikkonċernaw il-kontribut mistenni ta' kull teknoloġija ta' enerġija rinnovabbli u studju ambjentali strateġiku. L-Istati Membri għandhom iqisu l-aqwa taħlita ta’ teknoloġiji ta’ effiċjenza fl-enerġija mar-rinnovabbli.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Huwa essenzjali li jkun żgurat li l-Istati Membri jiffissaw politiki u miżuri effettivi f'sens ta' nefqa sabiex inaqqsu kemm jista' jkun il-piż tal-konsumaturi tal-enerġija u tas-soċjetà.

Ġustifikazzjoni

Il-politiki dwar l-enerġija rinnovabbli għandhom ikunu effettivi f'sens ta' nefqa.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 11 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Il-bijomassa taġixxi bħala riserva ta' karbonju peress li l-ħxejjex meta jkunu qed jikbru jaqbdu s-CO2 tal-atmosfera (fotosinteżi tal-klorofilla) u jissekwestrawh sakemm jinħarqu jew jilħqu stat avanzat ta' dikompożizzjoni. L-użu ta’ l-injam bħala materjal ta’ bini jippermetti li jittawwal dan il-qbid tal-karbonju matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodott, filwaqt li b’hekk jinħoloq, jekk madankollu l-foresti jiġu mmaniġġjati b’mod sostenibbli, maħżen tassew ta’ karbonju.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Biex il-benefiċċji ta’ l-avvanzi tat-teknoloġija u ta’ l-ekonomiji fil-kobor ikunu jistgħu jiġu sfruttati, il-miri interim obbligatorji minimi għandhom iqisu l-possibbiltà ta’ tkabbir aktar mgħaġġel fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-snin li ġejjin. B’dan il-mod, tista’ tingħata attenzjoni speċjali lis-setturi li b’mod sproporzjonat isofru min-nuqqas ta’ avvanz teknoloġiku u ekonomiji ta’ l-iskala u għalhekk jibqgħu sottożviluppati, iżda li fil-futur jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex jintlaħqu l-miri għall-2020.

(12) Biex il-benefiċċji ta’ l-avvanzi tat-teknoloġija u ta’ l-ekonomiji fil-kobor ikunu jistgħu jiġu sfruttati, il-miri interim obbligatorji minimi għandhom iqisu l-possibbiltà ta’ tkabbir aktar mgħaġġel fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-snin li ġejjin. B’dan il-mod, tista’ tingħata attenzjoni speċjali lis-setturi li b’mod sproporzjonat isofru min-nuqqas ta’ avvanz teknoloġiku u ekonomiji ta’ l-iskala u għalhekk jibqgħu sottożviluppati, iżda li fil-futur jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex jintlaħqu l-miri għall-2020.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu tassew qegħdin jipprogressaw u ma jkunux qed iħallu d-deċiżjonijiet sas-sena 2020, ir-rotta għandha tkun torbot u titqies bħala livell minimu ta' ambizzjoni.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jikkonformaw ma' l-għanijiet ta' din id-Direttiva, u partikolarment, ma' l-objettiv interim obligatorji u ma' l-objettivi aħħarin, kif ukoll ma' l-objettiv ġenerali tal-KE ta’ 20 % sa l-2020, u wkoll sabiex jiġu pprovduti inċentivi sabiex l-Istati Membri jmorru 'l hinn minn dawk il-miri, din id-Direttiva għandha tintroduċi mekkaniżmu ta’ penali diretti. Il-penali għandhom jiġu imposti mill-Kummissjoni kontra l-Istati Membri li jonqsu milli jilħqu l-miri tagħhom. Id-dħul minn dawn il-penali għandu jintuża sabiex jiffinanzja fond speċifiku (dħul assenjat), skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej1.

 

_____________________________

1ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Il-Komunità Ewropea ilha tirregola s-suq komuni u timponi, f’dan il-kuntest, kwoti u taxxi ta’ produzzjoni, l-aktar fuq l-Istati Membri. Minħabba li l-kwoti issa qegħdin isiru għodod ta’ politika ambjentali, hawnhekk għandhom jiġu addottati penali finanzjarji sabiex jipprovdu lill-Istati Membri b’inċentivi sabiex jinvestu fl-enerġija rinnovabbli, waqt li l-qligħ mill-penali jkun jista’ jintuża wkoll sabiex isaħħaħ l-iżvilupp ta’ l-enerġija rinnovabbli fl-Unjoni Ewropea.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 12 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Il-penali għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' l-ammont ta' MWh ta' enerġija rinnovabbli anqas mill-objettiv interim mandatorju ta' l-Istat Membru, u għandha tiġi ffissata f’livell xieraq sabiex isservi ta’ inċentiv qawwi sabiex l-Istati Membri jinvestu f’enerġija rinnovabbli, bil-għan li jikkonformaw ma' l-objettivi nazzjonali, jew saħansitra jaqbżuhom.

Ġustifikazzjoni

Il-metodu ta' evalwazzjoni u l-ammont ta' penali għandhom ikunu b'mod li jiżguraw li l-Istati Membri jkollhom inċentiv reali u qawwi li jinvestu f'enerġija rinnovabbli sabiex jilħqu l-objettivi tagħhom, jew anke jaqbżuhom, minflok ma jqisu l-penali bħala soluzzjoni rħisa ta' kif jiskansaw l-obbligi tagħhom. Skond il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi attwali, ammont ta' 90 Euro għal kull MWh ta’ enerġija rinnovabbli li ma tintlaħaqx jkun bażi xierqa għall-kalkolu tal-penali, fid-dawl tal-miri msemmija hawn fuq.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 12 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c) Sabiex jiżdied aktar l-użu ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli huwa meħtieġ li jinħoloq suq ta' l-enerġija li jaħdem tassew, u li l-ispejjeż esterni tal-produzzjoni u l-konsum ta' l-enerġija jeħtieġu li jkunu attribwiti sew għas-sorsi differenti ta' l-enerġija. Jekk l-ispejjeż kollha soċjali, ambjentali u ta' kura tas-saħħa jitqiesu sewwa, l-enerġija minn ħafna mis-sorsi rinnovabbli li huma disponibbli llum diġà hija kompetittiva mil-lat ta' l-ispiża u spiss hija irħas mill-enerġija minn sorsi konvenzjonali. Għaldaqstant is-sistemi ta' appoġġ għall-enerġiji minn sorsi rinnovabbli huma strumenti politiċi li jpattu għan-nuqqas ta' internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni u għall-iżvantaġġi ta' kompetizzjoni fi swieq ta' l-enerġija fejn hemm distorsjoni.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li ssir riferenza dwar l-ispejjeż esterni ta' l-enerġija konvenzjonali meta mqabbla ma' enerġiji rinnovabbli.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 12 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12d) Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jiddedikaw ammont sinifikanti ta' riżorsi finanzjarji għar-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' l-enerġija rinnovabbli, inkluż mid-dħul mill-Iskema ta' l-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjonijiet. L-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija għandu jagħti prijorità għolja għar-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 12 e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12e) L-appoġġ tal-pubbliku għall-elettriku li jkun ġej minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li, maż-żmien, ikun jista' jikkompeti ma' elettriku li jiġi prodott b'mod konvenzjonali. L-appoġġ pubbliku huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi Komunitarji li jikkonċernaw it-tifrix ta' l-elettriku minn sorsi rinnovabbli, l-aktar sakemm il-prezzijiet ta' l-elettriku tas-suq intern ma jirriflettux l-ispejjeż u l-benefiċċji soċjali u ambjentali kollha tas-sorsi ta' enerġija li jintużaw. Il-linjigwida u l-politiki Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali għandhom iqisu bis-sħiħ il-ħtieġa li jiġu internalizzati l-ispejjeż esterni ta' l-elettriku sakemm tinkiseb kompetizzjoni ġusta.

Ġustifikazzjoni

Fil-kuntest tas-suq ta' l-elettriku, l-interess tal-Kummissjoni fir-reviżjoni tal-Linji Gwida Komunitarji għall-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali għandu jkun sabiex tinħoloq kompetizzjoni ġusta għas-sorsi kollha ta' l-enerġija. L-elettriku minn sorsi fossili u mill-enerġija nukleari għadu qed jinbiegħ bi prezzijiet li ma jirriflettux l-ispiża reali.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 12 f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12f) Fl-aġevolment tal-iżvilupp ta' suq għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli, jinħtieġ li jitqies l-impatt pożittiv fuq l-opportunitajiet ta’ żvilupp reġjonali u lokali, prospetti għall-esportazzjoni, koeżjoni soċjali u opportunitajiet ta’ impjieg, speċjalment fir-rigward ta’ SMEs kif ukoll produtturi indipendenti tal-enerġija.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) It-triq għandha tieħu l-2005 bħala l-punt ta’ tluq għaliex dik hija l-aħħar sena li għaliha hija disponibbli data affidabbli dwar il-kwoti nazzjonali ta’ enerġija rinnovabbli.

(13) It-triq għandha tieħu l-2005 bħala l-punt ta’ tluq għaliex dik hija l-aħħar sena li għaliha hija disponibbli data affidabbli dwar il-kwoti nazzjonali ta’ enerġija rinnovabbli u hija s-sena bażi għall-objettiv ta' effiċjenza enerġetika ‘20 % sa l-2020’.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-obettiv ta' l-Enerġija rinnovabbli huwa objettiv ta' perċentwali hu importanti li jitqies flimkien ma' miżuri magħmula biex tonqos id-domanda ta' l-enerġija totali.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 13 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Jinħtieġ li jiġu ffissati definizzjonijiet li ma jkunux ambigwi għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli. Dawk id-definizzjonijiet li huma speċifikament stabbiliti f’kategorija ta’ enerġiji rinnovabbli mill-Eurostat jew mill-Panil Intergovernattiv għall-Bidla fil-Klima għandhom ikunu indirizzati f’din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Dawk l-enerġiji li tassew jiġġeddu biss għandhom jiġu kkunsidrati f'din id-Direttiva.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 13 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) L-Istati Membri jistgħu jħeġġu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiffissaw objettivi li jkunu ogħla mill-objettivi nazzjonali u jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil ta' pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni u fiż-żieda ta' kuxjenza dwar il-benefiċċji tal-enerġija rinnovabbli.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija rinnovabbli se tinvolvi ħafna azzjonijiet fuq livell lokali u reġjonali, u għaldaqstant l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġi integrati kemm jista' jkun fl-ippjanar u t-twettiq ta' pjanijiet nazzjonali.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 13 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Il-pit m'għandux jitqies bħala enerġija rinnovabbli.

Ġustifikazzjoni

Il-pit huwa meqjus mill-IPCC bħala kategorija separata. Skond l-IPCC, il-pit mhux enerġija rinnovabbli u l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-pit għandhom jiġu rrappurtati mill-Partijiet bħala parti mill-emissjonijiet tagħhom minn fjuwils fossili.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli mhux ambigwi biex ikun ikkalkulat is-sehem ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(14) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli trasparenti u mhux ambigwi biex ikun ikkalkulat is-sehem ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Sabiex jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni Ewropea u d-dipendenza ta' din fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija, l-iżvilupp ta' enerġiji rinnovabbli għandu jkun marbut mill-qrib maż-żieda fl-effiċjenza tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Prekondizzjoni għall-iżvilupp sostanzjali ta' l-enerġiji rinnovabbli hija li għandu jitnaqqas il-konsum totali ta' l-enerġija (partikolarment permezz ta' miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza ta' l-enerġija).

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni ta’ l-idro-elettriku, l-effetti tal-varjazzjoni klimatika għandhom jittaffew permezz ta’ l-użu ta’ regola ta’ normalizzazzjoni.

(15) Fil-kalkolu tal-kontribut ta’ l-enerġija idroelettrika u ta' l-enerġija mir-riħ, l-effetti tal-varjazzjoni klimatika għandhom jittaffew permezz ta’ l-użu ta’ regola ta’ normalizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Bħall-enerġija idroelettrika, l-enerġija mir-riħ tiddependi wkoll mill-kundizzjonijiet ta' temp. Regoli ta' normalizzazzjoni trid tiġi introdotta wkoll għar-riħ.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni ta’ l-idro-elettriku, l-effetti tal-varjazzjoni klimatika għandhom jittaffew permezz ta’ l-użu ta’ regola ta’ normalizzazzjoni. Pompi tas-sħana li jużaw riżorsi ġeotermiċi mill-art jew l-ilma, u pompi tas-sħana li jużaw is-sħana ambjentali mill-arja biex jittrasferixxu l-enerġija termali għal livell ta’ temperatura utli, jeħtieġu l-elettriku biex jaħdmu. Il-pompi tas-sħana li jużaw is-sħana ambjentali mill-arja kemm-il darba jeħtieġu l-użu ta’ ammonti sinifikanti ta’ enerġija konvenzjonali.

imħassra

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 17 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Jinħtieġ li tkun appoġġjata l-fażi ta' dimostrazzjoni u ta' kummerċjalizzazzjoni għat-teknoloġiji ta' enerġiji rinnovabbli diċentralizzati. It-triq lejn il-produzzjoni diċentralizzata ta' l-enerġija għandha ħafna benefiċċji bħalma hu l-użu ta' sorsi lokali ta' enerġija, distanzi iqsar ta' trasport u tnaqqis fit-telf ta' enerġija waqt id-distribuzzjoni. Hija trawwem ukoll l-iżvilupp tal-komunità, billi jiġu pprovduti sorsi ta' dħul u jinħolqu impjiegi lokalment u l-koeżjoni.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Premessa 17 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b) Ir-riċiklaġġ tal-bijomassa, l-aktar ta' l-injam, għandu dejjem jieħu preċedenza fuq l-użu tiegħu għall-produzzjoni ta' l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-bijomassa għall-produzzjoni ta' l-enerġija m'għandux ikollu impatt negattiv fuq ir-riċiklaġġ tiegħu, l-aktar fil-każ ta' l-injam.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 17 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17c) Sabiex jintuża l-potenzjal kollu tal-bijomassa, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mobilizzazzjoni akbar tar-riservi eżistenti tal-injam u l-iżvilupp ta' sistemi ġodda ta' silvikultura.

Ġustifikazzjoni

Fl-Istati Membri u fl-UE parti biss mill-potenzjal tal-bijomassa jiġi fil-fatt użat, speċjalment fil-każ ta' l-injam. Jeħtioeġ li jkun hemm titjib fl-istrutturi tas-sistemi tas-silvikultura sabiex jiżdied is-sehem ta' l-enerġiji rinnovabbli f'dan il-qasam.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 17 d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17d) L-użu ta' l-agrikultura biex jiġi prodott ikel ta' kwalità għolja għandu jieħu preċedenza fuq l-użu tiegħu għall-produzzjoni ta' l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-bijomassa għal finijiet ta' enerġija m'għandux ikun a skapitu tal-produzzjoni ta' l-ikel.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Għalhekk, biex ikun evitat il-kalkolu doppju, l-enerġija kkontrollata b’dan il-mod m’għandhiex tkun ikkalkulata għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva. L-elettriku impurtat, prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli barra l-Komunità, jista’ jgħodd mal-miri ta’ l-Istati Membri. Madankollu, biex tkun evitata żieda netta f’emissjonijiet tal-gassijiet serra permezz tad-devjazzjoni tas-sorsi rinnovabbli eżistenti u s-sostituzzjoni sħiħa jew parzjali tagħhom b’sorsi ta’ enerġija konvenzjonali, l-elettriku ġġenerat biss minn impjanti ta’ enerġija rinnovabbli li jkunu operattivi wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandu jkun eliġibbli biex jingħadd. Biex ikun żgurat li dawn l-importazzjonijiet jistgħu jiġu ssorveljati u kkalkulati b’mod affidabbli, huwa xieraq li jsiru fi ħdan il-qafas ta’ sistema ta’ garanziji ta’ l-oriġini.

imħassra

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Premessa 18 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi individwali għas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli. Huma jħaddmu skemi nazzjonali differenti ta' appoġġ għas-sorsi rinnovabbli ta' enerġija, inklużi ċ-ċertifikati ħodor, l-għajnuna għall-investiment, eżenzjonijiet jew tnaqqis mit-taxxa, rimbors ta' taxxa u skemi diretti ta' appoġġ ta' prezz. Mezz importanti sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li jiġi ggarantit it-tħaddim xieraq ta' dawn il-mekkaniżmi, sakemm jitwaqqaf qafas Komunitarju li jaħdem, sabiex tinżamm il-fiduċja tal-investituri.

Ġustifikazzjoni

Bis-saħħa ta' skemi nazzjonali ta' appoġġ ippjanati sewwa, u amministrazzjoni li taħdem, l-Ewropa hija lider dinji fl-enerġija rinnovabbli. Għaldaqstant, irid jiġi żgurat li dawn l-iskemi ta' appoġġ jistgħu jiggarantixxu l-iżvilupp ulterjuri ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-Ewropa.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Biex jinħolqu opportunitajiet li jnaqqsu l-ispejjeż fil-kisba ta’ l-miri stabbiliti f’din id-Direttiva, huwa xieraq kemm li jkun iffaċilitat il-konsum fl-Istati Membri ta’ enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli fi Stati Membri oħra, kif ukoll li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkalkulaw mal-miri nazzjonali tagħhom stess l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ ikkunsmat fi Stati Membri oħra.

(19) Biex jinħolqu opportunitajiet li jnaqqsu l-ispejjeż fil-kisba ta’ l-miri stabbiliti f’din id-Direttiva, flimkien mal-isforz nazzjonali meħtieġ huwa xieraq kemm li jkun iffaċilitat il-konsum fl-Istati Membri ta’ enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli fi Stati Membri oħra, kif ukoll li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkalkulaw mal-miri nazzjonali tagħhom stess l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ ikkunsmat fi Stati Membri oħra. Għal din ir-raġuni, il-flessibilità għandha tkun permessa iżda tibqa’ fil-kontroll tal-Istati Membri. Hija tista’ tieħu l-forma ta’ trasferimenti ta’ statistika u/jew proġetti konġunti bejn l-Istati Membri.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Għal din ir-raġuni, dispożizzjonijiet armonizzati għad-disinn u t-trasferiment ta’ garanziji ta’ l-oriġini f’dawn is-setturi għandhom jiġu adottati.

imħassra

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-għoti obbligatorju, fuq talba, ta’ garanziji ta’ l-oriġini għat-tisħin u t-tkessiħ prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, għandu jkun limitat għal impjanti b’kapaċità ta’ mill-inqas 5 MWth, bil-għan li jkunu evitati l-piżijiet amministrattivi għolja bla bżonn li jistgħu jkunu imposti jekk impjanti iżgħar, inklużi dawk fid-djar, kellhom jiġu inklużi. (21) L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jistabbilixxu sistemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferiment ta’ garanziji ta’ l-oriġini għal u minn Stati Membri oħra jekk ikollhom bżonn jagħmlu hekk biex jiżguraw provvista ta’ enerġija sigura u bbilanċjata, biex jilħqu l-miri ambjentali li huma l-bażi ta’ l-iskemi ta’ sostenn tagħhom, jew biex ikunu konformi mal-miri stabbiliti f’din id-Direttiva.

imħassra

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Dawn is-sistemi għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat u m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja.

imħassra

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Ladarba s-sistema ta’ garanziji ta’ l-oriġini armonizzata tkun ġiet ittestjata, il-Kummissjoni għandha tara jekk dawn is-sistemi ta’ awtorizzazzjoni minn qabel jibqgħux meħtieġa.

imħassra

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Għalhekk l-istruttura speċifika tas-settur ta’ l-enerġija rinnovabbli għandha tkun ikkunsidrata meta awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jirrevedu l-proċeduri amministrattivi tagħhom meta jingħata l-permess għall-bini u l-operazzjoni ta’ impjanti li jipproduċu l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ jew karburanti għat-trasport minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Proċeduri ta’ approvazzjoni amministrattiva għandhom ikunu semplifikati bi skadenzi ċari għal impjanti li jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli. Regoli u linji gwida għall-ippjanar għandhom ikunu adattati biex jikkunsidraw tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ u l-elettriku rinnovabbli li huwa ekonomiku u ta’ benefiċċju għall-ambjent.

(24) Biex tkun evitata interferenza ma’ skemi ta’ sostenn mogħtija lil impjanti eżistenti u biex ikun evitat kumpens żejjed lill-produtturi ta’ enerġija rinnovabbli, garanziji ta’ l-oriġini maħruġa biss lil impjanti li kienu kkummissjonati wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jew għal produzzjoni minħabba żieda, wara dik id-data, fil-kapaċità ta’ l-enerġija rinnovabbli ta’ impjant, għandhom ikunu trasferibbli bejn l-Istati Membri. In-nuqqas ta’ regoli trasparenti u ta’ koordinazzjoni bejn il-korpi ta’ awtorizzazzjoni differenti deher li fixkel l-użu ta’ enerġija rinnovabbli. Għandu jiġi stabbilit korp amministrattiv wieħed responsabbli għall-awtorizzazzjonijiet kollha meħtieġa. Dan il-korp għandu jkun installat fil-livell l-eqreb għall-proġetti, preferibbilment fil-livell muniċipali jew reġjonali. Proċeduri ta’ approvazzjoni amministrattiva għandhom ikunu semplifikati bi skadenzi ċari għal impjanti li jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli. Regoli u linji gwida għall-ippjanar għandhom ikunu adattati biex jikkunsidraw tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ u l-elettriku rinnovabbli li huwa ekonomiku u ta’ benefiċċju għall-ambjent.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta’ enerġiji rinnovabbli sikwit jiġi mfixkel minn proċeduri kumplikati, ħafna saffi ta’ poter tad-deċiżjoni u nuqqas ta’ konċentrazzjoni. Hu mixtieq approċċ ta’ one-stop shop. Iżda dan mgħandux ifisser li hu meħtieġ li l-awtorità tal-permessi tkun biss fil-livell nazzjonali. Fil-każ li l-muniċipji jkunu għamlu l-ippjanar tagħhom għall-iżvilupp ta’ l-enerġiji rinnovabbli, dawn għandhom jiġu inkoraġġiti u forsi, f’koperazzjoni mal-livell amministrattiv ta’ fuqhom, isiru l-awtorità responsabbli għall-konċentrazzjoni.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) F’livell nazzjonali u reġjonali, regoli u obbligi għal rekwiżiti minimi għal użu ta’ enerġija rinnovabbli f’bini ġdid jew irrenovat wasslu għal żidiet konsiderevoli fl-użu ta’ enerġija rinnovabbli.

(26) F’livell nazzjonali u reġjonali, regoli u obbligi għal rekwiżiti minimi ta’ enerġija rinnovabbli f’bini ġdid jew irrenovat wasslu għal żidiet konsiderevoli ta’ enerġija rinnovabbli. Dawn il-miżuri għandhom jingħataw inkoraġġiment f’kuntest Ewropew usa’, filwaqt li jkunu promossi binjiet b’aktar effiċjenza enerġetika.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta’ enerġiji li jiġġeddu, inkluż dawk passivi, għandu jkun inkoraġġit fis-settur tal-bini. Madankollu dan irid ikun parti minn approċċ komprensiv bl-għan li jnaqqas il-konsum ġenerali ta’ l-enerġija f’dan is-settur kif ukoll f'kull binja individwali, kemm jekk hi ġdida kif ukoll rrenovata.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Premessa 26 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-14 ta’ Frar 2006 b’rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-tisħin u t-tkessiħ minn għejun ta' enerġija li jiġġeddu1, talab għal vantaġġi fiskali, għajnuna diretta għall-investiment, miżuri regulatorji u mekkaniżmi oħra għall-promozzjnoi ta’ l-użu ta’ sistemi ta’ enerġija rinnovabbli u għal tisħin u tkessiħ distrettwali lokali u remot minn enerġiji rinnovabbli.

 

_______________________________

1 ĠU C 280 E, 29.11.2006, p. 115.

Ġustifikazzjoni

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar il-Promozzjoni tal-RES ta’ l-14 ta’ Frar 2006, il-PE irrikonoxxa l-importanza tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali għall-kisba tal-mira tal-UE ta’ sehem enerġetiku ta’ 20% minn RES.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Skemi ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali għandhom ikunu rikonoxxuti reċiprokament mill-Istati Membri u għalhekk għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji minimi armonizzati, billi jkunu kkunsidrati standards teknoloġiċi Ewropej, u reġimi eżistenti ta’ taħriġ u kwalifiki għall-istallaturi ta’ tagħmir ta’ enerġija rinnovabbli. Directive 2005/36/EC of the European Parliament and of the Council of 7 September 2005 on the recognition of professional qualifications should continue to apply to issues not governed by this Directive, such as the recognition of professional qualifications of installers not certified in one Member State.

(28) Lakuni fl-informazzjoni u t-taħriġ, speċjalment fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, għandhom jitwarrbu bil-għan li jkun inkoraġġit l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Approċċ koordinat huwa meħtieġ biex ikun żviluppat taħriġ u għandha tkun disponibbli ċertifikazzjoni xierqa għall-istallaturi ta’ tagħmir ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira bil-għan li jkun evitat tgħawwiġ tas-suq u biex ikunu żgurati prodotti u għoti ta’ servizzi ta’ kwalità għolja lill-konsumaturi. Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali għandha tibqa’ tirregola l-għarfien ta' kwalifiki professjonali għall-professjonijiet regolati. Jekk id-dħul għall-professjoni ta' installatur jew l-eżerċizzju tagħha jkunu rregolamentati, il-kundizzjonijiet għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali jkunu dawk tad-Direttiva 2005/36/KE. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom japplikaw ukoll għal installaturi ċertifikati fi Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2005/36/KE tirregola r-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali għal professjonijiet regolati. Hija għandha tkompli tapplika għall-installaturi li b'mod volontarju jkunu talbu li jiġu ċċertifikati b'konformità mad-Direttiva dwar l-enerġiji rinnovabbli. L-istallazzjoni ta’ tagħmir li juża enerġiji rinnovabbli huwa biss parti mix-xogħol ta’, pereżempju, l-inġiniera tat-tisħin. L-iċċertifikar għall-eżerċizzju ta’ parti mix-xogħol ta’ professjoni regolata ma jistax jimplika dritt għall-eżerċizzju tal-professjoni kollha. Il-bażi legali għal kwistjonijiet relatati mar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali hu l-Artikolu 47 tat-Trattat KE.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Premessa 28 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) L-impjanti ta’ l-elettriku b’ċiklu mħallat jirrappreżentaw l-aħjar taħlita possibbli tal-vantaġġi tad-diversi sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, filwaqt li huma wkoll affidabbli u effiċjenti daqs impjant elettriku fuq skala kbira. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli inċentivi għall-espansjoni u riċerka ulterjuri fuq dan it-tip ta' impjanti ta' l-elettriku b'ċiklu mħallat. Dan jagħti lok li l-produzzjoni li qed tikber ta’ enerġija minn sorsi li jiġġġeddu fl-Ewropa tiġi użata b’mod aktar effiċjenti, minħabba li l-impjanti ta’ l-elettriku b’ċiklu mħallat hu kapaċi jgħaqqdu u jgħaddu l-enerġija prodotta fl-Ewropa kollha permezz ta’ impjanti ta’ l-elettriku li jużaw ir-riħ, i-xxemx, il-bijomassa u l-ilma.

Ġustifikazzjoni

L-impjanti ta’ l-elettriku b’ċiklu mħallat huma kapaċi jħalltu l-vantaġġi u jwittu l-iżvantaġġi ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u b’hekk jgħaqqdu u jgħaddu l-enerġija minn impjanti tar-riħ u tax-xemx, li jipproduċu l-enerġija skond id-disponibilità, flimkien ma’ enerġija supplimentari mill-bijogass u mill-ilma.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Filwaqt li d-Direttiva 2005/36/KE tistabbilixxi rekwiżiti għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, inkluż għall-periti, hemm ħtieġa oħra li jkun żgurat li l-periti u min jippjana jikkunsidraw b’mod xieraq l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-pjanti u d-disinni tagħhom. L-Istati Membri għalhekk għandhom jipprovdu gwida ċara. Dan għandu jseħħ mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE u b’mod partikulari l-Artikoli 46 u 49 tagħha.

(29) Filwaqt li d-Direttiva 2005/36/KE tistabbilixxi rekwiżiti għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, inkluż għall-periti, hemm ħtieġa oħra li jkun żgurat li l-periti u min jippjana jikkunsidraw b’mod xieraq l-aħjar taħlita ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u teknoloġija b’livell għoli ta’ effiċjenza fil-pjanti u d-disinni tagħhom. L-Istati Membri għalhekk għandhom jipprovdu gwida ċara. Dan għandu jseħħ mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/36/KE u b’mod partikulari l-Artikoli 46 u 49 tagħha.

Ġustifikazzjoni

Il-politiki għandhom ikunu definiti f’termini ta’ obbligi bbażati fuq ir-riżultati, aktar milli f’termini ta’ mezzi. Għaldaqstant hi meħtieġ l-aħjar taħlita ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli flimkien ma’ teknoloġiji b'effiċjenza għolja, aktar milli waħda jew l-oħra. Barra minn hekk, għal bini partikolari, jista jkun li ma jeżistux sorsi ta’ enerġija rinnovabbli disponibbli lokalment.

L-effiċjenza enerġetika hi essenzjali sabiex jintlaħqu l-miri ta’ l-2020. Dan hu aktar u aktar importanti għall-bini, minħabba li joffru potenzjal importanza ta’ effiċjenza enerġetika.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Premessa 29 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Hemm ħtieġa għal appoġġ qawwi lill-integrazzjoni tas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ l-użu ta’ l-enerġiji rinnovabbli kif ukoll għall-użu ta’ sistema intermittenti tal-ħażna ta' l-enerġija (bħall-batteriji) għall-produzzjoni integrata ta’ eenrġiji rinnovabbli.

Ġustifikazzjoni

L-iżbilanċ bejn il-provvista u d-domanda ta’ l-enerġija rinnovabbli tirrikjedi kapaċità effiċjenti ta’ ħżin ta’ enerġija intermedja.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-ispejjeż ta’ konnessjoni ta’ produtturi ġodda ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku, għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u għandu jitqies il-benefiċċju li ġeneraturi fissi jġibu lid-distribuzzjoni, b’mod partikulari permezz ta’ skema speċifika għall-qsim ta’ l-ispejjeż tal-konnessjoni.

(30) L-ispejjeż ta’ konnessjoni ta’ produtturi ġodda ta’ l-elettriku u gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku u grilji tal-gass, għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u għandu jitqies il-benefiċċju li ġeneraturi fissi jġibu lid-distribuzzjoni, b’mod partikulari permezz ta’ skema speċifika għall-qsim ta’ l-ispejjeż tal-konnessjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu estiżi sabiex ikopru wkoll il-produzzjoni ta’ gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Premessa 30 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Produtturi ta’ l-elettriku li jridu jisfruttaw il-potenzjal ta’ enerġiji rinnovabbli f’reġjuni periferiċi tal-Komunità, b’mod partikulari f’reġjuni li huma gżejjer u reġjuni b’densità baxxa ta' popolazzjoni, għandhom jibbenefikaw minn spejjeż ta' konnessjoni raġonevoli biex jiżguraw li huma ma jkunux żvantaġġjati meta mqabbla ma’ produtturi li jinsabu f’zoni aktar ċentrali, aktar industrijalizzati u aktar popolati bħala densità.

Ġustifikazzjoni

It-test tal-proposta tal-Kummisjoni jenfasizza li l-ispejjeż tal-konnessjoni għal mas-sistema tad-distribuzzjoni trid tkun ‘trasparenti’ u ‘mhux diskriminatorja’. Dan il-punt huwa ċar, iżda jista’ jkun hemm problemi jekk ikun hemm interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ ‘mhux diskriminatorja’. Il-projbizzjoni tal-politiki kollha li mhumiex immirati sabiex iżommu kundizzjoni kummerċjali indaqs se tfisser nuqqas ta' kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet speċjali ta' komunitajiet iżolati.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Premessa 30 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30b) L-amministrazzjoni responsabbli mis-superviżjoni tal-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-għoti ta’ liċenzji ta’ l-impjanti ta’ enerġija rinnovabbli għandha tkun oġġettiva, trasparenti, mhux diskriminatorja u proporzjonata meta tiddeċiedi dwar proġetti speċifiċi. Kwalunkwe abbuż jew piż li jinħoloq b’mod artifiċjali għall-enerġija rinnovabbli bħall-klassifikazzjoni ta’ proġetti ta’ enerġija rinnovabbli bħala stallazzjonijiet li jirrappreżentaw riskju kbir għas-saħħa għandhom għaldaqstant jiġu miċħuda.

Ġustifikazzjoni

Għandhom ikun projbiti l-ostakoli amministrattivi żejda għall-iżvilupp ta’ enerġiji li jiġġeddu.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) L-ispejjeż ta’ konnessjoni ta’ produtturi ġodda ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku, għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u għandu jitqies il-benefiċċju li ġeneraturi fissi jġibu lid-distribuzzjoni. F’ċerti ċirkustanzi mhux possibbli li jkunu għal kollox żgurati t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mingħajr ma tiġi affettwata l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Mhemm ebda raġuni għal dan it-tip ta’ premessa.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Premessa 33 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) L-enerġija prodotta minn impjanti tar-riħ lil hinn mill-kosta li jkunu jinsabu barra l-ibħra territorjali għandha tkun assenjata lill-Istat Membru li man-netwerk tiegħu jkunu kollegati l-impjanti.

Ġustifikazzjoni

F’xi Stati Membri, l-impjanti tar-riħ offshore se jkunu jinsabu barra l-ibħra territorjali. Dawn l-impjanti għandhom jitqiesu wkoll.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Premessa 33 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jiżguraw bil-mezzi kollha possibbli li l-konsum totali ta' l-enerġija fit-trasport jonqos sostanzjalment. Il-mezzi ewlenin sabiex jitnaqqas il-konsum totali ta' l-enerġija fit-trasport jinkludu l-ippjanar tat-trasport, iż-żieda tas-sehem mill-produzzjoni tal-karozzi elettriċi u l-produzzjoni ta' karozzi li huma aktar effiċjenti fl-enerġija, u iżgħar kemm mid-daqs kif ukoll mid-daqs tal-magna.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-produzzjoni tal-bijokarburanti għandha tkun ambjentalment sostenibbli.

(34) Il-produzzjoni tal-bijomassa għal enerġija għandha tkun ambjentalment u soċjalment sostenibbli u għandha tikkonforma mal-leġiżlazzjoni tax-xogħol. Il-bijokarburanti għal enerġija użati għall-konformità mal-miri stabbiliti f’din id-Direttiva, u dawk li jibbenefikaw mis-sistemi ta’ sostenn nazzjonali, għandhom għalhekk iwettqu l-kriterji għas-sostenibbiltà ambjentali u jikkonformaw mal-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-drittijiet tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji tas-sostenibilità ambjentali u soċjali għandhom japplikaw għall-applikazzjonijiet kollha tal-bijomassa. Il-konformità mal-liġijiet tax-xogħol għandha tkun kriterju essenzjali, fuq l-istess livell mas-sostenibilità ambjentali, u għandu tkun verifikata r-ratifika u l-implimentazzjoni ta’ l-istandards ewlenin tax-xogħol stipulati mill-ILO.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Premessa 34 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34a) Sabiex tiġi ffaċjata ż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel, l-Unjoni Ewropea għandha tieħu passi li jkollhom l-għan li jtejbu l-provvista ta’ prodotti agrikoli u li jiggarantixxu s-sigurtà ta’ l-ikel, anke billi jippromwovu kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti u l-iżvilupp tal-bijokarburanti tat-tieni u tat-tielet ġenerazzjoni fl-Unjoni Ewropea u fid-dinja kif ukoll billi jsaħħu r-riċerka u tagħrif dwarhom fil-qasam agrikolu.

Ġustifikazzjoni

Fl-20 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni li tispjega miżuri politiċi ta’ karattru li jaċċentwa l-konsegwenzi taż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti ta’ l-ikel fid-dinja. Dawn l-aspetti jiddaħħlu fi strateġija fi tliet punti.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Il-bijokarburanti użati għall-konformità mal-miri stabbiliti f’din id-Direttiva, u dawk li jibbenefikaw mis-sistemi ta’ sostenn nazzjonali, għandhom għalhekk iwettqu l-kriterji għas-sostenibbiltà ambjentali. L-introduzzjoni ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali għall-bijokarburanti ma tiksibx l-objettiv tagħha jekk twassal għal prodotti li ma jwettqux il-kriterji u li jkunu ntużaw bħala bijokarburanti li jintużaw, minflok, bħala bijolikwidi fis-setturi tat-tisħin jew ta’ l-elettriku.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji m’għandhomx japplikaw biss għal bijolikwidi u bijofjuwils, iżda wkoll għal bijomassa b’mod ġenerali li qed tintuża wkoll fis-setturi tas-sħana jew elettriċità.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell f’Marzu 2007 stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi Direttiva komprensiva dwar l-użu tas-sorsi rinovabbli kollha ta’ l-enerġija, li jista’ jkun fiha kriterji u dispożizzjonijiet li jiżguraw il-provvista u l-użu sostenibbli tal-bijoenerġija. Dawn il-kriterji għandhom jiffurmaw parti koerenti minn skem usa’ li tkopri wkoll il-bijolikwidi u mhux biss il-bijokarburanti. Kriterji ta’ sostenibbiltà bħal dawn għalhekk għandhom jiġu inklużi f’din id-Direttiva. Bil-għan li jkunu evitati l-ispejjeż addizzjonali għan-negozju u l-inkoerenza ambjentali li tista’ tkun assoċjata ma’ approċċ inkonsistenti, huwa essenzjali li dawn il-kriterji għall-bijokarburanti jiġu allinjati bejn din id-Direttiva u d-Direttiva 98/70/KE.

(36) Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell f’Marzu 2007 stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi Direttiva komprensiva dwar l-użu tas-sorsi rinovabbli kollha ta’ l-enerġija, li jista’ jkun fiha kriterji u dispożizzjonijiet li jiżguraw il-provvista u l-użu sostenibbli tal-bijomassa kollha għal enerġija. Kriterji ta’ sostenibbiltà bħal dawn għalhekk għandhom jiġu inklużi f’din id-Direttiva. Bil-għan li jkunu evitati l-ispejjeż addizzjonali għan-negozju u l-inkoerenza ambjentali li tista’ tkun assoċjata ma’ approċċ inkonsistenti, huwa essenzjali li dawn il-kriterji għall-fjuwils ta’ trasport minn bijomassa jiġu allinjati bejn din id-Direttiva u d-Direttiva 98/70/KE.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta’ sostenibilità li huma żviluppati skond din id-Direttiva jridu jkopru fjuwils solidi, gassużi u likwidi kollha li huma prodotti minn bijomassa għal skopijiet ta’ enerġija. Dawn il-kriterji jridu jkunu konsistenti ma’ dawk stabbiliti f’punti oħrajn tal-leġiżlazzjoni tal-UE, b’mod partikulari d-Direttiva ta’ Kwalità ta’ Fjuwil għat-trasport.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Jekk art b’ħażniet kbar ta’ karbonju fil-ħamrija jew il-veġetazzjoni tagħha hija kkonvertita għall-kultivazzjoni ta’ materja prima għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, ftit mill-karbonju maħżun ġeneralment jiġi rilaxxat fl-atmosfera, u jwassal għall-formazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju. L-impatt negattiv tal-gassijiet serra ta’ dan jista’ jpatti ħażin għall-impatt pożittiv tal-gassijiet serra tal-bijokarburant jew tal-bijolikwidu, f’xi każi b’marġni wiesa’. L-effetti sħaħ tal-karbonju ta’ din il-konverżjoni għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu ta’ l-iffrankar tal-gassijiet serra ta’ bijokarburanti partikolari u bijolikwidi oħra.

(37) Jekk art b’ħażniet kbar ta’ karbonju fil-ħamrija jew il-veġetazzjoni tagħha hija kkonvertita għall-kultivazzjoni ta’ materja prima għal bijomassa għal enerġija, ftit mill-karbonju maħżun ġeneralment jiġi rilaxxat fl-atmosfera, u jwassal għall-formazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju. L-impatt negattiv tal-gassijiet serra ta’ dan jista’ jpatti ħażin għall-impatt pożittiv tal-gassijiet serra tal-fjuwil minn bijomassa jew tal-bijolikwidu, f’xi każi b’marġni wiesa’. L-effetti sħaħ tal-karbonju ta’ din il-konverżjoni diretta jew indiretta għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu ta’ l-iffrankar tal-gassijiet serra ta’ bijokarburanti partikolari u bijolikwidi oħra.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta’ sostenibilità li huma żviluppati skond din id-Direttiva jridu jkopru fjuwils solidi, gassużi u likwidi kollha li huma prodotti minn bijomassa għal skopijiet ta’ enerġija. Rigward il-limitu ta’ frankar ta’ karbonju, huwa għalhekk sorprendenti li l-Kummissjoni provdiet lill-PE u lill-Kunsill b’figuri ta’ tqabbil ta’ karbonju relatati ma’ fjuwils likwidi biss minn bijomassa biss. Figuri simili jeħtieġ li jkunu stabbiliti f’din id-Direttiva għal bijomassa gassuża u solida għal enerġija.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Bil-għan li tkun evitata riċerka impenjattiva mingħajr bżonn minn operaturi ekonomiċi u bil-għan li tkun evitata l-konverżjoni ta’ art b’ħażna għolja ta’ karbonju li meta wieħed iħares lura tirriżulta li mhix eliġibbli biex tipproduċi materja prima għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, dawk it-tipi ta’ l-art li t-telf ta’ ħażna tagħhom tal-karbonju wara l-konverżjoni ma tkunx, f’perjodu raġonevoli meta tiġi kkunsidrata l-urġenza li tkun indirizzata t-tibdil fil-klima, ikkumpensata bl-iffrankar tal-gassijiet serra fil-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra, m’għandhomx ikunu kkonvertiti għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra.

Inventarji ta’ ħażniet ta’ karbonju madwar id-dinja jwasslu għall-konklużjoni li, artijiet niedja u żoni kontinwament afforestati għandhom ikunu inklużi f’din il-kategorija

 

(38) Bil-għan li tkun evitata riċerka impenjattiva mingħajr bżonn minn fornituri ta’ bijomassa għal enerġija u bil-għan li tkun evitata l-konverżjoni ta’ art b’ħażna għolja ta’ karbonju li meta wieħed iħares lura tirriżulta li mhix eliġibbli biex tipproduċi materja prima għal bijomassa għal enerġija, dawk it-tipi ta’ l-art li t-telf ta’ ħażna tagħhom tal-karbonju wara l-konverżjoni ma tkunx, f’perjodu raġonevoli meta tiġi kkunsidrata l-urġenza li tkun indirizzata t-tibdil fil-klima, ikkumpensata bl-iffrankar tal-gassijiet serra fil-produzzjoni ta’ bijomassa għal enerġija, m’għandhomx ikunu kkonvertiti għall-produzzjoni ta’ bijomassa għal enerġija. Inventarji ta’ ħażniet ta’ karbonju madwar id-dinja jwasslu għall-konklużjoni li, fost tipi oħrajn ta’ artijiet, artijiet niedja u żoni kontinwament afforestati għandhom ikunu inklużi f’din il-kategorija.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Premessa 38 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a) L-artijiet li għandhom riservi kbar ta’ karbonju fil-ħamrija tagħhom jew fil-veġetazzjoni tagħhom ma jistgħux jintużaw għall-iżvilupp ta’ proġetti oħra fil-qasam ta’ l-enerġija rinovabbli, pereżempju għall-bini ta’ turbini tar-riħ u t-trasportazzjoni assoċjata magħhom, b’mod partikulari t-‘trasportazzjoni b’mezzi fuq l-ilma’, u infrastrutturi oħra. L-impatt ta’ żviluppi bħal dawn fuq l-art tal-pit verġni inevitabbilment iġib miegħu n-nixfa tagħhom f'uċuh kbar u l-liberazzjoni fl-atmosfera ta' karbonju maħżun, ħaġa li ġġib magħha l-formazzjoni ta' dijossidu tal-karbonju.

Ġustifikazzjoni

L-art tal-pit tikkostitwixxi bir ta’ karbonju. Il-bini ta’ installazzjonijiet tat-turbini tar-riħ u infrastrutturi oħra jġib miegħu tinxif naturali ta’ l-art u tinxif ta' l-art tal-pit, ħaġa li tillibera kwantitajiet kbar ta' karbonju fl-atmosfera u ġġib emissjonijiet tad-dijossidu ikbar mill-ekonomiji li jsiru possibbli mill-installazzjonijiet tat-turbini.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) L-inċentivi previsti f’din id-Direttiva għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, u d-domanda dinjija dejjem tikber għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, m’għandux ikollhom l-effett ta’ inkoraġġiment tal-qirda ta’ l-artijiet bijodiversi. Dawn ir-riżorsi li jispiċċaw, rikonoxxuti f’diversi strumenti internazzjonali bħala li huma ta’ valur għall-bnedmin kollha, għandhom ikunu ppreżervati. Il-konsumaturi fil-Komunità, barra minn hekk, isibuha moralment inaċċettabbli li ż-żieda akbar min-naħa tagħhom fl-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra jista’ jkollu l-effett li jeqred l-artijiet bijodiversi. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti kriterji li jiżguraw li bijokarburanti u bijolikwidi oħra jistgħu jikkwalifikaw biss għall-inċentivi meta jkun jista’ jiġi ggarantit li ma joriġinawx f’art bijodiversa. Il-kriterji magħżulin jikkunsidraw il-foresta bħala bijodiversa meta mhijiex imfixkla minn attività umana sinifikanti (skond id-definizzjoni użata mill-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa u l-Konferenza Ministerjali dwar il-Ħarsien tal-Foresti fl-Ewropa) jew fejn hija protetta b’liġijiet nazzjonali għal skopijiet ta’ ħarsien tan-natura. Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura b’bijodiversità għolja ta’ ċerti artijiet bil-ħaxix, huwa wkoll xieraq li l-bijokarburanti magħmula mill-marja prima li toriġina f’artijiet bħal dawn ma tikkwalifikax għal inċentivi previsti minn din id-Direttiva.

(39) L-inċentivi previsti f’din id-Direttiva għal bijomassa għal enerġija, u d-domanda dinjija dejjem tikber għal fjuwils ta’ trasport minn bijomassa, m’għandux ikollhom l-effett ta’ inkoraġġiment tal-qirda ta’ l-artijiet bijodiversi. Il-konsumaturi fil-Komunità, barra minn hekk, isibuha moralment inaċċettabbli li l-użu dejjem akbar tagħhom ta’ fjuwil minn bijomassa jista’ jkollu l-effett li jeqred l-artijiet bijodiversi. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti kriterji li jiżguraw li bijokarburanti u bijolikwidi oħra jistgħu jikkwalifikaw biss għall-inċentivi meta jkun jista’ jiġi ggarantit li ma joriġinawx f’art bijodiversa, jew li l-estrazzjoni tal-materja prima m'affetwatx b'mod ħażin lill-bijodiversità. Il-kriterji magħżulin jikkunsidraw il-foresta bħala bijodiversa meta mhijiex imfixkla minn attività umana sinifikanti (skond id-definizzjoni użata mill-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa u l-Konferenza Ministerjali dwar il-Ħarsien tal-Foresti fl-Ewropa), sakemm ma tkunx provduta evidenza li kull intervent uman kien u se jkompli jkun ta’ intensità jew perjodiċità li jippermettu li jinżammu l-kompożizzjoni naturali ta’ speċi jew proċessi, jew fejn hija protetta b’liġijiet nazzjonali għal skopijiet ta’ ħarsien tan-natura Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura b’bijodiversità għolja ta’ ċerti artijiet bil-ħaxix, huwa wkoll xieraq li l-bijokarburanti magħmula mill-materja prima li toriġina f’artijiet bħal dawn ma tikkwalifikax għal inċentivi previsti minn din id-Direttiva jekk jinħasdu b'mod li jaffetwa b'mod ħażin lill-bijodiversità. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji xierqa u/jew firxiet ġeografiċi biex tiddefinixxi artijiet bil-ħaxix bħal dawn li għanhdom bijodiversità għolja skond l-aqwa provi xjentifiċi disponibbli u n-normi internazzjonali rilevanti.

 

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra huma magħmula minn materja prima prodotta fl-UE, huma jridu jkunu wkoll konformi mar-rekwiżiti ambjentali ta’ l-UE għall-agrikoltura.

(40) Fejn materja prima għal bijomassa għal enerġija hija prodotta fl-UE, hija għandha tilħaq il-kriterji li japplikaw għal importazzjonijiet minbarra għal rekwiżiti ambjentali tal-UE għal agrikoltura u m'għandhiex tipperikola l-produzzjoni tal-ikel. Għandu jkun hemm skemi ta’ ċertifikazzjoni xierqa biex jiggarantixxu standards minimi għal produzzjoni sostenibbli mill-perspettiva ekoloġika ta’ dawn il-karburanti u għandhom japplikaw ukoll għall-importazzjonijiet fil-provinċji tal-pajjiżi terzi minħabba s-sostenibbiltà fuq skala dinjija.

 

Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa biex jinvestigaw sa liema punt l-integrazzjoni ta' tipi ġodda ta' uċuh tar-raba' linjoċellulożiċi fil-pajsaġġ agrikulturali tista' tkun ta' siwi għall-promozzjoni ta' titjib f'dak li għandu x'jaqsam mal-leġiżlazzjoni ambjentali apparti dik speċifikament imsemmija fir-regoli ta' interkonformità tal-Politika Agrikola Komuni, pereżempju fir-rigward tal-ħarsien tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art u tal-wiċċ, Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-politika tal-ilma1.

 

1 ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

Ġustifikazzjoni

L-istess kriterji ta’ sostenibilità jridu jkunu applikati għal bijomassa għal enerġija ġejja minn pajjiżi terzi jew li tkun prodotta fl-UE.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Il-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali jkunu effettivi biss jekk iwasslu għal bidliet fl-imġiba ta’ l-atturi fis-suq. L-atturi fis-suq ibiddlu biss l-imġiba tagħhom jekk bijokarburanti u bijolikwidi oħra li jilħqu l-kriterji jġibu primjum fil-prezz imqabbla ma’ dawk li ma jġibuhx. Skond il-metodu tal-bilanċ tal-massa fil-verifika tal-konformità, hemm rabta fiżika bejn il-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra li jilħqu l-kriterji u l-konsum ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra fil-Komunità, li tipprovdi bilanċ xieraq bejn il-provvista u d-domanda u tassigura primjum fil-prezz li huwa ikbar milli f’sistemi fejn m’hemmx din ir-rabta. Għalhekk biex ikun żgurat li bijokarburanti u bijolikwidi oħra li jilħqu l-kriterji ta’ sostennibiltà ambjentali jistgħu jinbiegħu bi prezz ogħla, biż-żamma ta’ l-integrità tas-sistema filwaqt li fl-istess ħin tkun evitata l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġonevoli fuq l-industrija, is-sistema tal-bilanċ tal-massa għandha tintuża biex tkun ivverifikata l-konformità.

(41) Il-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali jkunu effettivi biss jekk iwasslu għal bidliet fl-imġiba ta’ l-atturi fis-suq. L-atturi fis-suq ibiddlu biss l-imġiba tagħhom jekk bijomassa għal enerġija li jilħqu l-kriterji jġibu primjum fil-prezz imqabbla ma’ dawk li ma jġibuhx. Skond il-metodu tal-bilanċ tal-massa fil-verifika tal-konformità, hemm rabta fiżika bejn il-produzzjoni ta’ bijomassa għal enerġija li jilħqu l-kriterji u l-konsum ta’ bijomassa għal enerġija fil-Komunità, li tipprovdi bilanċ xieraq bejn il-provvista u d-domanda u tassigura primjum fil-prezz li huwa ikbar milli f’sistemi fejn m’hemmx din ir-rabta. Għalhekk biex ikun żgurat li bijokarburanti u bijolikwidi oħra li jilħqu l-kriterji ta’ sostennibiltà ambjentali jistgħu jinbiegħu bi prezz ogħla, biż-żamma ta’ l-integrità tas-sistema filwaqt li fl-istess ħin tkun evitata l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġonevoli fuq l-industrija, is-sistema tal-bilanċ tal-massa għandha tintuża biex tkun ivverifikata l-konformità. Madankollu jeħtieġ li jiġu vverifikati metodi oħra ta' verifika.

Ġustifikazzjoni

Metodu ta’ konformità għandu jkun applikat għal bijomassa kollha għal enerġija.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Huwa fl-interess tal-Komunità li jkun inkoraġġit l-iżvilupp ta’ ftehimiet multilaterali u bilaterali, u ta’ skemi volontarji internazzjonali u nazzjonali li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi sostenibbli, u li jiċċertifikaw li l-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra tilħaq dawk l-istandards.

(42) Huwa fl-interess tal-Komunità li jkun inkoraġġit l-iżvilupp ta’ ftehimiet multilaterali, u ta’ skemi volontarji internazzjonali u nazzjonali li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ fjuwils minn bijomassa għal trasport sostenibbli, u li jiċċertifikaw li l-produzzjoni ta’ fjuwils minn bijomassa għal trasport tilħaq dawk l-istandards. Għal dik ir-raġuni, għandu jkun hemm provvediment biex tittieħed deċiżjoni dwar il-proċeduri meħtieġa biex jiżguraw li dawn il-ftehimiet jew skemi jagħtu evidenza u data affidabbli, bil-kundizzjoni li jilħqu standards adegwati ta’ affidabbiltà, trasparenza u verifika indipendenti.

Ġustifikazzjoni

Għal konsistenza mal-bidla ta’ definizzjoni ta’ ‘bijofjuwils’.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti regoli ċari għall-kalkolu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bijokarburanti u bijolikwidi oħra u komparaturi tagħhom ta’ karburanti fossili.

(43) Huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti regoli ċari għall-kalkolu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bijomassa għal enerġija u komparaturi tagħhom ta’ karburanti fossili fuq il-bażi ta’ informazzjoni teknika u fiżika rikonoxxuta u attwali.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni provdiet lill-PE u lill-Kunsill b’figuri ta’ tqabbil ta’ karbonju relatati ma’ fjuwils likwidi minn bijomassa biss. Figuri simili jeħtieġ li jinħadmu u jkunu stabbiliti f’din id-Direttiva għal bijomassa għal enerġija gassuża u solida jekk aħna rridu nkopru l-bijomassa għal enerġija kollha.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) Bil-għan li jkun evitat l-inkoraġġiment tal-kultivazzjoni ta’ materja prima għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra f’postijiet fejn dan jista’ jwassal għal emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra, l-użu ta’ valuri awtomatiċi għall-kultivazzjoni għandu jkun limitat għal reġjuni fejn dan l-effett jista’ jkun eskluż b’mod affidabbli.

imħassra

Ġustifikazzjoni

M’hemm ebda raġuni fundamentali li wieħed jistenna għat-twaqqif t a’ kriterji ta’ sostenibilità għal bijomassa għal enerġija kollha. Bosta mill-kriterji ta’ sostenibilità li għandhom japplikaw għall-fjuwils ta’ trasport u likwidi oħrajn minn bijomassa li tista’ tkun trasposta direttament għal bijomassa solida immedjatament. Il-kalkolu ta’ emissjonijiet ta’ gass bl-effett serra minn bijomassa solida għal enerġija u l-komparaturi ta' fjuwils fossili tagħhom irid iżda jkun elaborat biex ikun akkwistat sett sħiħ ta’ kriterji għal bijomassa għal enerġija kollha.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Premessa 47 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47a) Minħabba li l-użu ta’ bijomassa għal skopijiet ta’ enerġija jista’ jinkludi ċaqlieq fis-suq, qerda ta’ foresti, konsum ta’ riżorsi tal-ilma, u prezzijiet tal-ikel ogħla, huwa meħtieġ li jkunu żviluppati forom oħrajn ta’ bijomassa li jkunu disponibbli b’mod wiesa’ fil-livell lokali, bil-promozzjoni tal-użu tagħhom, u jkunu permessi li jippenetraw is-suq.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun żgurat li użu akbar ta’ bijomassa għal skopijiet ta’ enerġija ma jippreżentax riskji rigward prezzijiet ta’ l-ikel ogħla, qerda ta’ foresti tal-massa, u nuqqasijiet tal-ilma, huwa meħtieġ li jkun promoss l-użu ta’ forom oħrajn ta’ bijomassa bi provvista abbondanti fil-livell lokali u jippermettu l-penetrazzjoni tas-suq.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Ir-rekwiżiti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi enerġetiċi tal-bijomassa, minbarra bijolikwidi u bijokarburanti, għandhom ikunu analizzati mill-Kummissjoni sa l-2010, billi tkun ikkunsidrata l-ħtieġa li riżorsi ta’ bijomassa jkunu ġestiti b’mod sostenibbli.

imħassra

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Premessa 48 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48a) Jaqbel li tingħata attenzjoni partikulari liċ-ċiklu ta' produzzjoni u lil-loġistika tal-bijofjuwils, partikolarment f'dak li jikkonċerna l-infrastrutturi disponibbli, għat-trasport u għad-distribuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Il-katina loġistika li tippermetti l-provvista tal-bijofjuwils huwa element importanti fir-rispett ta' l-għan tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra. Għal din ir-raġuni, għandha tingħata l-ikbar attenzjoni lit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tiġġenera. It-twaqqif ta' l-infrastrutturi ta' produzzjoni, ta' loġistika u ta' distribuzzjoni tal-bijofjuwils għandha għalhekk tkun inkoraġġuta, partikolarment permezz ta' proġetti ffinanzjati fil-qafas tan-netwerks transewropej ta' l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-bijofjuwils fl-Unjoni Ewropea għandu jkun akkumpanjat bi sforzi ta' investiment, pereżempju permezz tan-netwerks transewropej ta' l-enerġija, fl-infrastrutturi tal-produzzjoni, tad-distribuzzjoni u tal-loġistika, sabiex l-ilħuq tal-objettiv ma jitwaqqafx minħabba nuqqas ta' infrastrutturi. Iktar minn hekk, trasport fit-tul wisq ta' bijofjuwils bejn il-post ta' produzzjoni u l-post ta' distribuzzjoni se jkun sors ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u se jkun hemm ir-riskju li għalhekk jitnaqqas il-bilanċ pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) Bil-għan li jkun jista’ jinkiseb is-sehem ta’ 10% ta’ bijokarburanti, huwa meħtieġ li jkun żgurat li jitpoġġew fis-suq taħlit ta’ bijokarburant fid-diżil ogħla minn dawk previsti mill-istandard EN590/2004.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Jekk ikun permess dan il-bonus extra lejn miri ta’ enerġiji rinnovabbli għandu joħloq vojt fis-sens li l-ammont totali ta’ enerġija rinnovabbli prodotta se jitnaqqas għall-ekwivalenti tal-bonus li jingħata. 'L hekk imsejħa t-tieni ġenerazzjoni għandha tkun promossa aħjar permezz ta' limitu ta' frankar ta' gass bl-effett serra għoli bħal dak suġġerit f'dan ir-rapport, ie mill-inqas 60% mingħajr ma jipperikola l-miri tal-RES.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Premessa 50 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(50a) L-Istati Membri joperaw mekkaniżmi differenti ta’ appoġġ għal enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-livell nazzjonali, li jvarjaw ukoll fost setturi ta' enerġija rinnovabbli. Qafas armonizzat fi ħdan il-Komunità għal skemi ta' appoġġ fi kwalunkwe mis-setturi ta’ enerġija rinnovabbli għandu jkun maħsub fuq perjodu ta’ żmien fit-tul. [Sa Diċembru 2012] il-Kummissjoni għandha tanalizza l-impatti tal-iskemi ta’ appoġġ attwali u l-possibilità li tipproponi skema ta’ appoġġ arminozzata Ewropea ta’ skjerament ta’ enerġija rinnovabbli bbażata fuq is-suq.

Ġustifikazzjoni

Il-kisba ta’ miri RE għandha tkun effiċjenti f'sens ta' nefqa kemm jista' jkun, iżda għandha tinkoraġġixxi wkoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji kemm jista' jkun possibbli. Illum jeżistu skemi ta’ appoġġ nazzjonali differenti, u hemm riskju li l-Istati Membri jegħlbu lil xulxin biex jilħqu l-miri tagħhom, u l-ispiża tkun ogħla mill-meħtieġ biex jintlaħqu l-miri. Huwa importanti għal fiduċja ta’ l-investitur, li skemi ta’ appoġġ nazzjonali ma jkunux mibdula f’daqqa. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni għandha tanalizza skemi ta’ appoġġ attwali u l-possibilità li tintroduċi skema bbażata fuq suq armonizzat.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Premessa 50 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(50b) Biex ikun żgurat qafas stabbli kontinwu għall-iżvilupp ta’ enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha, sa l-2016, tippubblika pjan direzzjonali għal enerġija rinnovabbli lil hinn mill-2020, li jista’ jinkludi alternattivi għall-armonizzazzjoni ta’ skemi ta’ appoġġ nazzjonali u għall-integrazzjoni sħiħa ta’ elettriċità rinnovabbli u bijogass fis-swieq aktar wiesa' ta' l-elettriku u tal-gass tal-UE.

Ġustifikazzjoni

L-industrija ta’ enerġija rinnovabbli hija industrija ġdida u bħalissa teħtieġ l-appoġġ iżda maż-żmien hija se teħtieġ li tkun integrata fis-suq aktar wiesa’ tal-enerġija. L-industrija tal-enerġija rinnovabbli se teħtieġ ħafna żmien biex taġġusta għal tibdil regolatorju possibbli lil hinn mill-2020.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) Miżuri ta’ appoġġ meħuda skond din id-Direttiva li jikkostitwixxu għajnuna ta’ l-Istat skond l-Artikolu 87 tat-Trattat għandhom ikunu nnotifikati lil u approvati mill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tagħhom, skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(51) L-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali jkunu jistgħu jistabbilixxu għajnuna pubblika bħala appoġġ għall enerġiji rinnovabbli, billi fil-bidu huma aktar għaljin minn dawk li jissostitwixxu, bil-konsegwenza li l-penetrazzjoni tagħhom fis-suq ta’ l-enerġija ma tfissirx benefiċċji kummerċjali għall-futur qarib jew prezzijiet orħos għall-konsumaturi. Miżuri ta’ appoġġ meħuda skond din id-Direttiva li jikkostitwixxu għajnuna ta’ l-Istat skond l-Artikolu 87 tat-Trattat għandhom ikunu nnotifikati lil u approvati mill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tagħhom, skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ din id-Direttiva ma tissostitwixxix l-obbligu ta’ l-Istati Membri taħt l-obbligu tan-notifika skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

L-aqwa mod kif wieħed jappoġġja l-enerġiji alternattivi fl-Istati Membri huwa li jkunu involuti fl-għajnuna pubblika li tappoġġja enerġiji bħal dawn.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52) Meta jfasslu s-sistemi ta’ sostenn tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-użu ta’ bijokarburanti li jagħtu benefiċċji addizzjonali – inkluż il-benefiċċju ta’ diversifikazzjoni mogħti minn bijokarburanti magħmulin mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux ta’ l-ikel, u materjal linjoċellulożiku – billi jikkunsidraw l-ispejjeż differenti fil-produzzjoni ta’ enerġija minn bijokarburanti tradizzjonali fuq naħa u ta’ dawn il-bijokarburanti li jagħtu benefiċċji addizzjonali fuq in-naħa l-oħra.

(52) Meta jfasslu s-sistemi ta’ sostenn tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta’ bijokarburanti li jagħtu benefiċċji addizzjonali – ibbażati fuq kapaċitajiet ġejjin minn tnaqqis dokumentat ta’ emissjoni ta’ gass bl-effett serra, u inkluż il-benefiċċju ta’ diversifikazzjoni mogħti minn bijokarburanti magħmulin mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux ta’ l-ikel, materjal linjoċellulożiku u algi, kif ukoll pjanti mhux imsoqqija, kultivati f’zoni xotti biex jissieltu l-firxa tad-deżert – billi jikkunsidraw l-ispejjeż differenti fil-produzzjoni ta’ enerġija minn bijokarburanti tradizzjonali fuq naħa u ta’ dawn il-bijokarburanti li jagħtu benefiċċji addizzjonali fuq in-naħa l-oħra. L-Istati Membri għandhom jinkoraġixxu wkoll l-investiment fir-riċerka u fl-iżvilupp ta' dawn it-teknoloġiji ta’ l-enerġija rinnovabbli oħra li jeħtieġu ż-żmien biex isiru kompetittivi.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55) B’mod partikolari, għandu jingħata poter lill-Kummissjoni biex tadatta l-prinċipji u l-valuri metodoloġiċi meħtieġa biex ikun valutat jekk il-kriterji ta’ sostennibiltà ambjentali ġewx imwettqa fir-rigward tal-bijokarburanti u bijolikwidi oħra u li tadatta l-kontenut enerġetiku tal-karburanti għat-trasport għall-progress tekniku u xjentifiku.

(55) B’mod partikolari, għandu jingħata poter lill-Kummissjoni biex tadatta l-prinċipji u l-valuri metodoloġiċi meħtieġa biex ikun valutat jekk il-kriterji ta’ sostennibiltà ambjentali u soċjali ġewx imwettqa fir-rigward tal-bijomassa għal enerġija u li tadatta l-kontenut enerġetiku tal-karburanti għat-trasport għall-progress tekniku u xjentifiku. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-pieni. Dawn il-miżuri għandhom ikunu adottati sal-aħħar tal-2010. Huma għandhom jispeċifikaw il-metodi ta’ kalkolu u ġabra ta’ pieni, jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-immaniġġjar amministrattiv tal-pieni u t-twaqqif tal-fond, fejn id-dħul relevanti għandhom ikunu allokati u l-immaniġġjar u l-użu tal-fond għal appoġġ ta’ proġetti ta’ enerġija rinnovabbli fi Stati Membri li qabżu l-miri tagħhom. B’mod ġenerali huma għandhom isaħħu r-riċerka, il-produzzjoni u l-użu ta’ enerġiji rinnovabbli u żieda fl-effiċjenza tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea. Minħabba li dawk il-miżuri huma f’ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva bl-adattament tal-prinċipji u l-valuri metodoloġiċi, huma għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif ipprovdut mill-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta’ sostenibilità kif ukoll il-kalkolu tal-gass bl-effett serra u l-valuri tipiċi u ta’ falliment fl-Anness VII għal bijomassa kollha għal enerġija jridu jkunu evalwati b’mod regolari mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57) Minħabba li l-miri ġenerali biex jintlaħaq sehem ta’ 20% ta’ enerġiji rinnovabbli fil-konsum globali ta’ l-enerġija tal-Komunità u sehem ta’ 10% ta’ bijokarburanti fil-konsum ta’ petrol u diżil għat-trasport f’kull Stat Membru sa l-2020 ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar f’livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat.

(57) Minħabba li l-miri ġenerali biex jintlaħaq sehem li jorbot ta’ 20% ta’ enerġiji rinnovabbli fil-konsum globali finali ta’ l-enerġija tal-Komunità u sehem li jorbot ta’ 10% ta’ enerġija rinnovabbli fis-settur tat-trasport f’kull Stat Membru sa l-2015 ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar f’livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f'dan l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-objettivi.

Ġustifikazzjoni

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007 qabel li jistabbilixxi miri li torbot ta’ 20% ta’ enerġija rinnovabbli sal-2020. Id-Direttiva tiffissa objettiv ta' 10% għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli għas-settur tat-trasport sa l-2020. Għaldaqstant, din il-Premessa għandha konsegwentement tinbidel sabiex tkun aktar konsistenti.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Premessa 57 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(57a) It-traspożizzjoni biċċa biċċa ta’ miżuri ta’ ħarsien ambjentali, bħad-Direttiva 2000/60/KE, tista’ tostakola objettivi importanti ambjentali u ta’ enerġija, inkluż il-ħarsien tal-klima. Programmi leġiżlattivi, b’mod partikulari fil-qasam ambjentali, għandhom għalhekk iqisu l-konsegwenzi għall-użu ta’ enerġija rinnovabbli u kemm jista’ jkun jevitaw konflitti ta’ interess.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess ta’ strateġija ġenerali koerenti għal ambjent u politika ta’ enerġija l-effetti reċiproċi ta’ implimentar tal-objettivi tal-UE ambjentali u klimatiċi jeħtieġ li jirrispettaw u jevitaw konflitti.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Tistabbilixxi miri mandatorji għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum ta’ enerġija u għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport. Hija tistabbilixxi regoli relatati mal-garanziji ta’ l-oriġini, proċeduri amministrattivi u konnessjonijiet mad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku fir-rigward ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-integrazzjoni tagħha fis-suq tal-enerġija intern bil-ħsieb li jissaħħew sistemi ta’ appoġġ attwali nazzjonali fl-Istati Membri waqt li jgħaqqduhom f’politika ta’ enerġija Ewropea li hija dejjem aktar dipendenti fuq pajjiżi terzi, b’aktar sigurtà tal-provvista u aktar ħarsien ambjentali, kompetittività u tmexxija industrijali min-naħa tal-Unjoni Ewropea. Tistabbilixxi miri mandatorji għas-sehem globali u interim ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum ta’ enerġija u għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport Hija tistabbilixxi regoli relatati mal-garanziji ta’ l-oriġini, strumenti ta’ flessibilità, proċeduri amministrattivi u konnessjonijiet mad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku fir-rigward ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri individwali. Hija tistabbilixxi kriterji ta’ sostenibilità għal enerġija minn bijomassa, inkluż għal trasport ta’ fjuwils minn bijomassa.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "enerġija minn sorsi rinnovabbli” tfisser sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mhux fossili: riħ, xemx, arja, ilma, art, ġeotermali, mewġa, marea, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbla, gass mill-impjant tat-trattament tad-dranaġġ u u bijogassijiet;

(a) "enerġija minn sorsi rinnovabbli” tfisser sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mhux fossili: riħ, xemx, arja, ilma, art, ġeotermali, aerotermali, idrotermali, mewġa, marea, osmotiku, idroenerġija, bijomassa, silġ, gass mill-miżbla, gass mill-impjant tat-trattament tad-dranaġġ u u bijogassijiet;

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt a – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-definizzjoni tista’ tkun emendata biex tadatta għal progress tekniku. Miżuri bħal dawn imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 21(3);

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' enerġija rinnovabbli, ibbażata fuq id-Direttiva dwar l-Enerġija Elettrika Rinnovabbli 2001/77, ma tkoprix għad ta' sorsi u teknoloġiji mal-ħama ta' ilma użat. Sabiex tqis żviluppi fil-ġejjieni ta' teknoloġiji ġodda l-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tbiddel id-definizzjoni permezz ta' proċedura ta' komitoloġija.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) “enerġija aerotermali” tfisser enerġija maħżuna f’forma ta’ sħana fl-arja;

Ġustifikazzjoni

Il-liġi tal-UE ma għandhiex definizzjoni armonizzata ta’ enerġija aerotermali, ġeotermali u idrotermali. Għalhekk id-Direttiva għandha tipprovdi definizzjonijiet bħal dawn.

“Enerġija aerotermali” tirreferi għall-enerġija termali preżenti fl-arja (l-atmosfera tad-dinja).

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt a b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) “enerġija ġeotermali” tfisser l-enerġija maħżuna fil-forma ta’ sħana taħt il-wiċċ ta’ art solida;

Ġustifikazzjoni

Il-liġi tal-UE ma għandhiex definizzjoni armonizzata ta’ enerġija aerotermali, ġeotermali u idrotermali. Għalhekk id-Direttiva għandha tipprovdi definizzjonijiet bħal dawn.

“Enerġija ġeotermali” tirreferi għall-enerġija termali preżenti fl-art taħt il-wiċċ solidu tad-dinja.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt a c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac) “enerġija idrotermali” tfisser enerġija maħżuna f’forma ta’ sħana f’ilma fil-wiċċ;

Ġustifikazzjoni

Il-liġi tal-UE ma għandhiex definizzjoni armonizzata ta’ enerġija aerotermali, ġeotermali u idrotermali. Għalhekk id-Direttiva għandha tipprovdi definizzjonijiet bħal dawn.

“Enerġija idrotermali” tirreferi għall-enerġija termali preżenti fil-wiċċ tal-ilma (bħal xmajjar, għadajjar jew baħar).

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "bijomassa" tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi mill-agrikoltura (inklużi sustanzi veġetali u annimali), industriji tal-forestrija u industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart industrijali u muniċipali;

(b) "bijomassa" tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi mill-agrikoltura (inklużi sustanzi veġetali u annimali) u mill-akwakultura, mill-industriji tal-forestrija u mill-industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli separata u miġbura ta’ skart industrijali u muniċipali u tajn ġej minn skart tal-ilma;

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "konsum finali ta’ l-enerġija" tfisser il-prodotti essenzjali ta’ l-enerġija mwassla għal għanijiet enerġetiċi lill-industrija tal-manifattura, it-trasport, id-djar, is-servizzi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, inkluż il-konsum ta’ elettriku u sħana mill-fergħa ta’ l-enerġija għall-elettriku u l-produzzjoni tas-sħana u inkluż it-telf ta’ elettriku u sħana fid-distribuzzjoni;

(c) "konsum finali ta’ l-enerġija" tfisser il-prodotti essenzjali ta’ l-enerġija mwassla għal għanijiet enerġetiċi lill-industrija tal-manifattura, it-trasport, id-djar, kummerċ privat u s-servizzi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, inkluż il-konsum ta’ elettriku u sħana mill-fergħa ta’ l-enerġija għall-elettriku u l-produzzjoni tas-sħana u inkluż it-telf ta’ elettriku u sħana fid-distribuzzjoni;

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) "tisħin jew tkessiħ distrettwali" tfisser id-distribuzzjoni ta’ enerġija termali f’forma ta’ fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sors ta’ produzzjoni ċentrali permezz ta’ netwerk lill-bini multiplu, għall-użu ta’ tisħin jew tkessiħ ta’ spazju jew proċess;

(d) "tisħin jew tkessiħ ċentralizzat" tfisser id-distribuzzjoni ta’ enerġija termali f’forma ta’ fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sors ta’ produzzjoni ċentrali permezz ta’ netwerk lil għadd ta' binjiet jew lil konsumatur industrijali, għall-użu ta’ tisħin jew tkessiħ ta’ spazji jew proċessi li tkun ġejja minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli jew għat-tisħin tal-ilma;

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li din id-definizzjoni tkopri l-użu ta' tisħin u tkessiħ għal klijenti industrijali.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) "bijolikwidi” tfisser fjuwil solidu, likwidu jew f'forma ta' gass għal għanijiet ta’ enerġija prodott mill-bijomassa;

(e) "bijomassa għall-enerġija” tfisser fjuwil solidu, likwidu jew f'forma ta' gass għal għanijiet ta’ enerġija prodott mill-bijomassa;

Ġustifikazzjoni

Din il-leġiżlazzjoni tkopri l-enerġija kollha prodotta mill-bijomassa, u mhux biss dik użata bħala fjuwil fis-settur tat-trasport jew użata bħala fjuwil likwidu fil-produzzjoni ta' sħana u ta' enerġija. Għalhekk huwa essenzjali li dan it-terminu komprensiv jiġi ddefinit.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) "bijokarburanti" tfisser fjuwil likwidu jew ġassuż għat-trasport prodott mill-bijomassa;

(f) "fjuwils għat-trasport mill-bijomassa" tfisser fjuwil likwidu jew ġassuż għat-trasport prodott mill-bijomassa;

Ġustifikazzjoni

Il-bijomassa għall-enerġija jista’ jkollha ħafna applikazzjonijiet bħall-ġenerazzjoni tas-sħana u ta’ l-elettriku kif ukoll bħala karburanti għat-trasport. Dan it-terminu jfisser din id-distinzjoni b'mod ċar.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt f a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) “bijofjuwil ċellulożiku” tfisser bijofjuwil ġej minn kull ċellulożi, emiċellulożi jew lininn, li jkunu ġejjin minn bijomassa rinnovabbli;

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt f b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fb) "art mistagħdra" tfisser art li hija miksija bl-ilma jew saturata bl-ilma b'mod permanenti jew għal parti sinifikanti mis-sena;

Ġustifikazzjoni

L-art mistagħdra trid tiġi ddefinita f'din id-Direttiva. L-artijiet mistagħdra huma 'mħażen' importanti tal-karbonju u xi bidla fihom tista' twassal biex jinħelsu kwantitajiet sinifikanti ta' gassijiet b'effett ta' serra. Id-definizzjoni attwali tinkludi biċ-ċar l-artijiet tal-pit mhux imbattla mill-ilma, bħall-artijiet tal-pit verġni.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt f c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fc) “art degradata” tfisser art li mhix, jew li ma kinitx, foresta jew art niedja mill-1990, li mhix art ta' Valur ta’ Konservazzjoni Għoli jew li mhix fi qrubija diretta ma’ art bħal din jew ġo zoni naturali prezzjuża jew ġo zoni protetti mill-gvern, u li ma ntużatx għal għanijiet agrikoli għal mill-inqas 10 snin;

Ġustifikazzjoni

Artijiet mhux użati, marġinali u degradati jridu jkunu definiti f'din id-Direttiva. Jeħtieġ li din id-definizzjoni titfassal sew biex ikun żgurat li din l-art, jekk tintuża għall-karburanti tat-trasport mill-bijomassa, m’għandhiex valur għoli ta’ konservazzjoni jew ħażna kbira ta’ karbonju jew ma tintużax għall-produzzjoni ta’ l-ikel. Valur Għoli ta’ Konservazzjoni huwa stejtus miftiehem internazzjonalment li jħares il-bijodiversità u l-integrità ekoloġika. L-1990 hija l-iskadenza għad-deforestazzjoni miftiehma skond il-Protokoll ta’ Kjoto.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)"garanzija ta’ l-oriġini" tfisser dokument elettroniku li għandu l-funzjoni li jipprovdi prova li kwantità speċifikata ta’ enerġija kienet prodotta minn sorsi rinnovabbli;

(g)"garanzija ta’ l-oriġini" tfisser dokument elettroniku li għandu l-funzjoni li jipprovdi prova li kwantità speċifikata ta’ enerġija kienet prodotta minn sorsi rinnovabbli u hija trasferibbli bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

Ġustifikazzjoni

It-trasferibilità ta’ garanziji ta’ oriġini għandha tkun rekwiżit standard, li tippermetti objettivi tal-UE biex jintlaħqu bl-inqas nefqa possibbli għaċ-ċittadin. Regoli fuq każi fejn kummerċ f’garanziji ta’ oriġini jaffettwa b’mod negattiv is-sigurtà tal-provvista ta' Stat Membru huma stabbiliti fl-Artikolu 9.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt g a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) “ċertifikati ta’ kontabilità tat-trasferiment” tfisser dokument elettroniku mmarkat b’mod speċjali li jista’ jintuża fuq bażi volontarja mill-Istati Membri sabiex isir trasferiment ta' kwantità speċifika ta' enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli għal Stat Membru esklussivament għall-iskop ta’ kontabilità mmirata;

Ġustifikazzjoni

Mod flessibbli ġdid biex jintlaħqu l-miri nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli iddaħħal fl-Artikolu 8 u 9 ta’ din id-Direttiva għal dawk l-Istati Membri li jridu jkunu parti minn sistema bħal din. Huwa importanti li wieħed jiddistingwi bejn garanziji ta' oriġini, li jintużaw - jekk jinħarġu – għal skopijiet ta’ żvelar biss, u ċertifikati ta’ kontabilità tat-trasferiment, li jintużaw biss għal skopijiet ta’ kontabilità.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) “skema ta’ sostenn” tfisser skema, li toriġina minn politika ta’ intervent li permezz tagħha jinħolqu jew jissaħħu l-espansjoni u ż-żieda ta’ l-użu ta' enerġija minn sorsi rinovabbli;

(h) “skema ta’ sostenn” tfisser skema, li toriġina minn politika ta’ intervent li permezz tagħha jinħolqu jew jissaħħu l-espansjoni u ż-żieda ta’ l-użu ta' enerġija minn sorsi rinovabbli. Skemi ta’ sostenn nazzjonali jinkludu, b’mod partikulari, obbligi ta' enerġija rinnovabbli, għajnuna għall-investiment, eżenzjonijiet tat-taxxa jew riduzzjonijiet, rifużjonijiet tat-taxxa u skemi ta' appoġġ ta' prezz dirett, speċjalment skemi ta' alimentazzjoni u ta’ primjum;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonita’ "skema ta' appoġġ" trid tiġi ċċarata.

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt i a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) “bijometanu” tfisser metanu prodott minn sorsi rinnovabbli li huwa trasformat għal kwalità ta’ gass naturali.

Ġustifikazzjoni

Bijometanu (metanu prodott minn sorsi rinnovabbli li huwa trasformat għal kwalità ta’ gass naturali) huwa inkluż fid-definizzjoni ta’ bijofjuwils, huwa traskurat b’mod kontinwu.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem tiegħu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija fl-2020 huwa mill-inqas il-mira globali tiegħu għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’dik is-sena, kif stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fil-Parti A ta’ l-Anness I.

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem tiegħu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija fl-2020 huwa mill-inqas il-mira globali tiegħu għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’dik is-sena, kif stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fil-Parti A ta’ l-Anness I biex jiżgura li l-mira obbligatorja ta’ mill-inqas 20% sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija tal-Komunità fl-2020 jintlaħaq.

2. L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri xierqa biex jiżguraw li s-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli jkun ugwali għal jew jaqbeż dawk murija fil-mira trajettorja li huma stabbiliti fil-Parti B ta’ l-Anness I.

2. L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri xierqa biex jiżguraw li s-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli jkun ugwali għal jew jaqbeż il-miri intermedji minimi mandatorji li huma stabbiliti fil-Parti B ta’ l-Anness I.

 

2a. Sakemm skema ta’ appoġġ fi ħdan l-UE ma tkunx fis-seħħ, u biex ikun garantit li skemi ta’ appoġġ nazzjonali ikunu jistgħu jsegwu l-iskopijiet ta’ din id-Direttiva b'mod effettiv, kull Stat Membru jista' jiddeċiedi jekk u sa liema punt huwa jagħti enerġija minn sorsi rinnovabbli li hija prodotta fi Stat Membru ieħor id-dritt li jibbenefika minn skema ta’ appoġġ nazzjonali tiegħu u biex jiddeċiedi jekk u sa liema punt huwa jagħti enerġija minn sorsi rinnovabbli li huma prodotti fit-territorju tiegħu stess id-dritt li jibbenefika minn skema ta’ appoġġ nazzjonali fi Stat Membru differenti.

 

2b Minbarra l-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali u biex tkun faċilitata l-flessibilità fil-kisba tal-miri nazzjonali skont dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jikkoperaw fuq bażi volontarja kif stabbilit fl-Artikoli 9a sa 9d.

3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport fl-2020 huwa mill-inqas 10% tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport f’dak l-Istat Membru.

3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li:

In calculating total energy consumed in transport for the purposes of the first subparagraph, petroleum products other than petrol and diesel shall not be taken into account.

(a) effiċjenza fl-enerġija fi trasport f’dan l-Istat Membru tittejjeb b’mill-inqas 20% sal-2020 fil-konfront ta' linja ta' bażi tal-2005;

 

(b) is-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport fit-toroq fl-2015 huwa ta’ mill-inqas 5% tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport fit-toroq f’dan l-Istat Membru u li mill-inqas 20% ta’ din il-mira għandha tintlaħaq mill-elettriku jew idroġenu minn sorsi rinnovabbli, enerġija minn skart, residwi u bijomassa linjoċellulożika jew algi prodotti fit-tankijiet, jew enerġija mill-għalf imkabbar fuq art degradata b’benefiċċju ta’ karbonju nett rigward l-emissjonijiet ta’ l-użu ta’ l-art f’perjodu ta’ 10 snin.

 

(c) is-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport fit-toroq fl-2020 huwa ta’ mill-inqas 10 % tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport fit-toroq f’dan l-Istat Membru u li mill-inqas 40 % ta’ din il-mira għandha tintlaħaq mill-elettriku jew idroġenu minn sorsi rinnovabbli, enerġija minn skart, residwi u bijomassa linjoċellulożika jew algi prodotti fit-tankijiet, jew enerġija mill-għalf imkabbar fuq art degradata b’benefiċċju ta’ karbonju nett rigward l-emissjonijiet ta’ l-użu ta’ l-art f’perjodu ta’ 10 snin.

 

Sal-2014, reviżjoni għandha tanalizza l-mira tal-2020 u s-sehem kif stabbiliti f’(c). Ir-reviżjoni għandha tkun ibbażata fuq analiżi tal-impatt li tqis, b'mod partikulari, il-fjuwils kollha użati fil-forom kollha ta' trasport (inkluż trasport marittimu u avjazzjoni), l-emissjonijiet ta’ gass bl-effett serra, l-iżvilupp teknoloġiku, il-konsegwenzi għas-sigurtà tal-ikel, bijodiversità u disponibilità kummerċjali ta’ elettriku jew idroġenu minn sorsi rinnovabbli, u ta’ fjuwil minn għalf kultivat f’art degradata kif stipulat hawn fuq u l-kriterji ta’ sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 15.

 

L-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw li kull enerġija li tagħmel parti mill-miri stabbiliti fil-punti (b) u (c) tilħaq il-kriterji ta' sostenibilità kollha stabbiliti fl-Artikolu 15. Il-kontribuzzjoni mill-elettriku prodotta b’sorsi rinnovabbli u kkunsmata f’vetturi tal-elettriku għandha titqies li hija darbtejn aktar tal-kontenut ta’ enerġija tad-dħul ta’ elettriku rinnovabbli. Is-sehem medju ta’ elettriku rinnovabbli għal UE 27 għandu jintuża għall-kalkolu tad-dħul ta’ elettriku rinnovabbli għal vetturi tal-elettriku fl-Istati Membri kollha.

 

 

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Stat Membru li s-sehem tiegħu ta’ enerġiji rinnovabbli jfalli milli jilħaq il-miri interim tiegħu għandu jingħata suġġett għal, pieni proporzjonati u dissważivi imposti mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Mingħajr pieni, l-Istati Membri jistgħu jfallu milli jilħqu l-miri intermedji tagħhom u dan għandu jmur kontra skjerament progressiv ta’ suq ta’ enerġija rinnovabbli u jostakola l-kisba tal-objettiv tal-2020.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 3 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Qabel l-1 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni se tistabbilixxi metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribut ta' l-elettriku u l-idroġenu rinnovabbli għat-taħlita totali tal-fjuwils.

 

Din il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 21.

Ġustifikazzjoni

Biex tkun faċilitata l-introduzzjoni ta’ vetturi tal-elettriku u tal-idroġenu hija meħtieġa metodoloġija biex tkejjel l-impatt tagħhom fuq il-kontribuzzjoni tat-taħlita ta’ fjuwil totali.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali

Pjanijiet ta’ azzjoni għall-enerġija rinnovabbli

1. Kull Stat Membru għandu jadotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali.

1. Kull Stat Membru għandu jadotta pjan ta’ azzjoni għall-enerġija rinnovabbli.

Il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għandhom jistabbilixxu l-miri ta’ l-Istati Membri għall-ishma ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport, l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, u miżuri adegwati li għandhom jittieħdu biex jinkisbu dawn il-miri, inklużi politiki nazzjonali biex ikunu żviluppati riżorsi eżistenti ta’ bijomassa u jkunu mmobilizzati riżorsi ġodda ta’ bijomassa għal użi differenti, u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex ikunu mwettqa r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 12 sa 17.

 

Kull Stat Membru għandu jadotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali.

Il-pjanijiet ta’ azzjoni għall-enerġija rinnovabbli nazzjonali għandhom jistabbilixxu l-miri ta’ l-Istati Membri għall-ishma ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport, l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, u miżuri adegwati li għandhom jittieħdu biex jinkisbu dawn il-miri, inklużi koperazzjoni bejn awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, politiki nazzjonali biex ikunu żviluppati riżorsi eżistenti ta’ bijomassa u jkunu mmobilizzati riżorsi ġodda ta’ bijomassa għal użi differenti, politiki u miżuri biex inaqqsu l-konsum finali ta’ enerġija, u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex ikunu mwettqa r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 12 sa 17.

 

1a. Fejn Stat Membru huwa intenzjonat li jikseb il-mira tiegħu permezz tal-użu ta’ kull strument flessibbli kif stabbiliti fl-Artikolu 9a sa 9d, huwa għandu jistabbilixxi d-dettallji tal-ftehimiet relatati fil-pjan ta’ azzjoni ta’ enerġija rinnovabbli nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jindikaw il-metodu li huma intenzjonati li jużaw biex jallokaw dħul possibbli minħabba t-trasferimenti bi qbil mal-kriterji li jridu jkunu definiti mill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2012 bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 21(3).

 

1b. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tagħmel disponibbli lill-Istati Membri, sat-30 ta’ Ġunju 2009, format li jorbot għal pjanijiet ta’ azzjoni ta’ enerġija rinnovabbli nazzjonali li jinkludu mill-inqas ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII A:

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-pjanijiet ta’ azzjoni ta’ enerġija rinnovabbli nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010 jew sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, liema minnhom ikun l-ewwel.

 

2a. Fi żmien tliet xhur tan-notifikazzjoni ta’ pjan ta' azzjoni għall-enerġija rinnovabbli minn Stat Membru skond paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta dak il-pjan, jew kwalunkwe aspett tiegħu, fuq il-bażi li ma jkunx fih l-elementi kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu u l-Anness VII A jew li ma jkunx kompatibbli mal-miri mandatorji stipulati fl-Anness I. F'dan il-każ, l-Istat Membru għandu jipproponi l-emendi tiegħu. Il-pjan ta’ azzjoni ta’ enerġija rinnovabbli nazzjonali m’għandux jitqies li jkun adottat sakemm il-Kummissjoni taċċetta l-emendi proposti tal-Istat Membru. Il-Kummissjoni għandha tagħti raġunijiet fil-każ li hija tirriffjuta l-emendi proposti tal-Istat Membru.

 

2b. Il-pjanijiet ta’ azzjoni rinnovabbli nazzjonali adottati u l-analiżi tal-Kummissjoni se jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Stat Membru li s-sehem tiegħu ta’ l-enerġija mis-sorsi rinnovabbli waqgħu taħt it-trajettorju indikattiv fil-Parti B ta’ l-Anness 1 fil-perjodu immedjatament preċedenti ta’ sentejn għandu jressaq pjan ta’ azzjoni nazzjonali ġdid lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara, fejn jistabbilixxi l-miżuri adegwati biex jiġi żgurat li fil-ġejjieni is-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli jkun daqs, jew jaqbeż it-trajettorju indikattiv f’Parti B ta’ l-Anness I

3. Stat Membru li s-sehem tiegħu ta’ l-enerġija mis-sorsi rinnovabbli waqgħu taħt il-miri interim obbligatorji fil-Parti B ta’ l-Anness 1 fil-perjodu immedjatament preċedenti ta’ sentejn għandu jressaq pjan ta’ azzjoni nazzjonali ġdid għall-enerġija rinnovabbli lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-31 ta’ Marzu tas-sena ta' wara, fejn jistabbilixxi l-miżuri adegwati biex jiġi żgurat li fil-ġejjieni is-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli jilħaq il-miri f’Parti B ta’ l-Anness I fil-perjodu segwenti.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 (1) – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-konsum finali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’kull Stat Membru għandu jkun ikkalkulat bħala s-somma ta’

1. Il-konsum finali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’kull Stat Membru għandu jkun ikkalkulat bħala s-somma ta’:

(a) konsum finali ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli,

(a) konsum finali fiżiku ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli,

(b) konsum finali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessieħ;

(b) konsum finali fiżiku ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessieħ; u

(c) konsum finali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport.

(c) konsum finali fiżiku ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport.

Ġustifikazzjoni

Kwantità fiżika hija proprjetà kwantifikabbli ta’ oġġett fiżiku li jista’ jkun jew imkejjel direttament jew kalkulat minn kwantitajiet imkejla. Dan huwa konsegwentement definizzjoni legali aktar ċara għal kakular tal-konsum finali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 (1) – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bijokarburanti u bijolikwidi li ma tissodisfax il-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali fl-Artikolu 15 m’għandhiex tiġi kkunsidrata.

Il-bijomassa għall-enerġija li ma tissodisfax il-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali u soċjali fl-Artikolu 15 m’għandhiex tiġi kkunsidrata.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta’ sostenibilità għandhom japplikaw għall-użi kollha ta' l-enerġija mill-bijomassa.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali fl-Artikolu 15 m’għandhomx jiġu kkunsidrati.

imħassar

(a) L-Istati Membri jistgħu japplikaw mal-Kummissjoni biex ikun ikkunsidrat, għall-għanijiet tal-paragrafu 1, il-bini ta’ impjanti ta’ enerġija rinnovabbli b’termini ta’ żmien twal fit-territorju tagħhom taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(b) il-bini ta’ l-impjant ta’ enerġija rinnovabbli jrid ikun imbeda sa l-2016;

 

(c) l-impjant ta’ enerġija rinnovabbli għandu jkollu kapaċità ta’ produzzjoni daqs jew iktar minn 5 000 MW;

 

(d) m’għandux ikun possibbli li l-impjant isir operattiv sa l-2020;

 

għandu jkun possibbli għall-impjant li jsir operattiv sa l-2022.

 

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar x’aġġustament għandu jsir għas-sehem ta’ enerġija rinnovabbli għas-sena 2020 ta’ l-Istat Membru, billi tikkunsidra l-istat ta’ progress milħuq mill-kostruzzjoni, l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja li qed tingħata lill-impjant, il-kwantità ta’ enerġija rinnovabbli li għandha tkun prodotta mill-impjant f’sena medja meta jkun tlesta.

 

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jaħdmu b’mod intensiv biex jilħqu l-miri tagħhom għall-2020. L-aġġustamenti għall-miri abbażi ta’ “proġetti b’termini ta’ żmien twal” u ta’ “force majeure” jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jew ibaxxu l-mira, jew jipposponuha jew anke biex jevitaw il-kisba tal-miri tagħhom. Għalhekk dawn għandhom jitħassru. Is-27 Stat Membru ikkommettew ruħhom permezz tal-Kapijiet ta’ l-Istat tagħhom għall-mira mandatorja sa l-2020. Din mhux mira għall-2022 jew l-2024. L-Istati Membri għandhom iżommu l-impenji tagħhom.

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), il-Kummissjoni għandha tiżviluppa regoli għall-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012. Meta Stat Membru jqis li minħabba force majeure, ma jkunx jista’ jilħaq is-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ l-enerġija fl-2020 stiapulat fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness 1, għandu jinforma lill-Kummissjoni mill-aktar fis.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea b’mod ripetut irrikonoxxiet il-prinċipju ta’ “force majeure” bħala parti mil-liġi tal-KE, u applikata f’kuntesti differenti mingħajr xi ħtieġa li l-leġiżlazzjoni tal-KE tagħmel referenza għaliha.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 (4) – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), il-konsum finali ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jkun ikkalkulat bħala l-kwantità ta’ elettriku prodott fi Stat Membru minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bl-esklużjoni tal-produzzjoni ta’ elettriku minn netwerks ta’ tisħin tal-bijomassa mingħajr koġenerazzjoni u permezz ta’ unitajiet ta’ ppumpjar tal-ħażniet bl-użu ta’ ilma li qabel kien ippumpjat ’il fuq, aġġustat skond l-Artikolu 10.

4. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), il-konsum finali ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jkun ikkalkulat bħala l-kwantità ta’ elettriku prodott fi Stat Membru minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bl-esklużjoni tal-produzzjoni ta’ elettriku minn netwerks ta’ tisħin tal-bijomassa mingħajr koġenerazzjoni u permezz ta’ unitajiet ta’ ppumpjar tal-ħażniet bl-ilma li qabel kien ippumpjat ’il fuq, aġġustat skond l-Artikolu 10.

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni ta’ produzzjoni tal-elettriku minn unitajiet ta’ pompa ta’ ħażna fil-proposta tal-Kummissjoni tista’ tinqara bħala li l-produzzjoni tal-elettriku kollha minn unitajiet ta’ pompa ta’ ħażna, inklużi dawk li jużaw fluss naturali, huwa eskluż mill-kisba tal-mira. Għalhekk hija meħtieġa kjarifika li turi li produzzjoni idroelettrika biss minn unitajiet ta’ pompi ta’ ħażna hija eskluża.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 (4) – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-elettriku ġġenerat mill-idroenerġija għandu jkun ikkunsidrat skond ir-regola ta’ normalizzazzjoni fl-Anness II.

L-elettriku ġġenerat mill-idroenerġija u mir-riħ għandu jkun ikkunsidrat skond ir-regola ta’ normalizzazzjoni fl-Anness II.

Ġustifikazzjoni

L-istess bħall idroenerġija, l-enerġija mir-riħ taf turi varjazzjonijiet sostanzjali matul ċerti snin. Sabiex il-miri mandatorji minimi intermedji ma jiġux kompromessi, ir-rendiment ta’ l-enerġija tar-riħ għandu jiġi ‘normalizzat’ sabiex il-miri massimi intermedji ta' l-UE jkunu komparabbli.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 (5) – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(b), il-konsum finali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ għandu jkun ikkalkulat bħala l-konsum ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli mwassal lill-industriji tal-manifattura, id-djar, is-servizzi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd għal għanijiet ta’ tisħin u tkessiħ, inkluż il-konsum mit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali b’oriġini rinnovabbli, aġġustat skond l-Artikolu 10.

5. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(b), il-konsum finali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għat-tisħin u t-tkessiħ għandu jkun ikkalkulat bħala l-kwantità ta’ tisħin u t-tkessiħ distrettwali fi Stat Membru minn sorsi rinnovabbli u l-konsum ta' enerġija oħra minn sorsi rinnovabbli mwassal lill-industriji tal-manifattura, id-djar, is-servizzi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd għal għanijiet ta’ proċess u ta’ tisħin u tkessiħ, inkluż il-konsum mit-tisħin u t-tkessiħ distrettwali b’oriġini rinnovabbli, aġġustat skond l-Artikolu 10.

Ġustifikazzjoni

Fl-Artikolu 5 rigward kalkoli, huwa importanti li l-kalkoli għandhom ikunu konsistenti. Il-Kummissjoni tipproponi li l-konsum finali ta’ enerġija (rinnovabbli) għandu jinkludi nuqqasijiet ta’ distribuzzjoni: L-Iżvezja hija favur ta’ dan minħabba l-garanziji ta’ oriġini fl-Artikolu 6 huma maħruġa għall-produzzjoni tal-elettriku, tisħin u tkessieħ u dan għalhekk jinkludi telf ta' distribuzzjoni. Minbarra dan, hemm żball fl-Artikolu, peress li trasport huwa inkluż fl-Artikolu 5(1)(c), għalhekk għandu jitħassar mill-Artikolu 5(5).

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 (5) – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-enerġija termali ġġenerata mill-pompi tas-sħana permezz ta’ l-enerġija termali mill-art jew mill-ilma għandha titqies għall-iskopijiet tal-pargrafu 1(b).

L-enerġija termali ġġenerata mill-pompi tas-sħana permezz ta’ l-enerġija termali, aerotermali, u idrotermali għandha titqies għall-iskopijiet tal-pargrafu 1(b) dejjem jekk id-dħul ta’ enerġija primarja huwa inqas mill-produzzjoni ta’ enerġija finali. Għall-kalkolu ta’ enerġija rinnovabbli prodotta minn pompi tas-sħana, is-sehem meħud mill-ambjent biss (enerġija aerotermali, ġeotermali u idrotermali) għandu jkun kalkulat bi qbil mal-formola:

 

E imġedded = Q użat * ( 1 - 1 /  fattur ta’ prestazzjoni staġjonali * effiċjenza ta’ impjant medja f’ċertu pajjiż).

 

L-effiċjenza medja ta’ impjant se tkun kalkulata mid-dejta verifikata tal-Eurostat. Id-dettalji għall-kalkolu tal-fattur ta’ prestazzjoni staġjonali (SPF) għandhom ikunu elaborati qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 mill-Grupp ta’ Ħidma Temporanju dwar Statistiki ta’ Enerġija Rinnovabbli stabbilit mill-Kummissjoni (Eurostat). Dan il-grupp ta’ ħidma għandu jiffissa wkoll fatturi SPF minimi għal pompi tas-sħana ġeotermali, arja għal ilma u arja għal arja. Sakemm ebda deċiżjoni ġdida ma tittieħed minn dan il-kumitat, ir-rekwiżiti minimi ta’ l-eko-tikkettar stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, fejn applikabbli, b’mod partikolari l-koeffiċjent minimu ta’ prestazzjoni stabbilit fid-Deċiżjoni 2007/742/KE, u rivedut f’konformità ma’ dak ir-Regolament għandu japplika.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jinkoraġġixxu effiċjenza tal-enerġija u frankar tal-enerġija bħala metodi ta’ virtu li jżidu s-sehem ta’ perċentwali ta’ sorsi rinnovabbli u jilħqu b’mod aktar faċli l-mira stabbilita f’din id-Direttiva.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’pajjiżi terzi għandu jkun ikkunsidrat biss għall-għanijiet ta’ kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-miri nazzjonali jekk:

9. Elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’pajjiżi terzi għandu jkun ikkunsidrat biss għall-għanijiet ta’ kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-miri nazzjonali jekk:

(a) huwa kkunsmat fil-Komunità;

(a) huwa impurtat fiżikament u kkunsmat fil-Komunità;

 

Elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’pajjiżi terzi għandu jkun ikkunsidrat bħala impurtat fiżikament u kkunsmat fil-Komunità, jekk l-importaturi fl-Istati Membri rispettivi:

 

(i) ibbukkjaw b’mod sod l-interkonnettur ta’ kapaċità korrispondenti bejn il-pajjiżi terzi u l-Komunità; u

 

(ii) irreġistraw l-enerġija impurtata fi gruppi ta’ bilanċjar tagħhom fi ħdan il-Komunità.

 

(aa) il-pajjiż terz adotta miri li jorbtu għal enerġija rinnovabbli mqabbla f’ambizzjoni mal-mira tal-UE u l-proporzjon ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum totali ta' enerġija tiegħu ma jitnaqqasx minn fuq l-enerġija impurtata fil-Komunità;

(b) l-elettriku huwa prodott minn impjant li sar operattiv wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva; u

(b) l-elettriku huwa prodott minn impjant li sar operattiv wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva; u

(c) l-elettriku jingħata garanzija ta’ l-oriġini li tagħmel parti minn sistema ta’ garanzija ta’ l-oriġini ekwivalenti għal dik stabbilita minn din id-Direttiva.

(c) l-elettriku jingħata u huwa trasferit b’garanzija ta’ l-oriġini li tagħmel parti minn sistema ta’ garanzija ta’ l-oriġini ekwivalenti għal dik stabbilita minn din id-Direttiva.

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 (1) – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-iskop ta’ żvelar l-oriġini ta’ l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u ta’ tisħin u tkessiħ prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’impjanti b’kapaċità ta’ mhux inqas minn 5 MWth, tista’ tiġi ggarantita bħala tali fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva..

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-iskop ta’ żvelar l-oriġini ta’ l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u ta’ tisħin u tkessiħ prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’impjanti b’kapaċità ta’ mhux inqas minn 1 MWth, tista’ tiġi ggarantita bħala tali fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva bi qbil mal-kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) it-tip ta’ kull skema ta’ appoġġ użata għall-produzzjoni ta’ l-enerġija ta’ l-unità rispettiva.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Garanziji ta’ oriġini għandhom jispeċifikaw ukoll jekk ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika nħarrġu għall-unità rispettiva ta’ enerġija.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 (3) – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta’ ċaħda għar-rikonoxximent ta’ garanzija ta’ l-oriġini, il-Kummissjoni tista’ tadotta Deċiżjoni li tirrikjedi li l-Istat Membru kkonċernat jirrikonoxxiha.

Stat Membru jista’ jirriffjuta biss li jirrikonoxxi garanzija ta’ oriġini meta jkollu dubji pruvati sew dwar l-eżattezza, effiċjenza jew ġenwinità. L-Istat Membru għandu jaqsam l-informazzjoni tiegħu dwar dawn id-dubji mal-Kummissjoni.

 

Jekk il-Kummissjoni ssib li ċaħda għar-rikonoxximent ta’ garanzija ta’ l-oriġini mhix pruvata, il-Kummissjoni tista’ tadotta Deċiżjoni li tirrikjedi li l-Istat Membru kkonċernat jirrikonoxxiha. Iżda jekk il-Kummissjoni ssib iċ-ċaħda ta' garanzija ta' oriġini tkun pruvata tajjeb, Stati Membri oħrajn jistgħu jirriffjutaw li jirrikonoxxu garanziji simili ta' oriġini mill-Istat Membru li joħroġ sakemm il-provi ta’ dubji dwar l-eżattezza, effiċjenza jew ġenwinità jkunu indirizzati b’mod xieraq.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk produttur ta’ enerġija rinnovabbli ġenerata f’impjant ta’ koġenerazzjoni huwa intitolat li jirċievi garanziji ta’ oriġini skont il-paragrafu 1 u skont id-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuq domanda għas-sħana utli fis-suq intern tal-enerġija1, f'dan il-każ għandha tinħareġ garanzija ta' oriġini waħda biss għal kull unità ta' enerġija li tilħaq ir-r’kwiżiti skont din id-Direttiva u dawk skont id-Direttiva 2004/8/KE. Din il-garanzija ta’ oriġini għandha tgħaqqad il-funzjonijiet kollha ta’ garanziji separati ta’ oriġini skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2004/8/KE.

 

Ebda garanzija ta’ oriġini m’għandha tinħareġ għal enerġija minn sorsi rinnovabbli skont dan l-Artikolu jekk inħarġet xi evidenza oħra, li tista’ tintuża għal skopijiet tal-obbligu ta żvelar ta’ elettriku fid-Direttiva 2003/54/KE.

 

___________________

1ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 - paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Garanziji ta’ oriġini minnhom infushom ma jimplikawx dritt ta’ benefiċċju minn skemi ta’ appoġġ nazzjonali.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Ċertifikati ta’ trasferiment ta' verifika ta’ elettriku, tisħin u tkessiħ prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

 

1. Dawk l-Istati Membri li volontarjament jiddeċiedu li jużaw l-iskema ta' flessibilità maħsuba fl-Artikolu 9(c) għandhom jistabbilixxu sistema li tiżgura li ċertifikat ta’ trasferiment ta’ verifika huwa maħruġ b’reazzjoni għal talba minn produttur ta’ enerġija li tiġġedded skont kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.

 

Ċertifikat ta’ trasferiment ta’ verifika għandu jkun ta’ daqs standard ta’ 1 MWh. M’għandux jinħareġ aktar minn ċertifikat ta’ trasferiment ta’ verifika wieħed għal kull MWh ta’ enerġija prodotta.

 

2. Ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika għandhom jiġu maħruġa, trasferiti u kanċellati elettronikament. Huma għandhom ikunu eżatti, effiċjenti u reżistenti għal frodi.

 

Ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika għandhom jispeċifikaw, mill-inqas:

 

(a) is-sors ta’ enerġija li minnu ġiet prodotta l-enerġija u d-dati ta’ bidu u ta’ tmiem ta’ din il-produzzjoni;

 

(b) jekk iċ-ċertifikat ta’ trasferiment ta’ verifika jirrelata ma':

 

(i) elettriku; jew

 

(ii) tisħin u/jew tkessiħ;

 

(c) l-identità, il-lokalità, it-tip u l-kapaċità ta’ l-impjant fejn l-enerġija kienet prodotta, u d-data ta’ meta l-impjant sar operattiv;

 

(d) id-data u l-pajjiż tal-ħruġ u numru ta’ identifikazzjoni uniku għal kull ċertifikat ta’ trasferiment ta’ verifika;

 

(e) l-ammont u t-tip ta’ kull għajnuna għall-investiment li ngħatat lill-impjant; u

 

(f) it-tip ta’ kull skema ta’ appoġġ użata għall-produzzjoni ta’ l-enerġija ta’ l-unità rispettiva.

 

Ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika għandhom jispeċifikaw ukoll jekk garanziji ta’ oriġini nħarrġu għall-unità rispettiva ta’ enerġija.

 

3. Dawk l-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 9(c) għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ta’ verifika ta’ trasferiment maħruġa minn Stati Membri oħrajn li japplikaw l-istess Artikolu skont din id-Direttiva. Kull ċaħda minn Stat Membru li jirrikonoxxi ċertifikat ta’ trasferiment ta’ verifika għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.

 

Stat Membru li japplika l-Artikolu 9(c) jista’ jirriffjuta li jirrikonoxxi ċertifikat ta’ verifika ta’ trasferiment biss meta jkollu dubji pruvati sew dwar l-eżattezza, effiċjenza jew ġenwinità. L-Istat Membru għandu jaqsam l-informazzjoni relatata tiegħu dwar dawn id-dubji mal-Kummissjoni.

 

Jekk il-Kummissjoni ssib li ċaħda għar-rikonoxximent ta’ ċertifikat ta’ verifika ta’ trasferiment mhux pruvat, il-Kummissjoni tista’ tadotta Deċiżjoni li tirrikjedi li l-Istat Membru kkonċernat jirrikonoxxih. Iżda jekk il-Kummissjoni ssib iċ-ċaħda ta' ċertifikat ta’ verifika ta’ trasferiment tkun pruvata tajjeb, Stati Membri oħrajn li japplikaw l-Artikolu 9(c) jistgħu jirriffjutaw li jirrikonoxxu garanziji simili ta' oriġini mill-Istat Membru li joħroġ sakemm il-provi ta’ dubji dwar l-eżattezza, effiċjenza jew ġenwinità jkunu indirizzati b’mod xieraq.

 

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika kollha li għandhom jinħarġu fir-rigward ta’ enerġija rinnovabbli ġġenerata f’sena kalendarja speċifika jinħarġu, sa mhux aktar tard, minn tliet xhur wara tmiem dik is-sena.

 

5. Ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika minnhom infushom ma jimplikawx dritt ta’ benefiċċju minn skemi ta’ appoġġ nazzjonali.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Korpi kompetenti u reġistri ta’ garanziji ta’ l-oriġini

Korpi kompetenti u reġistri ta’ garanziji ta’ l-oriġini u ċertifikati ta' trasferiment ta' verifika

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar korp kompetenti wieħed li jassumi l-ħidmiet li ġejjin:

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar korp kompetenti wieħed li jassumi l-ħidmiet li ġejjin:

(a) jistabbilixxi u jżomm reġistru nazzjonali ta’ garanziji ta’ l-oriġini;

(a) jistabbilixxi u jżomm reġistru nazzjonali ta’ garanziji ta’ l-oriġini u, jekk huma jużaw strumenti flessibbli kif stipulat fl-Artikolu 9(c), ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika;

(b) joħroġ garanziji ta’ l-oriġini;

(b) joħroġ garanziji ta’ l-oriġini u, jekk huma jużaw strumenti flessibbli kif stipulat fl-Artikolu 9(c), ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika;

(c) jirreġistra kull trasferiment ta’ garanziji ta’ l-oriġini;

(c) jirreġistra kull trasferiment ta’ garanziji ta’ l-oriġini u, jekk huma jużaw strumenti flessibbli kif stipulat fl-Artikolu 9(c), ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika;

(d) jikkanċella garanziji ta’ l-oriġini;

(d) jikkanċella garanziji ta’ l-oriġini u, jekk huma jużaw strumenti flessibbli kif stipulat fl-Artikolu 9(c), ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika;

(e) jippubblika rapport annwali dwar il-kwantitajiet ta’ garanziji ta’ l-oriġini maħruġa, dawk trasferiti lil jew minn kull wieħed mill-korpi kompetenti l-oħra u dawk li jitħassru.

(e) jippubblika rapport annwali dwar il-kwantitajiet ta’ garanziji ta’ l-oriġini u, jekk huma jużaw strumenti flessibbli kif stipulat fl-Artikolu 9(c) ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika maħruġa, dawk trasferiti lil jew minn kull wieħed mill-korpi kompetenti l-oħra u dawk li jitħassru.

2. Il-korp kompetenti m’għandu jwettaq l-ebda attività ta’ ġenerazzjoni, kummerċ, forniment jew distribuzzjoni ta’ enerġija.

2. Il-korp kompetenti għandu jkun indipendenti ta’ attivitajiet ta’ ġenerazzjoni, kummerċ, forniment u distribuzzjoni.

3. Ir-reġistru nazzjonali tal-garanziji ta’ l-oriġini għandu jirreġistra l-garanziji ta’ l-oriġini miżmuma minn kull persuna.

3. Ir-reġistru nazzjonali tal-garanziji ta’ l-oriġini u, jekk huma jużaw strumenti flessibbli kif stipulat fl-Artikolu 9(c) ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika għandu jirreġistra l-garanziji ta’ l-oriġini u ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika miżmuma minn kull persuna. Kull garanzija ta’ l-oriġini jew ċertifikat ta’ trasferiment ta’ verifika għandha tinżamm biss f’reġistru wieħed fl-istess ħin.

 

3a. Il-korp nazzjonali kompetenti għandu jkun l-uniku korp kompetenti għal garanziji ta’ oriġini u għal ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika jekk jintgħażlu volontarjament minn Stat Membru u għal impjanti kollha li jużaw sorsi ta’ enerġija li tiġġedded fl-Istat Membru rispettiv. Il-korp kompetenti m’għandux ikun responsabbli għal ħruġ ta’ garanziji ta’ oriġini u ta’ ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika għal impjanti li jużaw sorsi ta’ enerġija li tiġġedded fi Stati Membri oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-isfera ta’ responsabilitajiet tal-korpi kompetenti stabbilita fi Stati Membri oħra skond din id-Direttiva ma jinkisrux.

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Garanzija ta’ l-oriġini, li tikkorrispondi għall-unità ta’ enerġija kkonċernata, għandha tkun sottomessa għall-kanċellazzjoni lil korp kompetenti maħtur skond l-Artikolu 7 meta:

1. Garanzija ta’ l-oriġini, li tikkorrispondi għall-unità ta’ enerġija kkonċernata, għandha tkun sottomessa għall-kanċellazzjoni lil korp kompetenti maħtur skond l-Artikolu 7 meta:

(a) il-produzzjoni ta’ unità ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, jew il-produzzjoni ta’ unità ta’ tisħin jew tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’impjant b’kapaċità ta’ mhux inqas minn 5 MWth, tirċievi għajnuna fil-forma ta’ ħlasijiet ta’ tariffa garantita (feed-in tariff), ħlasijiet ta’ primjum, tnaqqis ta’ taxxa jew ħlasijiet li jirriżultaw minn sejħiet għall-offerti, f’liema każ il-garanzija għandha tkun sottomessa lill-korp kompetenti maħtur mill-Istat Membru li stabbilixxa s-sistema ta’ sostenn;

 

(b) unità ta’ elettriku prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, jew unità ta’ tisħin jew tkessiħ prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’impjant b’kapaċità ta’ mhux inqas minn 5 MWth, tkun ikkunsidrata għall-għanijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ entità ma’ obbligu ta’ enerġija rinnovabbli, f’liema każ il-garanzija ta’ l-oriġini għandha tkun sottomessa lill-korp kompetenti maħtur mill-Istat Membru li stabbilixxa l-obbligu; jew

 

(c) fornitur ta’ enerġija jew konsumatur ta’ enerġija jagħżel li juża l-garanzija ta’ l-oriġini għall-għan li jagħti prova tas-sehem jew il-kwantità ta’ enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tiegħu, mingħajr ma jikklejmja l-benefiċċji ta’ skema ta’ sostenn skond il-punti (a) u (b); f’dan il-każ, il-garanzija ta’ l-oriġini għandha tkun sottomessa lill-korp kompetenti maħtur mill-Istat Membru li fih l-enerġija deskritta mit-taħlita enerġetika kkonċernata hija kkunsmata.

fornitur ta’ enerġija jew konsumatur ta’ enerġija jagħżel li juża l-garanzija ta’ l-oriġini għall-għan li jagħti prova tas-sehem jew il-kwantità ta’ enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tiegħu b’mod partikulari biex jikkonforma ma’ l-obbligu ta’ żvelar ta’ elettriku tad-[Direttiva 2003/54/KE]: F’dan il-każ, il-garanzija ta’ l-oriġini għandha tkun sottomessa lill-korp kompetenti maħtur mill-Istat Membru li fih l-enerġija deskritta mit-taħlita enerġetika kkonċernata hija kkunsmata.

2. Fejn operatur ikun issottometta garanzija ta’ l-oriġini waħda jew aktar lil korp kompetenti skond il-paragrafi 1(a) jew (b), l-operatur għandu:

2. Il-korp kompetenti għandu jikkanċella garanziji ta’ oriġini preżentati skond il-paragrafu 1 mill-ewwel wara t-tressiq tagħhom.

(a) jitlob garanziji ta’ l-oriġini, skond l-Artikolu 6(1), għall-produzzjoni futura kollha ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mill-istess impjant;

 

(b) jissottometti dawn il-garanziji ta’ l-oriġini għall-kanċellazzjoni lill-istess korp kompetenti.

 

 

2a. Meta korp kompetenti jikkanċella garanzija ta’ oriġini, kwantità ekwivalenti ta’ enerġija minn sorsi ta’ enerġija li tiġġedded għandha, għall-iskopijiet li tkun żgurata konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva rigward żvelar ta’ elettriċità u sħana u tkessiħ, titneħħa mir-reġistru. Din il-kanċellazzjoni tevita għadd doppju ta’ żvelar ta’ elettriċità u tisħin u tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija li tiġġedded.

3. Garanziji ta’ l-oriġini m’għandhomx ikunu sottomessi lil korp kompetenti għall-kanċellazzjoni aktar minn sena wara d-data tal-ħruġ tagħhom.

3. Garanziji ta’ l-oriġini m’għandhomx ikunu sottomessi lil korp kompetenti għall-kanċellazzjoni aktar minn sena wara d-data tal-ħruġ tagħhom.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Preżentazzjoni ta’ ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika għal kanċellazzjoni

 

1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħżlu l-iskemi ta’ flessibilitajiet maħsuba fl-Artikolu 9(c) u dejjem sakemm jużaw skemi bħal dawn għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ trasferiment ta’ verifika għal kanċellazzjoni lil korp kompetenti maħtur bi qbil ma’ l-Artikolu 7, li jikkorrispondi ma’ l-unità ta’ enerġija kkonċernata, jekk:

 

(a) il-produzzjoni ta’ unità ta’ elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, jew il-produzzjoni ta’ unità ta’ tisħin jew tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’impjant b’kapaċità ta’ mhux inqas minn 1 MWth,, tirċievi għajnuna fil-forma ta’ ħlasijiet ta’ tariffa garantita (feed-in tariff), ħlasijiet ta’ primjum, tnaqqis ta’ taxxa jew ħlasijiet li jirriżultaw minn sejħiet għall-offerti, f’liema każ il-garanzija għandha tkun sottomessa lill-korp kompetenti maħtur mill-Istat Membru li stabbilixxa s-sistema ta’ appoġġ;

 

(b) unità ta’ elettriku prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, jew unità ta’ tisħin jew tkessiħ prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’impjant b’kapaċità ta’ mhux inqas minn 1 MWth, tkun ikkunsidrata għall-għanijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ entità ma’ obbligu ta’ enerġija rinnovabbli, f’liema każ il-garanzija ta’ l-oriġini għandha tkun sottomessa lill-korp kompetenti maħtur mill-Istat Membru li stabbilixxa l-obbligu.

 

2. Il-korp kompetenti għandu jikkanċella ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika mressqa skond il-paragrafu 1, paragrafu 3 u l-Artikolu 8(1) b’mod immedjat wara l-preżentazzjoni tagħhom.

 

3. Ċertifikati ta’ traferiment ta’ verifika m’għandhomx ikunu sottomessi lil korp kompetenti għall-kanċellazzjoni aktar minn sentejn wara d-data tal-ħruġ tagħhom.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Trasferiment ta’ garanziji tal-oriġini

 

 

1. L-Istati Membri li s-sehem ta’ enerġija tagħhom minn sorsi rinovabbli laħaq jew qabeż it-trajettorju indikattiv fil-Parti B tal-Anness I fil-perjodu ta’ sentejn immedjatament preċedenti jistgħu jitolbu lill-korpi kompetenti maħtura skont l-Artikolu 7 biex jittrasferixxu l-garanziji tal-oriġini sottomessi għall-kanċellazzjoni taħt l-Artikolu 8(1) għal Stat Membru ieħor. .

 

2. Stat Membru jista’, jipprovdi għal sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferiment ta’ garanziji tal-oriġini lil jew minn persuni fi Stati Membri oħra jekk, fin-nuqqas ta’ sistema bħal din, it-trasferiment ta’ garanziji tal-oriġini lil jew mill-Istat Membru kkonċernat jista’ jxekkel l-abbiltà tagħhom li jiżguraw provvista ta’ enerġija sigura u bbilanċjata jew jista’ jimmina l-kisba tal-miri ambjentali li fuqhom hija mibnija l-iskema ta’ sostenn tagħhom.

 

Stat Membru jista’, jipprovdi għal sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferiment ta’ garanziji tal-oriġini lil jew minn persuni fi Stati Membri oħra jekk, fin-nuqqas ta’ sistema bħal din, it-trasferiment ta’ garanziji tal-oriġini lil jew mill-Istat Membru kkonċernat jista’ jxekkel l-abbiltà tagħhom li jiżguraw provvista ta’ enerġija sigura u bbilanċjata jew jista’ jimmina l-kisba tal-miri ambjentali li fuqhom hija mibnija l-iskema ta’ sostenn tagħhom.

 

.

 

3. Suġġetti għad-dispożizzjonijiet adottati skont il-paragrafu 2, garanziji tal-oriġini jistgħu jkunu trasferiti bejn persuni fi Stati Membri differenti kemm-il darba jkunu nħarġu fir-rigward ta’ enerġija prodotti minn sorsi rinnovabbli minn impjanti li saru operattivi wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

 

.

 

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel li għandhom il-ħsieb li jdaħħlu fis-seħħ skont il-paragrafu 2, u kull tibdil sussegwenti tagħha .

 

.

 

5. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014, skont id-disponibbiltà tad-dejta, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ garanziji tal-oriġini u l-benefiċċji li dan għandu .

 

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Trasferimenti statistiċi bejn Stati Membri

 

1. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu li statistikament jittrasferixxu enerġija minn sorsi rinnovabbli bejniethom bl-effett li din tgħodd mal-miri nazzjonali.

 

2. Il-volum li Stat Membru jista’ jittrasferixxi lejn Stati Membri oħrajn skont dan l-Artikolu huwa limitat għall-volum totali ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li bbenefikaw minn skema ta' appoġġ operata mill-Istat Membru kkonċernat fis-sena rispettiva.

 

3. Stat Membru jista' statistikament jitrasferixxi enerġija minn sorsi rinnovabbli lil Stat Membru ieħor biss jekk, fil-waqt tat-trasferiment, is-sehem tiegħu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli jkun qabeż it-trajettorja stipulata f’Parti B ta’ Anness I.

 

4. It-Trasferimenti fi ħdan dan l-Artikolu għandhom jibqgħu validi sa talanqas l-2020 u jkunu effettivi għal minimu ta’ sena. Trasferimenti bħal dawn għandhom ikunu effettivi biss wara li l-Istati Membri kollha involuti fit-trasferiment ikunu innotifikaw lill-Kummissjoni bit-trasferiment.

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9b

 

Proġetti konġunti bejn Stati Membri

 

1. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkoperaw dwar it-tipi kollha ta’ proġetti konġunti li jużaw enerġija rinnovabbli u jistgħu jipprovdu għat-twettiq ta’ proġetti konġunti bejn l-operaturi u l-produtturi

 

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-proporzjon ta' enerġija rinnovabbli prodotta minn kwalunkwe installazzjoni fit-territorju tagħhom, li tibda topera wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva u li tkun mibnija skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 li għandhom jitqiesu bħala li jgħoddu lejn il-mira nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor għall-iskopijiet tal-kejl ta' konformità mal-Artikolu 3.

 

3. In-notifika għandha:

 

(a) tiddeskrivi l-installazzjoni;

 

(b) tispeċifika l-propozjoni ta’ enerġija rinnovabbli jew it-tisħin u t-tkessiħ prodotti mill-intsallazzjoni li għandu jitqies bħala li jgħodd lejn il-mira nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor;

 

(c) tidentifika l-Istat Membri li qed igawdi min-notifika li qed issir; u

 

(d) tispeċifika l-perjodu li matulu l-installazzjoni għandha titqies bħala li tgħodd lejn il-mira nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor.

 

4. Il-perjodu speċifikat fi ħdan il-paragrafu 3(d) għandu jkun ekwivalenti għall-perjodu ta’ deprezzament tal-proġett jew għal perjodu ta’ 10 snin, skont liema jkun l-iqsar. Dan għandu jiġi espress fi snin kalendarji sħaħ u jista’ jiġi estiż wara l-2020.

 

5. Notifika li tkun saret fi ħdan dan l-Artikolu m’għandhiex tiġi modifikata jew irtirata mingħajr il-ftehima konġunta tal-Istat Membru li jkun għamel in-notifika u l-Istat Membru identifikat bi qbil mal-paragrafu 3(c).

 

6. Stat Membru jista’ statistikament jitrasferixxi enerġija minn sorsi li jġġeddu għal Stat Membru ieħor biss jekk matul is-sentejn li jaqgħu eżattament wara l-proġett konġunt, is-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jiġi proġettat, fuq il-bażi ta' evidenza ppreżentata, li jaqbeż il-miri mandatorji interm kif stipulati fil-Parti B tal-Anness I b'talanqas il-volum ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li għandu jiġi prodott fil-proġett konġunt konċernat.

 

7. Fi żmien 3 xhur mit-tmiem ta’ kull sena li taqa’ matul il-perjodu speċifikat skont il-paragrafu 3(d), l-Istat Membru li jagħmel in-notifika skont il-paragrafu 2 għandu jippubblika ittra ta’ notifika li jkun fiha:

 

(a) l-ammont totali ta’ elettriku li jiġġedded jew ta' tisħin jew tkessieħ prodott matul is-sena minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mill-installazzjoni kkonċernata; u

 

(b) l-ammont totali ta’ elettriku li jiġġedded jew ta' tisħin jew tkessieħ prodott matul is-sena minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mill-installazzjoni li għandu jgħodd lejn il-mira nazzjonali ta’ Satat Membru ieħor bi qbil mal-kundizzjonijiet tan-notifika.’

 

8. L-informazzjoni skont il-paragrafu 7(a) għandha tiġi kkonfermata minn verifika indipendenti ta’ parti terza. Ir-regoli ta’ din il-verifika kif ukoll ir-regoli għall-kwalifika ta’ verifikaturi għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri jew mill-entatjiet kompetenti tagħhom skont l-Artikolu 7 u għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni.

 

9. L-Istat Membru għandu jibgħat ittra ta’ notifika lill-Istat Membru li qed igawdi min-notifika skont il-paragrafu 2 u lill-Kummissjoni.

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9c

 

Trasferiment ta’ Ċertifikati ta’ Kontabilità

 

1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li joħorġu ċertifikati kontabbli ta' trasferiment bi qbil mal-Artikolu 6a (1) biex ikunu trasferibbli bejn il-persuni. Dawn it-trasferimenti jistgħu jakkumpanjaw it-trasferiment tal-enerġija li jirreferu għalihom iċ-ċertifikati ta’ trasferiment ta’ verifika, jew jistgħu jkunu separati minn kull trasferiment simili.

 

2. It-trasferimenti ta’ ċertifikati kontabbli ta' trasferiment bejn persuni fi Stati Membri differenti għandhom ikunu possibbli biss dejjem jekk:

 

(a) L-Istat Membru li jipproduċi ċ-ċertifikat kontabbli ta’ trasferiment ikun ġie proġettat li ser jaqbeż il-miri obbligatorji minimi interim tiegħu kif stipulat fil-Parti B tal-Anness I fis- sentejn li jaqgħu immedjatament wara l-perjodu li għalih ikun validu t-trasferiment,

 

(b) iċ-ċertifikati kontabbli ta' trasferiment jkunu nħarrġu fir-rigward ta’ enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli b' installazzjonijiet li saru operattivi wara d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

 

3. Kull Stat Membru jista’ jipprovdi għal sistema ta’ awtorizzazzjoni bil-quddiem għat-trasferiment ta’ ċertifikat ta’ kontabilità għal, jew minn, persuni fi Stati Membri oħrajn jekk, fin-nuqqas ta’ sistema bħal din, it-trasferiment ikun hemm ċans li jxekkilhom milli jiżguraw forniment sikur u bilanċjat ta’ enerġija, li jdgħajjef il-kisba tal-objettivi ambjentali li fuqhom hija bbażata l-iskema ta’ appoġġ tagħhom jew li jxekkilhom milli jikkonformaw mal-Artikolu 3(1) u (2).

 

Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni bil-quddiem m’għandhiex tikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja..

 

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe sistema ta’ awtorizzazzjoni bil-quddiem li huma beħsiebhom idaħħlu fis-seħħ skont il-paragrafu 3, u kwalunkwe bidliet sussegwenti għalih.

 

Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni..

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9d

 

Konformità ta’ Mira Konġunta

 

1. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jifthiemu li jikkumbinaw il-miri tagħhom u jistabbilixxu skemi konġunti ta’ appoġġ sabiex l-miri flimkien.

 

2. Jekk żewġ Stati Membri jew aktar jiddeċiedu, fuq bażi volontarja, li jilħqu l-miri tagħhom skont l-Artikolu 3 b’mod konġunt, il-mira ġenerali u l-miri obbligatorji interim jiġu kalkolati b’mod konġunt għall-grupp ta’ Stati Membri involuti bħala medja ta’ miri minimi individwali interim u ġenerali tagħhom skont il-Parti A u l-Parti B tal-Anness I, li jiġu kalibrati skont il-konsum finali mistenni ta' enerġija f'kull Stat Membru involut sal-2020.

 

3. Il-kooperazzjoni skont dan il-paragrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kollha involuti, u l-mira l-ġdida għall-grupp tal-Istati Membri u l-metodu għall-kalkoli tagħha għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Artikolu 10.

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Effetti tal-użu tal-mekkaniżmi ta’ flessibilità

Effetti tal-kanċellazzjoni tal-garanziji tal-oriġini

 

(a) Meta korp kompetenti jikkanċella garanzija tal-oriġini li ma jkunx ħareġ huwa stess, kwantità ekwivalenti ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, għall-għanijiet ta’ kejl ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-miri nazzjonali għandha: MWC = piż molekolari ta’ karbonju = 12.011 g/mol;

 

(b) kif ukoll

 

 

1. Fil-każ ta' ftehim bejn żewġ Stati Membri sabiex statistikament jitrasferixxu l-enerġija minn sorsi rinnovabbli bejniethom skont l-Artikolu 9a jidħol fis-seħħ, il-kwantità rispettiva għandha tkun:

 

(a) statistikament imnaqqsa mill-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li jitqies fil-kejl tal-konformità minn Stat Membru mar-rekwiżiti ta’ Artikolu 3 dwar il-miri nazzjonali; u

 

(b) statistikament miżjud mal-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li jitqies fil-kejl tal-konformità tal-Istat Membru mar-rekwiżiti ta’ Artikolu 3 dwar il-miri nazzjonali;

 

2. Fil-każ li Stat Membru wieħed jew aktar ikunu daħlu għal proġetti konġunti fi ħdan l-Artikolu 9b, l-ammont ta’ elettriċità jew ta' tisħin jew ta' tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli notifikat skont l-Artikolu 9b(7) għandu jkun:

 

(a) imnaqqas mill-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li jitqies fil-kejl tal-konformità minn Stat Membru li jkun qed joħroġ l-ittra ta’ notifika skont l-Artikolu 9b(7) mar-rekwiżiti ta’ Artikolu 3 dwar il-miri nazzjonali; u

 

(b) miżjud mal-ammont ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li jitqies fil-kejl tal-konformità tal-Istat Membru li jkun qed joħroġ l-ittra ta’ notifika skont l-Artikolu 9b(8) mar-rekwiżiti ta’ Artikolu 3 dwar il-miri nazzjonali;

 

3. Fil-każ li entità kompetenti ta’ Stat Membru tikkanċella ċertifikat kontabbli ta’ trasferiment li jkun ħareġ minn entità kompetenti ta' Stat Membru ieħor,għall-finijiet ta' kejl ta' konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-miri nazzjonali, ammont ekwivalenti ta' enerġija minn sorsi rinnovabli għandu:

 

(a) jitnaqqas mill-kwantità ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li titqies, fir-rigward tas-sena tal-produzzjoni tal-enerġija speċifikata fiċ-ċertifikat kontabbli ta’ trasferiment, fil-kejl, mill-Istat Membru, tal-konformità tal-korp kompetenti li jkun ħareġ iċ-ċertifikat kontabbli ta’ trasferiment; u;

 

(b) jingħadd mal-kwantità ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li titqies, fir-rigward tas-sena tal-produzzjoni tal-enerġija speċifikata fiċ-ċertifikat kontabbli ta’ trasferiment, fil-kejl, mill-Istat Membru, tal-konformità tal-korp kompetenti li jkun ħareġ iċ-ċertifikat kontabbli ta’ trasferiment.

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

Mekkaniżmu ta' sanzjonijiet diretti

 

1. Sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri jkunu konformi b'mod ċar u rigoruż mal-objettivi ta' din id-Direttiva l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' sanzjonijiet diretti kontrihom.

 

2. Il-Kummissjoni għandha timponi sanzjonijiet diretti fuq Stati Membri li jonqsu milli jikkonformaw mal-objettivi tad-Direttiva, billi jonqsu mill-miri mandatorji interim u mill-miri 2020 kif stipulati fil-Parti A u l-Parti B tal-Anness I fis-sentejn li jaqgħu eżatt qabel il-perjodu wara li jitqies l-użu potenzjali ta’ mekkaniżmi ta’ flessibilità skont l-Artikolu 10. Fil-każ li żewġ Stati Membri jew aktar ikunu qablu dwar miri konġunti skont l-Artikolu 9d u jkunu naqsu milli jikkonformaw mal-miri mandatorji interim, il-Kummissjoni għandha timponi multi fuq l-Istati Membri kollha involuti f’dan il-ftehim dwar il-konformità ma’ mira konġunta .

 

3. Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-paragrafu 1 u speċjalment sabiex, sa l-aħħar tal-2010, tistabbilixxi l-linji gwida, il-metodi ta' kalkolu u l-ġbir ta' sanzjonijiet għan-nonkonformità li huma meħtieġa u sabiex tadotta dispożizzjonijiet dettaljati għat-twaqqif u t-tmexxija amministrattiva ta' fond speċjali fejn għandu jkun allokat dan id-dħul, skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (dħul assenjat). Il-miżuri ta' implimentazzjoni għandu jkollhom ukoll dispożizzjonijiet dwar it-tmexxija u l-użu tal-fond bil-għan li jkun ta' appoġġ għall-proġetti ta' enerġija rinnovabbli fl-Istati Membri li jkunu qabżu l-objettivi tagħhom, u b'mod ġenerali sabiex itejjeb u jsaħħaħ ir-riċerka, il-produzzjoni u l-użu ta' enerġiji rinnovabbli u sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika fl-Unjoni Ewropea.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tibda proċedura ta’ multi diretti immedjatament wara li l-evalwazzjoni tar-rapport tal-Istat Membru tkun uriet li l-Istat Membri msemmi jkun naqas milli jikkonforma, jew wara kwalunkwe evidenza miġbura fi kwalunkwe mument li tkun turi li Stat Membru mhux qed jikkonforma mal-obbligi tiegħu.

 

5. Is-sanzjonijiet għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tad-defiċit ta' MWh ta' enerġija rinnovabbli ta' Stat Membru meta mqabbel mal-objettiv obligatorju tiegħu, u għandhom jiġu ffissati fuq livell xieraq sabiex iservu ta’ inċentiv qawwi sabiex l-Istati Membri jinvestu f’enerġija rinnovabbli, bil-għan li jikkonformaw mal-objettivi nazzjonali, jew saħansitra jaqbżuhom.

 

6. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tkun adottata skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).

 

7. Il-ħlas tal-multa m'għandux jeżenta lill-Istat Membru mill-obbligu li jilħaq l-objettivi interim obligatorji stipulati fil-Parti B tal-Anness I u l-objettiv ġenerali stipulat fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness I. F'dan il-każ japplika ukoll l-Artikolu 4(3).

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-fini ta’ l-Artikolu 5(9), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9(3) unitajiet ta’ enerġija rinnovabbli attribwiti għal żieda fil-kapaċità ta’ impjant għandhom ikunu ttrattati daqs li kieku kienu prodotti minn impjant separat li sar operattiv fil-mument li fih seħħet iż-żieda fil-kapaċità.

Għall-fini ta’ l-Artikolu 3 u, l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9(3) unitajiet ta’ enerġija rinnovabbli attribwiti għal żieda fil-kapaċità ta’ impjant għandhom ikunu ttrattati daqs li kieku kienu prodotti minn impjant separat li sar operattiv fil-mument li fih seħħet iż-żieda fil-kapaċità

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Ħarsien tal-Konsumaturi

 

1. L-Istati Membri li joperaw skemi ta’ appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli għandhom jirrikjedu l-ħruġ ta’ garanziji tal-oriġini għall-produzzjoni tal-enerġija appoġġjata. L-Istati Membri għandhom ukoll jiċċaraw kif dawn il-garanziji tal-oriġini huma allokati lill-konsumaturi aħħarija tal-enerġija jew lill-fornituri tagħhom.

 

2. F’każi fejn il-fornituri tal-enerġija qed jirreklamaw enerġija rinnovabbli lill-konsumaturi tagħhom b’referenza għall-benefiċċji ambjentali jew oħrajn tal-enerġija rinnovabbli , l-Istat Membru għandu jirrikjedi li l-fornituri tal-enerġija jipprovdu provi li talanqas terz mill-enerġija rinnovabbli tkun lilhinn mill-ammont ta’ dak meħtieġ sabiex il-miri mandatorji jiġu sodisfatti kif stipulati fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness I. Għal dan il-għan. l-Istati Membri għandhom jirrikjedu lil dawk il-fornituri sabiex jippreżentaw Garanziji tal-Oriġini għall-ikkanċellar minn installazzjonijiet li jkunu bdew joperaw wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, li tikkorrespondi għas-sehem rikjest ta’ addizjonalità u li jkunu nħarġu għall-produzzjoni ta’ enerġija li mhix meqjusa fil-kejl tal-konformità ta' kwalunkwe Stat Membru mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva dwar il-miri nazzjonali.

Emenda  134

Proposta għal Direttiva

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proċeduri amministrattivi, regolamenti u kodiċijiet

Proċeduri amministrattivi, regolamenti, kodiċijiet u finanzi

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull regola nazzjonali li tikkonċerna l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar li huma applikati għal impjanti għall-produzzjoni ta’ elettriku, tisħin u tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, u għall-proċess ta’ trasformazzjoni tal-bijomassa f’bijokarburanti jew prodotti tal-enerġija oħra, hija proporzjonata u meħtieġa.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull regola nazzjonali li tikkonċerna l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar li huma applikati għal impjanti u infrastrutturi assoċjati ta’ netwerks ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni għall-produzzjoni ta’ elettriku, tisħin u tkessiħ minn sorsi rinnovabbli, u għall-proċess ta’ trasformazzjoni tal-bijomassa f’bijokarburanti jew prodotti tal-enerġija oħra, hija proporzjonata u meħtieġa.

L-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, jiżguraw li:

L-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, jiżguraw li:

(a) ir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ korpi amministrattivi nazzjonali, reġjonali u lokali għal proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar huma definiti b’mod ċar, bi skadenzi preċiżi għall-approvazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-ippjanar u l-bini;

(a) ir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ korpi amministrattivi nazzjonali, reġjonali u lokali għal proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar huma definiti b’mod ċar, inkluż l-ippjanar tal-art, bi skadenzi qosra u preċiżi għall-approvazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-ippjanar u l-bini;

 

(aa) jiġi stabbilit korp amministrattiv wieħed responsabbli mill-ipproċessar tal-awtorizzazzjoni, miċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzjar għal impjanti ta’ enerġija rinnovabbli u li joffri assistenza lill-applikanti;

(b) il-proċeduri amministrattivi huma simplifikati u mgħaġġla fil-livell amministrattiv xieraq;

(b) il-proċeduri amministrattivi huma simplifikati u mgħaġġla fil-livell amministrattiv xieraq;

(c) ir-regoli li jirregolaw l-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzjar huma oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, u jikkunsidraw bis-sħiħ il-partikolaritajiet ta’ teknoloġiji individwali ta’ enerġija rinnovabbli;

(c) ir-regoli u l-applikazzjonijiet tagħhom li jirregolaw l-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-liċenzjar huma oġġettivi, trasparenti, mhux diskriminatorji, proporzjonati u meħtieġa, u jikkunsidraw bis-sħiħ il-partikolaritajiet ta’ teknoloġiji individwali ta’ enerġija rinnovabbli; Regoli li japplikaw għal attivitajiet ta’ tniġġiż li jinsabu fid-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-16 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (Verżjoni Kodifikata) (Id-Direttiva IPPC), mhumiex xierqa fir-rigward ta’ installazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli li ma jipproduċux skart li jniġġeż matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom, u m’għandhomx japplikaw għal installazzjonijiet bħal dawn.

(d) jiġu stabbiliti linji gwida ċari għal koordinazzjoni bejn korpi amministrattivi, li jikkonċernaw limiti ta’ żmien u l-irċevuta u l-immaniġġjar ta’ applikazzjonijiet għall-ippjanar u l-permess;

(d) jiġu stabbiliti linji gwida ċari għal koordinazzjoni bejn korpi amministrattivi, li jikkonċernaw limiti ta’ żmien u l-irċevuta u l-immaniġġjar ta’ applikazzjonijiet għall-ippjanar u l-permess;

 

(da) il-koerenza tinkiseb permezz tal-proċeduri ta’evalwazzjoni, l-ippjanar u l-liċenzjar fi ħdan il-biċċiet differenti tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE filwaqt li titqies il-kontribuzzjoni tas-sorsi rinnovabbli tal-enerġija lejn il-kontribuzzjoni tagħhom biex jinkisbu l-objettivi tal-bidla fil-klima u dawk stipulati minn din id-Direttiva;

 

(db) l-approvazzjoni awtomatika tal-ippjanar u tal-applikazzjonijiet għal premessi għal installazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli hija garantita fil-każijiet fejn l-entità kompetenti li tawtorizza ma tikkorrispondix fiż-żmien stipulat jew f’każijiet fejn dawn ma jkunux ġew speċifikament irrifjutati mill-entità kompetenti li tawtorizza;

(e) it-tariffi amministrattivi mħallsa minn konsumaturi, pjanifikaturi, periti, bennejja u stallaturi u fornituri ta’ tagħmir u sistemi huma trasparenti u relatati mal-ispiża;

(e) it-tariffi amministrattivi mħallsa minn konsumaturi, pjanifikaturi, periti, bennejja u stallaturi u fornituri ta’ tagħmir u sistemi huma trasparenti u relatati mal-ispiża;

(f) jiġu stabbiliti proċeduri ta’ awtorizzazzjoni inqas impenjattivi għal proġetti iżgħar; kif ukoll

(f) jiġu stabbiliti proċeduri ta’ awtorizzazzjoni inqas impenjattivi u simplifikati għal proġetti iżgħar u li l-apparati deċentralizzat għall-enerġija rinnovabbli bħal pereżempju s-sistemi fotovoltajċi, is-sistemi termosolari, l-istufi żgħar tal-bijomassa, l-apparat żgħir ta’ mikroġenerazzjoni tall-bijogass, l-awtorizzazzjonijiet ikunu sostitwiti b'notifika sempliċi lill-awtorità governattiva kompetenti; kif ukoll

 

(fa) miżuri regolatorji xierqa u vantaġġi ta’ taxxa għall-promozzjoni tal-aktar użu effettiv tas-sistemi ta’ enerġija rinnovabbli u n-netwerks ta’tisħin u tkessiħ marbuta magħhom jiġu implimentati;

(g) jinħatru medjaturi biex jaġixxu f’disputi bejn applikanti u awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet, ċertifikati u liċenzji.

(g) jinħatru medjaturi biex jaġixxu f’disputi bejn applikanti u awtoritajiet responsabbli mill-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet, ċertifikati u liċenzji.

2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar kull speċifikazzjoni teknika li għandha tintlaħaq minn tagħmir u sistemi ta’ enerġija rinnovabbli biex jibbenefikaw minn skemi ta’ sostenn. Fejn jeżistu standards Ewropej, inklużi eko-tikketti, tikketti tal-enerġija u sistemi oħra ta’ referenza teknika stabbiliti minn korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu espressi skont dawk l-istandards. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi m’għandhomx jippreskrivu fejn it-tagħmir u s-sistemi għandhom jiġu ċċertifikati.

2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar kull speċifikazzjoni teknika li għandha tintlaħaq minn tagħmir u sistemi ta’ enerġija rinnovabbli biex jibbenefikaw minn skemi ta’ sostenn. Fejn jeżistu standards Ewropej, inklużi eko-tikketti, tikketti tal-enerġija u sistemi oħra ta’ referenza teknika stabbiliti minn korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu espressi skont dawk l-istandards. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi m’għandhomx jippreskrivu fejn it-tagħmir u s-sistemi għandhom jiġu ċċertifikati u m’għandhomx jostakolaw is-swieq nazzjonali.

3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li korpi amministrattivi lokali u reġjonali jikkunsidraw l-istallazzjoni ta’ tagħmir u sistemi għall-użu ta’ tisħin, tkessiħ u elettriku minn sorsi rinnovabbli u għal tisħin u tkessiħ distrettwali matul l-ippjanar, id-diżinjar, il-bini u r-renovazzjoni ta’ żoni industrijali jew residenzjali. 4.

3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li korpi amministrattivi lokali u reġjonali jiżguraw l-istallazzjoni ta’ tagħmir u sistemi għall-użu ta’ tisħin, tkessiħ u elettriku minn sorsi rinnovabbli u għal tisħin u tkessiħ distrettwali matul l-ippjanar, id-diżinjar, il-bini u r-renovazzjoni ta’ żoni industrijali jew residenzjali. 4.

 

L-Istati Membri għandhom, b’mod partikolari, iħeġġu lill-popolazzjoni lokali u lill-entitajiet amministrattivi reġjonali sabiex jinkludu t-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-ippjanar ta’ bliet b’aktar minn 50 000 abitant.

4. Fir-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom l-Istati Membri għandhom jirrikjedu l-użu ta’ livelli minimi ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-bini ġdid jew irrenovat. Kull eżenzjoni minn dawn il-livelli minini għandha tkun trasparenti u bbażata fuq kriterji relatati ma’:

4. Fir-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom l-Istati Membri għandhom jirrikjedu l-użu ta’ livelli minimi ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-bini ġdid u rrenovat. L-Istati Membri għandhom jippermettu li dawn il-livelli minimi jiġu sodisfatti inter alia permezz tat-tisħin u t-tkessiħ reġjonali bl-użu esklussiv ta’ sorsi rinnovabbli ta’ enerġija. Kull eżenzjoni għar-rinnovazzjoni ta’ bini minn dawn il-livelli minini għandha tkun trasparenti u bbażata fuq kriterji relatati ma’

(a) l-użu ta’ bini b’rata ta’ enerġija passiva, baxxa jew żero; jew

(a) it-talba ta’ enerġija li tkun talanqas 30% anqas mill-istandard ta’ rendiment fl-enerġija applikabbli għal bini simili ġdid fil-mument tar-rinnovazzjoni;

(b) limiti lokali fid-disponibbiltà ta’ riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

(b) l-enerġija ġenerata mill-aħjar teknoloġija CHP disponibbli u li twassal għal volumi addizzjonali ta’ tisħin minn sorsi rinnovabbli;

 

4a. L-Istati Membri għandhom jippromwovu disinni ta’ enerġija żejda għall-bini pubbliku u privat mill-2010 ‘l quddiem u jagħmlu d-disinni ta’ enerġija żejda bħala rekwiżit sal-2015 l-aktar tard. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini ta’ entitajiet pubbliċi fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali jkunu konformi mal-istandards tal- akkomodazzjoni bl-enerġija żejda mill-2012. L-Istati Membri għandhom, sal-2014, jippreżentaw skema li tinkludi d-dettalji ta’ kif is-soqfa ta’ bini pubbliku jew dak imħallat (pubbliku-privat) jkunu jistgħu jintużaw minn partijiet terzi għall-investimenti fl-installazzjonijiet ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli.

5. Fir-rigward tar-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta’ sistemi u tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ b’enerġija rinnovabbli li jiksbu tnaqqis sinifikanti ta’ konsum ta’ enerġija. L-Istati Membri għandhom jużaw tikketti tal-enerġija jew eko-tikketti jew ċertifikati jew standards oħra xierqa żviluppati f’livell nazzjonali jew Ewropew, fejn dawn jeżistu, bħala l-bażi biex jinkoraġġixxu dawn is-sistemi u tagħmir.

5. Fir-rigward tar-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom u l-iskemi tagħhom ta’ appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-tisħin u fit-tkessiħ, l-Istati Membri għandhom iħeġġu u jagħmlu distinzjonijiet favur sistemi u tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ b’enerġija rinnovabbli li jiksbu tnaqqis sinifikanti ta’ konsum ta’ enerġija L-Istati Membri għandhom jużaw tikketti tal-enerġija jew eko-tikketti jew ċertifikati jew standards oħra xierqa żviluppati f’livell nazzjonali jew Ewropew, fejn dawn jeżistu, bħala l-bażi biex jinkoraġġixxu dawn is-sistemi u tagħmir.

Fil-każ tal-bijomassa, l-Istati Membri għandhom jippromwovi teknoloġiji ta’ konverżjoni li jiksbu effiċjenza ta’ konverżjoni ta’ mhux inqas minn 85 % għal applikazzjonijiet residenzjali u kummerċjali u mhux inqas minn 70 % għal applikazzjonijiet industrijali.

Fil-każ tal-bijomassa, l-Istati Membri għandhom jippromwovi teknoloġiji ta’ konverżjoni li jiksbu effiċjenza ta’ konverżjoni ta’ mhux inqas minn 85 % għal applikazzjonijiet residenzjali u kummerċjali u mhux inqas minn 70 % għal applikazzjonijiet industrijali.

Fil-każ tal-pompi tas-sħana, l-Istati Membri għandhom jippromwovu pompi tas-sħana li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi tal-ekotikkettar stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/742/KE.

 

Fi-każ tal-enerġija mix-xemx, l-Istati Membri għandhom jippromwovu tagħmir u sistemi li jiksbu effiċjenza ta’ konverżjoni ta’ mhux inqas minn 35%.

 

Fil-valutazzjoni tal-effiċjenza ta’ konverżjoni u tal-proporzjon ta’ dħul/ħruġ ta’ sistemi u tagħmir għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri komunitarji jew, fin-nuqqas tagħhom proċeduri internazzjonali jekk tali proċeduri jeżistu.

Fil-valutazzjoni tal-effiċjenza ta’ konverżjoni u tal-proporzjon ta’ dħul/ħruġ ta’ sistemi u tagħmir għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri komunitarji jew, fin-nuqqas tagħhom proċeduri internazzjonali jekk tali proċeduri jeżistu.

 

5a. Għandu jiġi garantiti aċċess faċli għall-iffinanzjar pubbliku u privat minn proġetti li jikkonċernaw enerġiji rinnovabbli li jkunu ta’ interess Komunitarju.

 

Kwalunkwe appoġġ għall-kostruzzjoni, rikostruzzjoni u r-rinnovament ta’ infrastruttura, bini pubbliku u industrijali jew djar għandu jintrabat mal-promozzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u/jew mal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

 

Sabiex jiġi ffaċilitat l-iffinanzjar tal-kisba tal-mira ta’ 20 %, il-Kummissjoni tal-UE u l-Istati Membri, sal-31 ta’ Diċembru 2009, iridu jippreżentaw analiżi u pjan li partikolarment jimmiraw lejn:

 

(a) użu aħjar tal-fondi strutturali u l-programmi ta’ qafas għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli;

 

(b) użu aħjar u aktar użu tal-fondi mill-Bank Ewropew għall-Investiment u istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħrajn; u

 

(c) aċċess aħjar għall-kapital tar-riskju, l-aktar permezz ta’ analiżi tal-fattibilità ta’ faċilità ta’ kondiviżjoni tar-riskju għall-investimenti f’enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-Unjoni Ewropea, simili għall-inizzjattiva tal-Fond Globali għall Effiċjenza fl-Enerġija u l-Enerġija Rinnovabbli li huwa riżervat għal investimenti f’enerġija minn sorsi rinnovabbli u dawk fl-effiċjenza fl-enerġija minn pajjiżi terzi.

 

5b. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tanalizza kif il-possibilitajiet finanzjarji ġodda jkunu jistgħu jintużaw għat-tħaffif ta’ “proġetti ta’ enerġija rinnovabbli ta’ interess Ewropew” permezz tal-aċċelerazzjoni ta’:

 

(a) l-iżvilupp ta’ komunitajiet jew bliet li jkunu jużaw enerġija rinnovabbli 100% jew f’livell għoli fil-qafas tal “tal-patt tal-inizzjattiva tas-sindki”

 

(b) l-iżvilupp tal-infrastruttura tan-netwerks meħtieġa għall-iżvilupp lilhinn mix-xtut (off shore) ta’ potenzjali ta’ enerġija mir-riħ jew mill-baħar fil-varji zoni marittimi tal-Unjoni Ewropea;

 

(c) l-użu ta’ netwerks distrettwali ta’ tisħin u tiksiħ li jkunu bbażati fuq il-bijomassa, enerġija solari u ġeotermali fir-reġjuni tal-Unjoni Ewropea tat-Tramuntana u tal-Lvant flimkien ma’ programm ewlieni ta’ rinnovazzjoni ta' tagħmir antik (retrofotting) għall-bini eżistenti;

 

(d) l-iżvilupp ta’ interkonnetturi ma’ pajjiżi Mediterranji sabiex jintuża b'mod sħiħ il-potenzjal vast tal-elettriku ġej mill-enerġija tar-riħ, tal-mewġ u tal-marea u dik termali solari fil-Mediterran u fil-pajjiżi ġirien.

 

5c. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, sal-31 ta’ Diċembru 2009, jippreżentaw analiżi u pjan maħsuba għall-immirar koordinat tal-iffinanzjar Komunitrju u nazzjonali, u forom oħra ta’ appoġġ, f’ċentri teknoloġiċi ta’ riċerka dwar enerġija rinnovabbli u enerġija effiċjenti; b’mod partikolari f’ċentri li jikkooperaw ma’ universitajiet u intrapriżi (b’mod partikolari SMEs) f’riċerka rivoluzzjonarja applikata u innovattiva ir-riċerka teknoloġika għandha tieħu interess speċjali fil-produzzjoni deċentralizzata u dik Komunitarja. Riċerka simili għandha timmira sabiex tnaqqas kunflitti fl-użu, bħal bejn il-karburant u l-ikel. Ċentri simili ser jaħdmu wkoll biex ixerrdu l-għarfien fost il-pubbliku ġenerali dwar l-enerġija rinnovabbli , u, b’mod partikolari, il-miżuri ta’ ffrankar tal-enerġija.

 

 

1 ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

Emenda  135

Proposta għal Direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar miżuri ta’ sostenn hija disponibbli għall-konsumaturi, il-bennejja, l-istallaturi, il-periti u l-fornituri ta’ tagħmir u sistemi tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-elettriku u għal vetturi kompatibbli mal-użu ta’ taħlitiet bi grad għoli ta’ bijokarburanti jew bijokarburanti puri.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar miżuri ta’ sostenn, u servizzi speċjali għal konsumaturi vulnerabbli jinxterdu b'mod wiesa' għall-konsumaturi, il-bennejja, l-istallaturi, il-periti, organizzazzjonijiet ta' akkomodazzjoni soċjali, maniġers li jaħdmu fin-negozju tal-proprjetà, dawk responsabbli mit-teħid ta’ deċiżjonijiet lokali u reġjonali u l-fornituri ta’ tagħmir u sistemi tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-elettriku u għal vetturi li jaħdmu bl-idroġenu rinnovabbli, dawk ibridi u dawk elettriċi u vetturi oħrajn kompatibbli mal-użu ta’ taħlitiet bi grad għoli ta’ bijokarburanti jew bijokarburanti puri

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar il-benefiċċji netti, l-ispiża u l-effiċjenza enerġetika ta’ tagħmir u sistemi għall-użu ta’ tisħin, tkessiħ u elettriku minn sorsi rinnovabbli hija disponibbli jew mill-fornitur tat-tagħmir jew is-sistema jew mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. 3.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni dwar il-benefiċċji netti, l-ispiża u l-effiċjenza enerġetika ta’ tagħmir u sistemi għall-użu ta’ tisħin, tkessiħ u elettriku minn sorsi rinnovabbli hija disponibbli jew mill-fornitur tat-tagħmir jew is-sistema u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. 3.

3. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw skemi ta’ ċertifikazzjoni għal stallaturi ta’ bojlers u stufi, sistemi fotovoltajċi solari u sistemi termali solari u pompi tas-sħana. Dawk l-iskemi għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra skont dawn il-kriterji.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta' kwalifiki ekwivalenti jkunu disponibbli għal installaturi ta’ bojlers u stufi, sistemi fotovoltajċi solari u sistemi termali solari kif ukoll sistemi ġeotermali baxxi u pompi tas-sħana. Dawk l-iskemi jistgħu jqisu l-iskemi u l-istrutturi eżistenti kif jixraq, u għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra skont dawn il-kriterji.

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-2015 'il-quddiem, installazzjonijiet li jinbnew minn installaturi ċerifikati biss jitqiesu bħala konformi mal-Artikolu 12(4).

4. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw gwida għal pjanifikaturi u periti sabiex dawn ikunu tassew kapaċi jikkunsidraw l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali matul l-ippjanar, l-iddiżinjar, il-bini u r-ridekorazzjoni ta’ żoni industrijali jew residenzjali.

4. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw gwida għal pjanifikaturi, kumpaniji ta’ akkomodazzjoni soċjali, maniġers li jaħdmu fin-negozju tal-proprjetà, dawk responsabbli mit-teħid ta’ deċiżjonijiet lokali u reġjonali u periti sabiex dawn ikunu tassew kapaċi jikkunsidraw l-aħjar taħlita ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli u ta’ teknoloġiji b'effiċjenza għolja matul l-ippjanar, l-iddiżinjar, il-bini u r-ridekorazzjoni ta’ żoni industrijali jew residenzjali.

 

4a. L-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandhom jiżviluppaw informazzjoni, tqajjim ta' kuxjenza, gwida u programmi ta' taħriġ u jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu infurmati biżżejjed bil-benefiċċji u l-prattikalitajiet tal-iżvilupp u l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Emenda  136

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

Aċċess għas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku

Aċċess għas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-elettriku u l-operazzjoni tagħha.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw infrastruttura tad-distribuzzjoni biex jakkomodaw l-iżvilupp ulterjuri tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi l-interkonnetturi bejn l-Istati Membri.

1. L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżviluppaw it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-infrastruttura tad-distribuzzjoni netwerks intelliġenti, faċilitajiet ta' ta' ħżin u s-sistema tal-elettriku biex jippermettu t-tħaddim sikur tas-sistema tal-elettriku u biex jakkomodaw l-iżvilupp ulterjuri tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bħala minimu sabiex jiġu żgurati l-miri stipulati fl-Annessi 1A u 1B jinkisbu, inklużi l-interkonnetturi bejn l-Istati Membri kif ukoll pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri xierqa sabiex iħaffu l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għall-infrastruttura tas-sistema ta' distribuzzjoni u sabiex jikkoordinaw l-approvazzjoni tal-infrastruttura tas-sistema ta' distribuzzjoni mal-proċeduri amministrattivi u dawk tal-ippjanar. Fil-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali tagħhom għall-enerġija rinnovabli, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa għall-estensjoni u/jew it-tisħiħ tal-infrastruttura eżistenti sabiex jiffaċilitaw l-integrazjoni tal-kwantitajiet ta' sorsi rinnovabbli meħtieġa għall-kisba tal-mira nazzjonali minima 2020 u għandhom jippreżentaw il-miżuri li dawn ser jieħdu sabiex jiġu aċċellerati il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni.

2. Mingħajr preġudizzju għaż-żamma tal-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jiggarantixxu fit-territorju tagħhom it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Huma għandhom jipprovdu wkoll għal aċċess prijoritarju għas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fit-trażmissjoni ta’ impjanti li jiġġeneraw l-elettriku, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jagħtu prijorità lil impjanti ta’ ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti s-sigurtà tas-sistema tal-elettriku nazzjonali.

2. Mingħajr preġudizzju, ż-żamma tal-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni u sa fejn is-sigurtà tas-sistema nazzjonali tal-elettriku tippermetti:

 

(a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni fit-territorju tagħhom jiggarantixxu aċċess prijoritarju, konnessjoni prijoritarja, trażmissjoni prijoritarja u distribuzzjoni prijoritarja ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u li l-operaturi risponsabbli mis-sistema jtejbu kemm jistgħu, isaħħu u jestendu s-sistema ta' distribuzzjoni wara talba raġjonevoli minn produttur ta' enerġija rinnovabbli sabiex jiġu żgurati konnessjoni, aċċess, trażmissjoni, distribuzzjoni u d-dispaċċ prijoritajru ta' elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

 

(b) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi responsabbli mis-sistema jagħtu prijorità lill-instalazzjonijiet ta' ġenerazzjoni li jużaw enerġija rinnovabbli meta jsir id-dispaċċ, u għandhom jieħdu l-miżuri operazzjonali kollha xierqa relatati mas-sistema ta' distribuzzjoni u mas-suq sabiex jimminimizzaw l-ostakolar ta' elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli minħabba miżuri relatati mas-sistema ta' distribuzzjoni u mas-suq. Tista' wkoll tingħata prijorità minn operaturi ta' trażmissjoni sabiex jippermettu li l-elettriku prodott biex jibbilanċja ċerti volumi ta' sħana prodotti minn impjanti tal-enerġija b'effiċjenza għolja jmur fis-sistema kif previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/8/KE.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk jittieħdu miżuri sabiex jiġi ostakolat l-elettriku prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli dawn ikunu indispensabbli għas-sigurtà tas-sistema nazzjonali tal-elettriku u s-sigurtà tal-forniment, u li l-operaturi responsabbli mis-sistema jirrappurtaw b'mod pubbliku u mingħajr dewmien żejjed dwar il-kwistjonijiet u l-miżuri mittieħda.

3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni jistabbilixxu u jippubblikaw ir-regoli standard tagħhom rigward il-ġarr u t-tqassim flimkien tal-ispejjeż ta’ adattamenti tekniċi, bħal ma huma konnessjonijiet mas-sistema ta’ distribuzzjoni u rinfurzar tas-sistema ta’ distribuzzjoni, li huma meħtieġa biex ikunu integrati produtturi ġodda li jkunu qed jipprovdu elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lis-sistema interkonnessa.

3. L-Istati Membri, jew l-awtoritajiet regolatorji komptetenti għandhom jirrikjedu li operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni jistabbilixxu u jippubblikaw ir-regoli standard tagħhom rigward il-ġarr u t-tqassim flimkien tal-ispejjeż ta’ adattamenti tekniċi, bħal ma huma operazzjonijiet imtejba tas-sistema ta’ distribuzzjoni, tisħiħ tas-sistema ta’ distribuzzjoni, operazzjoni mtejba tas-sistema ta' distribuzzjoni u regoli mtejba tal-implimentazzjoni ta' kodiċi tas-sistema ta' distribuzzjoni b'mod nondiskriminatorju, li huma meħtieġa biex ikunu integrati produtturi ġodda li jkunu qed jipprovdu elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lis-sistema interkonnessa. Dawn ir-regoli għandhom jiġu ppubblikati sat-30 ta' Ġunju 2010.

Dawn ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji billi jkunu kkunsidrati b’mod partikolari l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-konnessjoni ta’ dawn il-produtturi mas-sistema tad-distribuzzjoni u ċ-ċirkustanzi partikolari tal-produtturi li qegħdin f’reġjuni periferiċi u f’reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni. Ir-regoli jistgħu jipprovdu għal tipi differenti ta’ konnessjoni.

Dawn ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji billi jkunu kkunsidrati b’mod partikolari l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-konnessjoni ta’ dawn il-produtturi mas-sistema tad-distribuzzjoni u ċ-ċirkustanzi partikolari tal-produtturi li qegħdin f’reġjuni periferiċi u f’reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni. Ir-regoli jistgħu jipprovdu għal tipi differenti ta’ konnessjoni u għandhom jiġu stipulati u approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali.

 

3a. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jirrikjedu li operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni jipprovdu informazzjoni komprensiva u meħtieġa dwar is-sistemi ta' trażmissjoni għal kwalunkwe produttur ġdid li jixtieq iqabbad mas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni inkluża informazzjoni mhix ristretta dwar il-kapaċità ta' trażmissjoni diġà allokata u dik li għadha disponibbli.

 

3b. Il-kondiviżjoni tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun infurzata b’mekkaniżmu bbażat fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u nondiskriminatorji li jikkunsidraw il-benefiċċji li inizzjalment u sussegwentement produtturi konnessi kif ukoll operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni jieħdu mill-konnessjoni.

4. Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jġorru l-ispejjeż kollha, jew parti minnhom, imsemmija fil-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex itejjbu l-oqsfa u r-regoli għall-ġarr u tqassim tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 3 sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011 u kull sentejn wara dan biex jiżguraw l-integrazzjoni ta’ produtturi ġodda kif imsemmi f’dak il-paragrafu.

4. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jġorru l-ispejjeż għat-tisħiħ tas-sistema ta’ distribuzzjoni relatata mal-estensjoni ta’ enerġiji rinnovabbli kemm fuq skala kbira u kif ukoll fuq skala żgħira meħtieġa biex tinkiseb il-mira minima nazzjonali stipulata fl-Anness 1. Dawn l-ispejjeż iridu jkunu awtorizzati mir-regolaturi nazzjonali u maqsuma bejn il-konsumaturi kollha tal-enerġija.

5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni jipprovdu kull produttur ġdid li jixtieq li jkun konness mas-sistema, bi stima komprensiva u dettaljata tal-ispejjeż assoċjati mal-konnessjoni. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil produtturi tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jixtiequ jkunu konnessi max-xibka, li joħorġu sejħa għall-offerti għax-xogħol ta’ konnessjoni.

5. L-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji kompetenti għandhom jirrikjedu li operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni jipprovdu kull produttur ġdid li jixtieq li jkun konness mas-sistema, bi:

 

 

a) stima komprensiva u dettaljata tal-ispejjeż assoċjati mal-konnessjoni;

 

(b) skeda raġjonevoli u preċiża għall-ilqugħ u l-ipproċessr tat-talba għall-konnessjoni mas-sistema ta' distribuzzjoni;

 

(c) skeda raġjonevoli u preċiża għall-konnessjoni mas-sistema ta' distribuzzjoni għal mhux aktar minn sentejn;

 

L-Istati Membri jew l-awotritajiet regolatorji kompetenti għandhom jiddefinixxu dispożizzjonijiet li jimponu sanzjonijiet f'każ ta' nonkonformità mar-regoli elenkati f'punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.

 

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil produtturi tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jixtiequ jkunu konnessi mas-sistema ta' distribuzzjoni, li jipprovdu x-xogħol ta' konnessjoni tagħhom stess permezz ta' esperti barranin.

6. It-tqassim flimkien tal-ispejjeż imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun infurzat b’mekkaniżmu bbażat fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji li jikkunsidraw il-benefiċċji li inizjalment u sussegwentement produtturi konnessi kif ukoll operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni jieħdu mill-konnessjoni.

 

Emenda  137

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talba għal ħlas ta’ tariffi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni ma jiddiskriminawx kontra l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż b’mod partikolari elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli prodott f’reġjuni periferiċi, bħal reġjuni gżejjer, u f’reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni.

7. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrikjedu li t-talba għal ħlas ta’ tariffi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni ma jiddiskriminawx kontra l-elettriku jew tal-gass prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, li ma jiddiskriminawx kontra elettriku jew gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli prodotti f’reġjuni periferiċi, bħal reġjuni gżejjer, u f’reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinvestiga ksur allegat ta' dan il-paragrafu u għandha tieħu l-azzjoni korrettiva metħieġa fil-każ ta' ksur bħal dan.

Ġustifikazzjoni

Konsistentament l-Istati Membri kisru din il-klawżola, u l-Kummissjoni naqset mid-dmir tagħha li tinfurzaha. Din l-emenda tagħmel il-lingwaġġ aktar iebes sabiex ir-responsabilità tal-awtoritajiet kompetenti tkun ċara.

Emenda  138

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi mitluba minn operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u minn operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni, għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku minn impjanti li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jirriflettu l-ispejjeż-benefiċċji fattibbli li jirriżultaw mill-konnessjoni tal-impjant man-netwerk. Dawn l-ispejjeż-benefiċċji jistgħu jinqalgħu mill-użu dirett tas-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx.

8. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li t-tariffi mitluba minn operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u minn operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni, għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku jew gass minn impjanti li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jirriflettu l-ispejjeż li jirriżultaw mill-konnessjoni tal-impjant man-netwerk.

Emenda  139

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri konċernati għandhom jiżviluppaw approċċ koordinat għall-iżvilupp ta’ enerġiji lilhinn mix-xtut li ġejjin mir-riħ u mill-baħar fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Irlandiż, fl-Atlantiku u fil-Baħar Baltiku. Dan il-pjan irid jinkludi proċedura simplifikata ta’ awtorizzazzjoni u l-infrastruttura meħtieġa tas-sistema ta’ distribuzzjoni kemm lilhinn mix-xtut (off-shore)u kif ukoll fuq l-art (on-shore) trid tkun proġett prijoritarju fl-inizjattiva tan-Netwerk Tranżewropew (TEN).

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu jiżviluppaw approċċ koordinat għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ elettriku miksub mir-riħ u mill-enerġija termali solari fir-reġjun tal-Mediterran kemm fl-UE u kif ukoll f'pajjiżi li mhumiex fl-UE. L-infrastruttura tas-sistema ta' distribuzzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-operaturi differenti tas-sistemi meħtieġa fil-livell Ewropew ser tkun proġett prijoritarju fi ħdan l-inizjattiva Netwerl Trans-Ewropew (TEN).

Ġustifikazzjoni

L-iżvilupp tal-potenzjali lilhinn mir-riħ u mill-baħar fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Baltiku u l-iżvilupp tal-potenzjali enerġetiċi termali solari u mir-riħ fir-reġjun Mediterran isiru eħfef permezz ta’ approċċ koordinat u għandhom ikunu prijorità fl-inizjattiva tat-TEN.

Emenda  140

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8b. L-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtiġijiet għall-estensjoni tal-infrastruttura tan-netwerk eżistenti tal-gass sabiex l-integrazjoni tal-gass minn sorsi rinnovabbli tiġi ffaċilitata.

Ġustifikazzjoni

In-netwerks tal-gass għandhom ikunu miftuħin sabiex jaċċettaw gass prodott mill-bijomassa sabiex l-użu ta’enerġija minn-bijogass jiġi mmassimizzat billi din tintuża fejn hemm domanda għat-tisħin u t-tkessiħ.

Emenda  141

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8c. Mingħajr preġudizzju għall-manteniment tal-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jiggarantixxu fit-territorju tagħhom it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. L-ispejjeż tal-konnessjoni man-netwerk, inklużi l-qabda mal-punt ta’ konnessjoni, is-sistema ta’ kejl tal-pressjoni tal-gass, l-installazzjonijiet għaż-żieda fil-pressjoni u l-kejl li jista’ jiġi kkalibrat, għandu jerfagħhom l-operatur u jinqasmu fost il-konsumaturi. Jistgħu jingħataw Derogi minn dan ir-rekwiżit fil-każ li l-installazzjoni li tipproduċi l-gass minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli hija aktar minn 15-il kilometru l-bogħod mill-eqreb pajp tal-gas disponibbli.

 

L-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u dawk tas-sistema ta’ distribuzzjoni għandhom ukoll jipprovdu aċċess prijoritarju lin-netwerk tas-sistemi tal-gass magħmul minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, jekk il-gass ikun kompatibbli mas-sistema tan-netwerk.

Ġustifikazzjoni

Sistema simili għall-aċċess prijoritarju għal enerġija rinnovabbli użata għall-elettriku għandha tiġi maħsuba wkoll għal gass minn sorsi rinnovabbli .

Emenda  142

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8 d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8d. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u dawk tas-sistemi ta’ distribuzzjoni fit-territorju tagħhom jagħmlu disponibbli r-rekwiżiti għall-kwalità tal-gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għall-integrazzjoni tan-netwerk, skont standards trasparenti u nondiskriminatorji. L-operatur tan-netwerk huwa responsabbli għall-odorazzjoni u l-kejl tal-kwalità tal-gass.

Emenda  143

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8 e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8e. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu inċentivi finanzjari għall-kostruzzjoni u l-espansjoni ta' netwerks ta' tisħin għat-trażmissjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli .

Ġustifikazzjoni

L-użu fuq skala kbira ta’ enerġiji rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ jiddependi mid-disponibiltà tal-infrastruttura meħtieġa ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali. L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom rwol kruċjali f’dan ir-rigward.

Emenda  144

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8 f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8f. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżviluppaw infrastruttura tat-tisħin distrettwali sabiex takkomoda l-iżvilupp tal-produzzjoni tat-tisħin u tkessiħ ċentrali minn faċilitajiet kbar tal-bijomassa, solari u ġeotermali. Fil-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom huma għandhom jevalwaw il-ħtieġa li jibnu infrastruttura ġdida sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni ta’ kwantitajiet ta’ tisħin u tkessiħ ċentrali minn sorsi rinnovabbli meħtieġa sabiex tinkiseb il-mira nazzjonali 2020.

Ġustifikazzjoni

L-użu fuq skala kbira ta’ enerġiji rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ jiddependi mid-disponibiltà tal-infrastruttura meħtieġa ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali. L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom rwol kruċjali f’dan ir-rigward.

Emenda  145

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8 g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8g. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw obbligi u inċentivi għal netwerks eżistenti ta' tisħin u tkessiħ u dawk li għad iridu jinbnew sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ tisħin u tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli .

Ġustifikazzjoni

Il-potenzjal enormi tal-bijomassa, l-enerġija ġeotermali u dik solari għat-tisħin u t-tkessiħ hemm bżonn li tiddaħħal aktar malajr fl-infrastruttura tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali eżistenti jew li għad trid tinbena.

Emenda  146

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8 h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8h. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex iħarsu l-konsumaturi tal-enerġija li jkunu vulnerabbli mill-ispejjeż kollha msemmija fil-paragrafu 8a u sabiex inaqqsu l-faqar fl-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda fl-ispejjeż, u għalhekk fil-kontijiet aħħarija tal-elettriku, imsemmija fid-Direttiva proposta ser tkunu potenzjalment sostanzjali ħafna għall-oqsma tal-induatrija li jużaw ħafna enerġija u għall-familji. Għalhekk, huwa importanti li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni sabiex tifhem b'mod aktar sħiħ l-ispejjeż potenzjali, u li l-Istati Membri jindirizzaw l-impatti possibbli fuq konsumaturi vulnerabbli ifqar mill-miżuri xierqa.

Emenda  147

Proposta għal Direttiva

Artikolu 14 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tal-infrastruttura sabiex iqisu l-iżvilupp tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

 

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw l-infrastruttura tan-netwerk tal-gass biex jakkomodaw l-iżvilupp ulterjuri tal-gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi l-interkonnetturi bejn l-Istati Membri.

 

3. Bla ħsara għall-affidabilità tas-sikurezza tan-netwerk tal-gass, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiggarantixxu l-imissjoni (intake) u d-distribuzzjoni, tal-gass prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, b'aċċess prijoritarju.

 

4. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet nazzjonali tan-netwerks tal-gass jippubblikaw ir-regoli standard tagħhom li jikkonċernaw l-investimenti għall-adattament tekniku meħtieġ.

 

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talba għall-ħlas ta' tariffi għat-trasport u għad-distribuzzjoni ma tiddiskriminax kontra l-gass prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u li l-ħlasijiet jirriflettu l-vantaġġi f'termini ta' nefqa li jista' jkun hemm minħabba l-konnessjoni tal-impjanti li jipproduċu l-gass minn sorsi rinnovabbli man-netwerk tal-gass.

Ġustifikazzjoni

L-appoġġ għall-infrastruttura tat-tisħin u tat-tkessiħ hija meħtieġa daqs id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 14. Għandhom jiġu ppjanati dispożizzjonijiet għall-produzzjoni ta' gass kif ukoll ta' elettriku.

Emenda  148

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra

Kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijomassa maħsuba għall-produzzjoni tal-enerġija

1. Il-bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet elenkati taħt l-ittri (a), (b) u (c) hawn taħt jekk jissodisfaw biss il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5:

1. Irrispettivament minn jekk il-materja prima tkunx ġiet ikkultivata ġewwa jew barra t-territorju tal-Komunità, l-enerġija mill-bijomassa għandha tiġu kkunsidrata għall-iskopijiet elenkati taħt l-ittri (a) sa (c) hawn biss taħt jekk tissodisfa il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8:

(a) il-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-miri nazzjonali;

(a) il-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-miri nazzjonali;

 

(aa) il-kejl tal-konformità tal-karburanti tat-trasport mar-rekwiżiti tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-fjwuils tal-petrol u tad-dijżil1 ;

(b) il-kejl tal-konformità mal-obbligi ta’ enerġija rinnovabbli;

(b) il-kejl tal-konformità mal-obbligi ta’ enerġija rinnovabbli;

(c) l-eliġibbiltà għal sostenn finanzjarju għall-konsum ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra.

(c) l-eliġibbiltà għal sostenn finanzjarju għall-konsum tal-bijomassa għall-enerġija.

 

1 ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

Emenda  149

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsidrat għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-inqas 35%.

2. L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta' karburanti għat-trasport mill-bijomassa kkunsidrat għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-inqas 45 %.

 

B'effett mill-1 ta' Jannar 2015, l-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta' karburanti għat-trasport mill-bijomassa kkunsidrat għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-inqas 60 %.

 

L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta' karburanti għat-trasport mill-bijomassa għandu jiġi kkalkulat kif previst fl-Artikolui 17(1).

Fil-każ ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra prodotti minn impjanti li kienu operattivi f’Jannar 2008, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta’ April 2013. 3.

Fil-każ ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra prodotti minn impjanti li kienu operattivi f’Jannar 2008, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta’ April 2013. 3.

Emenda  150

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-użu tal-art għall-produzzjoni tal-bijokarburanti m’għandhiex tikkompeti mal-użu tal-art għall-produzzjoni tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata attenzjoni akbar sabiex jiġi żgurat li l-użu ta' bijokarburanti ma jgħarraqx is-sitwazzjoni tal-ikel.

Emenda  151

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli rikonoxxut ta’ bijodiversità, jiġifieri li art li kellha wieħed mill-istati li ġejjin fi jew wara Jannar 2008, sew jekk l-art għad għandha dan l-istatus jew le:

3. Il-Bijomassa għall-enerġija kkunsidrata għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex issir minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli rikonoxxut ta’ bijodiversità sakemm ma tkunx tikkonsisti minn flussi ta’ skart legali u regolati jew minn residwi ta’ njam li jiġu minn prattiki leġittimi tal-immaniġġjar tal-konservazzjoni. Dan jinkludi art li, f'Mejju 2003 jew wara, kellha wieħed mill-istati li ġejjin, sew jekk l-art għad għandha dan l-istatus kif ukoll jekk le:

(a) foresta mhux disturbata minn attività umana sinifikanti, jiġifieri, foresta fejn ma sar l-ebda intervent uman sinifikanti magħruf jew fejn l-aħħar intervent uman sinifikanti ilu biżżejjed li sar tant li ppermetta li l-kompożizzjoni u l-proċessi tal-ispeċi naturali jkunu stabbiliti mill-ġdid;

(a) foresta primarja u art oħra miksija bis-siġar: Foresti u art oħra miksija bis-siġar, fejn mhemm ebda indikazzjoni ċara tal-attivitajiet tal-bniedem u fejn il-proċessi ekoloġiċi għadhom mhux distrubati;

 

(aa) zoni li jipprovdu servizzi bażiċi lill-ekosisitema f'sitwazzjonijiet kritiċi (bħal ħarsien tal-art li tifred l-ilmijiet (watershed) u l-kontroll tal-erożjoni kif definiti mill-Evalwazzjoni tal-Ekosistemi tal-Millenju;

(b) żoni indikati għal għanijiet ta’ ħarsien tan-natura, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk l-għanijiet.

(b) żoni indikati bil-liġi jew minn awtoritajiet kompetenti oħrajn għal għanijiet ta’ ħarsien tan-natura, inklużi dawk indikati għall-ħarsien ta' ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu, li huma rikonoxxuti bi ftehimiet internazzjonali, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk l-għanijiet

 

(ba) zoni b'konċentrazzjoni sostanzjali f'termini reġjonali jew globali ta' ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li huma rikonoxxuti bi ftehimiet internazzjonali jew li jiffurmaw parti mil-"Lista l-Ħamra" tal-IUSN, sakemm ma jkunx hemm prova li l-produzzjoni ta' din il-materja prima mhix f'kunflitt ma' dawk l-iskopijiet;

(c) art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja, jiġifieri art bil-ħaxix li hija rikka fl-ispeċijiet, mhux fertilizzata u mhux degradata.

(c) art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja, jiġifieri art bil-ħaxix li żżomm il-kompożizzjoni naturali tal-ispeċijiet u l-karatteristiċi u l-proċessi ekoloġiċi u li mhix fertilizzata.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex tiddetermina liema żoni bil-ħaxix għandhom ikunu koperti mill-punt (c). Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 21(3).

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex tiddetermina liema żoni bil-ħaxix għandhom ikunu koperti mill-punt (c). Din il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tkun adottata skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 21.

Emenda  152

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkundistrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f’Jannar 2008 u li m’għadx għandha iktar dan l-istatus:

4. Il-Bijomassa għall-enerġija kkundistrata għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex isir minn materja prima miksuba minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f’Mejju 2003 u li m’għadx għandha iktar dan l-istatus:

(a) artijiet niedja, jiġifieri art li hija miksija bi jew saturata bl-ilma permanentement jew għal parti sinifikanti tas-sena, inkluża art tal-peat verġni;

(a) artijiet mifqugħin bl-ilma (wetlands), jiġifieri art li hija miksija bi jew saturata bl-ilma permanentement jew għal parti sinifikanti tas-sena;

 

(aa) art tal-pit;

(b) żoni kontinwament afforestati, jiġifieri art fuq firxa ikbar minn ettaru b’siġar ogħla minn 5 metri u b’kopertura ta’ aktar minn 30%, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ;

(b) żoni kontinwament afforestati, jiġifieri art fuq firxa ikbar minn 0,5 ettaru b’siġar ogħla minn 5 metri u b’kopertura ta' friegħi ta’ aktar minn 10 %, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ;

 

(ba) savana jew art bl-arbuxelli, jiġifieri nħawi fejn hemm taħlita ta' siġar, arbuxelli u ħaxix u li jħaddnu riservi kbar ta' karbonju;

Id-dispożizzjonijiet f’dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw jekk fiż-żmien meta nkisbet il-materja prima, l-art kellha l-istess status li kellha f’Jannar 2008.

Id-dispożizzjonijiet f’dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw jekk fiż-żmien meta nkisbet il-materja prima, l-art kellha l-istess status li kellha f'Mejju 2003.

Emenda  153

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Materji primi agrikoli kkultivati fil-Komunità u użati għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsdirati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jinkisbu skont ir-rekwiżiti u l-istandards taħt id-dispożizzjonijiet elenkati f’punt A tal-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 taħt l-intestatura "Ambjent" u skont ir-rekwiżiti minimi għal kundizzjoni tajba agrikola u ambjentali definita skont l-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament.

5. Materji primi agrikoli kkultivati fil-Komunità u użati għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsdirati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jinkisbu skont ir-rekwiżiti u l-istandards taħt id-dispożizzjonijiet elenkati f’punt A tal-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 taħt l-intestatura "Ambjent" u skont ir-rekwiżiti minimi għal kundizzjoni tajba agrikola u ambjentali definita skont l-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament.

 

5a. Irrespittivament minn jekk il-materja prima ġietx ikkultivata fl-Unjoni Ewropea jew f'pajjiż terz, il-bijomassa għall-enerġija titqies biss għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jekk ikunu ttieħdu miżuri effettivi biex jevitaw:

 

(a) it-tniġġis tal-ilmijiet, b’mod partikulari tal-ilmijiet ta’ taħt l-art;

 

(b) il-konsum eċċessiv tal-ilma f’inħawi fejn l-ilma hu skars;

 

(c) it-tniġġis tal-arja;

 

(d) id-deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ħamrija. kif ukoll

 

(e) l-użu ta' agrokimiċi kategorizzati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala Tip 1A jew 1b jew prodotti Klassi 2 elenkati mill-Konvenzjonijiet ta' Stokkolma u ta' Rotterdam jew kontrollati mill-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Sustanzi Organiċi Persisteni li Jniġġsu jew fuq il-lista ta' prodotti kandidati għall-konvenzjoni.

 

5b. B'referenza għall-paragrafu 5a, il-bijomassa għall-enerġija għandha titiqes għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrrafu 1 biss skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) id-dritt li l-art tintuża jkun ċar u m’huwiex ikkontestat b’mod leġittimu mill-komunitajiet lokali bi drittijiet legali ċari u drittijiet ta' konswetudini;

 

(b) ebda materja prima m'għandha tiġi kkultivata fuq art miksuba għal dak il-għan permezz ta' tkeċċija infurzata;

 

(c) il-produzzjoni ta' materja prima għall-bijokarburanti, jew bijolikwidi oħrajn, m'għandhiex tuża jew tappoġġja xogħol sfurzat inklużi xogħol marbut u tħaddim tat-tfal kif previst mill-Konvenzjonijiet tal-ILO 29, 105, 138, 182;

 

(d) il-ħaddiema kollha għandu jkollhom kuntratti legali, għandhom jirċievu paga ġusta u għandu jkollhom, inter alia, id-dritt li jorganizzaw u jitrattaw b'mod kollettiv u jkunu ħielsa mid-diskriminazzjoni kif previst fil-Konvenzjonijiet tal-ILO 100, 111, 87, 98.

 

(e) għandu jkun hemm konformità mal-liġi nazzjonali dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema;

 

(f) għandu jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet Internazzjonali li ġejjin:

 

(i) il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali tal-Ispeċi Pperikolati ta’ Fawna u ta’ Flora Selvaġġi;

 

(ii) il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika;

 

(iii) il-Protokoll ta' Kartagena dar il-bijosigurtà; u

 

(iv) il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima u l-Protokoll relatat ta' Kyoto.

 

L-implimentazzjoni effettiva tat-Trattati elenkati fil-punt (f) għandha tiġi aċċertata b'kunsiderazzjoni tar-rekord ta' implimentazzjoni tal-pajjiżi firmatarji bi qbil mad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni u, b'mod partikolari, kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula minn entitajiet imwaqqfa fi ħdan it-Trattat sabiex jimmoniterjaw il-konformità.

 

Jekk pajjiż firmatarju ma jkunx irratifika it-Trattati elenkati fil-punt (f) iżda l-awtoritajiet nazzjonali jew l-operatur ekonomiku jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni affidabli li turi li l-istandards ta' ħarsien ambjentali f'dak il-pajjiż huma ekwivalenti għal dawk stipulati fit-Trattati, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi , bi qbil mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2), li l-karburanti tat-trasport mill-bijomassa prodotti f'dak il-pajjiż jistgħu jitqiesu għall-iskopijiet imsemmija fil-pargarafu 1.

 

5c. Fejn jixraq, bdiewa żgħar, organizzazzjonijiet ta' produzzjoni u kooperativi jistgħu japplikaw għal skemi ta' ċertifikazzjoni ta' grupp sabiex iħarsuhom minn piżijiet amministrattivi sproporzjonati minnħabba l-proċeduri ta' verifika maħsuba.

Emenda  154

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri m’għandhomx jirrifjutaw li jikkunsidraw, għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, bijokarburanti u bijolikwidi oħra miksuba skont dan l-Artikolu, għal raġunijiet oħra ta’ sostenibbiltà.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jitħallew iżidu kriterji addizzjonali ma' dawk tal-UE.

Emenda  155

Proposta għal Direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar ir-rekwiżiti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi enerġetiċi tal-bijomassa, minbarra bijokarburanti u bijolikwidi oħra, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi oħra għall-enerġija mill-bijomassa, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-deriettiva għandha tistipola kriterji ta' sostenibilità għall-użu ta' enerġija mill-bijomassa.

Emenda  156

Proposta għal Direttiva

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Verifika tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra

Verifika tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijomassa kollha użata għal raġunijiet ta' enerġija

Emenda  157

Proposta għal Direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 15 kienu sodisfatti. Għal dan il-għan għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa u jipprovdu dan li ġej:

1. Fejn il-bijomassa, bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali u soċjali stabbiliti fl-Artikolu 15 kienu sodisfatti. Għal dan il-għan għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa u jipprovdu dan li ġej:

Emenda  158

Proposta għal Direttiva

Artikolu 16 - paragrafu 1 - punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kunsinni ta’ materja prima jew bijokarburant b’karatteristiċi ta’ sostenibbiltà differenti jistgħu jkunu mħallta;

(a) kunsinni ta’ materja prima jew bijokarburant b’karatteristiċi ta’ sostenibbiltà differenti jistgħu jkunu mħallta bil-kundizzjoni li l-kunsinni kollha jissodisfaw il-kriterji ta’ sostenibilità stipulati fl-Artikolu 15;

Ġustifikazzjoni

Il-kunsinni kollha għandhom jissodisfaw il-kriterji, inkella jkun hemm riskju ovvju li l-bijokarburanti u l-bijolikwidi li għandhom prestazzjoni baxxa ta’ GHG sempliċiment jitħalltu mal-bijokarburanti u l-bijolikwidi li għandhom prestazzjoni għolja, bir-riżultat li dawn jissodisfaw il-kriterji.

Emenda  159

Proposta għal Direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni fl-2010 u l-2012 għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tal-metodu ta’ verifika tal-bilanċ tal-massa deskritt fil-paragrafu 1 u dwar il-potenzjal li jkunu permessi metodi oħra ta’ verifika fir-rigward ta’ xi tipi ta’ materji primi jew bijokarburanti, inkella kollha kemm huma. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis dawk il-metodi ta’ verifika li fihom l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà m’hemmx għalfejn jibqgħu fiżikament assenjati għal konsenji jew taħlitiet partikolari. Il-valutazzjoni għandha tqis il-ħtieġa li jinżammu l-integrità u l-effikaċja tas-sistema ta’ verifika filwaqt li jiġu evitati impożizzjonijiet ta’ kwalunkwe piżijiet mhux raġjonevoli fuq l-industrija. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti dwar permessi għal metodi oħra ta’ verifika, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.'

Il-Kummissjoni fl-2010 u l-2012 għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tal-metodu ta’ verifika tal-bilanċ tal-massa deskritt fil-paragrafu 1 u dwar il-potenzjal li jkunu permessi metodi oħra ta’ verifika fir-rigward ta’ xi tipi, tat-tipi kollha, ta’ materji primi, bijokarburanti jew bijolikwidi oħrajn. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis dawk il-metodi ta’ verifika li fihom l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà m’hemmx għalfejn jibqgħu fiżikament assenjati għal konsenji jew taħlitiet partikolari. Il-valutazzjoni għandha tqis il-ħtieġa li jinżammu l-integrità u l-effikaċja tas-sistema ta’ verifika filwaqt li jiġu evitati impożizzjonijiet ta’ kwalunkwe piżijiet mhux raġjonevoli fuq l-industrija. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti dwar permessi għal metodi oħra ta’ verifika, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.'

Ġustifikazzjoni

Il-Rapport tal-Kummissjoni fil-ġejjieni għandu wkoll iqis il-bijolikwidi sabiex ikopri il-gamma kollha.

Emenda  160

Proposta għal Direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rapport tagħha għall-2009, il-Kummissjoni għandha tipproponi wkoll skema għall-verifika ta' konformità mal-kriterji ta’ sostenibilità stipulati fl-Artikolu 15 għall-forom kollha ta’ enerġija mill-bijomassa.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li qed jiġi propost li l-kriterji jkunu estiżi mill-bijokarburanti għal kull użu ta’ enerġija tal-bijomassa, hemm nuqqas ta' metodoloġija robusta għall-verifika tal-konformità għal użi oħra tal-enerġija tal-bijomassa apparti l-bijokarburanti . Għaldaqstant, fl-2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta din l-estensjoni f'rapport.

Emenda  161

Proposta għal Direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ftehimiet bilaterali u multilaterali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi juru li bijokarburanti u bijolikwidi oħra prodotti minn materji primi kkultivati f’dawk il-pajjiżi jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali fil-paragrafi 3 jew 4 tal-Artikolu 15.

4. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ftehimiet bilaterali u multilaterali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi juru li l-bijomassa, bijokarburanti u bijolikwidi oħra prodotti minn materji primi kkultivati f’dawk il-pajjiżi jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali u soċjali fil-paragrafi 3 jew 4 tal-Artikolu 15.

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe deċiżjoni sabiex il-kriterji ta' sostenibilità stipulati f'din id-direttiva jinqabżu affavur ta' skemi oħrajn nazzjonali, multinazzjonali jew internazzjonali tikkostitiwixxi miżura supplimentari li tmur lilhinn mill-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva u għalhekk għandha tkunu suġġetta għal proċedura regolatorja bi skrutinju.

Emenda  162

Proposta għal Direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-bijomassa jkollhom data preċiża għall-għanijiet tal-Artikolu 15(2) jew juru li l-kunsinni ta’ bijokarburant jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali fil-paragrafi 3 jew 4 tal-Artikolu 15.

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ liiskemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-bijomassa jkollhom data preċiża għall-għanijiet tal-Artikolu 15(2) jew juru li l-kunsinni ta’ bijomassa maħsuba għall-produzzjoni tal-enerġija jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali u soċjali tal-Artikolu 15. F'każijiet bħal dawn l-użu ta' standards għandu jkun ibbażat fuq trattament ugwali ta' skemi ta' standards differenti u ma jistax iwassal għal diskriminazzjoni fi kwalunkwe punt tal-katina tal-produzzjoni tal-bijokarburanti .

Emenda  163

Proposta għal Direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Deċiżjonijiet skont il-paragrafu 4 għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin.

6. Deċiżjonijiet skont il-paragrafu 4 mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom ikun adottata skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin u jistgħu jiġu revokati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 21(2), jew tal-Parlament Ewropew, fi kwalunkwe mument malli jkun hemm dubji dwar is-sostenibilità tal-programm.

Emenda  164

Proposta għal Direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 fir-rigward ta’ sors ta’ bijokarburant jew bijolikwidu ieħor u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax jikkunsidra bijokarburant jew bijolikwidu minn dak is-sors għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 15(1).

8. Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 fir-rigward ta’ sors ta’ bijomassa, bijokarburant jew bijolikwidu ieħor u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax jikkunsidra bijomassa, bijokarburant jew bijolikwidu minn dak is-sors għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 15(1).

Ġustifikazzjoni

L-enerġija kollha li ġejja mill-pjanti u li hija maħsuba għat-trasport għandha tkun suġġetta għall-istess kriterji ta' sostenibilità ambjentali. Il-kelma 'bijomassa' għandha tiġi inkluża flimien ma' 'bijokarburanti' u 'bijolikwidi' sabiex tipprekludi kwalunkwe punt dgħajjef li jista' jinqala b'riżultat ta' żvilupp teknoloġiku, pereżempju bijomassa li tipproduċi idroġenu għat-trasport.

Emenda  165

Proposta għal Direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kalkolu tal-impatt tal-gassijiet serra ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra

Kalkolu tal-impatt tal-gassijiet b'effett ta' serra ta' karburanti għat-trasport u dawk likwidi mill-bijomassa

1. L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ bijokarburant u bijolikwidi oħra għall-għanijiet tal-Artikolu 15(2) għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

1. L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra mill-użu ta’ karburanti għat-trasport mill-bijomassa għall-għanijiet tal-Artikolu 15(2) għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

(a) għal bijokarburanti, fejn valur awtomatiċi għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal mogħdija ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti hija stabbilita fil-Parti A jew B tal-Anness VII, bl-użu ta’ dak il-valur awtomatiku;

 

(b) bl-użu ta’ valur attwali kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness VII; jew

(b) bl-użu ta’ valur attwali kkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness VII; jew

(c) bl-użu ta’ valur ikkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness VII bħala s-somma tal-valuri attwali għal uħud mill-istadji tal-proċess ta’ produzzjoni u l-valuri awtomatiċi diżaggregati fil-Parti D jew E tal-Anness VII għall-istadji l-oħra fil-proċess ta’ produzzjoni.

(c) bl-użu ta’ valur ikkalkulat skont il-metodoloġija stabbilita fil-Parti C tal-Anness VII bħala s-somma tal-valuri attwali għal uħud mill-istadji tal-proċess ta’ produzzjoni u l-valuri awtomatiċi diżaggregati fil-Parti D jew E tal-Anness VII għall-istadji l-oħra fil-proċess ta’ produzzjoni.

 

L-emissjonijiet ikkawżati minn tibdil dirett u indirett fl-użu tal-art, kif speċifikat fil-Parti C tal-Anness VII, għandhom jiġu miżjuda sakemm il-produzzjoni ma tkunx ibbażata fuq materja prima, inkluż skart, li ma tirrikjedix l-użu ta' art agrikola, mergħat jew art b'uċuħ permanenti.

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport li jinkludi lista ta’ dawk l-entitajiet fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell NUTS 2 fir-Regolament (KE) 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materji primi agrikoli jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura "kultivazzjoni" fil-Parti D tal-Anness VII ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użata għall-istabbiliment ta’ dik il-lista. Il-metodu għandu jikkunsidra l-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-ħsad mistenni mill-materja prima.

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport li jinkludi lista ta' art degradata fejn il-produzzjoni tal-uċuħ tar-raba' għall-enerġija tista' tipproduċi benefiċċu net f'termini ta' karbonju, u lista ta’ dawk l-entitajiet fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell NUTS 2 fir-Regolament (KE) 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas minn, jew daqs, l-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura "kultivazzjoni" fil-Parti D tal-Anness VII ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użata għat-tfassil ta’ dik il-lista. Il-metodu għandu jikkunsidra l-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-ħsad mistenni mill-materja prima.

3. Il-valuri default fil-Parti A tal-Anness VII għal bijokarburanti, u l-valuri awtomatiċi diżaggregati għal kultivazzjoni fil-Parti D tal-Anness VII għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, għandhom japplikaw biss meta l-materji primi tagħhom huma kkultivati:

3. Il-valuri standard diżaggregati għal kultivazzjoni fil-Parti D tal-Anness VII għal karburanti għat-trasport u karburanti likwidi mill-bijomassa jistgħu japplikaw biss meta l-materja prima tagħhom hija kkultivata:

(a) barra l-Komunità: jew

(a) barra l-Komunità: jew

(b) fil-Komunità f’reġjuni inklużi fil-listi msemmija fil-paragrafu 2.

(b) fil-Komunità f’reġjuni inklużi fil-listi msemmija fil-paragrafu 2 jew

Għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra li ma jaqgħu taħt l-ebda wieħed mis-subparagrafi preċedenti għandhom jintużaw valuri attwali għal kultivazzjoni.

Għal Karburanti likwidi u dawk għat-trasport li ġejjin mill-bijomassa li ma jaqgħu taħt l-ebda wieħed mis-subparagrafi preċedenti għandhom jintużaw valuri attwali għal kultivazzjoni.

4. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-valuri tipiċi u awtomatiċi stmati fl-Anness VII Parti B u Parti E, u tagħti attenzjoni partikolari għall-emissjonijiet mit-trasport u l-ipproċessar, u tista’, fejn meħtieġ, tiddeċiedi li tikkoreġi l-valuri. Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 21(3).

4. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni, megħjuna minn kumitat ta' esperti indipendenti, għandha tirrapporta dwar u tirrevedi il-valuri tipiċi u awtomatiċi fl-Anness VII, u tagħti attenzjoni partikolari għall-emissjonijiet mill-kultivazzjoni. Fir-rigward tal-valuri tipiċi u standard għall-kultivazzjoni, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċmebru 2010, tippreżenta ġabra ġdida ta' valuri tipiċi u awtomatiċi li jirriflettu l-kundizzjonijiet reġjonali u klimatiċi. Fil-proċess ta’ reviżjoni, għandhom jintalbu l-opinjonijiet tal-produtturi kemm f’pajjiżi terzi u kemm fil-Komunità kif ukoll ta' esperti mis-soċjetà ċivili. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa, u jekk ikun hemm bżonn tipproponi, valuri tipiċi u standard għall-kultivazzjoni fuq il-bażi ta' metodi ta’ agrikoltura sostenibbli u ta' biedja organika.

 

Sal-31 ta' Diċembru 2010 il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u li l Kunsill rapport li jkun fih il-proposti għall-inklużjoni tal-valuri ta' emissjonijiet ikkawżati minn bidla indiretta tal-użu tal-art, kif speċifikat fil-Parti C tal-Anness VII, għall-użu tal-art u/jew fatturi speċifiċi ta' materja prima. Dawn il-proposti għandhom ikunu bbażati fuq l-evalwazzjoni tal-aħjar evidenza xjentifika disponibbli minn kumitat ta' esperti indipendenti. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu, sal-31 ta' Diċembru 2011, dwar il-proposti ppreżentati lill-Kummissjoni. Kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk hemmx ħtieġa ta' aktar reviżjoni, fuq il-bażi tal-parir mogħti mill-kumitat ta' esperti indipendenti.

 

Dawn il-miżuri, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom tkun adottata skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 21.

5. L-Anness VII jista’ jkun adattat għal progress tekniku u xjentifiku. Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 21(3). Kull adattament ta’ jew żieda fil-lista ta’ valuri awtomatiċi fl-Anness VII għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:

5. L-Anness VII jista’ jkun adattat għal progress tekniku u xjentifiku u għandu jinkludi l-introduzzjoni tal-valuri għall-produzzjoni ta' karburanti għat-trasport u dawk likwidi mill-bijomassa. Dawn il-miżuri, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 21. Kull adattament ta’ jew żieda fil-lista ta’ valuri awtomatiċi fl-Anness VII għandhom jirrispettaw ir-regoli li ġejjin:

(a) fejn il-kontribut ta’ fattur għal emissjonijiet globali huwa żgħir, jew fejn hemm varjazzjoni limitata, jew fejn l-ispiża jew id-diffikultà li jiġu stabbiliti valuri attwali huma għoljin, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu tipiċi ta’ proċessi ta’ produzzjoni normali.

(a) fejn il-kontribut ta’ fattur għal emissjonijiet globali huwa ta' anqas minn 5%, jew fejn hemm varjazzjoni prattikament ineżistenti, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu tipiċi ta’ proċessi ta’ produzzjoni normali

(b) fil-każijiet l-oħra kollha l-valuri awtomatiċi għandhom ikunu konservattivi meta mqabbla mal-proċessi ta’ produzzjoni normali.

(b) fil-każijiet l-oħra kollha, il-valuri standard għandhom jikkorrispondu għal 90 % tal-valuri relatati mal-proċessi ta’ produzzjoni.

Emenda  166

Proposta għal Direttiva

Artikolu 18 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-bijokarburanti

Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-promozzjoni tal-użu ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport

Emenda  167

Proposta għal Direttiva

Artikolu 18 - paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ bijokarburanti u karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport. Għal perċentwali ta’ bijokarburanti, mħallta f’derivattivi ta’ żejt minerali, li jaqbżu l-valur limitu ta’ 10% fil-volum, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li dan ikun indikat fil-postijiet ta’ bejgħ.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata informazzjoni ddettaljata dwar id-disponibbiltà u l-benefiċċji ambjentali tas-sorsi differenti kollha ta’ enerġija rinnovabbli għat-trasport. Meta l- perċentwali ta’ bijokarburanti , mħallta f’derivattivi ta’ żejt minerali, jaqbżu l-10% fil-volum, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li dan ikun indikat fil-postijiet ta’ bejgħ.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni għandha tkun disponibbli mhux biss għall-bijokarburanti, iżda għat-tipi kollha ta’ enerġija rinnovabbli għat-trasport.

Emenda  168

Proposta għal Direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li karburant dijżil li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness V ikun disponibbli sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010 fl-istazzjonijiet tal-karburant b’aktar minn żewġ pompi li jbigħu id-dijżil.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Peress li l-limitu FAME mhux parametru relevanti biex titjieb il-kwalità tal-arja, m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni evidenti biex FAME ikun regolat bħala parti mill-ispeċifikazzjonijiet tal-karburant dijżil. CEN hi l-entità xierqa biex tistabbilixxi r-rekwiżit tekniku li jindirizza l-parametri tal-ispeċifikazzjoni 'adattat għal għan' bħal ma hu l-limitu FAME. Aktar milli jinħolqu gradi ġodda u separati ta' dijżil (Annessi V+VI), il-limitu FAME għandu jkun analizzat u rivedut 'il fuq skont l-ispeċifikazzjoni CEN attwali (EN590).

Emenda  169

Proposta għal Direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li karburant dijżil li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI, jew karburant dijżil ieħor b’mhux inqas minn 5% ta’ kontenut ta’ bijokarburant fil-volum, huwa disponibbli sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014 fl-istazzjonijiet tal-karburant b’aktar minn żewġ pompi li jbigħu id-dijżil.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għandha tkun newtrali fil-konfront tat-teknoloġija u m'għandhiex tiffavorixxi xi possibilità individwali ta' bijokarburant . Barra minn dan, il-valuri proposti fl-Annessi V u VI mhumiex adattati għall-kundizzjonijiet kollha, pereżempju mhux possibbli li dawn il-karburanti jintużaw fil-kundizzjonijiet tax-xtiewi Nordiċi.

Emenda  170

Proposta għal Direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jiggarantixxu li jkun hemm biżżejjed għażliet ta' forniment ta' karburanti għall-vetturi mingħajr ebda emissjoni.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' infrastruttura spiss iżżomm lit-teknoloġiji li jippromettu milli jirnexxu. In-nuqqas ta' għażla fir-riforniment għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku jew l-idroġenu huwa waħda mir-raġunijiet għala dawn ma jinxtrawx mill-konsumaturi.

Emenda  171

Proposta għal Direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Għall-finijet ta’ wiri tal-konformità mal-obbligi nazzjonali ta’ enerġija rinnovabbli mqiegħda fuq l-operaturi, il-kontribut magħmul mill-bijokarburanti prodotti mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux tal-ikel, u materjal linjoċellulożiku għandu jkun ikkunsidrat li huwa d-doppju ta’ dak magħmul minn bijokarburanti oħra.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-iskop tal-applikazzjoni ta' fattur ta' tnejn għall-kontribuzzjoni minn bijofjwuils li mhumiex konvenzjonali hija, bi qbil mal-premessa Nru 49, sabiex il-profittabilità tagħhom titjieb. Dan ifisser li huma kkreditati bi tnaqqis nazzjonali tal-emissjonijiet. Fi kliem ieħor, 50% tat-tnaqqis fl-emissjonijiet ikkalkulat fil-fatt mhux miksub. Dan joħloq distorsjoni serja ta' kompetizzjoni bejn il-bijokarburanti sabiex jikseb l-aħjar tnaqqis ta' emissjonijiet favur il-bijokarburanti li mhumiex konvenzjonali.

Emenda  172

Proposta għal Direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal inċentivi finanzjarji speċifiċi sabiex il-bijokarburant ċellulożiku jikkumpensa għall-ispejjeż żejda ta' produzzjoni ta' dan it-tip ta' bijokarburant, inkluża eżenzjoni mit-taxxa jew tnaqqis ta' kontroll fiskal, filwaqt jevitaw kumpens esaġerat, jaraw li jkun limitat fiż-żmien u konformi mar-regoli ġenerali tal-għajnuna Statali.

 

Ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport kif ukoll fl-iżvilupp ta’ sistemi sostenibbli ta’ trasport għandhom ikunu promossi ħafna kemm fuq livell ta’ Stat Membru u kemm fuq livell ta’ Komunità u jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ supplimentari.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jingħataw inċentivi għall-iżviluppp tal-alternattivi l-aktar avvanzati u l-aktar disponibbli fit-trasport. Il-promozzjoni tal-bijokarburant ċellulożiku tħeġġeġ bijomassa speċifika prodotta fir-reġjun u b'hekk tnaqqas il-piż ambjentali. Sabiex jippromwovu il-bijokarburanti ċellulożiċi u jibbilanċjaw talanqas l-ispejjeż inizzjali ogħla ta' produzzjoni l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri speċifiċi ta' appoġġ f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-taxxa fuq l-enerġija u r-regoli ġenerali tal-għajnuna Statali.

Emenda  173

Proposta għal Direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Kull mekkaniżmu ta’ sostenn, inklużi inċentivi finanzjarji stabbiliti mill-Istati Membri għall-produzzjoni fuq skala kbira u l-użu jew konsum ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport, għandu jkun proporzjonali għall-iffrankar fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra. Ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli fit-trasport kif ukoll fl-iżvilupp ta’ sistemi sostenibbli ta’ trasport għandhom ikunu promossi ħafna kemm fuq livell ta’ Stat Membru u kemm fuq livell ta’ Komunità u jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ supplimentari.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jingħataw inċentivi lill-aħjar alternattivi għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport (inklużi wkoll l-elettriku u l-idroġenu), skemi ta’ sostenn possibbli, inklużi sussidji, fl-Istati Membri għandhom ikunu proporzjonali għall-iffrankar mill-GHG.

Emenda  174

Proposta għal Direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 4 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c. Meta l-użu tal-bijokarburanti għat-trasport jitqies, għandu jiġi promoss l-użu ta' teknoloġiji ibridi ta' propulsjoni fejn il-produzzjoni kumplimentari tal-enerġija minn teknoloġija ta' magna ta' kombustjoni interna u minn mutur tal-elettriku li jaħdem b'batterija li tirriċarġja ruħha tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-konsum tal-karburant waqt it-trasport.

Ġustifikazzjoni

Attwalment, Vetturi Ibridi Elettriċi joffru tnaqqis kunsiderevoli fil-konsum tal-karburant fossili għal kull kilometru għal vetturi ta' trasport bit-toroq. L-użu ta' teknoloġiji simili għandu jiġi meqjus bħala għodda għall-kisba tal-objettivi ġenerali u dawk immirati proposti f'din id-Direttiva.

Emenda  175

Proposta għal Direttiva

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress fil-promozzjoni u l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011, u kull sentejn wara dan.

1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress fil-promozzjoni u l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli sat-30 ta’ Ġunju 2011, u kull sentejn wara dan.

Ir-rapport għandu jiddeskrivi b’mod partikolari:

Ir-rapport għandu jiddeskrivi b’mod partikolari:

(a) l-ishma settorjali u kumplessivi tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli fis-sentejn kalendarji preċedenti u l-miżuri meħuda jew ippjanati fuq il-livell nazzjonali għall-promozzjoni tat-tkabbir tal-enerġija rinnovabbli b’konsiderazzjoni għat-trajettorju indikattiv fil-Parti B tal-Anness 1;

(a) l-ishma settorjali u kumplessivi tal-enerġija mis-sorsi rinnovabbli fis-sentejn kalendarji preċedenti u l-miżuri meħuda jew ippjanati fuq il-livell nazzjonali bi qbil mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva għall-promozzjoni tat-tkabbir tal-enerġija rinnovabbli għall-miri minimi interim mandatroji b’konsiderazzjoni fil-Parti B tal-Anness 1;

 

(aa) l-involviment tar-reġjuni f’dan il-proċess u l-miżuri meħuda fil-livell lokali u reġjonali;

(b) l-introduzzjoni u t-tħaddim ta’ skemi ta’ sostenn u miżuri oħra għal promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, u kull żvilupp fil-miżuri użati fir-rigward ta’ dawk stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni nazzjonali tal-Istat Membru.

(b) l-introduzzjoni u t-tħaddim ta’ skemi ta’ sostenn u miżuri oħra għal promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, u bidliet sussegwenti fihom, u kull żvilupp fil-miżuri użati fir-rigward ta’ dawk stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni għall-enerġija rinnovabbli tal-Istat Membru flimkien mal-ispejjeż u l-mekkaniżmi relatati;

(c) kif, fejn applikabbli, l-Istati Membri strutturaw l-iskemi ta’ sostenn tagħhom biex jikkunsidraw l-applikazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli li jagħtu benefiċċji addizzjonali fir-rigward ta’ applikazzjonijiet paragunabbli oħra, iżda li jista’ jkollhom spejjeż ogħla, inklużi bijokarburanti magħmulin mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux tal-ikel, u materjal linjoċellulożiku;

(c) kif, fejn applikabbli, l-Istati Membri strutturaw l-iskemi ta’ sostenn tagħhom biex jikkunsidraw l-applikazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli li jagħtu benefiċċji addizzjonali fir-rigward ta’ applikazzjonijiet paragunabbli oħra, iżda li jista’ jkollhom spejjeż ogħla, inklużi bijokarburanti magħmulin mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux tal-ikel, u materjal linjoċellulożiku; alki f'banjijiet, kif ukoll pjanti li ma jissaqqewx imkabbra f'zoni niexfa sabiex tingħeleb id-deżertifikazzjoni;

(d) it-tħaddim tas-sistema tal-garanziji tal-oriġini għal elettriku u tisħin u tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-affidabbiltà u l-protezzjoni kontra l-frodi tas-sistema;

(d) it-tħaddim tas-sistema tal-garanziji tal-oriġini għal elettriku u tisħin u tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-affidabbiltà u l-protezzjoni kontra l-frodi tas-sistema;

(e) il-progress magħmul fil-valutazzjoni u t-titjib tal-proċeduri amministrattivi biex jitneħħew ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-iżvilupp ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(e) il-progress magħmul fil-valutazzjoni u t-titjib tal-proċeduri amministrattivi biex jitneħħew ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-iżvilupp ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;

 

(ea) progress miksub fil-proċeduri ta' ppjanar urban fir-rigward tal-użu msaħħaħ tal-enerġija rinnovabbli fit-tisħin u fit-tkessiħ ġenerali u distrettwali minn sorsi rinnovabbli;

(f) il-miżuri meħuda biex tkun żgurata t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u biex jitjieb il-qafas jew ir-regoli għall-ġarr u t-tqassim tal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 14(3);

(f) il-miżuri meħuda biex tkun żgurata t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, b'mod partikolari, fejn jixraq, minn riħ lilhinn mix-xtut, u biex jitjieb il-qafas jew ir-regoli għall-ġarr u t-tqassim tal-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 14(3);

(g) l-iżviluppi fid-disponibbiltà u l-użu ta’ riżorsi tal-bijomassa għal għanijiet ta’ enerġija;

(g) l-iżviluppi fid-disponibbiltà u l-ispeċifikazzjoni tal-użu ta’ riżorsi tal-bijomassa għal għanijiet ta’ enerġija u l-proporzjon tagħha, inklużi in-natura, il-kwantità u l-pajjiż tal-oriġini ta' dawn ir-riżorsi li jiġu impurtati;

(h) it-tibdil fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali u fl-użu tal-art fi ħdan l-Istat Membru assoċjat maż-żieda tiegħu fl-użu ta’ bijomassa u forom oħra ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli:

(h) it-tibdil fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali u fl-użu tal-art fi ħdan l-Istat Membru assoċjat maż-żieda tiegħu fl-użu ta’ bijomassa u forom oħra ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli:

(i) l-iżvilupp u s-sehem ta’ bijokarburanti magħmulin mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux tal-ikel, u materjal linjoċellulożiku;

(i) l-iżvilupp u s-sehem ta’ bijokarburanti magħmulin mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux tal-ikel, u materjal linjoċellulożiku, alki f'banjijiet, kif ukoll pjanti li ma jissaqqewx imkabbra f'zoni niexfa sabiex tingħeleb id-deżertifikazzjoni;

(j) l-impatt stmat tal-produzzjoni ta’ bijokarburanti fuq il-bijodiversità, ir-riżorsi tal-ilma, il-kwalità tal-ilma u l-kwalità tal-ħamrija; kif ukoll

(j) l-impatt stmat tal-produzzjoni ta’ bijomassa għall-enerġija fuq il-bijodiversità, ir-riżorsi tal-ilma, il-kwalità tal-ilma u l-kwalità tal-ħamrija; kif ukoll

(k) l-iffrankar nett stmat ta’ gassijiet serra minħabba l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(k) l-iffrankar nett stmat ta’ emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minħabba l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli inkluż l-impatt fuq il-ħażniet tal-karbonju li huwa assoċjat mal-bidliet diretti jew indiretti tal-użu tal-art.

 

(ka) miżuri meħuda sabiex jiġi żgurat li bini rinnovat mill-ġdid juża livell minimu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, kif imsemmi fl-Artikolu 12(4);

 

1a. Flimkien ma' dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni l-iskemi tagħhom ta' appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli fi żmien erba' ġimgħat wara l-adozzjoni tal-bidla rispettiva. Din l-informazzjoni għandha tinkludi kwalunkwe aġġornament dwar l-iskemi ta' appoġġ nazzjonali u reġjonali għall-enerġija rinnovabbli inkluż it-tip ta' appoġġ u, fejn japplika, it-tip ta' speċifikazzjoni għal teknoloġiji differenti u l-livell ta' appoġġ.

2. Fil-valutazzjoni tal-iffrankar nett ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ bijokarburanti, l-Istati Membri jistgħu, għall-fini tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, jużaw il-valuri tipiċi mogħtija fl-Anness VII, Parti A u Parti B.

2. Fil-valutazzjoni tal-iffrankar nett ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ karburanti għat-trasport li ġejjin mill-bijomassa, l-Istati Membri jistgħu, għall-fini tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, jużaw il-valuri tipiċi mogħtija fl-Anness VII, Parti A u Parti B.

3. Fl-ewwel rapport tagħhom, l-Istati Membri għandhom juru jekk għandhom intenzjoni li:

3. Fl-ewwel rapport tagħhom, l-Istati Membri għandhom juru kif u meta ser:

(a) jistabbilixxu korp amministrattiv wieħed responsabbli mill-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar għal impjanti ta’ enerġija rinnovabbli u li jagħti assistenza lill-applikanti;

(a) jistabbilixxu korp amministrattiv wieħed responsabbli mill-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar għal impjanti ta’ enerġija rinnovabbli u li jagħti assistenza lill-applikanti;

(b) jipprovdu għal approvazzjoni awtomatika ta’ applikazzjonijiet għall-ippjanar u l-permess għal impjanti ta’ enerġija rinnovabbli fejn il-korp ta’ awtorizzazzjoni ma jkunx wieġeb fil-limiti ta’ żmien stipulati; kif ukoll

(b) jipprovdu għal approvazzjoni awtomatika ta’ applikazzjonijiet għall-ippjanar u l-permess għal impjanti ta’ enerġija rinnovabbli fejn il-korp ta’ awtorizzazzjoni ma jkunx wieġeb fil-limiti ta’ żmien stipulati; kif ukoll

(c) jindikaw lokalitajiet ġeografiċi adattati għal sfruttament ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-ippjanar tal-użu tal-art u għall-introduzzjoni ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali.

(c) jindikaw lokalitajiet ġeografiċi adattati għal sfruttament ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-ippjanar tal-użu tal-art u għall-introduzzjoni ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali.

 

3a. F'kull rapport,l-Istati Membri għandhom jingħataw l-opportunità li jikkoreġu data fir-rigward tas-snin ta' qabel. Korrezzjonijiet għal rapporti ta' qabel għandhom ikunu indikati b'mod speċifiku.

Emenda  176

Proposta għal Direttiva

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-oriġini ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsmati fil-Komunità u l-impatti tal-produzzjoni tagħhom fuq l-użu ta’ art fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi ewlenin ta’ provvista u jagħmlu skambju ta’ informazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi terzi kif xieraq. Il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq ir-rapporti tal-Istati Membri, imressqa skont l-Artikolu 19(1) u dawk ta’ pajjiżi terzi rilevanti, organizzazzjonijiet intergovernattivi, studji xjentifiċi u kull informazzjoni rilevanti oħra. Il-Komunità għandha timmonitorja wkoll iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali assoċjati mal-użu tal-bijomassa għall-enerġija u kull effett pożittiv jew negattiv fuq is-sigurtà tal-ikel.

1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-oriġini ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsmati fil-Komunità u l-impatti tal-produzzjoni tagħhom fuq l-użu ta’ art fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi ewlenin ta’ provvista u jagħmlu skambju ta’ informazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi terzi kif xieraq. Il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq ir-rapporti tal-Istati Membri, imressqa skont l-Artikolu 19(1) u dawk ta’ pajjiżi terzi rilevanti, organizzazzjonijiet intergovernattivi, studji xjentifiċi u kull informazzjoni rilevanti oħra. Il-Komunità għandha timmonitorja wkoll iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali assoċjati mal-użu tal-bijomassa għall-enerġija u kull effett pożittiv jew negattiv fuq is-sigurtà tal-ikel.

2. Il-Kummissjoni għandha żżomm djalogu u taqsam l-informazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-bijokarburanti u tal-konsumatur li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ġenerali tal-miżuri f’din id-Direttiva relatati ma’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra.

2. Il-Kummissjoni għandha żżomm djalogu u taqsam l-informazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-bijokarburanti u tal-konsumatur u s-soċjetà ċivili li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ġenerali tal-miżuri f’din id-Direttiva relatati ma’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra. Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-impatt li l-produzzjoni ta' bijokarburanti u ta' bijolikwidi oħra jista' jkollha fuq il-prezzijiet tal-ikel.

3. Fuq il-bażi tar-rapporti sottomessi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19(1) u l-monitoraġġ u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport għandu jkun sottomess fl-2012.

3. Fuq il-bażi tar-rapporti sottomessi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19(1) u l-monitoraġġ u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-ewwel rapport għandu jkun sottomess fl-2012.

4. Fir-rappurtar dwar l-iffrankar ta’ gassijiet serra bl-użu ta’ bijokarburanti, il-Kummissjoni għandha tuża l-valuri rrappurtati mill-Istati Membri u għandha, tevalwa jekk u kif l-istima tista’ tinbidel jekk il-prodotti sekondarji kellhom ikunu kkunsidrati bl-użu tal-approċċ tas-sostituzzjoni.

4. Fir-rappurtar dwar l-iffrankar ta’ gassijiet serra bl-użu ta’ bijokarburanti, il-Kummissjoni għandha tuża l-valuri rrappurtati mill-Istati Membri u għandha, tevalwa jekk u kif l-istima tista’ tinbidel jekk il-prodotti sekondarji kellhom ikunu kkunsidrati bl-użu tal-approċċ tas-sostituzzjoni.

5. Fir-rapporti tagħha, il-Kummissjoni għandha tanalizza:

5. Fir-rapporti tagħha, il-Kummissjoni għandha tanalizza:

(a) Il-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali relativi ta’ bijokarburanti differenti, l-effetti fuqhom mill-politiki tal-importazzjoni tal-Komunità, is-sigurtà tal-implikazzjonijiet tal-provvista u l-mezzi biex jinkiseb approċċ ibbilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet;

(a) Il-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali u soċjali relativi ta’ bijokarburanti differenti, l-effetti fuqhom mill-politiki tal-importazzjoni tal-Komunità, is-sigurtà tal-implikazzjonijiet tal-provvista u l-mezzi biex jinkiseb approċċ ibbilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet;

(b) l-impatt tad-domanda ogħla għall-bijokarburanti fuq is-sostenibbiltà fil-Komunità u f’pajjiżi terzi;

(b) l-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali tad-domanda ogħla għall-bijokarburanti u bijolikwidi oħrajn fuq is-sostenibbiltà fil-Komunità u f’pajjiżi terzi;

(c) l-impatt tal-politika tal-UE dwar il-bijokarburanti fuq id-disponibbiltà tal-oġġetti tal-ikel fil-pajjiżi li jesportaw, il-kapaċità tan-nies fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jixtru dan l-ikel, u kwistjonijiet usa’ ta’ żvilupp; kif ukoll

(c) l-impatt tal-politika tal-UE dwar il-bijokarburanti fuq id-disponibbiltà tal-oġġetti tal-ikel fil-pajjiżi li jesportaw u fuq l-iżvilupp tal-prezzijiet tal-materja prima, ir-rapport tal-impatt għandu jiffoka b'mod ġenerali fuq il-Pajjiżi bi Dħul Baxx li għandhom Defiċit fl-Ikel, il-kapaċità tan-nies fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jixtru dan l-ikel u l-aċċess li għandhom għalih, u kwistjonijiet usa’ ta’ żvilupp

 

(ca) l-impatt tal-politika tal-UE dwar il-bijokarburanti fuq il-bidliet diretti u indiretti fl-użu tal-art, stima tal-emissjonijiet tal-karbonju assoċjati magħhom u l-implikazzjonijiet għad-drittijiet tal-użu tal-art;

(d) l-impatt ta' domanda ogħla għall-bijomassa fuq is-setturi li jużaw il-bijomassa.

(d) l-impatt ta' domanda ogħla għall-bijomassa fuq is-setturi li jużaw il-bijomassa.

 

(da) id-disponibilità tal-bijokarburanti li ġejjin minn kwalunkwe ċelluloża, emiċelluloża jew lininn, li jkunu ġejjin minn bijomassa rinnovabbli, alki, kif ukoll pjanti li ma jissaqqewx imkabbra f'zoni niexfa sabiex tingħeleb id-deżertifikazzjoni

Hija għandha, jekk xieraq, tipproponi azzjoni korrettiva.

Hija għandha, jekk xieraq, tipproponi azzjoni korrettiva.

 

5a. Fir-rapporti tagħha il-Kummissjoni għandha wkoll tanalizza il-politiki implimentati minn dawk l-Istati Membri fejn hemm potenzjal ta' żvilupp tar-riħ lilhinn mix-xtut u partikolarment fejn dawk l-Istati Membri jkunu:

 

(a) stabbilixxew korp amministrattiv wieħed responsabbli mill-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni, ċertifikazzjoni u liċenzjar għal impjanti ta’ enerġija rinnovabbli u li jagħti assistenza lill-applikanti;

 

(b) identifikaw il-ħtieġa ta' ppjanar strateġiku fit-tul għas-sistema ta' distribuzzjoni, inklużi l-interkonnessjonijiet sabiex jiġu inkorporati ammonti kbar ta' elettriku minn instalazzjonijiet tar-riħ lilhinn mix-xtut u jistabbilixxu skema ta' appoġġ għas-sistema ta' distribuzzjoni lilhinn mix-xtut;

 

(c) stabbilixxew strumenti ta' ppjanar spazjali marittimu sabiex tinkiseb l-għażla tal-aħjar sit.

 

Hi għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi aktar leġiżlazzjoni sabiex tiżgura l-implimentazzjoni f'waqtha ta' riħ lilhinn mix-xtut u għandha tippromwovi l-introduzzjoni ta' operatur tas-sistema Ewropea tat-trażmissjoni lilhinn mix-xtut.

 

5b. Il-Kummissjoni għandha tiddedika websajt bħala għodda għal informazzjoni dettaljata aġġornata dwar l-iskemi nazzjonali jew reġjonali tal-Istati Membri għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli u kwalunkwe bidliet li jsiru fihom. Fuq il-bażi tar-rapporti tal-Istati Membri kif stipulati fl-Art. 19 1a (ġdid) il-Kummissjoni għandha taġġorna il-websajt rispettiva talanqas erba' ġimgħat wara l-preżentazzjoni tar-rapport.

 

5c. Sal-31 ta' Diċembru 2018 il-Kummissjoni għandha tippubblika l-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli għall-perjodu ta' wara l-2020, flimkien mal-proposti leġiżlattivi meħtieġa. Dan il-Pjan Direzzjonali jista' jevalwa l-ħtieġa għall-proponiment ta' skema ta' appoġġ armonizzata Ewropea għall enerġija rinnovabbli li tqis:

 

(a) il-liberalizzazzjoni tas-swieq tal-elettriku mal-UE kollha;

 

(b) l-ostakoli għall-iżvilupp RES f'kull Stat Membru;

 

(c) il-progress li jkun sar fir-riflessjoni tal-ispejjeż esterni minn sorsi mhux rinnovabbli u l-livell ta' mekkaniżmu ta' appoġġ li jkun ingħata;

 

(d) il-livell ta' proċeduri ta' aċċess armonizzat għas-sistema ta' distribuzzjoni, u ta' proċeduri amministrattivi u ta' ppjanar.

Emenda  177

Proposta għal Direttiva

Anness I – parti B – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B. Trajettorju indikattiv

B. Trajettorju ta' mira interim mandatorja

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-miri globali tal-KE u tal-Istati Membri għall-2020, jeħtieġ li jiġu adottati wkoll miri intermedji mandatorji. It-trajettorja proposta skont dan l-Anness IB jibda minn punt baxx ħafna u jħalli l-akbar żieda ta’ enerġija rinnovabbli għall-aħħar ftit snin qabel l-2020. Jekk l-Istati Membri ma jsegwux din ir-rotta jkun diffiċli għalihom li jilħqu l-objettiv għall-2020. Għal dan il-għan, ir-rotta indikata għandha titqies bħala l-minimu assolut meħtieġ.

Emenda  178

Proposta għal Direttiva

Anness I – punt B - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trajettorju indikattiv msemmi fl-Artikolu 3(2) għandu jirrispetta l-ishma li ġejjin fir-rigward ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli:

Il-miri interim minimi mandatorji msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom jirrispettaw l-ishma li ġejjin fir-rigward ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli:

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun żgurat li jintlaħqu l-miri ġenerali tal-2020 KE u tal-Istati Membri, jeħtieġ li jiġu adottati wkoll miri intermedji obbligatorji. It-trajettorja proposta fl-Anness 1B tibda baxxa ħafna u tħalli l-akbar żieda fis-sorsi rinnovabbli għall-aħħar snin qabel l-2020. Jekk l-Istati Membri ma jsegwux din ir-rotta jkun diffiċli għalihom li jilħqu l-objettiv għall-2020. Għal dan il-għan, ir-rotta indikata għandha titqies bħala l-minimu assolut meħtieġ.

Emenda  179

Proposta għal Direttiva

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness II – Regola ta’ normalizzazzjoni għal ikkalkular ta’ elettriku ġġenerat mill-idroenerġija.

Anness II

 

A. Regola ta’ normalizzazzjoni għal ikkalkular ta’ elettriku ġġenerat mill-idroenerġija.

Ir-regola li ġejja għandha tkun applikata għall-fini ta’ kalkolu ta’ elettriku ġġenerat mill- idroenerġija fi Stat Membru partikolari:

Ir-regola li ġejja għandha tkun applikata għall-fini ta’ kalkolu ta’ elettriku ġġenerat mill- idroenerġija fi Stat Membru partikolari:

 

 

fejn

fejn

N =     is-sena ta' referenza;

N =     is-sena ta' referenza;

QN(norm) = elettriku normalizzat iġġenerat mill-impjanti kollha tal-idroenerġija ta’ Stat Membru fis-sena N, għal finijiet ta’ kontabilità;

QN(norm) = elettriku normalizzat iġġenerat mill-impjanti kollha tal-idroenerġija ta’ Stat Membru fis-sena N, għal finijiet ta’ kontabilità;

Qi = il-kwantità ta’ elettriku attwalment iġġenerata fis-sena i mill-impjanti kollha tal-Istat Membru, imkejla f’GWh;

Qi = il-kwantità ta’ elettriku attwalment iġġenerata fis-sena i mill-impjanti kollha tal-Istat Membru, imkejla f’GWh;

Ci = il-kwantità ta' kapaċità stallata tal-impjanti kollha tal-Istat Membru fis-sena i, imkejla f'MW.

Ci = il-kwantità ta' kapaċità stallata tal-impjanti kollha tal-Istat Membru fis-sena i, imkejla f'MW.

 

B. Regola ta’ normalizzazzjoni għal ikkalkular ta’ elettriku ġġenerat mill-idroenerġija.

 

Ir-regola li ġejja għandha tkun applikata għall-fini ta’ kalkolu ta’ elettriku ġġenerat mill- idroenerġija fi Stat Membru partikolari:

 

 

fejn

 

N =is-sena ta' referenza;

 

QN(norm) = elettriku normalizzat iġġenerat mill-impjanti kollha tal-idroenerġija ta’ Stat Membru fis-sena N, għal finijiet ta’ kontabilità;

 

Qi = il-kwantità ta’ elettriku attwalment iġġenerata fis-sena i mill-impjanti kollha tal-Istat Membru, imkejla f’GWh;

 

Ci = il-kwantità ta' kapaċità stallata tal-impjanti kollha tal-Istat Membru fis-sena i, imkejla f'MW.

Ġustifikazzjoni

L-istess bħall idroenerġija, l-enerġija mir-riħ taf turi varjazzjonijiet sostanzjali matul ċerti snin. Sabiex il-miri mandatorji minimi intermedji ma jiġux kompromessi, ir-rendiment tal-enerġija tar-riħ għandu jiġi ‘normalizzat’ sabiex il-miri massimi intermedji tal-UE jkunu komparabbli.

Emenda  180

Proposta għal Direttiva

Anness III - ringiela 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żejt veġetali idrotrattat (żejt veġetali ttrattat termokimikament bl-idroġenu)

Żejt veġetali idrotrattat u xaħam tal-annimali (żejt veġetali u xaħam tal-annimali ttrattati termokimikament bl-idroġenu)

Ġustifikazzjoni

Il-petrol "aħdar" u d-dijżil "aħdar" għall-iskopijiet tal-Artikolu 18 jistgħu jiġu prodotti permezz ta' numru ta' proċessi, inkluż it-trattament taż-żjut veġetali u tal-annimali bl-idroġenu (li fl-emenda jissejħu bħala 'idrotrattati'), it-trattament Fischer-Tropsch tal-bijomassa u minn irfinar ta' żejt minn piroliżi (pyrolysis oil) mill-bijomassa.

Emenda  181

Proposta għal Direttiva

Anness III - ringiela 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Petrol

Petrol minn karburanti fossili

Ġustifikazzjoni

Is-sors ta' dan il-petrol għandu jkun ċar.

Emenda  182

Proposta għal Direttiva

Anness III - ringiela 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Diżil

Diżil minn karburanti fossili

Ġustifikazzjoni

Is-sors ta' dan id-dijżil għandu jkun ċar.

Emenda  183

Proposta għal Direttiva

Anness III - ringiela 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fjuwil taż-żejt tqil (HFO) mill-karburanti fossili

Emenda  184

Proposta għal Direttiva

Anness IV – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(3) għandhom ikunu kif ġej:

Għas-sistemi ta' ċertifikazzjoni biss, il-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(3) għandhom japplikaw:

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċertifikazzjoni tal-installaturi rregolati permezz tal-Anness IV hija meħtieġa biss meta ma jkun hemm ebda kwalifiki vokazzjonali affidabbli fl-Istati Membri. Mill-perspettiva tal-operaturi ekonomiċi, sistema ulterjuri ta' ċertifikazzjoni obligatorja apparti t-taħriġ vokazzjonali li huwa ferm impenjattiv f'termini ta' kontenut u ħin, twassal biss għal restrizzjonijiet burokratiċi ulterjuri bla bżonn. Jekk jinħtieġu kwalifiki ulterjuri jew korsijiet ta' aġġornament, dawn jistgħu jinkisbu mis-suq permezz ta' taħriġ volontarju.

Emenda  185

Proposta għal Direttiva

Anness IV – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni għandu jkun trasparenti u definit b’mod ċar mill-Istat Membru jew mill-korp amministrattiv li huma jaħtru.

1. Il-proċess ta’ ċertifikazzjoni għandu jkun trasparenti u definit b’mod ċar minn entità ta' ċertifikazzjoni maħtura u akkreditata mill-Istati Membri (skont l-EN ISO 17024).

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċertifikazzjoni tal-persunal skont l-EN ISO 17024 tassigura taħriġ aġġornat kontinwu (żviluppi ġodda ta' teknoloġija jew regoli u regolamenti jistgħu jkunu faċilment implimentati). Barra minn hekk, l-akkreditazzjoni tal-EN ISO tassigura regoli ċari sabiex it-taħriġ, il-kwalifiki u l-ħiliet ikunu komparabbli fl-Ewropa kollha.

Dan il-metodu jippermetti r-rikonoxximent reċiproku tal-ħiliet fost l-Istati Membri.

Emenda  186

Proposta għal Direttiva

Anness IV – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Stallaturi ta’ bijomassa, ta’ pompi tas-sħana u ta’ sistemi fotovoltajċi solari u termali solari għandhom ikunu ċċertifikati minn programm ta’ taħriġ jew minn fornitur tat-taħriġ akkreditati.

2. Stallaturi ta’ bijomassa, ta’ pompi tas-sħana, ta' sistemi ġeotermali baxxi u ta’ sistemi fotovoltajċi solari u termali solari għandu jkollhom l-opportunità li jkunu ċċertifikati minn parti terza li tiċċertifika.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti ferm li tkun garantita l-kwalità tal-installazzjoni.

Emenda  187

Proposta għal Direttiva

Anness IV – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Iċ-ċertifikazzjoni ta' installatur għandha tkun limitata biż-żmien bl-istess mod kif previst għall-proċeduri ta' ċertifikazzjoni għal installaturi ta' tagħmir ordinarju ta' tisħin, jew fil-każ tas-sistema fotovaltajka, ta' tagħmir ordinarju tal-elettriku.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikunu evitati ostakli bla bżonn għall-iżvilupp tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, il-limiti ta' żmien taċ-ċertifikazzjoni m'għandhomx ikunu aktar stretti minn dawk għat-tagħmir konvenzjonali tal-elettriku.

Emenda  188

Proposta għal Direttiva

Anness IV – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-akkreditazzjoni tal-programm ta’ taħriġ jew tal-fornitur għandha ssir mill-Istati Membri jew mill-korpi amministrattivi li huma jaħtru. Il-korp ta’ akkreditazzjoni għandu jiżgura li l-programm ta’ taħriġ offrut mill-fornitur tat-taħriġ għandu kontinwità u kopertura reġjonali jew nazzjonali. Il-fornitur tat-taħriġ għandu jkollu faċilitajiet tekniċi adegwati biex jipprovdi taħriġ prattiku. Il-fornitur tat-taħriġ għandu joffri wkoll b’żieda mat-taħriġ bażiku, korsijiet iqsar ta’ aġġornament dwar argumenti topiċi, inkluż fuq teknoloġiji ġodda, biex jippermetti t-tagħlim tul il-ħajja fil-qasam tal-istallazzjonijiet. Il-fornitur tat-taħriġ jista’ jkun il-manifattur tat-tagħmir jew tas-sistema, istituti jew assoċjazzjonijiet.

3. L-assigurazzjoni tal-kwalità tal-programm ta’ taħriġ jew tal-fornitur għandha ssir mill-entitajiet ta' ċertifikazzjoni. Dawn l-entitajiet għandhom jiżguraw li l-programm ta’ taħriġ offrut mill-fornitur tat-taħriġ għandu kontinwità u kopertura reġjonali jew nazzjonali. Il-fornitur tat-taħriġ għandu jkollu faċilitajiet tekniċi adegwati biex jipprovdi taħriġ prattiku. Il-fornitur tat-taħriġ għandu joffri wkoll b’żieda mat-taħriġ bażiku, korsijiet iqsar ta’ aġġornament dwar argumenti topiċi, inkluż fuq teknoloġiji ġodda, biex jippermetti t-tagħlim tul il-ħajja fil-qasam tal-istallazzjonijiet. Il-fornitur tat-taħriġ jista’ jkun il-manifattur tat-tagħmir jew tas-sistema, istituti jew assoċjazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-ħatra ta' entitajiet ta' ċertifikazzjoni akkreditati mill-Istati Membri hi faċli u effiċjenti ħafna waqt li akkreditazzjoni mitluba minn kull ċentru ta' taħriġ titlob wisq rekwiżiti burokratiċi u spejjeż. Dan jimponi piż amministrattiv li jxekkel l-iżvilupp tas-suq tal-enerġiji rinnovabbli.

Emenda  189

Proposta għal Direttiva

Anness IV – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Programmi ta’ taħriġ akkreditati għandhom ikunu offruti lil stallaturi b’esperjenza tax-xogħol, li għamlu, jew li qed jagħmlu, it-tip ta’ taħriġ li ġej:

4. Programmi ta’ taħriġ għandhom ikunu offruti lil stallaturi b’esperjenza tax-xogħol, li għamlu, jew li qed jagħmlu, it-tip ta’ taħriġ li ġej:

Ġustifikazzjoni

Il-ħatra ta' entitajiet ta' ċertifikazzjoni akkreditati mill-Istati Membri hi faċli u effiċjenti ħafna waqt li akkreditazzjoni mitluba minn kull ċentru ta' taħriġ titlob wisq rekwiżiti burokratiċi u spejjeż. Dan jimponi piż amministrattiv li jxekkel l-iżvilupp tas-suq tal-enerġiji rinnovabbli.

Emenda  190

Proposta għal Direttiva

Anness IV – paragrafu 4 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) fil-każ ta’ installaturi ta' sistemi ġeotermali baxxi: persuna mħarrġa fit- tħaffir jew fit-tqegħid tal-pajpijiet u li jkollha ħiliet ġeoloġiċi bażiċi bħala prerekwiżit;

Emenda  191

Proposta għal Direttiva

Anness IV – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-kors ta’ taħriġ għandu jintemm b’eżami li jwassal għal ċertifikat. L-eżami għandu jinkludi valutazzjoni prattika ta’ stallazzjoni tajba ta’ bojlers u stufi tal-bijomassa, pompi tas-sħana, stallazzjonijiet ta’ sistemi fotovoltajċi solari u termali solari.

9. Il-kors ta’ taħriġ għandu jintemm b’eżami u bi proċess ta' ċertifikazzjoni (skont l-EN ISO 17024). L-eżami għandu jinkludi l-ittestjar ta' ħiliet prattiċi. Parti mir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għandha tkun il-prova ta' installazzjoni tajba ta’ bojlers u stufi tal-bijomassa, ta' sistemi ta' pompi tas-sħana, stallazzjonijiet ta’ sistemi fotovoltajċi solari u termali solari mill-installatur.

Ġustifikazzjoni

Hu diffiċli li tittestja installazzjoni reali fuq il-post waqt eżami. Madankollu hu possibbli li tittestja l-ħiliet prattiċi fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' żbalji ta' installazzjoni f' installazzjonijiet eżistenti. Din il-parti prattika għandha għalhekk tkun parti mill-eżami. Sabiex ikunu evalwati l-ħiliet tal-installazzjoni, l-installatur għandu mbagħad jipprovdi dokumenti li juru li fir-realtà installa numru ta' sistemi.

Emenda  192

Proposta għal Direttiva

Anness V

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness imħassar

Ġustifikazzjoni

Peress li l-limitu FAME mhux parametru relevanti biex titjieb il-kwalità tal-arja, m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni evidenti biex ikun regolat FAME bħala parti mill-ispeċifikazzjonijiet tal-karburant dijżil. CEN hi l-entità xierqa biex tistabbilixxi r-rekwiżit tekniku li jindirizza l-parametri tal-ispeċifikazzjoni 'adattat għal għan' bħal ma hu l-limitu FAME. Aktar milli jinħolqu gradi ġodda u separati ta' dijżil (Annessi V+VI), il-limitu FAME għandu jkun analizzat u rivedut 'il fuq skont l-ispeċifikazzjoni CEN attwali (EN590).

Emenda  193

Proposta għal Direttiva

Anness VI

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness imħassar

Ġustifikazzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-karburanti u l-bijokarburanti huma r-responsabilità tas-CEN, li għandha l-kompitu li tiżviluppahom. Għalhekk id-Direttiva dwar il-Karburanti għandha jew tispeċifika l-parametri b'relevanza ambjentali jew l-ittikkettar meħtieġ għall-karburanti li ma jikkonformawx mal-istandards CEN EN228 u EN590.

Emenda  194

Proposta għal Direttiva

Anness VII – Parti A

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness VII parti A imħassra

Emenda  195

Proposta għal Direttiva

Anness VII – Parti B

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness VII parti B imħassra

Emenda  196

Proposta għal Direttiva

Anness VII – Parti C – Paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-produzzjoni u l-użu ta’ karburanti għat-trasport, bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom ikunu kkalkulati hekk:

1. Emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-produzzjoni u l-użu ta’ karburanti għat-trasport, mill-bijomassa għandhom ikunu kkalkulati hekk:

E = eec + el + ep + etd + eu – eccs - eccr – eee, fejn

E = eec + el + eiluc + ep + etd + eu esca eccs eee fejn

E = emissjonijiet totali mill-użu tal-karburant;

E = emissjonijiet totali mill-użu tal-karburant;

eec = emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ materji primi;

eec = emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ materji primi;

el = emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju kkawzati minn tibdil fl-użu tal-art;

el = emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju kkawzati minn tibdil fl-użu tal-art;

 

eiluc = emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju kkawzati minn tibdil indirett fl-użu tal-art;

ep = emissjonijiet mill-ipproċessar;

ep = emissjonijiet mill-ipproċessar;

etd = emissjonijiet minn trasport u distribuzzjoni;

etd = emissjonijiet minn trasport u distribuzzjoni;

eu = emissjonijiet mill-karburant użat,

eu = emissjonijiet mill-karburant użat,

 

esca = iffrankar tal-emissjonijiet minn akkumulazzjoni ta' karbonju fil-ħamrija permezz ta' ġestjoni aħjar tal-agrikoltura

eccs = iffrankar tal-emissjonijiet mill-akkwiżizzjoni u l-iżolament tal-karbonju;

eccs = l-iffrankar tal-emissjonijiet mill-qbid tal-karbonju u mill-ħażna ġeoloġika; kif ukoll

eccr = iffrankar tal-emissjonijiet mill-akkwiżizzjoni u s-sostituzzjoni ta’ karbonju; kif ukoll

 

eee = iffrankar ta’ emissjonijiet minn elettriku żejjed mill-koġenerazzjoni.

eee = iffrankar ta’ emissjonijiet minn elettriku żejjed mill-koġenerazzjoni.

Emissjonijiet mill-manifattura ta’ makkinarju u tagħmir m’għandhomx ikunu kkunsidrati.

Emissjonijiet mill-manifattura ta’ makkinarju u tagħmir m’għandhomx ikunu kkunsidrati.

Emenda  197

Proposta għal Direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el, għandhom ikunu kkalkulati bid-diviżjoni ndaqs tal-emissjonijiet totali fuq 20 sena. Għal kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet ir-regola li ġejja għandha tkun applikata:

7. Emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art, el, għandhom ikunu kkalkulati bid-diviżjoni ndaqs tal-emissjonijiet totali fuq 20 sena. Għal kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet ir-regola li ġejja għandha tkun applikata:

el= (CSR – CSA) x MWCO2/MWC x 1/20 x 1/P,

el= (CSR – CSA) x MWCO2/MWC x 1/10 x 1/P,

fejn

fejn

el = emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju minħabba tibdil fl-użu tal-art (imkejjel bħala massa ta’ ekwivalent ta’ CO2 kull unità ta’ enerġija ta’ bijokarburant);

el = emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju minħabba tibdil fl-użu tal-art (imkejjel bħala massa ta’ ekwivalent ta’ CO2 kull unità ta' karburant tat-trasport mill-enerġija tal-bijomassa);

CSR = il-ħażna ta’ karbonju kull unità-żona assoċjata mal-użu ta’ referenza tal-art (imkejla bħala massa ta’ karbonju kull unità-żona, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). L-użu tal-art ta’ referenza għandu jkun l-użu tal-art f’Jannar 2008 jew 20 sena qabel li tkun inkisbet il-materja prima, skont liema jkun l-aħħar;

CSR = il-ħażna ta’ karbonju għal kull junit ta' erja assoċjata mal-użu tal-art ta' referenza (imkejla bħala massa ta’ karbonju għal kull junit ta' erja, inklużi l-bijomassa ta' taħt l-art u tal-wiċċ, l-iskart, il-ħamrija, l-injam mejjet u l-prodotti li ġejjin mit-tkabbir tas-siġar għall-injam, skont ir-4 Volum tal-Linji Gwida għall-2006 tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet b'Effett ta' Serra). L-użu tal-art ta’ referenza għandu jkun l-użu tal-art f’Mejju 2003.

CSA = il-ħażna ta’ karbonju kull unità-żona assoċjata mal-użu attwali tal-art (imkejla bħala massa tal-karbonju kull unità-żona, inkluzi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni);

CSA = il-ħażna ta’ karbonju għal kull junit ta' erja assoċjata mal-użu attwali tal-art (imkejla bħala massa ta’ karbonju għal kull junit ta' erja, inklużi l-bijomassa ta' taħt l-art u tal-wiċċ, l-iskart, il-ħamrija, l-injam mejjet u l-prodotti li ġejjin mit-tkabbir tas-siġar għall-injam, skont ir-4 Volum tal-Linji Gwida għall-2006 tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet b'Effett ta' Serra).

MW CO2 = piż molekolari ta’ CO2 = 44.010 g/mol;

MW CO2 = piż molekolari ta’ CO2 = 44.010 g/mol;

MWC = piż molekolari ta’ karbonju = 12.011 g/mol; kif ukoll

MWC = piż molekolari ta’ karbonju = 12.011 g/mol; kif ukoll

P = il-produttività tal-wiċċ (imkejla bħala enerġija ta’ bijokarburant jew bijolikwidu ieħor kull unità-żona kull sena).

P = il-produttività tal-wiċċ (imkejla bħala enerġija ta’ karburant għat-trasport jew karburant likwidu ieħor mill-bijomassa għal kull unità-żona kull sena).

Emenda  198

Proposta għal Direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Għall-għanijiet tal-paragrafu 7, il-valuri li ġejjin jistgħu jintużaw kemm għas-CSR u CSA

imħassar

L-użu ta’ l-art

 

Alternattivament, jistgħu jintużaw valuri attwali kemm għas-CSR u CSA.

 

Il-valuri li ġejjin jistgħu jintużaw għall-kalkolu ta’ P:

 

Tabella

 

Emenda  199

Proposta għal Direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Emissjonijiet annwali minn bidliet fl-istokk ta' karbonju kkawżati minn bilda indiretta fl-użu tal-art, eiluc, għandu jkollhom valur ta' 0 g CO2eq/MJ sal-31 December 2011. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni sal-31 ta' diċembru 2001 dwar proposti għal valuri eiluc speċifiċi għal modi individwali ta' produzzjoni ta' bijokarburanti kif stipulat fl-Artikolu 17, eiluc għandu jkollhom valura ta' 40g CO2eq/MJ, ħlief meta

 

(i) il-produzzjoni ta' karburanti ta' trasport mill-bijomassa hija bbażata fuq materja prima, inkluż skart, li ma tenħtieġx l-użu ta' art agrikola, mergħat jew art b'uċuħ permanenti,

 

jew

 

(ii) il-Kummissjoni tkun qieset li jkun jista' jiġi ppruvat li l-produzzjoni tal-bijokarburanti ma jkollhiex impatt indirett fuq l-usu tal-art

 

f'liema każ eiluc, għandu jkollha valur ta' 0.

Emenda  200

Proposta għal Direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni, etd, għandhom jinkludu emissjonijiet mit-trasport u l-ħażna ta’ materji primi u semi-maħduma u mill-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ materji maħduma.

10. Emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni, etd, għandhom jinkludu emissjonijiet mit-trasport u l-ħażna ta’ materji primi u semi-maħduma u mill-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ materji maħduma. L-emissjonijiet mit-trasport u mid-distribuzzjoni li jitqiesu fil-punt 6 m'għandhomx ikunu koperti fil-punt 10.

Emenda  201

Proposta għal Direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Emissjonijiet ta’ karburant li qed jintuża, eu, għandhom jitqiesu li huma żero għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra.

11. Emissjonijiet ta’ karburant li qed jintuża, eu, għandhom jitqiesu li huma żero għal karburanti ta' trasport li ġejjin mill-bijomassa..

Emenda  202

Proposta għal Direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12. Iffrankar ta’ emissjonijiet mill-akkwiżizzjoni u l-iżolament ta’ karbonju, eccs, għandu jkun limitat għal emissjonijiet evitati permezz tal-akkwiżizzjoni u l-iżolament ta’ CO2 emess direttament relatat mal-estrazzjoni, it-trasport, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-karburant.

12. L-iffrankar ta’ emissjonijiet mill-qbid u l-iżolament tal-karbonju, eccs, li ma jkunx diġà tqies f' ep, għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid u l-iżolament tas-CO2 emess direttament relatat mal-estrazzjoni, it-trasport, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-karburant .

Emenda  203

Proposta għal Direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. Iffrankar ta’ emissjonijiet mill-akkwiżizzjoni u s-sostituzzjoni ta’ karbonju, eccr, għandu jkun limitat għal emissjonijiet evitati permezz ta’ akkwiżizzjoni ta’ CO2 li fihom il-karbonju joriġina minn bijomassa u li hija użata biex tissostitwixxi CO2 derivat mill-fossili użat fi prodotti kummerċjali u servizzi.

imħassar

Emenda  204

Proposta għal Direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14. Iffrankar ta’ emissjonijiet minn elettriku żejjed mill-koġenerazzjoni, eee, għandu jkun ikkunsidrat b’relazzjoni mal-elettriku żejjed prodott minn sistemi tal-produzzjoni tal-karburant li jużaw il-koġenerazzjoni b’eċċezzjoni fejn il-karburant użat għall-koġenerazzjoni huwa prodott sekondarju minbarra r-residwu ta’ wiċċ tar-raba’. Fl-ikkalkular ta’ dan l-elettriku żejjed, id-daqs tal-unità ta’ koġenerazzjoni għandu jkun meqjus li huwa l-minimu meħtieġ għall-unità ta’ koġenerazzjoni biex tforni s-sħana meħtieġa għall-produzzjoni tal-karburant. L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjat mal-elettriku żejjed għandu jitqies li huwa ugwali għall-ammont ta’ gassijiet serra li kieku jkun emess meta ammont ugwali ta’ elettriku kien f’impjant tal-enerġija li juża l-istess karburant bħall-unità ta’ koġenerazzjoni.

14. Iffrankar ta’ emissjonijiet minn elettriku żejjed mill-koġenerazzjoni, eee, għandu jkun ikkunsidrat b’eċċezzjoni fejn il-karburant użat għall-koġenerazzjoni huwa prodott sekondarju tal-karburant tat-trasport mill-proċess ta' produzzjoni tal-bijomassa. L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjat mal-elettriku żejjed għandu jitqies li huwa ugwali għall-ammont ta’ gassijiet serra li kieku jkun emess mill-emissjoni medja speċifika tal-UE mill-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-elettriku prodott fil-Komunità, u tal-emissjoni medja tal-produzzjoni tal-elettriku fil-pajjiż fejn l-elettriku qed jiġi prodott għall-elettriku prodott f'pajjiżi li mhumiex tal-UE.

Emenda  205

Proposta għal direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15. L-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjat mal-elettriku żejjed għandu jitqies li huwa ugwali għall-ammont ta’ gassijiet serra li kieku jkun emess meta ammont ugwali ta’ elettriku kien f’impjant tal-enerġija li juża l-istess karburant bħall-unità ta’ koġenerazzjoni.

15. Fejn proċess ta’ produzzjoni ta’ karburant jipproduċi, f’taħlita, il-karburant li għalih l-emissjonijiet huma kkalkulati u prodott jew aktar prodotti oħra ("prodotti-sekondarji"), l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandhom ikunu diviżi bejn il-karburant jew il-prodott immedjat tiegħu u l-prodotti sekondarji bbażati fuq metodu ta' sostituzzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal valuri awtomatiċi riveduti b'mod regolari għal prodotti sekondarji tipiċi.

Emenda  206

Proposta għal direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 16 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta’ process preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata f’dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta’ karburant intermedju, għandha tintuża għal dan l-għan minflok mit-total ta’ dawk l-emissjonijiet. Fil-każ ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra, il-prodotti sekondarji kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax taħt l-ambitu ta’ paragrafu 14, għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini ta’ dan il-kalkolu, bl-eċċezzjoni għar-residwu tal-wiċċ agrikolu, inklużi tiben, bagasse (fdal li jibqa’ mill-qasba taz-zokkor wara li tkun ingħasret), qxur, ġellewż kbir u qxur tal-ġewż.

Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta’ process preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata f’dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta’ karburant intermedju, għandha tintuża għal dan l-għan minflok mit-total ta’ dawk l-emissjonijiet. Meta r-residwi tal-uċuħ tar-raba' jkunu pproċessati f'bijokarburanti jew bijolikwidi oħra għandhom ikunu kkunsidrati skont il-kontribut rispettiv tagħhom. Fil-każ ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra, il-prodotti sekondarji kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax taħt l-ambitu ta’ paragrafu 14, għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini ta’ dan il-kalkolu, bl-eċċezzjoni għar-residwu tal-wiċċ agrikolu, inklużi tiben, bagasse (fdal li jibqa’ mill-qasba taz-zokkor wara li tkun ingħasret), qxur, ġellewż kbir u qxur tal-ġewż.

Emenda  207

Proposta għal direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 17 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17. Għal bijokarburanti, għall-fini tal-kalkolu msemmi f’paragrafu 4, l-element ta’ paragun tal-karburant fossili EF għandu jkun l-aħħar emissjonijiet medji attwali mill-konsum tal-petrol u d-diżil fil-Komunità kif irrappurtat taħt [Direttiva 98/70/KE]. Jekk din id-data mhix disponibbli, il-valur użat għandu jkun 83.8 gCO/MJ .

17. Fil-każ ta’ karburanti tat-trasport mill-bijomassa, għall-fini tal-kalkolu msemmi f’paragrafu 4, l-element ta’ paragun tal-karburant fossili EF għandu jkun l-aħħar emissjonijiet medji attwali mill-konsum tal-petrol u d-dijżil fil-Komunità kif irrappurtat taħt [Direttiva 98/70/KE] jew 83.8 gCO2eq/MJ, liema jkun l-inqas.

Emenda  208

Proposta għal direttiva

Anness VII A (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness VII A

 

REKWIŻITI GĦAL MATRIĊI ARMONIZZATA GĦALL-PJANIJIET NAZZJONALI TA’ AZZJONI DWAR L-ENERĠIJA RINNOVABBLI (RAP)

 

PARTI A: DEFINIZZJONI TAL-KONSUM FINALI TAL-ENERĠIJA

 

(a) karburanti solidi, żejt, gass, sorsi rinnovabbli ta' enerġija, elettriku u sħana (sħana derivata, tisħin distrettwali); it-tisħin u l-elettriku prodotti minn sorsi rinnovabbli u minn sorsi mhux rinnovabbli;

 

(b) l-industrija, id-djar u s-servizzi kif ukoll is-setturi tat-trasport;

 

(c) l-elettriku (inkluż elettriku għat-tisħin u t-tkessiħ), sħana (inkluż elettriku għat-tisħin u t-tkessiħ), u trasport; fi kwalunkwe każ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u dawk mhux rinnovabbli;

 

PARTI B: MIRI NAZZJONALI VINKOLANTI SAL-2020 U DAWK INTERIM GĦAS-SEHEM TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI

 

(a) il-miri nazzjonali vinkolanti fir-rigward tas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija sal-2020, kif stipulat fil-Parti A tal-Anness I;

 

(b) il-miri intermedji nazzjonali vinkolanti kif stipulati fil-Parti B tal-Annessi I;

 

PARTI C: DEFINIZZJONI TA’ MIRI NAZZJONALI VINKOLANTI 2020 U DAWK INTERIM GĦALL-ISHMA TA’ ENERĠIJA MINN SORSI RINNOVABBLI FL-ELETTRIKU; FIT-TISĦIN U T-TKESSIĦ U FIT-TRASPORT

 

(a) miri vinkolanti għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-elettriku:

 

(i) miri nazzjonali għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku għall-2020 sabiex jikkontribwixxu għall-konformità mal-Parti A tal-Anness I;

 

(ii) miri nazzjonali interim għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku sabiex jikkontribwixxu għall-konformità mal-Parti B tal-Anness I;

 

(b) miri vinkolanti għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ:

 

(i) miri nazzjonali għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ għall-2020 sabiex jikkontribwixxu għall-konformità mal-Parti A tal-Anness I;

 

(ii) miri nazzjonali interim għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ sabiex jikkontribwixxu għall-konformità mal-Parti B tal-Anness I;

 

(c) miri vinkolanti għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport:

 

(i) mira nazzjonali għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport fl-2020 għall-konformità mal-Parti A tal-Anness I;

 

(ii) miri nazzjonali interim għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport sabiex ikun hemm konformità mal-Parti B tal-Anness I;

 

(iii) miri nazzjonali għall-effiċjenza fl-enerġija sabiex sabiex jikkontribwixxu għall-konformità mal-Part A u l-Parti B tal-Anness 1;

 

PARTI D: MIŻURI KONKRETI GĦALL-KISBA TAL-MIRI

 

(a) tabella ġenerali tal-miżuri kollha konnessi mal-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli;

 

(b) miżuri ġenerali u speċifiċi dwar it-tnaqqis tal-konsum finali tal-enerġija u dwar il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija f’kull settur rilevanti i.e. l-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport.

 

(c) miżuri dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fl-elettriku:

 

(i) miżuri ġenerali inklużi politiki ta’ taxxa, ta’ finanzi, legali u oħrajn li jippromwovu l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, speċjalment f’zoni mbiegħda u isolati li għandhom potenzjal kbir ta' enerġija rinnovabbli, bħal reġjuni muntanjużi li ma' tantx joqgħodu nies fihom u gżejjer;

 

(ii) miżuri speċifiċi biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikoli 12, 13 u 14.

 

(d) miżuri dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-tisħin u t-tkessiħ:

 

(i) miżuri ġenerali inklużi politiki ta’ taxxa, ta’ finanzi, legali u oħrajn li jippromwovu l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, speċjalment f’zoni mbiegħda u isolati li għandhom potenzjal kbir ta' enerġija rinnovabbli, bħal reġjuni muntanjużi li ma' tantx joqgħodu nies fihom u gżejjer

 

(ii) miżuri speċifiċi biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikoli 12 u 13;

 

(e) miżuri dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport:

 

(i) miżuri ġenerali inklużi politiki fiskali, finanzjarji, legali jew oħrajn li jippromwovu l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;

 

(ii) miżuri speċifiċi biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Artikoli 12 u 13 u tal-Artikoli 15, 16 u 17;

 

(f) miżuri speċifiċi dwar il-promozzjoni tal-użu ta’ enerġija mill-bijomassa:

 

(i) miżuri ġenerali inklużi politiki fiskali, finanzjarji, legali jew oħrajn li jippromwovu l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;

 

(ii) miżuri speċifiċi għal mobbilizzazzjoni ġdida favur il-bijomassa, li tqis il-prinċipji li ġejjin:

 

(ii) l-ammont ta’ bijomassa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi

 

(iv) it-tip u l-oriġini tal-bijomassa għandu jkun iddefinit;

 

(v) id-disponibilità/potenzjal/importazzjoni tal-bijomassa għandhom jikkorrispondu mal-objettiv;

 

(vi) il-miżuri għandhom ikunu ddefiniti sabuex tiżdied id-disponibilità tal-bijomassa, billi jitqiesu l-utenti tal-bijomassa (l-agrikoltura u s-setturi bbażati fuq il-foresti);

 

PARTI E: EVALWAZZJONIJIET

 

(a) il-kontribut totali mistenni minn kull tekonolġija ta’ enerġija rinnovabbli sabiex jintlaħqu l-miri vinkolanti għall-2020 u l-miri vinkolanti interim għas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ kif ukoll tat-trasport;

 

(b) il-kontribut totali mistenni minn kull tekonolġija ta’ enerġija rinnovabbli sabiex jintlaħqu l-miri vinkolanti għall-2020 u l-miri vinkolanti interim għas-sehem ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ kif ukoll tat-trasport;

 

(c) il-konsum tal-enerġija gross u finali għall-2020 skont xenarju normali u xenarju ta' effiċjenza;

 

(d) Evalwazzjoni Ambjentali Strateġika kif stipulat fid-Direttiva SEA 2001/42/KE li tinkorpora l-benefiċċji ambjentali tal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli kif ukoll l-impatti.

 

(e) analiżi tal-ispejjeż u tal-benefiċċji ekoloġiċi u ekonomiċi.

EXPLANATORY STATEMENT

Stepping into the renewable energy century

This report is written at a moment when the oil price is around 120 $/barrel and where the world governments are preparing for the 2009 Copenhagen climate conference. The world energy regime is in a major crisis but as Jeremy Rifkin describes eloquently - this crisis situation can also trigger new opportunities - the third industrial revolution through the development of sun raise technologies.

The EU can be the industrial leader of that revolution under three conditions: getting this directive right, bringing "resource intelligence" and renewables to the heart of our future energy and climate security strategy and creating the framework conditions for 4 renewables projects of European interest, which are:

- a strategic alliance with progressive cities and regions for a "bottom up" deployment of the huge diversity of technologies described in the report for the EP "21 renewables energy technologies for the XXI century" notably the "buildings as power plants cluster"

- a coordinated approach to harvest the enormous off-shore wind and marine energy in the North and Baltic Sea

- a master plan for large scale renovation of the cities in Central/Eastern Europe (building stock, district heating systems, public transport) combined with the phasing in of their big biomass potential

- a partnership with the Mediterranean countries on energy efficiency and solar thermal electric and wind power plants.

These four projects have to get priority in the TEN - Energy infrastructure revision and in EU finances (Structural Funds, EIB,...).

Some will argue that such a strategy comes with too high costs for the EU economy. But these voices often underestimate the future price for oil and they ignore recent academic findings on the huge indirect benefits of quick renewable energy penetration like reduced prices on the electricity power exchanges through the merit order effect (Bode & Groscurth - 2006 (1 & 2); Sensfuß.- 2008 (3))

The Rapporteur’s view on the proposal of Commission

The proposal is welcomed for the way in which targets have been set i.e. the mandatory nature of targets both at the EU and at national level and that the heating and cooling sector is finally incorporated. Furthermore, good proposals have also been made for reducing administrative burdens for renewable investments and on grid related issues.

The weakest points of the proposal are clearly in the area of the so called goO’s (guarantees of origin) and in the area of agro-fuels.

The key issues and changes proposed by the Rapporteur

1)  Step by step to the 20% - strengthening the nature of the targets

On the Spring Summit 2007 the 27 Heads of State have clearly underlined the binding nature of their engagement to achieve the 20% renewable energy target. We are proposing to make this even clearer by creating a more binding nature for the 2020 and the intermediary targets. In addition we ask the Commission to introduce a scheme to give those over-achieving Member States a financial reward and those which fail a financial penalty.

2)  National frameworks matter: the key role of national renewables action plans

The EU success story on renewable energies is today reliant on a too small number of countries that have introduced effective policy. The achievement of the new directive will depend on broadening these positive experiences to all EU countries. The rapid deployment of renewable energies needs a well developed national framework including; potential analyses; reliable support schemes; planning; access to infrastructure; but also soft factors like appropriate authorisation process and knowledge/skills.

The disappointing results of the national energy efficiency action plans triggered by loose wording in the respective directive shows the importance of detailed and ambitious blueprints in the national action plans being enshrined and enforced in the directive’s text. The Commission will receive the power to reject badly designed national renewables action plans.

3)  Effective flexibility instead of legal uncertainty and windfall profits

As governments are under a legal obligation to achieve their national targets and as target will be met above all by national efforts, a priority is to enable governments to keep control of their national support schemes. The legal uncertainties arising from the flexibility instruments introduced by the Commission text through its confusing and complex new concept of goO (guaranties of origin) have been well analysed by a number of legal expertises (Neuhoff and others 2008 (4); EFET open letter (5)).

The triple function given in Article 8 to the goOs – disclosure, support accounting/trade and target accounting generates legal difficulties and undermines national support schemes by creating a mandatory good for which trade can not be limited, as foreseen in Article 9, without impeding the fundamental rights as guaranteed in the EU Treaty Articles 28 and 30. Such legal uncertainties could potentially trigger huge uncertainties for investors.

However, the concept favoured by the large power producers (e.g. EURELECTRIC) and the traders of electricity (EFET) to bring legal certainty by creating an EU wide renewables certificate market is not the way forward. Such a scheme would not only undermine the existing national support schemes, but also potentially generate €30 billion in windfall profits for traders and generators by moving from the technology specific average price support schemes to a marginal market where the most expensive marginal renewable certificate would set the price. This would by far exceed the potential €8 billion "flexibility" benefits identified in Commission's impact assessment. The EU wide certificate market approach has been refuted by a number of academics (Ragwitz, 2008 (6)), consumers (e.g. German Chemical Industry) and by a number of governments (e.g. Poland, Germany, Spain, Greece, France...).

The solution to this legal problem is to separate the three functions given to goO's:

- GoO's should be limited to their original "disclosure" function as foreseen in the 2001 renewables electricity directive and for the labelling of green electricity (internal electricity market). The system has to be improved in order to exclude the "double trading" with goO's and to guarantee the "additionality" of voluntary green electricity purchases. Misleading consumers by allowing cheap electricity from existing hydropower plants to be re-packaged as “green electricity” and suggesting added value for the consumer and therefore requiring a premium price must end,

- Target accounting should not be done through goO's but on the basis of verified data from EUROSTAT. Early availability and detailed data will be substantially enhanced by the recent agreement on a new EU regulation for energy statistics,

- Transfer accounting certificates (TACs) will be introduced for those governments wanting to achieve flexibility by transfers between companies and by joint projects. These TACs allow the same facilities as foreseen by the Commission text, but without the legal uncertainties.

4)   Creating additional flexibilities to achieve the targets

The flexibility schemes foreseen in the directive should also be broadened. Governments should have the option to cooperate by exchanging volumes of renewables based on energy statistics, because this is simpler, robust, results in lower transaction costs and can be extended to all renewable technologies. Two or more governments may create regionally integrated renewables markets by sharing their targets and support schemes.

Imports of electricity from non-EU neighbouring countries should be allowed on the basis of physical exchanges and be dependent on concrete national renewable energy and energy efficiency policy targets of the selling countries. Creating a scheme importing hydro or wind electricity into the EU while building coal power plants in neighbourhood countries to meet their demand would neither serve the EU’s climate nor security of supply policy. For Norway, Iceland and Lichtenstein as EEA countries the provisions of the directive will apply.

Finally it is important to remind that the biggest and cheapest "flexibility" instrument for Member States is national efficiency measures in buildings, transport, industry and electricity use. Governments should link their national efficiency and renewables energy policies.

5)   Development of infrastructures and priority access to them are key for renewable energies

We welcome the Commission's proposal to guarantee priority access and dispatching for electricity from renewables. This concept must be broadened to gas in order to favour biogas feed-in to the gas pipelines, a concept which enables the highest of all biomass conversion efficiencies.

The directive must address a major point of discrimination against renewable energies investors, the non-socialisation of grid adaptation costs for renewables. In order to harvest the huge potential of on-shore and off-shore wind and to take up power from embedded renewables generators the grid infrastructure has to be adapted and extended. This is part of our future energy system. Why should these costs be paid exclusively by renewables investors whereas in the 1960s, 70s and 80s the costly grid infrastructure for the big centralised systems were not paid by the energy companies?

The development of heating and cooling renewables will depend on two infrastructures: district systems and buildings. The big large scale potential of biomass, geothermal and solar will depend on the extension of district heating and cooling systems. They must be a key focus of this directive. The notion of infrastructure development should also be extended to buildings. The interface between building materials, decentralised solar and biomass based renewables, smart metering and grids will create a change of paradigm to buildings as power generators. Strict obligations on the building codes will speed this development. The roofs of public buildings should be made available for renewable energies third party investors.

6)  Organisational innovation instead of red tape

Investments are often hindered by unnecessary and over-bureaucratic procedures. Learning from positive experiences with “one stop shops” in other areas of policy making, governments should establish coordinating offices for authorisations above all for larger scale wind and biomass production facilities. A maximum deadline for granting permissions should be introduced. Decentralised smaller renewable investments should no longer be subjected to heavy authorisations but fall under a notification scheme.

The development of renewable energies also requires knowledge and skills. The human factor is important and the obligations on governments play the role of catalysers for training and life-long learning needs to be strengthened.

7)  From a badly designed agro-fuel to a sustainable use of energy from biomass policy

The rapporteur considers that there is overwhelming evidence to drop the mandatory 10% target for fuels from renewables. The focus on fuels from biomass should be a qualitative rather than purely quantitative. Through the implementation of ambitious and dynamic sustainability criteria the use of biomass should be orientated into non contentious areas - so called "go" -categories and to those conversion technologies like biogas and biomass for electricity and heating which have far higher efficiencies than first and second generation of fuels from biomass. Such a policy will have the advantage to make it easier and cheaper to achieve the 20% overall target.

We need a clear hierarchy for the use of biomass for energy:

A) define "go" categories

a lot of biomass uses are not problematic and should be identified as “go-categories” in order to attract necessary investments. This would apply to

-          biomass from waste streams (organic fraction from household and industry),

-          residues (from agriculture, fisheries and forestry)

-          use of degraded land, dual land use like biodiversity/flooding or forest fire management regimes and

-          new non-food/feed raw materials like algae.

B) Define "no-go" categories

the limitation of competition between energy and food/feed can only be achieved through the definition of a no-go category e.g. agro-fuel. Depending on the world food situation, a complete restriction on the use of arable land for energy production or a limitation to certain volumes will be requested. The level of use will be fixed on a yearly basis by the EU Commission in consultation with the respective responsible organisations like FAO, UNDP and the World Food Program.

C) Define "no-go" areas

"no-go" areas stand for special non-use. Protection of biodiversity or of cultural value related landscapes can only be achieved by a strict bottom-up regime of protection. For that efforts outside this directive will be needed to strengthening the international biodiversity convention and proposals to halt deforestation at a global scale.

D) Define strict sustainability criteria

A set of sustainability criteria has to be enforced notably:

- A dynamic GHG threshold should be introduced (requiring minimum overall GHG savings) which should target at least 55 or 60% GHG savings combined with a system, like the one foreseen in the fuel quality directive, that creates a financial incentive for the best performing GHG fuels. The indirect land use changes (LUC) have also to be part of this methodology.

- Minimum requirements for “good agricultural practice” have to be more specific than the proposed cross-compliance regime (notably on water, pesticide and fertilizer use). The Commission’s proposal for using the existing cross-compliance regime is too vague to be applied to non-EU-27 imports and creates a competitive disadvantage for EU farmers.

- Social criteria to protect e.g. small farmers in third world countries.

The details on sustainability criteria will be defined in close partnership with Mr. Wijkman (EPP) the draftsman of the ENVI opinion on renewables and with Mrs Corbey (PSE), the Rapporteur for the fuel quality directive (ENVI committee).

References:

(1) Bode & Groscurth (2006): The effect of the German Renewable Energy Act (EEG) on "the electricity price", HWWA discussion paper 358

(2) Bode & Groscurth (2008): Incentives to invest in electricity production from renewable energy under different support schemes, ARRHENIUS Institute for energy and climate policy discussion paper 1E

(3) Sensfuß, F. (2008): Assessment of the impact of renewable electricity generation on the German electricity sector An agent-based simulation approach.  Dissertation. Universität Karlsruhe (TH). Fortschritt-Berichte Reihe 16 Nr. 188. VDI Verlag. Düsseldorf

(4) Neuhoff & al, 2008 - The proposed new EU renewables directive: an interpretation

(5) EFET - open letter to Claude Turmes, 16 April 2008 - The risk of Internal Energy Market distortions arising from the Commission proposal for a RES Directive

(6) Ragwitz (April 2008) note produced for the EP Policy department economic and scientific policy.

Annex I - List of consulted independent experts & non exhaustive list of stakeholders

The Author would like to thank the following list of independent experts for their contributions during the preparation of the draft report, as well as the numerous stakeholders that have been providing their views and suggestions to the rapporteur.

Angus Johnston M.A. - Director of Studies in Law, Faculty of Law, Cambridge

Bart Dehue - Consultant Bio Energy - Ecofys Netherlands BV

Bernard Laponche - independent consultant, France

Christiane Egger (Mag.) - deputy manager - O.Oe. Energiesparverband

Christof Timpe - Energy & Climate Division - Oeko-Institut e.V. - Institute for Applied Ecology - Germany

Jean-Michel Glachant (Prof.) - Head of the Department of Economics- Faculty of Law & Economics - University Paris Sud, France

Jorge Vasconcelos - former chairman of the Portuguese Energy Regulator and of ERGEG

Karsten Neuhoff - faculty of economics - University of Cambridge, UK

Mario Ragwitz - Fraunhofer Institute Systems and Innovation Research

Peter Lund (Prof.) - Helsinki University of Technology

Uwe Leprich (Prof. Dr.) - Fachbereichsvorsitzender - Fachbereich Wirtschaftsingenieurwesen - Hochschule für Technik und Wirtschaft - Saarbrücken

Uwe R. Fritsche - Energy & Climate Division - Oeko-Institut e.V. - Institute for Applied Ecology - Germany

Veit Bürger - Energy & Climate Division - Oeko-Institut e.V. - Institute for Applied Ecology - Germany

Other stakeholders consulted (non-exhaustive list)

ADEME, BEE-ev (German Renewable Energy Federation), Bundesverband Wind-Energie, Birdlife, Corporate Europe Observatory, Danish Energy Industries Federation, Danish renewable energy resources network, Business Europe, Econcern,

EFET, Energie-Control GmbH Austria, EPAGMA, EPIA, EREC, EREF, ESTIF, EUREC, Eurelectric, Eurosolar, EWEA, FoE, Greenpeace, Iberdrola, International Fuel Quality Center (IFQC), Misereor, Oxfam, UEPA, NSF - Bureau of Nordic Family Forestry, Vattenfall, Verbund - Österreichische Elektrizitätswirtschafts-Aktiengesellschaft, WWF, and many more

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sinjura Angelika Niebler

Chairperson

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli (COM(2008)0019 – C6 0046/2008 – 2008/0016(COD))

Sinjura Chairperson,

B'ittra tat-29 ta' Mejju 2008 inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali skond l-Artikolu 35(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sabiex jeżamina l-validità tal-bażi legali tal-proposta tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmija.

Il-kumitat eżamina l-kwistjoni msemmija hawn fuq waqt il-laqgħa tiegħu tat-26 ta' Ġunju 2008.

Skond l-ittra tiegħek, emenda mressqa mir-Rapporteur tal-Kumitat tiegħek qed timmira li tneħħi l-Artikolu 95, u tħalli l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE bħala l-unika bażi legali. Il-ġustifikazzjoni mogħtija mill-awtur ta' dik l-emenda hija li l-bażi legali doppja hija riservata għal każijiet estremi fejn diversi għanijiet huma ta' importanza indaqs; l-għan prinċipali tad-direttiva proposta huwa l-ħarsien ambjentali u d-Direttiva attwali dwar l-Enerġija minn Sorsi Rinnovabbli u d-Direttiva dwar il-Bijofjuwils it-tnejn kienu adottati skond l-Artikolu 175(1). Minbarra dan, skond ir-Rapporteur, id-dispożizzjonijiet dwar il-bijofjuwils ma jimmirawx prinċipalment biex jiffaċilitaw il-kummerċ - minħabba li l-istandards preskritti huma 'l bogħod milli jkunu armonizzati - iżda għad-definizzjoni tal-kriterji ta’ sostenibilità.

Bażi legali

L-atti Komunitarji kollha għandhom ikunu bbażati fuq il-bażi legali stipulata fit-Trattat (jew f'att legali ieħor li jkollhom l-għan li jimplimentaw). Il-bażi legali tiddefinixxi l-kompetenza tal-Komunità ratione materiae u tispeċifika kif dik il-kompetenza għandha tiġi eżerċitata, jiġifieri l-istrument(i) leġiżlattiv(i) li jista’/jistgħu jintuża(w) u l-proċedura tat-teħid ta' deċiżjoni.

Skond il-Qorti tal-Ġustizzja, l-għażla ta’ bażi legali m’hijiex waħda suġġettiva, iżda “għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi li jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju”[1], bħal m’hu l-għan u l-kontenut tal-miżura in kwistjoni[2]. Barra minn hekk, il-fattur deċiżiv għandu jkun l-objettiv prinċipali ta' miżura.[3]

Skond il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, artikolu ġenerali tat-Trattat jikkostitwixxi bażi legali suffiċjenti anki jekk il-miżura kkonċernata tipprova, b'mod subordinat, tilħaq għan maħsub f'artikolu speċifiku tat-Trattat.[4]

Safejn għandu x'jaqsam ir-rikors għal bażijiet legali multipli, huwa biss fejn miżura jkollha diversi objettivi fl-istess perjodu li huma marbutin bejniethom b'mod li ma jistax jinħall mingħajr ma wieħed jiġi sekondarju u indirett fir-rigward ta' l-oħrajn li l-bażijiet legali multipli jridu jintużaw[5].

Il-bażi legali proposta mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni qed tipproponi li tuża żewġ bażijiet legali, jiġifieri l-Artikolu 175(1)[6] u l-Artikolu 95[7]. Il-ġustifikazzjoni, ta' tul mhux normali, li tagħti l-Kummissjoni għall-użu ta' din il-bażi legali doppja tgħid hekk:

"Il-Proposta se ssir fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 175(1) tat-Trattat b’rabta ma’ l-Artikolu 95. Filwaqt li bażi legali unika hija ppreferuta, huwa rikonoxxut li bażi legali doppja hija xierqa fejn miżura fiha dispożizzjonijiet ibbażati fuq partijiet differenti tat-Trattat. Dawn iż-żewġ bażijiet legali jimplikaw l-użu tal-proċedura ta’ ko-deċiżjoni.

Il-parti l-kbira tal-Proposta taqa’ taħt l-Artikolu 175(1) (l-ambjent). Dan l-Artikolu jagħti lill-Komunità l-poter li taġixxi biex tippreżerva, tħares u ttejjeb il-kwalità ta’ l-ambjent, tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u tagħmel użu prudenti u razzjonali mir-riżorsi naturali. Dawn il-miri huma segwiti minn din id-Direttiva.

Madankollu, l-Artikoli 15, 16 u 17 tal-Proposta jimponu obbligi vinkolanti fuq l-Istati Membri fir-rigward tas-sostennibbiltà ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħrajn. Filwaqt li l-kriterji ta’ sostennibbiltà nfushom ovvjament isegwu għan ta’ ħarsien ta’ l-ambjent, id-Direttiva tipprevjeni wkoll lill-Istati Membri milli jadottaw ċerti miżuri li jostakolaw il-kummerċ f’bijokarburanti jew fil-materja prima. Għalhekk id-Direttiva timmira għal armonizzazzjoni sħiħa ta’ kriterji ta’ sostennibbiltà tal-bijokarburanti bil-għan li tiżgura li l-ebda kriterji adottati individwalment mill-Istati Membri ma jistgħu jkunu ta’ ostaklu għall-kummerċ bejn l-Istati membri. Għal dan l-element tad-Direttiva, is-suq intern huwa għalhekk ikkunsidrat li huwa objettiv primarju. Din il-valutazzjoni ma tinbidilx mill-fatt li l-ħarsien ta’ l-ambjent huwa wkoll mira importanti, minħabba li l-Artikolu 95(3) KE espressament jipprovdi li jkun hemm mira għal livell għoli ta’ ħarsien ta’ l-ambjent fil-miżuri għat-tkomplija tas-suq intern. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet ta’ standards armonizzati għas-sostennibbiltà tal-bijokarburanti jaqgħu taħt l-Artikolu 95 (suq intern).

B’mod ġenerali, l-enerġija rinnovabbli hija sostitut mill-qrib għall-enerġija konvenzjonali u hija pprovduta permezz ta’ l-istess infrastruttura u sistemi loġistiċi. L-Istati Membri kollha diġà jużaw enerġija rinnovabbli u diġà lkoll iddeċidew li jżidu s-sehem ta’ enerġija rinnovabbli. Għal dawn ir-raġunijiet, il-proposta mhix se taffettwa b’mod sinifikanti l-għażla ta’ l-Istati Membri bejn sorsi differenti ta’ enerġija jew l-istruttura ġenerali tal-provvista enerġetika tagħhom u ma taqax taħt l-Artikolu 175(2) tat-Trattat".

Għan u kontenut tal-proposta għal regolament

Din id-direttiva għandha l-għan li tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Hija tistabbilixxi miri mandatorji għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum ta’ enerġija u għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport. Hija tistabbilixxi regoli relatati mal-garanziji ta’ l-oriġini, proċeduri amministrattivi u konnessjonijiet mad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku fir-rigward ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Hija tistabbilixxi kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra.

Din id-direttiva futura għandha l-għan li tistabbilixxi mira globali li torbot ta’ sehem ta’ 20% ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum ta’ l-enerġija u mira li torbot ta' livell minimu ta’ 10% għal bijokarburanti fit-trasport li għandhom jintlaħqu minn kull Stat Membru, kif ukoll miri nazzjonali li jorbtu sa l-2020 skond il-mira globali ta’ 20% ta’ l-UE.

Mis-57 premessa, waħda biss, premessa (53), tagħmel riferenza speċifika għas-suq intern: din tgħid li l-Artikoli 15 sa 17 għandhom jitqiesu bħala bbażati fuq l-Artikolu 95 KE għaliex jiżguraw il-funzjonament kif suppost tas-suq intern billi jarmonizzaw il-kundizzjonijiet tas-sostenibilità li l-bijokarburanti u bijolikwidi oħra jridu jissodisfaw għal ċerti skopijiet u b'hekk jiffaċilitaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri f'bijokarburanti u bijolikwidi konformi.

Il-bqija tal-premessi u tat-termini li jippromulgaw (minbarra d-dispożizzjonijiet finali dwar ir-rappurtar, il-monitoraġġ, l-emendi u r-revoka, il-kumitoloġija u d-dħul fis-seħħ) huma kollha kkonċernati bil-konservazzjoni, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent u l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 174 tat-Trattat KE. Anke l-Artikoli 15 sa 17, li l-Kummissjoni tgħid li għandhom ikunu bbażati fuq l-Artikolu 95, jittrattaw il-ħarsien ta' l-ambjent.

Fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li jfissru (a) li artikolu ġenerali tat-Trattat jikkostitwixxi bażi legali biżżejjed anke jekk il-miżura in kwistjoni qed timmira wkoll, b'mod subordinat, li tilħaq objettiv li hu l-għan ta' artikolu speċifiku tat-Trattat u (b) li huwa biss fejn miżura jkollha diversi objettivi fl-istess perjodu li huma marbutin bejniethom b'mod li ma jistax jinħall mingħajr ma wieħed jiġi sekondarju u indirett fir-rigward ta' l-oħrajn li l-bażijiet legali multipli jridu jintużaw, huwa meqjus li l-Artikolu 175(1) KE jista' jintuża bħala l-unika bażi legali.

Matul il-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Ġunju 2008, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda b'unanimità[8], li jirrakkomandalek li l-bażi legali l-aktar xierqa hija Artikolu 175(1) tat-Trattat KE u li m'hemm l-ebda bżonn li tiżdied kwalunkwe referenza għall-Artikolu 95.

Dejjem tiegħek,

Giuseppe Gargani

  • [1]  Kawża 45/86, Kummissjoni v. Kunsill [1987] ECR 1439, para. 5
  • [2]  Kawża C-300/89, Kummissjoni v. Kunsill [1991] ECR I-287, para. 10
  • [3]  Kawża C-377/98, L-Olanda v. l-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2001] ECR I-7079, para. 27.
  • [4]  Kawża C-377/98, L-Olanda v. l-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2001] ECR I-7079, para. 27-28; Kawża C-491/01 British American Tobacco (Investments) u Imperial Tobacco [2002] ECR I-11453, paragrafi 93-94.
  • [5]  Ara, pereżempju, il-kawża 165/87, Kummissjoni v. Kunsill [1987] ECR 5545, para. 11. Ara wkoll Lenaerts u Van Nuffel (ed. Bray), Constitutional Law of the European Union, 2005, Sweet & Maxwell, Londra, 5-013
  • [6]  Artikolu 175
    Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jiddeċiedi dwar liema azzjoni għandha tittieħed mill-Komunità sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 174.
    2. Bħala deroga għall-proċedura ta’ deċizjoni prevista fil-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 95, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jadotta:
    (a) dispożizzjonijiet ta’ natura essenzjalment fiskali;
    (b) miżuri li jaffettwaw:
    — l-ippjanar tal-bliet u tal-kampanja;
    — l-immaniġġjar kwantitattiv tar-riżorsi ta' l-ilma, jew dak kollu li jaffettwa, direttament jew indirettament, id-disponibilità ta’ dawn ir-riżorsi;
    — l-użu ta’ l-art, bl-eċċezzjoni tal-ġestjoni ta’ l-iskart;
    (c) miżuri li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-għażla ta’ Stat Membru bejn sorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta’ l-enerġija tiegħu.
    Il-Kunsill jista’, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, jistabbilixxi dawk il-kwistjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu li dwarhom id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'maġġoranza kwalifikata.
    3. F'oqsma oħra, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni għandu jadotta programmi ta' azzjoni ġenerali li jistabbilixxu objettivi prijoritarji li għandhom jintlaħqu.
    Il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 skond il-każ, għandu jadotta l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi.
    4. Bla ħsara għal ċerti mizuri ta’ natura Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jiffinanzjaw u jimplimentaw il-politika dwar l-ambjent.
    5. Bla ħsara għall-prinċipju li min iniġġes iħallas, jekk miżura li tkun ibbażata fuq id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 tinvolvi spejjeż li jitqiesu sproporzjonati għall-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru, il-Kunsill għandu, fl-att li bih jadotta dik il-miżura, jistabbilixxi disposizzjonijiet xierqa fl-għamla ta’:
    — derogi temporanji, u/jew
    — appoġġ finanzjarju mill-Fond ta' Koeżjoni stabbilit skond l-Artikolu 161.
    Artikolu 174
    1. Il-politika tal-Komunità dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu
    dawn l-għanijiet li ġejjin:
    — is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent,
    — il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem,
    — l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali,
    — il-promozzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jiġu trattati problemi ambjentali reġjonali jew globali.
    2. Il-Politika Komunitarja dwar l-ambjent għandu jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta' livell għoli li tqis id-diversità tas-sitwazzjonijiet fir-reġjuni varji tal-Komunità. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità, tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġeż għandu jħallas.
    F’dan il-kuntest, il-miżuri ta’armonizzazzjoni li jirrispondu għall-ħtiġiet ta’ protezzjoni ambjentali għandhom jinkludu, fejn xieraq, klawżola ta’ salvagwardja li tippermetti lill-Istati Membri li jieħdu miżuri proviżorji għal raġunijiet ambjentali mhux ekonomiċi, suġġetti għall-proċedura ta’ spezzjoni mill-Komunità.
    3. Fil-preparazzjoni tal-politika tagħha dwar l-ambjent, il-Komunità għandha tikkunsidra:
    — id-dejta xjentifika u teknika disponibbli;
    — il-kundizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni differenti tal-Komunità,
    — il-vantaġġi u l-ispejjeż li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni,
    — l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Komunità b'mod ġenerali u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha.
    4. Fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma’ pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti. L-arranġament għall-koperazzjoni tal-Komunità jistgħu jkunu l-oġġett ta’ ftehimiet bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi involuti, u dawn għandhom jiġu nnegozjati u konklużi skond l-Artikolu 300.
    Is-subparagrafu preċedenti huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta' l-Istati Membri li jinnegozjaw f’korpi internazzjonali u li jikkonkludu ftehimiet internazzjonali.
  • [7]  Artikolu 95
    1. Bħala deroga mill-Artikolu 94 u ħlief fejn provdut xort'oħra f’dan it-Trattat, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għall-kisba ta’l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 14. Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jadotta l-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati bil-liġi, b'regolamenti jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri li għandhom bħala l-għan tagħhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.
    2. Il-paragrafu 1 m’ għandux japplika għal dispożizzjonijiet fiskali, għal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-moviment ħieles tal-persuni u lanqas għal dawk li għandhom x'jaqsmu mad-drittijiet u l-interessi ta' l-impjegati.
    3. Il-Kummissjoni, fil-proposti tagħha kif maħsuba fil-paragrafu 1 li jikkonċerna s-saħħa, s-sigurtà, il-ħarsien ta' l-ambjent u l-protezzjoni tal-konsumatur, għandha tieħu bħala bażi protezzjoni fl-għola livell, waqt li tqis b'mod partikulari kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ukoll ifittxu li jilħqu dan l-objettiv.
    4. Jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta’ miżuri ta’ armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jżomm id-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-bażi ta’ neċessitajiet maġġuri msemmija fl-Artikolu 30, jew li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta' l-ambjent jew ta' l-ambjent tax-xogħol, dan għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet kif ukoll dwar ir-raġuni għaliex għandhom jinżammu.
    5. Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, jekk, wara l-adozzjoni mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, Stat Membru jħoss li jkun meħtieġ li jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali bbażati fuq prova xjentifika ġdida li għandha x’taqsam mal-ħarsien ta' l-ambjent jew ta' l-ambjent tax-xogħol fuq il-bażi ta’ xi problema speċifika għal dak l-Istat Membru li toriġina mill-adozzjoni ta’ miżura ta’ armonizzazzjoni, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet li jkollu l-ħsieb jintroduċi kif ukoll bil-bażi għall-introduzzjoni tagħhom.
    6. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur min-notifika msemmija fil-paragrafi 4 u 5, tapprova jew tiċħad id-dispożizzjonijiet nazzjonali involuti wara li tkun ivverifikat jekk humiex, jew le, mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ta’ restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u jekk joħolqux, jew le, ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu, id-dispożizzjonijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafi 4 u 5 għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.
    Meta tkun iġġustifikata mill-kumplessità tal-kwistjoni u meta m'hemmx periklu għas-saħħa umana, il-Kummissjoni tista' tgħarraf lill-Istat Membru kkonċernat li l-perjodu msemmi f'dan il-paragrafu jista' jittawwal b'perjodu ieħor li jista' jdum sa sitt xhur.
    7. Meta, bis-saħħa tal-paragrafu 6, Stat Membru jkun awtoriżżat li jżomm jew jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw minn miżura ta’ armonizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina immedjatament jekk tipproponix adattament għal dik il-miżura.
    8. Meta Stat Membru jqajjem problema speċifika dwar is-saħħa pubblika f’qasam li kien suġġett ta' miżuri ta’ armonizzazzjoni peċedenti, dan għandu jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li għandha teżamina immedjatament jekk tipproponix miżuri xierqa lill-Kunsill.
    9. Bħala deroga mill-proceduri stabbiliti fl-Artikoli 226 u 227, il-Kummissjoni u kwalunkwe Stat Membru jistgħu jressqu l-kwistjoni direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jekk iqisu li xi Stat Membru ieħor ikun qiegħed jgħamel użu mhux xieraq tal-poteri previsti f'dan l-Artikolu.
    10. Il-miżuri ta’ armonizzazzjoni msemmija hawn fuq għandhom, fil-każijiet xierqa, jinkludu klawżola ta’ salvagwardja li tawtorizza lill-Istati Membri li jieħdu, għal raġuni jew diversi raġunijiet mhux ta' natura ekonomika msemmija fl-Artikolu 30, miżuri proviżorji suġġetti għal proċedura ta' kontroll mill-Komunità.
  • [8]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Giuseppe Gargani (chairperson), Titus Corlăţean (viċi-chairperson), Diana Wallis (rapporteur għal opinjoni), Sharon Bowles, Carlo Casini, Monica Frassoni, Neena Gill, Piia-Noora Kauppi, Klaus-Heiner Lehne, Eva Lichtenberger, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Aloyzas Sakalas, József Szájer u Ieke van den Burg.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (*) (15.7.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli
(COM(2008)0019 – C6‑0046/2008 – 2008/0016(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Anders Wijkman

(*) Kumitati assoċjati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

SHORT JUSTIFICATION

Fossil fuels have been the lifeblood of society for a long period of time. Modernisation as we know it would not have been possible without abundant supplies of cheap oil, coal and gas. However, this period will soon be over. A thorough transformation of our energy and transportation systems is needed – for the sake of energy security and economics, but first and foremost because of Climate Change.

For many years, Climate Change was seen primarily as an environmental issue. Today, however, there is broad recognition that Climate Change affects all sectors of society and, if not tackled vigorously, may lead to catastrophic consequences for society.

EU at the crossroad

The EU is at a crossroad concerning the future of energy. There is no silver bullet to the energy and climate challenge. A multi-pronged approach must be pursued where the main pillars will be:

- enhanced energy efficiency,

- the gradual phase-out of fossil fuels and

- massive investments in research, development and deployment of alternative energy sources, first and foremost renewable energy.

The EU Commission Renewables Directive is a follow-up to the European Council decision from March, 2007. The proposal aims to establish an overall binding target of a 20% share of renewable energy sources in energy consumption in 2020 and an equally binding target of a 10% share of renewable energy in the transport sector by 2020, as well as binding national targets by 2020 in line with the overall EU target of 20%.

The Commission proposal is welcome. Parliament has in several reports recently asked for an increase in the level of renewable energy in the EU energy mix, and even considered a binding target of 25%.

This opinion from ENVI is prepared under the provision of enhanced cooperation with the lead committee, ITRE. In agreement with the rapporteur in ITRE, the ENVI opinion will focus mainly on the proposed sustainability criteria for biofuels.

Bioenergy – part of the solution

Like other renewable sources, bioenergy can make valuable contributions in climate mitigation and energy security. It has two decisive advantages. First, biomass is stored energy; like fossil fuels, it can be drawn on at any time. Second, biomass can produce all forms or carriers of energy for modern economies: electricity, gas, liquid fuels, and heat. Bio-energy provides rural jobs, and can increase profitability in the agriculture, food-processing and forestry sectors. Biomass plantations can help to restore degraded lands and growing trees, shrubs or grasses can reverse damage to soils, with energy production and sales as a valuable bonus.

Bio-energy is at the same time inherently land-intensive and the associated environmental impacts are significant. Some key concerns relate to deforestation, loss of biodiversity, depletion of soil nutrients, and excessive use of water. Some positive environmental impacts include restoration of degraded land, creation of complementary land use options, and synergies in the provision of fibre and other non-energy products. The modern concept of a bio-refinery is a highly efficient agro-industrial complex that creates multiple products—food, feed, fuel, fiber and more—thus maximizing the value of land resources and bio-based materials.

There are a range of technologies for efficient conversion of biomass, especially in the case of heat and power. Biomass used for these purposes is generally favoured because they are both more economically competitive and environmentally effective.

The fact that biomass can be more effectively used for heat and electricity production, does not rule out its use for transport fuels. GHG emissions from transport constitute a difficult challenge in the EU and are on the increase in most Member States. There is no way transport emissions can continue to increase, while, at the same time, the overall objective for the EU is to reduce GHG emissions to 2020 by 30% or more. Alternative ways have to be pursued, like:

- enhanced fuel efficiency , - increased efforts to develop electric vehicles, hybrids and plug-in hybrids and fuel cell cars run on hydrogen., - a modal shift, giving a boost to public transport, rail transport etc. and - the use of bio-fuels,

While alternatives like hydrogen, electricity and hybrids etc are promising, nobody can tell today which of the technologies at play that will present the most effective response to the energy and climate challenge. All options should be kept open.

Bio-fuels increasingly questioned

Only a few years ago bio-fuels were seen by some to be a panacea for a range of global energy, environment and rural development issues. Today they are widely questioned, both from the point of view of the expected GHG savings but, as well, for a host of perceived adverse effects. Among them are fears that the intensification of bio-fuels production will increase pressures on soil, water and biodiversity. Concerns are also expressed that the expansion of bio-fuels production will negatively affect food security as well as accelerate the destruction of rainforests.

Currently, the amount of land devoted to growing bio-fuels is only 25 million hectares, or about 0.5 % of the 5 billion hectares of global agricultural land. With regard to food prices, there are a host of factors affecting them – like adverse weather conditions, reductions in grain stocks, trade restrictions, speculative investment in commodities, growing demand from emerging economies, higher oil prices leading to higher prices on agricultural inputs etc. The only discernable influence on food prices, related to bio-fuels so far, is the highly controversial corn for ethanol program in the US.

In assessing the availability of land for energy crops, it is generally assumed that food and feed requirements should be met first. But energy crops need not grow on arable land. Instead they can grow on degraded lands, thereby minimizing land use conflicts. In other cases, the same crop may result in multiple products—including food, feed, fuel, fibre and other categories. The provision of economic incentives for bio-energy crops should therefore be concentrated on degraded, abandoned, or marginal lands where possible, and should aim to encourage multiple products.

The fact that bio-fuels production up till now has not had an overall negative effect on food prices does not preclude it from causing such problems in the future, should bio-fuels production reach much higher levels and/or move into sensitive regions. Furthermore, as the world faces dwindling and/or more costly supplies of fossil fuels - in combination with increasing population and changing diet - there will inevitably be more land pressures.

The potential tension between, on the one hand, increased bio-fuels production and, on the other hand, food production, biodiversity loss and deforestation have to be taken seriously. Difficult trade-offs have to be made. A particular challenge will be to avoid contributing to further deforestation. The risk for displacement is obvious. For instance, when vegetable oils are increasingly used for bio-diesel, forest lands in the tropics present themselves as alternatives immediately. The only effective way to balance such pressures would be through some kind of a compensation scheme for “avoided deforestation”.

Major potential in tropical countries

Biomass crops grown in tropical and sub-tropical regions, in terms of energy per unit of land, are 4-6 times more productive on average than typical crops grown in temperate climates. Tropical countries have been impacted negatively by the heavily-subsidized agricultural sectors in OECD countries. Agricultural reform could offer real opportunities, not least for the LDCs, to modernize their agricultural sectors, using bio-fuels as somewhat of a driver.

The underlying logic for North-South bio-energy trade arises mainly from the large differences in productivity and cost of production. It is therefore natural to recognize the huge potential for effective bio-fuels production offered by many African and Latin American countries. Imports from these continents ought to be a favored alternative for the European Union, provided the production is guided by strict sustainability criteria. However, to develop a bio-fuels industry most low-income countries are in great need of capacity building. The recent Commission Initiative, the Global Climate Change Alliance, should be a perfect instrument for this.

Cautious approach recommended

Being draftsman of this report therefore feels like a huge responsibility. The sustainability criteria for bio-fuels are urgently needed, at the same time immensely complex to develop. If done the right way, bio-fuels should be able to contribute positively to climate change mitigation and energy security. If not, the risk is obvious that the bio-fuels initiative could end in a big failure.

We are presently in the early stages of bio-fuel developments. The policy pursued has to be closely integrated with the efforts for enhanced fuel efficiency as well as the development of electric vehicles, fuel-cells etc. Moreover, the policy must provide strong incentives for innovation in the way biomass is used.

While research efforts into the next generation of bio- fuels look promising, the problem is the time perspective. Most experts doubt that technologies based on ligno-cellulose will be commercially viable in a significant way within the next ten to fifteen years. If this prediction is right - and the EU would maintain the 10% binding target – bio-fuels production will expand rapidly, based primarily on agro-fuels. This could have serious implications for food security, for biodiversity as well as for the rate of rainforest destruction.

Because of all the unknowns – both with regard to technology developments but also to land use changes – there is a compelling argument for caution and a step-by-step approach. The proposed 10% binding target appears too optimistic. The objective should not be to reach the target at all costs, rather to implement policies which result in a significant benefit for the climate.

The Commission Proposal – a critical review

The Commission proposal on sustainability criteria for bio-fuels has its clear merits. However, there is need for significant changes.

At the outset, an important point has to be made. By establishing the sustainability criteria, the EU is creating a premium market for transport fuels based on renewable energy. From this naturally follows, that the EU should have all the right to introduce specific demands on such fuels.

A further general comment concerns the fact that EU is not alone in making efforts to regulate the introduction of transport fuels based on renewable energy. The ultimate goal ought to be the adoption of sustainability criteria that are widely accepted internationally. The Commission is called upon to broaden the dialogue with other major actors, the objective being to reach as common an understanding as possible.

Revise the binding target

When the target was first agreed upon by the European Council it was conditional. The three conditions set were:1) the establishment of the sustainability criteria, 2) the commercial availability of second generation bio-fuels, and 3) the amendment of the Fuel Quality Directive.

When taking stock of recent scientific reports the uncertainties linked to the expansion of bio-fuels are many. This is the background why both the EEA Scientific Committee as well as the JRC went as far as recommending a suspension of the 10% target.

Major questionmarks concern the commercial availability of second generation bio-fuels and the direct as well as indirect land use effects of bio-fuels production. Given the many unknowns today, the responsible way forward seems to be to reverse the decision about the 10% renewable target and, instead, go for a lower target – like 8 % - and undertake regular reviews of the whole policy, including the target.

Introduce sustainable categories of renewable energy

The purpose of the Directive is to promote renewable energy. To reach the 20% target, everything possible should be done to facilitate the rules and regulations pertaining to renewables production, including access to the grid and simplified administrative procedures. Planning rules need to be made more flexible, not least for such types of renewable energy projects that a priori can be defined as sustainable.

Expand the sustainability criteria to biomass for energy

The need is strong for sustainability criteria guiding bio-fuels production. However, it is not logical to single out only one part of the use of biomass for energy purposes from the rest. It is therefore proposed to extend the sustainability criteria to all uses of biomass for energy.

Criteria for GHG savings

The proposed GHG saving of 35% is, in the opinion of your draftsman, too little ambitious. By setting such a low target, the majority of biofuels in the market today will qualify, with a risk of locking production into inefficient production with limited climate benefits and potential large in-direct land use effects. Moreover, with a GHG threshold of only 35%, the significant potential for efficient bio-fuels production in the tropics is being downplayed. Lastly, but not the least, no real incentive for innovation and GHG performance improvement is offered in the Commission proposal.

In order for future biofuels to deliver more in terms of climate benefits the proposal of your draftsman is a GHG saving threshold of 50% from the entry into force. In addition, in order to give incentives to the best alternatives for renewable energy in transport (including also electricity and hydrogen) possible support schemes, including subsidies, in Member States should be proportional to the GHG saving.

Criteria for "No-go areas"

The Commission proposal excludes certain types of land for the production of bio-fuels – in the form of “no-go” areas - like undisturbed forests, areas designated for nature protection, highly bio-diverse grassland etc. This is positive. However, the proposed list of “no-go” areas does omit certain sensitive areas and ought to be complemented, for instance by adopting the High Conservation Value Land categories.

The Commission proposal paints the world too much in black and white with regard to land use.. Land areas are either open to full production or prohibited for use. In European forests, as well as in tropical forests, sustainable management ought to be possible, so that limited amounts of biomass can be used, if it is done in a sustainable way.

Social criteria

Social criteria were not included in the Commission proposal, one of the reasons given that introducing such criteria could be in conflict with WTO rules. The proposal of this report is for the Commission to draw up a special report every second year, pertaining to a whole range of social impacts of the increased demand and use of bio-fuels.

Methodology for calculation of GHG savings

The called-for GHG saving is calculated through a LCA methodology, described in annex VII. The methodology is in principle sound and sufficiently flexible to allow for adjustments after the Directive has been agreed upon.

Specific default values are suggested for the cultivation, production and transport of bio-fuels - as well as for land use changes - to be used as reference points. The generalized way by which the default values are established must be questioned - in relation to land use and land use change, but, as well, to cultivation. The logic of the Commission proposal seems to be that a certain type of land use, like cultivating grasslands, will lead to the same GHG savings and/or the same carbon losses, regardless of where production takes place. But grasslands differ in the amount of carbon stored, and hence cannot be described through a single default value. In Brazil alone, there are an estimated ten different types of grasslands (cerrados) with different characteristics.

Considering that the whole science around bio-fuels production is enormously complex, in particular when it comes to the potentially large effects of direct and indirect land use changes, there is need for a more regional approach.

In particular with regard to emissions from land use change a superior methodology is proposed, drawing upon work by the IPCC which provides specific default values for different regions. There are strong reasons to make use of the IPCC methodology. It provides more flexibility and is likely to meet with broad approval since it is already being used widely.

The role of soil carbon needs to be accounted for more explicitly. Some production, based in particular on perennial crops, will increase the carbon stored in soils and can thus help turn degraded or marginal land into productive land.

In the methodology the Commission has left out potential GHG emissions from indirect land use change, like when the production of bio-fuels leads to displacement of previously grown food crops on-to other lands. Such effects are by many experts considered to be significant. However, no global model exists to provide us with precise estimates of the scale of such effects. It appears essential to complement the LCA methodology with an estimate for such effects. One possibility, developed by the OKO-Institut, would be to use a so-called risk adder, i e a penalty for the expected indirect land use changes that is added to the GHG emissions calculations for the production of biofuels on arable land.

emendi

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Ċitazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu u l-Artikolu 95 tiegħu

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu u l-Artikolu 95 tiegħu fir-rigward ta' l-Artikoli 12(6) u 15, 16 u 17,

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) B’mod partikolari, iż-żieda fl-użu tal-bijokarburanti għat-trasport hija waħda mill-għodod l-aktar effettivi li bihom il-Komunità tista’ tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq iż-żejt impurtat – fejn il-problema tas-sigurtà fil-provvista hija l-aktar akuta - u tinfluwenza s-suq tal-karburanti għat-trasport.

(2) Flimkien mat-titjib fl-effiċjenza enerġetika, iż-żieda fl-użu ta' enerġija mill-bijomassa u minn sorsi rinnovabbli oħra fis-settur tat-trasport huma uħud mill-għodod l-aktar effettivi li bihom il-Komunità tista’ tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq iż-żejt impurtat fis-settur tat-trasport – fejn il-problema tas-sigurtà fil-provvista hija l-aktar akuta - u tmexxi lis-settur lejn triq ta' sostenibilità.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Pjan ta’ Direzzjoni għall-Enerġija Rinnovabbli [traduzzjoni mhux uffiċjali] wera li mira ta’ 20% għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u objettiv ta’ 10% għal enerġija rinnovabbli fit-trasport ikunu miri xierqa u li jistgħu jinkisbu, u li qafas li jinkludi miri mandatorji għandu jipprovdi lill-komunità kummerċjali bl-istabbiltà fil-perjodu twil li għandha bżonn biex tieħu deċiżjonijiet ta’ investiment razzjonali fis-settur ta’ l-enerġija rinnovabbli.

(4) Il-Pjan ta’ Direzzjoni għall-Enerġija Rinnovabbli [traduzzjoni mhux uffiċjali] wera li mira ta’ 20% għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli tkun mira xierqa, u li qafas li jinkludi miri mandatorji għandu jipprovdi lill-komunità kummerċjali bl-istabbiltà fil-perjodu twil li għandha bżonn biex tieħu deċiżjonijiet ta’ investiment razzjonali fis-settur ta’ l-enerġija rinnovabbli. Waqt li l-argumenti favur l-objettiv ta' 20% għas-sehem globali ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli saru konsiderevolment aktar b'saħħithom, qed jitqajmu dejjem aktar dubji dwar l-objettiv għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell ta’ Marzu 2007 afferma mill-ġdid l-impenn tal-Komunità lejn l-iżvilupp madwar il-Komunità ta’ enerġiji rinnovabbli lil hinn mill-2010. Huwa approva mira mandatorja ta’ sehem ta’ 20% ta’ enerġiji rinnovabbli fil-konsum globali ta’ l-enerġija fil-Komunità sa l-2020 u mira minima mandatorja ta’ 10% li trid tintlaħaq mill-Istati Membri kollha għas-sehem ta’ bijokarburanti fil-konsum tal-petrol u d-diżil sa l-2020, li jridu jiġu introdotti b’mod ekonomiku. Huwa ddikjara li l-karattru vinkolanti tal-mira tal-bijokarburanti huwa xieraq kemm-il darba l-produzzjoni hija sostenibbli, bil-bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni jsiru kummerċjalment disponibbli u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u d-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE li qed tkun emendata biex tippermetti livelli adegwati ta’ taħlit.

(5) Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell ta’ Marzu 2007 afferma mill-ġdid l-impenn tal-Komunità lejn l-iżvilupp madwar il-Komunità ta’ enerġiji rinnovabbli lil hinn mill-2010. Huwa approva mira mandatorja ta’ sehem ta’ 20% ta’ enerġiji rinnovabbli fil-konsum globali ta’ l-enerġija fil-Komunità sa l-2020 u mira minima mandatorja ta’ 10% li trid tintlaħaq mill-Istati Membri kollha għas-sehem ta’ bijofjuwils fil-konsum tal-petrol u d-diżil fit-trasport sa l-2020, li jridu jiġu introdotti b’mod ekonomiku. Huwa ddikjara li l-karattru vinkolanti tal-mira tal-bijofjuwils huwa xieraq kemm-il darba l-produzzjoni tkun sostenibbli, il-bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni jsiru kummerċjalment disponibbli u d-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-fjuwils tal-petrol u d-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE li qed tkun emendata biex tippermetti livelli adegwati ta’ taħlit. Peress li jidher li, qabel l-2020, ftit hemm ċans ta' żviluppi kummerċjali sinifikanti għall-hekk imsejħa tieni ġenerazzjoni ta' bijofjuwils, partikolarment fl-uċuħ linjoċellulożiċi, ir-riskju hu ovvju li l-agrofjuwils se jiddominaw totalment lis-suq - żvilupp li jista' jwassal għal konsegwenzi mhux intenzjonati fir-rigward tas-sigurtà ta' l-ikel, il-bijodiversità, id-deforestazzjoni, eċċ.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-għan ewlieni ta’ miri vinkolanti huwa li jipprovdi ċertezza għall-investituri. Għalhekk mhux xieraq li tkun differita deċiżjoni dwar jekk mira hijiex vinkolanti sakemm iseħħ avveniment ieħor. Fi stqarrija għall-minuti tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2007, il-Kummissjoni għalhekk iddikjarat li ma kienetx tikkonsidra li n-natura vinkolanti tal-mira għandha tkun differita sakemm bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni jsiru kummerċjalment disponibbli.

(6) L-għan ewlieni ta’ miri vinkolanti huwa li jipprovdu ċertezza għall-investituri u li jinkuraġġixxu l-iżvilupp kontinwu tat-teknoloġiji li jiġġeneraw l-enerġija mit-tipi kollha ta' sorsi rinnovabbli. Madankollu, il-ħafna fatturi mhux magħrufa fir-rigward tal-produzzjoni tal-bijofjuwils illum jitolbu li jittieħed approċċ iktar kawt minn dak imbassar s'issa. L-objettiv vinkolanti għandu għalhekk jerġa' jiġi kkunsidrat.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fid-dawl tal-pożizzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, huwa xieraq li jkunu stabbiliti miri mandatorji għal sehem globali ta’ 20% ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sehem ta’ 10% ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport fil-konsum ta’ l-Unjoni Ewropea fl-2020.

(8) Fid-dawl tal-pożizzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, huwa xieraq li jkunu stabbiliti miri mandatorji għal sehem globali ta’ 20% ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sehem ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport fil-konsum ta’ l-Unjoni Ewropea ta' 4% fl-2015 u ta' 8-10% fl-2020, li minnhom 20% fl-2015 u 40-50% fl-2020 jinkisbu bl-użu ta' elettriku jew idroġenu minn sorsi rinnovabbli, bijogass jew fjuwils għat-trasport mill-bijomassa linjoċellulożika u minn algi.

 

Fl-2015 għandu jkun hemm deċiżjoni finali dwar il-miri għall-2020, suġġetti għal reviżjoni b'attenzjoni speċjali fuq il-konsegwenzi fuq is-sikurezza ta' l-ikel, il-bijodiversità u d-disponibilità ta' elettriku jew idroġenu minn sorsi rinnovabbli, bijogass jew fjuwils għat-trasport mill-bijomassa linjoċellulożika u minn algi.

 

L-objettivi – u anke l-qafas politiku globali, u mhux anqas il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-gassijiet b'effett ta' serra – għandhom ikunu suġġetti għal reviżjonijiet regolari.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) B’kuntrast, huwa xieraq li l-mira ta’ 10% għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport tkun stabbilita fl-istess livell għal kull Stat Membru biex tkun żgurata konsistenza fl-ispeċifikazzjonijiet u d-disponibbiltà ta’ karburanti għat-trasport. Minħabba li l-karburanti għat-trasport huma faċilment innegozjati, Stati Membri li għandhom ftit mir-riżorsi rilevanti faċilment se jkunu jistgħu jakkwistaw karburanti rinnovabbli għat-trasport minn x’imkien ieħor. Filwaqt li jista’ jkun teknikament possibbli għall-Komunità li tilħaq il-mira tagħha għall-bijokarburanti mill-produzzjoni domestika biss, huwa kemm possibbli kif ukoll mixtieq li l-mira fil-fatt tintlaħaq permezz ta’ taħlita bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-provvista tas-suq Komunitarju għall-bijokarburanti, u għandha, kif xieraq, tipproponi miżuri rilevanti biex jinkiseb l-approċċ bilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni, billi jitqies l-iżvilupp tan-negozjati kummċerjali multilaterali u bilaterali kif ukoll konsiderazzjonijiet ambjentali, ta' nfiq, ta' sigurtà ta' l-enerġija u oħrajn.

(10) B’kuntrast, huwa xieraq li l-mira ta’ 4% għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport tkun stabbilita fl-istess livell għal kull Stat Membru biex tkun żgurata konsistenza fl-ispeċifikazzjonijiet u d-disponibbiltà ta’ fjuwils għat-trasport. Minħabba li l-fjuwils għat-trasport huma faċilment innegozjati, l-Istati Membri li m'għandhomx biżżejjed riżorsi rilevanti faċilment se jkunu jistgħu jakkwistaw fjuwils rinnovabbli għat-trasport minn pajjiżi oħra. Għalkemm jista’ jkun teknikament possibbli għall-Komunità li tilħaq il-mira tagħha għal enerġija rinnovabbli fit-trasport mill-produzzjoni domestika biss, il-potenzjal ħafna iktar għoli għall-produzzjoni effiċjenti ta' bijofjuwils fiż-żoni tropikali u l-għan li jinkiseb l-akbar iffrankar possibbli ta' gassijiet b'effett ta' serra, jaħdmu favur l-ilħuq ta' sehem sinifikanti ta' l-objettiv permezz ta' l-importazzjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-provvista tas-suq Komunitarju għall-bijofjuwils, u għandha, jekk ikun il-każ, tipproponi miżuri rilevanti biex jinkiseb l-approċċ bilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni, billi jitqies l-iżvilupp tan-negozjati kummċerjali multilaterali u bilaterali kif ukoll konsiderazzjonijiet ambjentali, ta' nfiq, ta' sigurtà ta' l-enerġija, ta' iffrankar ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u oħrajn.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Recital 10 a (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) L-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiddiversifikaw it-taħlita ta' l-enerġiji rinnovabbli fis-setturi kollha tat-trasport. Sa l-2011 il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti ġodda lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew għal strateġija għat-tkabbir fl-użu ta' l-enerġija rinnovabbli fis-setturi kollha tat-trasport.

Ġustifikazzjoni

S'issa kien hemm enfasi qawwija ħafna fuq l-enerġija rinnovabbli fit-trasport bit-triq, iżda huwa importanti li jiġi promoss l-użu ta' l-enerġija rinnovabbli fis-setturi kollha tat-trasport. Is-suġġeriment hu li l-2011 tkun l-iskadenza sabiex il-proposti jkunu jistgħu jiddaħħlu fil-prospetti finanzjarji li jmiss.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex jiġi żgurat li l-miri komplessivi jintlaħqu, l-Istati Membri għandhom jaħdmu lejn trajettorju indikattiv li jindika t-triq lejn l-ilħiq tal-miri tagħhom u għandhom jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni nazzjonali li jinkludi miri settorjali, filwaqt li jżommu f’moħħhom li jeżistu użi differenti għall-bijomassa u li għalhekk huwa essenzjali li jiġu mobilizzati riżorsi ġodda tal-bijomassa.

(11) Sabiex jiġi żgurat li l-miri ġenerali jintlaħqu, l-Istati Membri għandhom jaħdmu għal rotta indikattiva li tindika t-triq sabiex jintlaħqu l-miri tagħhom u għandhom jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni nazzjonali li jinkludi miri settorjali u miżuri speċifiċi biex jippromwovu d-domanda u l-provvista ta' teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 12 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jiddedikaw riżorsi finanzjarji sinifikanti għar-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' l-enerġija rinnovabbli. Id-dħul mill-Iskema ta' l-Iskambju ta' Kwoti ta' Emissjonijiet huwa sors ovvju għal dan l-iffinanzjar. Barra minn hekk l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija għandu jagħti prijorità għolja għar-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli mhux ambigwi biex ikun ikkalkulat is-sehem ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(14) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli trasparenti u mhux ambigwi biex ikun ikkalkulat is-sehem ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni ta’ l-idro-elettriku, l-effetti tal-varjazzjoni klimatika għandhom jittaffew permezz ta’ l-użu ta’ regola ta’ normalizzazzjoni.

(15) Fil-kalkolu tal-kontribut ta’ l-enerġija idroelettrika u ta' l-enerġija mir-riħ, l-effetti tal-varjazzjoni klimatika għandhom jittaffew permezz ta’ l-użu ta’ regola ta’ normalizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni ta' l-enerġija mir-riħ tvarja ħafna minħabba l-varjazzjoni klimatika u għaldaqstant għandha tkun suġġetta għar-regola ta' normalizzazzjoni.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Approċċ koordinat huwa meħtieġ biex ikun żviluppat taħriġ u għandha tkun disponibbli ċertifikazzjoni xierqa għall-istallaturi ta’ tagħmir ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira bil-għan li jkun evitat tgħawwiġ tas-suq u biex ikunu żgurati prodotti u għoti ta’ servizzi ta’ kwalità għolja lill-konsumaturi. Skemi ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali għandhom ikunu rikonoxxuti reċiprokament mill-Istati Membri u għalhekk għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji minimi armonizzati, billi jkunu kkunsidrati standards teknoloġiċi Ewropej, u reġimi eżistenti ta’ taħriġ u kwalifiki għall-istallaturi ta’ tagħmir ta’ enerġija rinnovabbli. Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali għandha tibqa’ tapplika għal kwistjonijiet mhux irregolati minn din id-Direttiva, bħar-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali ta’ stallaturi mhux ċertifikati fi Stat Membru wieħed.

(28) Approċċ koordinat huwa meħtieġ biex ikun żviluppat taħriġ u għandha tkun disponibbli ċertifikazzjoni xierqa għall-installaturi ta’ tagħmir ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira bil-għan li jkun evitat tgħawwiġ tas-suq u biex ikunu żgurati prodotti u għoti ta’ servizzi ta’ kwalità għolja lill-konsumaturi. Skemi ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali għandhom ikunu rikonoxxuti reċiprokament mill-Istati Membri u għalhekk għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji minimi armonizzati, billi jkunu kkunsidrati standards teknoloġiċi Ewropej, u reġimi eżistenti ta’ taħriġ u kwalifiki għall-installaturi ta’ tagħmir ta’ enerġija rinnovabbli. Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali għandha tibqa’ tirregola l-għarfien ta' kwalifiki professjonali għall-professjonijiet regolati. Jekk id-dħul għall-professjoni ta' installatur jew l-eżerċizzju tagħha jkunu rregolamentati, ir-rekwiżiti għall-għarfien tal-kwalifiki professjonali jkunu dawk tad-Direttiva 2005/36/KE; dawn ir-rekwiżiti japplikaw ukoll għall-installaturi li jkunu ġew iċċertifikati f'xi Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2005/36/KE tirregola l-għarfien ta' kwalifiki professjonali għall-professjonijiet irregolati, li għalihom tistipula dispożizzjonijiet komprensivi u definiti. Hija għandha tkompli tapplika għall-installaturi li b'mod volontarju jkunu talbu li jiġu ċċertifikati b'konformità mad-Direttiva dwar l-enerġiji rinnovabbli. L-installazzjoni ta' tagħmir li juża enerġija rinnovabbli huwa biss parti mix-xogħol ta', pereżempju, inġiniera jew bennejja tas-soqfa.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-ispejjeż ta’ konnessjoni ta’ produtturi ġodda ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku, għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u għandu jitqies il-benefiċċju li ġeneraturi fissi jġibu lid-distribuzzjoni.

(30) L-ispejjeż ta’ konnessjoni ta’ produtturi ġodda ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku, għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u għandu jitqies il-benefiċċju li ġeneraturi fissi jġibu lin-netwerk tad-distribuzzjoni, biex b'hekk jiġi żgurat li jkun hemm użu sħiħ tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni. L-ispejjeż sabiex produtturi ġodda tal-gass minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli jitqabbdu man-netwerk tal-gass għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu ppjanati dispożizzjonijiet għall-produzzjoni tal-gass ukoll, u mhux biss għall-elettriku.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 33 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jużaw il-mezzi kollha possibbli sabiex jiżguraw li l-konsum totali ta' l-enerġija fit-trasport jonqos sostanzjalment. Il-mezzi ewlenin sabiex jitnaqqas il-konsum totali ta' l-enerġija fit-trasport jinkludu l-ippjanar tat-trasport, iż-żieda tas-sehem mill-produzzjoni tal-karozzi elettriċi u l-produzzjoni ta' karozzi li huma aktar effiċjenti fl-enerġija, u iżgħar kemm mid-daqs kif ukoll mid-daqs tal-magna.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-produzzjoni tal-bijokarburanti għandha tkun ambjentalment sostenibbli. Il-bijokarburanti użati għall-konformità mal-miri stabbiliti f’din id-Direttiva, u dawk li jibbenefikaw mis-sistemi ta’ sostenn nazzjonali, għandhom għalhekk iwettqu l-kriterji għas-sostenibbiltà ambjentali.

(34) Il-produzzjoni tal-bijofjuwils, bħal sorsi ta' enerġija rinnovabbli oħra, għandha tkun ambjentalment sostenibbli. Il-bijofjuwils użati għall-konformità mal-miri stabbiliti f’din id-Direttiva, u dawk li jibbenefikaw mis-sistemi ta’ sostenn nazzjonali, għandhom għalhekk jissodisfaw il-kriterji għas-sostenibbiltà ambjentali.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) L-inċentivi previsti f’din id-Direttiva għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, u d-domanda dinjija dejjem tikber għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, m’għandux ikollhom l-effett ta’ inkoraġġiment tal-qirda ta’ l-artijiet bijodiversi. Dawn ir-riżorsi li jispiċċaw, rikonoxxuti f’diversi strumenti internazzjonali bħala li huma ta’ valur għall-bnedmin kollha, għandhom ikunu ppreżervati. Il-konsumaturi fil-Komunità, barra minn hekk, isibuha moralment inaċċettabbli li ż-żieda akbar min-naħa tagħhom fl-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra jista’ jkollu l-effett li jeqred l-artijiet bijodiversi. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti kriterji li jiżguraw li bijokarburanti u bijolikwidi oħra jistgħu jikkwalifikaw biss għall-inċentivi meta jkun jista’ jiġi ggarantit li ma joriġinawx f’art bijodiversa. Il-kriterji magħżulin jikkunsidraw il-foresta bħala bijodiversa meta mhijiex imfixkla minn attività umana sinifikanti (skond id-definizzjoni użata mill-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa u l-Konferenza Ministerjali dwar il-Ħarsien tal-Foresti fl-Ewropa) jew fejn hija protetta b’liġijiet nazzjonali għal skopijiet ta’ ħarsien tan-natura. Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura b’bijodiversità għolja ta’ ċerti artijiet bil-ħaxix, huwa wkoll xieraq li l-bijokarburanti magħmula mill-marja prima li toriġina f’artijiet bħal dawn ma tikkwalifikax għal inċentivi previsti minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji xierqa u/jew firxiet ġeografiċi biex tiddefinixxi artijiet bil-ħaxix bħal dawn li għanhdom bijodiversità għolja skond l-aqwa provi xjentifiċi disponibbli u n-normi internazzjonali rilevanti.

(39) L-inċentivi previsti f’din id-Direttiva għal bijofjuwils u bijolikwidi oħra, u d-domanda dinjija dejjem tikber għal bijofjuwils u bijolikwidi oħra, m’għandux ikollhom l-effett ta’ inkoraġġiment tal-qirda ta’ l-artijiet bijodiversi. Dawn ir-riżorsi li jispiċċaw, rikonoxxuti f’diversi strumenti internazzjonali bħala li huma ta’ valur għall-bnedmin kollha, għandhom jitħarsu. Il-konsumaturi fil-Komunità, barra minn hekk, isibuha moralment inaċċettabbli li l-użu dejjem akbar tagħhom ta’ bijofjuwils u bijolikwidi oħra jista’ jkollu l-effett li jeqred l-artijiet bijodiversi. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti kriterji li jiżguraw li bijofjuwils u bijolikwidi oħra jistgħu jikkwalifikaw biss għall-inċentivi meta jkun jista’ jiġi ggarantit li ma joriġinawx f’art bijodiversa jew li l-estrazzjoni tal-materja prima m'affetwatx b'mod ħażin lill-bijodiversità.. Il-kriterji magħżulin jikkunsidraw il-foresta bħala bijodiversa meta mhijiex iddisturbata minn attività sinifikanti tal-bniedem (skond id-definizzjoni użata mill-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa u l-Konferenza Ministerjali dwar il-Ħarsien tal-Foresti fl-Ewropa) jew fejn hija protetta b’liġijiet nazzjonali għal skopijiet ta’ ħarsien tan-natura. Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura b’bijodiversità għolja ta’ ċerti artijiet bil-ħaxix, huwa wkoll xieraq li l-bijofjuwils magħmula minn materja prima li toriġina f’dawn l-artijiet ma jikkwalifikawx għall-inċentivi previsti minn din id-Direttiva jekk il-ħsad tagħhom isir b'mod li jaffetwa b'mod ħażin lill-bijodiversità. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji xierqa u/jew żoni ġeografiċi biex tiddefinixxi dawn l-artijiet bil-ħaxix b'bijodiversità għolja skond l-aqwa provi xjentifiċi disponibbli u n-normi internazzjonali rilevanti.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 39 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a) Għalkemm l-enerġija mill-bijomassa m'għandhiex tiġi prodotta minn materja prima miksuba minn art b'bijodiversità għolja rikonoxxuta jew minn art b'ħażna għolja ta' karbonju, bħal foresti mhux disturbati minn attività sinifikanti tal-bniedem u/jew inħawi kontinwament forestati, il-pressjoni fuq foresti naturali tista' xorta tkun kbira bħala konsegwenza mhux intenzjonata tal-produzzjoni miżjuda ta' bijofjuwils. Pereżempju, meta tiżdied it-talba għal żjut veġetali, minħabba żieda fit-talba għall-bijodiżil, konsegwenza possibbli tista' tkun li l-art forestali titbattal għall-produzzjoni ta' soja jew ta' żejt tal-palm. F'xi każi, tbattil ta' dan it-tip jista' jseħħ minkejja li jkun illegali skond regolamenti nazzjonali jew internazzjonali. Barra minn hekk, il-pressjonijiet ta' tip jew ieħor fuq l-art huma konsegwenza inevitabbli taż-żieda fl-iskala jew fl-ambitu ta' prattikament kwalunkwe attività li tagħmel użu intensiv ta' l-art. Madankollu, hu importanti li l-UE tipprovdi inċentivi biex jiġi mminimizzat ir-riskju ta' impatti bħal dawn; b'mod partikulari, il-promozzjoni ta' skemi għall-protezzjoni ta' foresti tropikali, bħall-kumpens għal "deforestazzjoni evitata", għandha tkun ta' prijorità għolja għall-UE.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra huma magħmula minn materja prima prodotta fl-UE, huma jridu jkunu wkoll konformi mar-rekwiżiti ambjentali ta’ l-UE għall-agrikoltura. L-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi mhijiex amministrattivament u teknikament fattibbli.

(40) Fejn bijofjuwils u bijolikwidi oħra huma magħmula minn materja prima prodotta fl-UE, huma jridu jkunu wkoll konformi mar-rekwiżiti ambjentali ta’ l-UE għall-agrikoltura. L-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi mhijiex amministrattivament u teknikament fattibbli. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa biex jinvestigaw sa liema punt l-integrazzjoni ta' tipi ġodda ta' uċuh tar-raba' linjoċellulożiċi fil-pajsaġġ agrikulturali tista' tkun ta' siwi għall-promozzjoni ta' titjib f'dak li għandu x'jaqsam mal-leġiżlazzjoni ambjentali apparti dik speċifikament imsemmija fir-regoli ta' interkonformità tal-Politika Agrikola Komuni, pereżempju fir-rigward tal-ħarsien tal-kwalità ta' l-ilma ta' taħt l-art u tal-wiċċ, Direttiva 2000/60/KE.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) Ir-rekwiżiti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi enerġetiċi tal-bijomassa, minbarra bijolikwidi u bijokarburanti, għandhom ikunu analizzati mill-Kummissjoni sa l-2010, billi tkun ikkunsidrata l-ħtieġa li riżorsi ta’ bijomassa jkunu ġestiti b’mod sostenibbli.

(47) Ir-rekwiżiti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi enerġetiċi tal-bijomassa, minbarra bijolikwidi u bijofjuwils, għandhom ikunu analizzati mill-Kummissjoni sa l-2009, billi tkun ikkunsidrata l-ħtieġa li r-riżorsi kollha ta’ bijomassa jkunu ġestiti b’mod sostenibbli. Eventwalment, din trid tinkludi l-prattiki agrikoli wkoll.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Bil-għan li jkun jista’ jinkiseb is-sehem ta’ 10% ta’ bijokarburanti, huwa meħtieġ li jkun żgurat li jitpoġġew fis-suq taħlit ta’ bijokarburant fid-diżil ogħla minn dawk previsti mill-istandard EN590/2004.

imħassra

Ġustifikazzjoni

B'konformità mal-premessi li l-użu esklussiv ta' bijofjuwils għandu jiġi evitat iżda li għandha tingħata prijorità għal għażla iwsa' ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52) Meta jfasslu s-sistemi ta’ sostenn tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-użu ta’ bijokarburanti li jagħtu benefiċċji addizzjonali – inkluż il-benefiċċju ta’ diversifikazzjoni mogħti minn bijokarburanti magħmulin mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux ta’ l-ikel, u materjal linjoċellulożiku – billi jikkunsidraw l-ispejjeż differenti fil-produzzjoni ta’ enerġija minn bijokarburanti tradizzjonali fuq naħa u ta’ dawn il-bijokarburanti li jagħtu benefiċċji addizzjonali fuq in-naħa l-oħra. L-Istati Membri jistgħu jinkoraġixxi l-investiment fl-iżvilupp tat-teknoloġiji ta’ l-enerġija rinnovabbli li jeħtieġu ż-żmien biex isiru kompetittivi.

 

(52) Meta jfasslu s-sistemi ta’ sostenn tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-użu ta’ bijofjuwils li jagħtu benefiċċji addizzjonali – inklużi l-benefiċċji ta’ diversifikazzjoni mogħti minn bijofjuwils magħmulin mill-iskart, residwi, materjal mhux ta’ l-ikel, u materjal linjoċellulożiku – billi jqisu d-differenza bejn il-prezz tal-produzzjoni ta’ enerġija minn bijofjuwils tradizzjonali u l-prezz ta’ dawn il-bijofjuwils li jagħtu benefiċċji addizzjonali. L-Istati Membri għandhom jinkoraġixxu wkoll l-investiment fir-riċerka u fl-iżvilupp ta' teknoloġiji ta’ l-enerġija rinnovabbli oħra li jeħtieġu ż-żmien biex isiru kompetittivi.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57) Minħabba li l-miri ġenerali biex jintlaħaq sehem ta’ 20% ta’ enerġiji rinnovabbli fil-konsum globali ta’ l-enerġija tal-Komunità u sehem ta’ 10% ta’ bijokarburanti fil-konsum ta’ petrol u diżil għat-trasport f’kull Stat Membru sa l-2020 ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar f’livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċesarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(57) Minħabba li l-miri ġenerali biex jintlaħaq sehem li jorbot ta’ 20% ta’ enerġiji rinnovabbli fil-konsum globali finali ta’ l-enerġija tal-Komunità u sehem li jorbot ta’ 4% ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport f’kull Stat Membru sa l-2015 ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar f’livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċesarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 57 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(57a) Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp b'ħeffa ta' infrastruttura għall-enerġiji rinnovabbli huwa importanti li jiġi żgurat li jkun hemm koerenza sħiħa mad-Direttivi 2000/60/KE, 79/409/KEE, u 92/43/KEE.

Ġustifikazzjoni

L-iżvilupp ta' l-enerġija rinnovabbli għandu isir b'kemm jista' jkun ħeffa u koerenza. L-għażla tat-teknoloġiji ta' l-enerġiji rinnovabbli spiss hija ddeterminata mill-kundizzjonijiet naturali lokali u għalhekk is-sit xieraq għall-bini ta' installazzjonijiet huwa importanti.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Tistabbilixxi miri mandatorji għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum ta’ enerġija u għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport. Hija tistabbilixxi regoli relatati mal-garanziji ta’ l-oriġini, proċeduri amministrattivi u konnessjonijiet mad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku fir-rigward ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Hija tistabbilixxi kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra.

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli li jsaħħaħ l-iskemi nazzjonali attwali ta' sostenn ta' l-Istati Membri u jagħmila possibbli li huma jilħqu l-objettivi ta' żvilupp. Hija tistabbilixxi miri mandatorji nazzjonali u ta' l-UE għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum ta’ enerġija u għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport. Hija tistabbilixxi regoli relatati mal-garanziji ta’ l-oriġini, proċeduri amministrattivi u konnessjonijiet man-netwerks tad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku fir-rigward ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Hija tistabbilixxi kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali għal enerġija minn sorsi rinnovabbli u partikolarment għal enerġija mill-bijomassa u tippermetti l-ilħuq konġunt ta' l-objettivi ta' żvilupp minn aktar minn Stat Membru wieħed.

Ġustifikazzjoni

L-iskop tal-kriterji ta’ sostenibilità għandu jitwessa’ lil hinn mill-bijofjuwils li huma parti żgħira mill-enerġija rinnovabbli, biex ikopri kategoriji sostenibbli ta’ enerġija rinnovabbli kif ukoll l-użu kollu tal-bijomassa għall-enerġija.

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali ta' żvilupp. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tippermettilhom li jilħqu dawn l-objettivi permezz ta' inċentivi xierqa, kif sar s'issa.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt (a a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Il-Kummissjoni tista' taddatta d-definizzjoni għall-progress tekniku skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3);

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' enerġija rinnovabbli, ibbażata fuq id-Direttiva dwar l-Enerġija Elettrika Rinnovabbli 2001/77, ma tkoprix għad ta' sorsi u teknoloġiji mal-ħama ta' ilma użat. Sabiex tqis żviluppi fil-ġejjieni ta' teknoloġiji ġodda l-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata li tbiddel id-definizzjoni permezz ta' proċedura ta' komitoloġija.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "bijomassa" tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi mill-agrikoltura (inklużi sustanzi veġetali u annimali), industriji tal-forestrija u industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart industrijali u muniċipali;

(b) "bijomassa" tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi mill-agrikoltura (inklużi sustanzi veġetali u annimali), industriji tal-forestrija u ta' l-akwakultura u industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart industrijali u muniċipali;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni attwali teskludi l-bijomassa mill-prodotti ta' l-akwakultura bħall-alga. Barra minn hekk, ta' spiss ikun aħjar li l-iskart bijodegradabbli jiġi riċiklat jew magħmul kompost, filwaqt li l-gassijiet meħlusa waqt il-proċessi jistgħu faċilment jiġu użati għall-produzzjoni ta' l-enerġija. Barra minn hekk, peress li l-frazzjoni ta' l-iskart ta' l-industrija u dak muniċipali normalment huma ta' valur enerġetiku baxx, din id-Direttiva għandha tippromovi s-separazzjoni ta' dan it-tip ta' skart.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "konsum finali ta’ l-enerġija" tfisser il-prodotti essenzjali ta’ l-enerġija mwassla għal għanijiet enerġetiċi lill-industrija tal-manifattura, it-trasport, id-djar, is-servizzi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, inkluż il-konsum ta’ elettriku u sħana mill-fergħa ta’ l-enerġija għall-elettriku u l-produzzjoni tas-sħana u inkluż it-telf ta’ elettriku u sħana fid-distribuzzjoni;

(c) "konsum finali ta’ l-enerġija" tfisser il-prodotti essenzjali ta’ l-enerġija mwassla għal għanijiet enerġetiċi lill-industrija tal-manifattura, it-trasport, id-djar, il-kummerċ privat, is-servizzi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, inkluż il-konsum ta’ elettriku u sħana mill-fergħa ta’ l-enerġija għall-produzzjoni ta' l-elettriku u tas-sħana u inkluż it-telf ta’ elettriku u tas-sħana fid-distribuzzjoni;

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt (d)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) "tisħin jew tkessiħ distrettwali" tfisser id-distribuzzjoni ta’ enerġija termali f’forma ta’ fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sors ta’ produzzjoni ċentrali permezz ta’ netwerk lill-bini multiplu, għall-użu ta’ tisħin jew tkessiħ ta’ spazju jew proċess;

(d) "tisħin jew tkessiħ ċentralizzat" tfisser id-distribuzzjoni ta’ enerġija termali f’forma ta’ fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sors ta’ produzzjoni ċentrali permezz ta’ netwerk lil għadd ta' binjiet jew lil konsumatur industrijali, għall-użu ta’ tisħin jew tkessiħ ta’ spazji jew proċessi li tkun ġejja minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt (e)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) "bijolikwidi” tfisser karburant likwidu għal għanijiet ta’ enerġija prodott mill-bijomassa;

(e) "bijomassa għall-enerġija” tfisser fjuwil solidu, likwidu jew f'forma ta' gass għal għanijiet ta’ enerġija prodott mill-bijomassa

Ġustifikazzjoni

Din il-leġiżlazzjoni tkopri l-enerġija kollha prodotta mill-bijomassa, u mhux biss dik użata bħala fjuwil fis-settur tat-trasport jew użata bħala fjuwil likwidu fil-produzzjoni ta' sħana u ta' enerġija. Għalhekk huwa essenzjali li dan it-terminu komprensiv jiġi ddefinit.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt (f)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) "bijokarburanti" tfisser karburant likwidu jew ġassuż għat-trasport prodott mill-bijomassa;

(f) "fjuwils għat-trasport mill-bijomassa" tfisser fjuwil likwidu jew ġassuż għat-trasport prodott mill-bijomassa;

Ġustifikazzjoni

Emenda orizzontali biex it-terminu "bijofjuwil" jinbidel għal wieħed aktar adegwat u preċiż, jiġifieri fjuwil għat-trasport mill-bijomassa. It-terminu bijofjuwil iqarraq lill-konsumaturi peress li f'ħafna pajjiżi 'bijo' hija assoċjata ma' produzzjoni organika u ma' prodotti li jirrispettaw l-ambjent.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt (f a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) "art mistagħdra" tfisser art li hija miksija bl-ilma jew saturata bl-ilma b'mod permanenti jew għal parti sinifikanti mis-sena;

Ġustifikazzjoni

L-art mistagħdra trid tiġi ddefinita f'din id-Direttiva. L-artijiet mistagħdra huma 'mħażen' importanti tal-karbonju u xi bidla fihom tista' twassal biex jinħelsu kwantitajiet sinifikanti ta' gassijiet b'effett ta' serra. Id-definizzjoni attwali tinkludi biċ-ċar l-artijiet tal-pit mhux imbattla mill-ilma, bħall-artijiet tal-pit verġni.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt (g a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) 'Ċertifikat ta' Kontabilità ta' l-Objettiv (TAC)' tfisser dokument elettroniku b'marka speċjali li jservi ta' evidenza li kwantità partikulari ta' enerġija ġiet prodotta minn sorsi rinnovabbli u tista' tiġi kkreditata għall-ilħuq ta' l-objettivi li jorbtu fl-Istat Membru li jkun ħarġuh, jew fi Stati Membri oħra;

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali ta' żvilupp. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tippermettilhom li jilħqu dawn l-objettivi permezz ta' inċentivi xierqa, kif sar s'issa.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt (h)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) “skema ta’ sostenn” tfisser skema, li toriġina minn intervent fis-suq minn Stat Membru, li tgħin l-enerġija minn sorsi rinnovabbli ssib suq billi titnaqqas l-ispiża ta’ produzzjoni ta’ din l-enerġija, b’żieda tal-prezz li bih tista’ tinbiegħ, jew b’żieda, permezz ta’ obbligu ta’ enerġija rinnovabbli jew mod ieħor, tal-volum ta’ din l-enerġija mixtrija;

(h) "skema ta' sostenn" tfisser skema li toħloq jew ittejjeb inċentivi għal-iżvilupp u l-użu ulterjuri ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli. Dawn l-iskemi nazzjonali ta' sostenn huma partikularment magħmula minn ċertifikati ħodor, għotjiet għall-investiment, eżenzjonijiet jew aġevolmenti ta' taxxa, rimborżi tat-taxxa u sistemi ta' sostenn dirett għall-prezzijiet, l-aktar sistemi ta' rimunerazzjoni u ta' primjums għat-tidħil ta' enerġija rinnovabbli fin-netwerk;

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali ta' żvilupp. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tippermettilhom li jilħqu dawn l-objettivi permezz ta' inċentivi xierqa, kif sar s'issa.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt i a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) “art b’valur ta’ konservazzjoni għoli” tfisser

 

- żoni li, fuq livell globali, reġjonali jew nazzjonali, fihom konċentrazzjonijiet sinifikanti ta’ valuri ta’ bijodiversità (eż. endemiżmu, speċijiet fil-periklu ta’ estinsjoni, u reġjuni ġeografiċi li jkennu speċijiet iżolati (refugia));

 

- żoni pajsaġġistiċi kbar, fuq livell globali, reġjonali jew nazzjonali, fejn popolazzjonijiet vijabbli tal-biċċa l-kbira ta’ l-ispeċijiet fl-istat naturali, jekk mhux kollha, jeżistu f’tendenzi naturali ta’ distribuzzjoni u abbundanza;

 

- żoni li jinsabu f'ekosistemi rari, mhedda jew fil-periklu li jiġu estinti, jew li fihom hemm dawn l-ekosistemi;

 

- żoni b'karatteristiċi ta' servizzi naturali bażiċi f’sitwazzjonijiet kritiċi (eż. il-ħarsien tat-tarġiet li minnhom jaqleb l-ilma lejn naħa jew oħra (watershed), il-kontroll ta’ l-erożjoni);

 

- żoni li huma fundamentali għall-finijiet ta' ħtiġijiet bażiċi tal-komunitajiet lokali (pereżempju s-sussistenza, is-saħħa);

 

- zoni kritiċi għall-identità kulturali tradizzjonali tal-komunitajiet lokali (inħawi b’sinifikati kulturali, ekoloġiċi, ekonomiċi jew reliġjużi identifikati b’koperazzjoni ma’ dawn il-komunitajiet lokali).

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni ta’ Art b’Valur ta’ Konservazzjoni Għoli hija meħtieġa għall-Artikolu 15.3. Il-kuntest ta’ Valur ta’ Konservazzjoni Għoli kien oriġinarjament żviluppat mill-Forest Stewardship Council (u issa huwa inkluż fl-iskema ta’ ċertifikazzjoni FSC) u jipprovdi qafas b’saħħtu għall-identifikazzjoni ta’ artijiet li għandhom valur ta’ konservazzjoni għoli li jistgħu jew ma jistgħux ikunu protetti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew mill-konvenzjonijiet internazzjonali.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. L-objettiv aħħari għandu jkun l-eliminazzjoni progressiva ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra mill-użu tal-fjuwils fossili fl-Unjoni Ewropea sa l-1 ta’ Jannar 2050.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun miġġieled it-tibdil fil-klima, fil-futur l-emissjonijiet mill-fjuwils fossili fl-UE jeħtieġ li jonqsu kważi fix-xejn.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu b'mod konġunt jilħqu l-objettivi indikati f'Parti A ta' l-Anness I, sabiex jisfruttaw l-effetti sinerġiċi.

 

(a) Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu joħolqu sistema li tippermetti lil persuni li jittrasferixxi lil partijiet terzi it-TACs li, skond l-Artikolu 10, jistgħu jiġu kkreditati għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali.

 

(b) Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu li, fuq livell statistiku jittrasferixxu bejniethom enerġija minn sorsi rinnovabbli sabiex jikkreditawha għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali tagħhom.

 

(c) L-Istati Membri jistgħu jaqblu li jwettqu proġetti konġunti li fihom Stat Membru jew aktar jappoġjaw proġetti li jippromwovu l-użu ta' enerġiji rinnovabbli fi Stat Membru ieħor bil-għan li l-enerġija rinnovabbli miksuba b'dan il-mod tkun tista' tiġi kkreditata għandhom b'mod proporzjonali.

 

(d) Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu li jilħqu l-objettivi b'mod konġunt, l-aktar billi joħolqu skemi konġunti ta' sostenn transkonfinali jew billi jiftħu l-iskemi nazzjonali tagħhom għal enerġija minn Stati Membri oħra. F'dan il-każ huma jridu juru b'mod konġunt is-sehem ta' l-enerġija rinnovabbli fil-konsum aħħari ta' enerġija li huma kienu jiksbu flimkien li kieku jilħqu l-objettivi tagħhom individwalment.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali ta' żvilupp. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tippermettilhom li jilħqu dawn l-objettivi permezz ta' inċentivi xierqa, kif sar s'issa.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri xierqa biex jiżguraw li s-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli tkun ugwali għal jew taqbeż dawk murija fit-trajettorju indikattiv stabbilita fil-Parti B ta’ l-Anness I.

2. L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri xierqa biex jiżguraw li s-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli tkun ugwali għal jew taqbeż l-objettivi interim minimi li jorbtu stabbiliti fil-Parti B ta’ l-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun żgurat li l-objettivi ġenerali tal-KE u ta' l-Istati Membri għall-2002 jintlaħqu, għandhom jiġu wkoll iffissati miri interim obbligatorji. Ir-rotta indikattiva iffissata fil-Parti B ta' l-Anness I tibda fil-baxx ħafna, u l-akbar żieda fis-sorsi rinnovabbli tkun fl-aħħar snin qabel l-2020. Jekk l-Istati Membri ma jikkonformawx ma' dawn ir-rekwiżiti, ikun ferm diffiċli għalihom li jilħqu l-objettiv tagħhom għall-2020. Għaldaqstant dan għandu jitqies bħala l-minimu assolutament meħtieġ.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport fl-2020 huwa mill-inqas 10% tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport f’dak l-Istat Membru.

3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport bit-triq huwa mill-inqas 4% tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport bit-triq, li minnu talanqas 20% jintlaħaq bl-użu ta' l-elettriku jew ta' l-idroġenu minn sorsi rinnovabbli, bijogass jew fjuwils għat-trasport minn bijomassa linjoċellulożika u minn algi, u li s-sehem ikun talanqas 8-10% fl-2020, li minnu 40-50% jintlaħaq bl-użu ta' l-elettriku jew idroġenu minn sorsi rinnovabbli, bijogass jew fjuwils għat-trasport minn bijomassa linjoċellulożika u minn algi.

 

Fl-2015 għandu jkun hemm deċiżjoni dwar l-objettiv għall-2020, suġġetta għal reviżjoni fil-fond ta' l-esperjenza miksuba mill-politika dwar l-enerġija rinnovabbli fit-trasport, b'attenzjoni speċjali fuq il-konsegwenzi ħżiena li jista' jkun hemm fuq is-sikurezza ta' l-ikel u fuq il-bijodiversità, kif ukoll id-disponibilità kummerċjali ta' fjuwils għat-trasport minn bijomassa linjoċellulożika u/jew minn algi, mill-bijogass u l-użu ta' l-elettriku jew l-idroġenu minn sorsi rinnovabbli.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe enerġija li tgħodd għall-ilħuq ta' l-objettivi fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tissodisfa l-kriterji ambjentali u soċjali stipulati fl-Artikolu 15.

 

L-objettiv ġenerali se jkun suġġett għal reviżjonijiet regolari kull tliet snin li jibdew mill-2015 fuq il-bażi tar-rapporti tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 20.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew White Paper waħda li tistabbilixxi lista komprensiva tal-leġiżlazzjoni relevanti kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-objettiv stipulat f’paragrafu -1.

Ġustifikazzjoni

Ix-xogħol leġiżlattiv ħafna drabi hu frammentat. Li wieħed ikollu dokument wieħed, ippreparat mill-Kummissjoni, li jkopri l-leġiżlazzjoni kollha meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan li progressivament jitneħħew l-emissjonijiet GHG mill-użu tal-fjuwils fossili fl-Unjoni Ewropea se jkun utli ħafna u se jagħmel ix-xogħol leġiżlattiv b’konnessjoni mal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima iktar trasparenti u ċar.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Qabel l-1 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni se tistabbilixxi metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribut ta' l-elettriku u l-idroġenu rinnovabbli għat-taħlita totali tal-fjuwils.

 

Din il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissupplimentaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 21.

Ġustifikazzjoni

Hemm tħassib ġenerali dwar l-objettiv ta' l-10%. F'rapport riċenti l-EEA tat parir li l-konsum ta' l-hekk imsejħa bijofjuwils ta' l-ewwel ġenerazzjoni jinżamm taħt l-10 fil-mija. L-elettriku u l-idroġenu għandhom ikunu parti mis-soluzzjoni. Madankollu, fil-mument huwa diffiċli li jitkejjel il-kontribut ta' dawn il-fjuwils fit-taħlita totali ta' fjuwils. Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta' l-elettriku u l-idroġenu fil-fjuwils għat-trasport, jeħtieġ li tiġi introdotta metodoloġija ta' kalkolu.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Stat Membru li s-sehem tiegħu ta’ l-enerġija mis-sorsi rinnovabbli waqgħu taħt it-trajettorju indikattiv fil-Parti B ta’ l-Anness 1 fil-perjodu immedjatament preċedenti ta’ sentejn għandu jressaq pjan ta’ azzjoni nazzjonali ġdid lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara, fejn jistabbilixxi l-miżuri adegwati biex jiġi żgurat li fil-ġejjieni is-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli jkun daqs, jew jaqbeż it-trajettorju indikattiv f’Parti B ta’ l-Anness I.

3. Stat Membru li s-sehem tiegħu ta’ l-enerġija mis-sorsi rinnovabbli fis-sentejn immedjatament preċedenti ma laħaqx l-objettivi interim li jorbtu stipulati fil-Parti B ta’ l-Anness 1 għandu jressaq pjan ta’ azzjoni nazzjonali ġdid lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara, fejn jistabbilixxi l-miżuri adegwati biex jiġi żgurat li fil-ġejjieni is-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli jkun daqs, jew jaqbeż ir-rotta indikattiva f’Parti B ta’ l-Anness I.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri jridu jipprovdu inċentivi għall-iżvilupp ta' infrastrutturi għar-riforniment ta' vetturi bi fjuwils tal-gass għat-trasport u jiggarantixxu inċentivi, fiż-żmien qasir sa medju, għall-konsumaturi potenzjali ta' dawn il-vetturi sabiex jippromwovu suq wiesa' u joħolqu l-kundizzjonijiet għal mobilità sostenibbli fil-wisa'.

Ġustifikazzjoni

F'kull pajjiż fejn vetturi li jimxu bi fjuwils tal-gass alternattivi ġew introdotti b'suċċess, is-sostenn qawwi mill-Gvern nazzjonali tal-pajjiż - u spiss ta' l-awtoritajiet lokali - kien assolutament meħtieġ. Mingħajr appoġġ mill-Gvern huwa diffiċli li, fiż-żmien qasir sa medju, jinkiseb suċċess fil-promozzjoni ta' suq wiesa' għal dawn il-vetturi.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’pajjiżi terzi għandu jkun ikkunsidrat biss għall-għanijiet ta’ kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-miri nazzjonali jekk:

9. L-elettriku u l-enerġija fis-settur tat-trasport prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’pajjiżi terzi għandu jkun ikkunsidrat biss għall-għanijiet ta’ kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-miri nazzjonali jekk:

(a) huwa kkunsmat fil-Komunità;

(a) huma importati b'mod fiżiku u kkunsmati fil-Komunità.

(b) l-elettriku huwa prodott minn impjant li sar operattiv wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva; kif ukoll

(b) huma prodotti minn impjant li sar operattiv wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva; kif ukoll

(c) l-elettriku jingħata garanzija ta’ l-oriġini li tagħmel parti minn sistema ta’ garanzija ta’ l-oriġini ekwivalenti għal dik stabbilita minn din id-Direttiva.

(c) huma jingħataw garanzija ta’ l-oriġini li tagħmel parti minn sistema ta’ garanzija ta’ l-oriġini ekwivalenti għal dik stabbilita minn din id-Direttiva.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 9 – punt (b) a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-proporzjon ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli mill-produzzjoni totali ta' enerġija fil-pajjiz terz ma jitnaqqas b'riżultat ta' l-importazzjoni ta' l-enerġija fil-Komunità; kif ukoll

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali ta' żvilupp tagħhom. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tippermettilhom li jilħqu dawn l-objettivi permezz ta' inċentivi xierqa, kif sar s'issa.

Emenda          46

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Bħala alternattiva għall-garanziji ta' oriġini, l-Istati Membri jistgħu b'mod volontarju joħorġu TACs, li m'huma mogħtija l-ebda dritt legali minn din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-TACs jikkonformaw mal-paragrafi 1 sa 4. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-TACs ikunu mmarkati b'mod ċar bħala tali, u li jkunu jistgħu jiġu kkanċellati elettronikament.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali ta' żvilupp tagħhom. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tippermettilhom li jilħqu dawn l-objettivi permezz ta' inċentivi xierqa, kif sar s'issa.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 - paragrafu 4 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Il-garanziji ta' l-oriġini (GO) u t-TAC minnhom infushom ma joħolqux id-dritt ta' appoġġ mill-iskemi nazzjonali ta' sostenn.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali ta' żvilupp tagħhom. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tippermettilhom li jilħqu dawn l-objettivi permezz ta' inċentivi xierqa, kif sar s'issa.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – intestatura u paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Korpi kompetenti u reġistri ta’ garanziji ta’ l-oriġini

Korpi kompetenti u reġistri għaċ-Ċertifikati ta' Kontabilità ta' l-Objettiv (TACs)

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar korp kompetenti wieħed li jassumi l-ħidmiet li ġejjin:

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar korp kompetenti wieħed li jassumi l-ħidmiet li ġejjin:

(a) jistabbilixxi u jżomm reġistru nazzjonali ta’ garanziji ta’ l-oriġini;

(a) jistabbilixxi u jżomm reġistru nazzjonali tat-TACs,

(b) joħroġ garanziji ta’ l-oriġini;

(b) joħroġ TACs,

(c) jirreġistra kull trasferiment ta’ garanziji ta’ l-oriġini;

(c) jirreġistra kull trasferiment ta' TACs;

(d) jikkanċella garanziji ta’ l-oriġini;

(d) jikkanċella TACs,

(e) jippubblika rapport annwali dwar il-kwantitajiet ta’ garanziji ta’ l-oriġini maħruġa, dawk trasferiti lil jew minn kull wieħed mill-korpi kompetenti l-oħra u dawk li jitħassru.

(e) jippubblika rapport annwali dwar il-kwantitajiet ta’ TACs maħruġa, dawk trasferiti lil jew minn kull wieħed mill-korpi kompetenti l-oħra u dawk li jitħassru.

 

(Emenda orizzontali: fit-test kollu tad-Direttiva, it-terminu 'garanziji ta' l-oriġini' għandu jinbidel b''Ċertifikati ta' Kontabilità ta' l-Objettiv (TACs)'.)

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali ta' żvilupp tagħhom. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tippermettilhom li jilħqu dawn l-objettivi permezz ta' inċentivi xierqa, kif sar s'issa.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-reġistru nazzjonali tal-garanziji ta’ l-oriġini għandu jirreġistra l-garanziji ta’ l-oriġini miżmuma minn kull persuna. Garanzija ta’ l-oriġini għandha tinżamm biss f’reġistru wieħed fl-istess ħin.

3. Ir-reġistru nazzjonali tat-TACs għandu jirreġistra t-TACs miżmuma minn kull persuna. Fi kwalunkwe mument TAC għandu jinżamm biss f’reġistru wieħed.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali ta' żvilupp tagħhom. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tippermettilhom li jilħqu dawn l-objettivi permezz ta' inċentivi xierqa, kif sar s'issa.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-korp kompetenti għandu jkollu l-unika responsabilità għal kull installazzjoni mħaddma fl-Istat Membru kkonċernat. Huwa m'għandux ikun responsabbli għall-ħruġ ta' TACs minn installazzjonijiet mħaddma fi Stat Membru ieħor. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenza li din id-Direttiva tagħti lill-korpi kompetenti fi Stati Membri oħra ma tiġix vjolata.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali ta' żvilupp tagħhom. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tippermettilhom li jilħqu dawn l-objettivi permezz ta' inċentivi xierqa, kif sar s'issa.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri li ma joħorġu l-ebda TAC jistgħu jiddeċiedu li t-TACs maħruġa fi Stati Membri oħra jridu jiġu kkanċellati skond il-paragrafu 1. F'dan il-każ huma għandhom jaħtru korp kompetenti wieħed li jkun responsabbli ta' dan.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali ta' żvilupp tagħhom. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tippermettilhom li jilħqu dawn l-objettivi permezz ta' inċentivi xierqa, kif sar s'issa.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – intestatura u introduzzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Effetti tal-kanċellazzjoni tal-garanziji ta’ l-oriġini

Effetti tal-kanċellazzjoni tat-TAC

 

1. L-Istati Membri li joħorġu TACs jistgħu jikkreditaw it-TACs maħruġa minn Stati Membri oħra għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali tagħhom skond il-paragrafu 2.

Meta korp kompetenti jikkanċella garanzija ta’ l-oriġini li ma jkunx ħareġ huwa stess, kwantità ekwivalenti ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, għall-għanijiet ta’ kejl ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-miri nazzjonali għandha:

2. Meta korp kompetenti jikkanċella TAC li ma jkunx ħareġ huwa stess, kwantità ekwivalenti ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, għall-għanijiet ta’ kejl ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-miri nazzjonali għandha:

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ilħuq ta' l-objettivi nazzjonali ta' żvilupp tagħhom. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tippermettilhom li jilħqu dawn l-objettivi permezz ta' inċentivi xierqa, kif sar s'issa.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Mekkaniżmu ta' sanzjonijiet diretti

 

1. Sabiex ikun żgurat li l-Istati Membri jkunu konformi b'mod ċar u rigoruż ma' l-objettivi ta' din id-Direttiva l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' sanzjonijiet diretti kontrihom.

 

2. Il-Kummissjoni għandha timponi sanzjonijiet diretti fuq l-Istati Membri li jonqsu li jikkonformaw ma' l-objettivi tad-Direttiva, billi ma jilħqux l-objettivi interim obligatorji stipulati f'Parti B ta' l-Anness I fis-sentejn immedjatament preċedenti u li ma jistgħux juru li kienu rċevew Ċertifikati ta' Kontabilità ta' l-Objettiv minn Stat Membru terz (li jkun qabeż l-objettivi tiegħu) skond l-Artikoli 3 u 9. Fil-każ ta' proġetti konġunti jew Pjanijiet ta' Azzjoni konġunti bejn żewġ Stati Membri jew aktar, il-Kummissjoni għandha timponi penali konġunti fuq dawk l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-implimentazzjoni konġunta jew Pjan konġunt rispettivi, u li ma jkunux laħqu l-objettivi obligatorji konġunti tar-rotta indikattiva tagħhom.

 

3. Il-Kummissjoni għandha taddotta l-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-paragrafu 1 u speċjalment sabiex, sa l-aħħar ta' l-2010, tistabbilixxi l-linji gwida, il-metodi ta' kalkolu u l-ġbir ta' sanzjonijiet għan-non-konformità li huma meħtieġa u sabiex tadotta dispożizzjonijiet iddettaljati għat-twaqqif u t-tmexxija amministrattiva ta' fond speċjali fejn għandu jkun allokat dan id-dħul, skond l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (dħul assenjat). Dawn il-miżuri ta' implimentazzjoni għandu jkollhom ukoll dispożizzjonijiet dwar it-tmexxija u l-użu tal-fond bil-għan li jkun ta' appoġġ għall-proġetti ta' enerġija rinnovabbli fl-Istati membri li jkunu qabżu l-objettivi tagħhom, u b'mod ġenerali sabiex itejjeb u jsaħħaħ ir-riċerka, il-produzzjoni u l-użu ta' enerġiji rinnovabbli u sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika fl-Unjoni Ewropea.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tibda proċedura dwar sanzjonijiet diretti hekk kif l-evalwazzjoni tar-rapport ta' Stat Membru jkun wera li dak l-Istat Membru ma jkunx konformi jew wara li tkun inġabret evidenza li, fi kwalunkwe mument, l-Istat Membru ma jkunx konformi ma' l-obbligi tiegħu.

 

5. Is-sanzjonijiet għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tad-deficit ta' MWh ta' enerġija rinnovabbli ta' Stat Membru meta mqabbel ma' l-objettiv obligatorju tiegħu, u għandhom jiġu ffissati fuq livell xieraq sabiex iservu ta’ inċentiv qawwi sabiex l-Istati Membri jinvestu f’enerġija rinnovabbli, bil-għan li jikkonformaw ma' l-objettivi nazzjonali, jew saħansitra jaqbżuhom.

 

6. Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi, fost l-oħrajn, jissupplimentaha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

 

7. Il-ħlas tas-sanzjoni m'għandux jeżenta lill-Istat Membru mill-obbligu li jilħaq l-objettivi interim obligatorji stipulati fil-Parti B ta' l-Anness I u l-objettiv ġenerali stipulat fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness I. F'dan il-każ ukoll japplika l-Artikolu 4(3).

Ġustifikazzjoni

Fil-liġi tal-KE, il-kwoti u l-levies ilhom jintużaw bħala għodod regolatorji; issa, bħala parti mill-politika ambjentali, għandhom ikunu adottati sanzjonijiet biex jipprovdu inċentiv sabiex l-Istat Membri jkunu konformi. Dawn għandhom ikunu kkalkulati b'mod li jiżguraw li l-Istati Membri jkollhom inċentiv qawwi sabiex jinvestu f'enerġija rinnovabbli sabiex jikkonformaw ma' l-objettivi nazzjonali, jew saħansitra jaqbżuhom. Skond il-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi attwali, ammont ta' 90 Euro għal kull MWh ta’ enerġija rinnovabbli li ma tintlaħaqx jkun bażi xierqa għall-kalkolu tal-penali.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 –paragraph 1 – punt (a a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) il-koerenza tinkiseb bil-proċeduri ta' evalwazzjoni, ippjanar u liċenzjar fid-diversi atti leġiżlattivi attwali ta' l-UE fil-qasam ta' l-ambjent;

Ġustifikazzjoni

Il-proċeduri għall-evalwazzjoni ta' impatti u għall-ħruġ ta' liċenzji huma stabbiliti f'għadd sinifikanti ta' direttivi ta' l-UE. Għal raġunijiet ta' żvilupp bla xkiel ta' l-enerġiji rinnovabbli, il-proċeduri previsti fid-Direttiva l-ġdida dwar l-Enerġiji Rinnovabbli għandhom ikunu koerenti mar-regoli u l-proċeduri eżistenti.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar kull speċifikazzjoni teknika li għandha tintlaħaq minn tagħmir u sistemi ta’ enerġija rinnovabbli biex jibbenefikaw minn skemi ta’ sostenn. Fejn jeżistu standards Ewropej, inklużi eko-tikketti, tikketti ta’ l-enerġija u sistemi oħra ta’ referenza teknika stabbiliti minn korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu espressi skond dawk l-istandards. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi m’għandhomx jippreskrivu fejn it-tagħmir u s-sistemi għandhom jiġu ċċertifikati.

2. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar kull speċifikazzjoni teknika li għandha tintlaħaq minn tagħmir u sistemi ta’ enerġija rinnovabbli biex jibbenefikaw minn skemi ta’ sostenn. Fejn jeżistu standards Ewropej, inklużi eko-tikketti, tikketti ta’ l-enerġija u sistemi oħra ta’ referenza teknika stabbiliti minn korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu espressi skond dawk l-istandards. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi m’għandhomx jimponu fejn it-tagħmir u s-sistemi għandhom jiġu ċċertifikati u m'għandhomx jagħlqu s-swieq nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali m’għandhomx jintużaw biex jipproteġu s-swieq nazzjonali. Ir-restrizzjonijiet li hemm fis-suq intern diġà mhumiex qed iħallu l-iżvilupp ta' l-enerġiji rinnovabbli.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt (a) (b) (ba) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-użu ta’ bini b’rata ta’ enerġija passiva, baxxa jew żero; jew

(a) l-użu ta’ binjiet passivi, jew b'użu baxx ta' enerġija jew mingħajr użu ta' enerġija;

(b) limiti lokali fid-disponibbiltà ta’ riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

(b) limitazzjonijiet lokali fid-disponibbiltà ta’ riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli. jew

 

(ba) kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-effiċjenza ekonomika u l-possibilità teknika.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 4 – punt (b) a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-użu ta' sħana minn impjanti li jikkoġeneraw sħana u enerġija, sakemm ikunu effiċjenti ħafna, kif iddefinit fid-Direttiva ta' l-UE 2004/8/KE.

Ġustifikazzjoni

It-tisħin ċentralizzat minn impjanti li jikkoġeneraw sħana u enerġija huwa ta' kontribut siewi għall-użu effiċjenti ta' materja prima u għat-tnaqqis ta' emissjonijiet tad-CO2. Billi s-sħana ma tistax tiġi titwassal fuq distanzi twal, għandu jsir l-akbar użu tagħha fejn jeżistu netwerks ta' tisħin ċentralizzat. Għaldaqstant, l-użu tat-tisħin ċentralizzat m'għandux ikun ristrett bl-impożizzjoni ta' l-użu ta' sorsi rinnovabbli ta' enerġija.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Istat Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz fuq it-territorju tagħhom ta' teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli li jikkonformaw mad-direttivi li jwasslu għall-marka ta' konformità CE jew ma' standards tekniċi Ewropej jew li huma kkummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw skemi ta’ ċertifikazzjoni għal stallaturi ta’ bojlers u stufi, sistemi fotovoltajċi solari u sistemi termali solari u pompi tas-sħana. Dawk l-iskemi għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra skond dawn il-kriterji.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew l-iskemi ta' kwalifiki ekwivalenti għal installaturi ta’ bojlers u stufi, sistemi fotovoltajċi solari u sistemi termali solari u pompi tas-sħana jkunu disponibbli. L-iskemi ta' ċertifikazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra skond dawn il-kriterji; dan għandu jkun mingħajr ħsara għad-Direttiva 2005/36/KE.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess għas-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ l-elettriku

Aċċess għas-sistema ta’ distribuzzjoni

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li l-iskemi ta' sostenn offruti għall-użu tal-bijogass għall-produzzjoni ta' sħana u enerġija jiġu flimkien ma' skemi ta' sostenn li jkunu finanzjarjament newtri għall-promozzjoni tal-produzzjoni ta' bijometanu ta' kwalità tajba biżżejjed sabiex jiddaħħal fis-sistemi ta' pajpijiet u għall-użu fil-vetturi.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw infrastruttura tad-distribuzzjoni biex jakkomodaw l-iżvilupp ulterjuri tal-produzzjoni ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi l-interkonnetturi bejn l-Istati Membri.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw infrastruttura tad-distribuzzjoni biex jakkomodaw l-iżvilupp ulterjuri tal-produzzjoni ta’ l-elettriku u ta' fjuwils tal-gass għat-trasport (bħall-bijogass/bijometanu) u ta' tisħin u/jew tkessiħ ċentralizzat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi, jekk ikun il-każ, l-interkonnetturi bejn l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li l-iskemi ta' sostenn offruti għall-użu tal-bijogass għall-produzzjoni ta' sħana u enerġija jiġu flimkien ma' skemi ta' sostenn li jkunu finanzjarjament newtri għall-promozzjoni tal-produzzjoni ta' bijometanu ta' kwalità tajba biżżejjed sabiex jiddaħħal fis-sistemi ta' pajpijiet u għall-użu fil-vetturi.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta’ l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jiggarantixxu fit-territorju tagħhom it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Huma għandhom jipprovdu wkoll għal aċċess prijoritarju għas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fit-trażmissjoni ta’ impjanti li jiġġeneraw l-elettriku, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jagħtu prijorità lil impjanti ta’ ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti s-sigurtà tas-sistema ta’ l-elettriku nazzjonali.

2. Mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta’ l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni fit-territorju tagħhom jiggarantixxu l-aċċess prijoritarju għas-sistema ta' distribuzzjoni u t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Huma għandhom jipprovdu wkoll għal aċċess prijoritarju għas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fit-trażmissjoni ta’ impjanti li jiġġeneraw l-elettriku, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jagħtu prijorità lil impjanti ta’ ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti s-sigurtà tas-sistema ta’ l-elettriku nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess prijoritarju għas-sistemi tad-distribuzzjoni huwa importanti sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' sehem ta' l-enerġiji rinnovabbli ta' 20% u huwa ġġustifikat fuq il-bażi tad-diskriminazzjoni li jħabbtu wiċċhom magħhom l-enerġiji rinnovabbli fis-suq ta' l-elettriku. L-enerġija mir-riħ għandha effett pożittiv fuq il-prezzijiet ta' l-enerġija minħabba l-prezz marġinali baxx ta' l-elettriku mir-riħ. Fl-2006 biss, dan il-benefiċċju lill-konsumaturi ta' l-elettriku Ġermaniżi kien ta' EUR 4.98 biljun (studju tal-Ministeru għall-Ambjent Ġermaniż http://www.erneuerbare-energien.de/inhalt/39649/).

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw infrastruttura tan-netwerk tal-gass biex jakkomodaw l-iżvilupp ulterjuri tal-gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi l-interkonnetturi bejn l-Istati Membri.

 

2. Bla ħsara għall-affidabilità tas-sikurezza tan-netwerk tal-gass, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jiggarantixxu t-tidħil fis-sistemi, u d-distribuzzjoni, tal-gass prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, b'aċċess prijoritarju.

 

3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet nazzjonali tan-netwerks tal-gass jippubblikaw ir-regoli standard tagħhom li jikkonċernaw l-investimenti għall-adattament tekniku meħtieġ.

 

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talba għall-ħlas ta' tariffi għat-trasport u għad-distribuzzjoni ma tiddiskriminax kontra l-gass prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u li dawn jirriflettu l-vantaġġi f'termini ta' nefqa li jista' jkun hemm minħabba l-konnessjoni ta’ l-impjant man-netwerk tal-gass.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkunu ppjanati dispożizzjonijiet għall-produzzjoni ta' gass kif ukoll ta' elettriku.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Kategoriji sostenibbli ta’ enerġija rinnovabbli

 

1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, proġetti ta’ enerġija rinnovabbli se jkunu meqjusa bħala ambjentalment sostenibbli jekk jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

 

2. Sakemm jissodisfaw ir-regoli nazzjonali għall-ippjanar u r-regolamenti li jimplimentaw id-dispożizjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-kategoriji li ġejjin ta’ enerġija rinnovabbli għandhom ikunu meqjusa bħala kompatibbli ma’ dan l-Artikolu:

 

(a) il-forom kollha ta' elettriku fotovoltajku, ħlief meta Stati Membri jistabbilixxu limitu massimu li ma jistax ikun anqas minn 1MW għall-unitajiet kollha ta' applikazzjoni waħda ta' ppjanar, u li f'każ li jinqabeż ikun jinħtieġ studju ta’ l-impatt ambjentali;

 

(b) l-elettriku mit-turbini tar-riħ, sakemm jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5;

 

(c) l-impjanti fuq skala kbira ta’ l-enerġija solari kkonċentrata, sakemm dawn ma jitqegħdux art agrikola li bħalissa hija produttiva; madanakollu l-Istati Membri jistgħu jitolbu studji ta’ l-impatt ambjentali għal impjanti ta’ iktar minn 5MW li jinsabu fiż-żoni sensittivi mniżżla f’dan l-Artikolu u fuq gżejjer żgħar;

 

(d) l-impjanti għall-koġenerazzjoni tas-sħana u l-enerġija li jużaw kwalunkwe forma ta’ bijomassa b’kapaċità ta’ inqas minn 5MW;

 

(e) il-forom kollha ta’ elettriku ġġenerat fuq farms minn fjuwils mhux fossili, li huma suġġetti għall-Artikoli 12 u 14;

 

(f) il-konverżjoni tad-CO2 fi fjuwil fuq skala industrijali bl-użu ta' l-algi bħala aġent jew bl-użu ta’ teknoloġija simili, b’mod partikolari meta din l-enerġija tkun parti integrali mill-iskema tal-qbid, l-użu u l-ħażna tal-karbonju minn impjant li jiġġenera l-elettriku permezz tal-fjuwils fossili jew minn impjant industrijali b'użu għoli ta' enerġija.

 

Teknoloġiji ġodda ta’ enerġija rinnovabbli li, meta daħlet fis-seħħ din id-Direttiva, ma kinux ġew murija fil-prattika, u li biċ-ċar jissodisfaw il-kriterji f’dan l-Artikolu, jistgħu jiżdiedu b’mod temporanju ma’ dan il-paragrafu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), sakemm issir reviżjoni ta’ din id-Direttiva.

 

3. Minkejja dan kwalunkwe impjant jew proġett li ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti f’paragrafu 2 jista’ jitqies bħala konsistenti mat-termini ta’ dan l-Artikolu u ta’ l-Artikolu 15, sakemm ikun hemm studjuta’ l-impatt ambjentali li jikkonferma li l-impjant jew il-proġett jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

 

4. B’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12(5), il-Kummissjoni għandha tipproponi leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-effiċjenza tal-konverżjoni ta’ l-enerġija ta’ fjuwils prodotti skond l-Artikolu 15 għall-użu fis-settur tat-trasport.

 

5. L-Istati Membri jistgħu jallokaw partijiet speċifiċi mit-territorji tagħhom, bħall-parks nazzjonali jew reġjonali, inħawi li għandhom valur għoli ta’ bijodiversità, inħawi relatati mal-migrazzjoni ta' l-għasafar, inħawi ta' sbuħija naturali eċċezzjonali jew pajsaġġi li huma wirt nazzjonali, inħawi mniżżla fid-Direttiva dwar il-Habitats u/jew f’regolamenti internazzjonali oħra dwar il-bijodiversità, li jistgħu jkunu esklużi mill-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, kemm għall-produzzjoni kollha ta’ l-enerġija u kemm għal teknoloġiji rinnovabbli speċifiċi;

Ġustifikazzjoni

Fil-proposta tal-Kummissjoni, it-trattament tagħha tal-kriterji ta’ sostenibilità huwa kważi kollu negattiv, ikkaratterizzat mit-twaqqif ta’ “no-go areas”. Dan l-Artikolu ġdid qed jipprova jerġa’ jindirizza dan il-bilanċ negattiv billi jenfasizza dawk it-teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli li, skond ċertu kundizzjonijiet bħall-iskala u l-lokazzjoni, ma joħolqu l-ebda kwisjtoni sinifikanti dwar sostenibilità, u għalhekk ineħħu l-piż tal-ġustifikazzjoni f'ċertu Stati Membri. Dan l-abbozz mhux intenzjonat biex ikun lista definittiva u b’mod espliċitu jippermetti teknoloġiji kemm eżistenti u kemm futuri, li jilħqu l-istess livell ta’ sostenibilità, li jkunu “fast-tracked” għal skopijiet ta’ pjanar u investiment.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra

Kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali u soċjali għall-enerġija mill-bijomassa

Ġustifikazzjoni

Apparti l-kriterji ambjentali hemm ħtieġa wkoll għal kriterji soċjali

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – introduzzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet elenkati taħt l-ittri (a), (b) u (c) hawn taħt jekk jissodisfaw biss il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5:

1. L-enerġija mill-bijomassa għandha tiġi kkunsidrata biss, għall-għanijiet mniżżla fl-ittri (a), (b) u (c) hawn taħt, jekk tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8:

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni sostenibbli m'għandhiex tkun limitata biss għas-sostenibilità ambjentali. Il-problemi soċjali u l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-produzzjoni tal-bijofjuwils u li huma ddokumentati sew juru li l-istandards soċjali għandhom jiddaħħlu fil-kriterji ta' sostenibilità ta' l-UE għall-bijofjuwils.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 –paragraph 1 – punt (a a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) il-kejl tal-konformità tal-fjuwils għat-trasport mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwils;

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli għall-bijofjuwils għas-settur tat-trasport għandhom ikunu armonizzati kemm fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli kif ukoll fid-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Fjuwils. Għaldaqstant, tinħtieġ riferenza reċiproka biex ikun żġurat li l-istess regoli japplikaw għaż-żewġ Direttivi.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsidrat għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-inqas 35%.

2. L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra bl-użu ta’ fjuwils għat-trasport mill-bijomassa kkunsidrat għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-inqas 45% minn meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva u talanqas 60% mill-1 ta' Jannar 2015.

Fil-każ ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra prodotti minn impjanti li kienu operattivi f’Jannar 2008, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta’ April 2013.

Fil-każ ta’ fjuwils għat-trasport mill-bijomassa prodotti minn impjanti li kienu operattivi f’Jannar 2009, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli rikonoxxut ta’ bijodiversità, jiġifieri li art li kellha wieħed mill-istati li ġejjin fi jew wara Jannar 2008, sew jekk l-art għad għandha dan l-istatus jew le:

3. L-enerġija mill-bijomassa kkunsidrata għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhiex tiġi pprodotta minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli rikonoxxut ta’ bijodiversità, sakemm l-evidenza mogħtija ma turix li hija toriġina minn prattiki ta mmaniġġjar sostenibbli u li l-produzzjoni u l-estrazzjoni ta dik il-materja prima ma jfixklux il-bijodiversità, u/jew l-evidenza mogħtija turi li l-kompożizzjoni ta' l-ispeċijiet u l-proċessi naturali se jkunu stabbiliti mill-ġdid wara li jsir intervent. Dan jinkludi art li, f'Novembru 2005 jew wara, kellha wieħed mill-istati li ġejjin, sew jekk l-art għad għandha dan l-istatus kif ukoll jekk le:

 

 

Ġustifikazzjoni

Il-lista proposta ta’ “no-go areas” tħalli barra ċerti inħawi sensittivi u għandha tkun ikkumplimentata, pereżempju, billi jiġu adottati l-kategoriji ta’ Art b’Valur Għoli ta’ Konservazzjoni”. Fil-proposta oriġinali, l-artijiet jew huma miftuħa għal produzzjoni sħiħa ta’ bijofjuwils jew huwa pprojbit li jsir dan l-użu minnhom. Fl-Ewropa, kif ukoll f’partijiet oħra, l-immaniġġjar sostenibbli għandu jkun possibbli, sabiex ammonti limitati ta’ bijomassa jkunu jistgħu intuzaw, jekk dawn jintużaw b’mod sostenibbli.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Art b'Valur Għoli ta' Konservazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-użu tal-bijomassa għat-trasport għandu jkun limitat għall-materja prima mingħajr impatti fuq l-użu ta' l-art jew fejn ikun jista' jiġi ppruvat li jkun hemm titjib fil-qbid tal-karbonju, l-użu tal-bijomassa għal skopijiet oħra ta' enerġija jeħtieġ li jkun regolarizzat sabiex ikun evitat li jkun hemm impatti ambjentali negattivi.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) foresta mhux disturbata minn attività umana sinifikanti, jiġifieri, foresta fejn ma sar l-ebda intervent uman sinifikanti magħruf jew fejn l-aħħar intervent uman sinifikanti ilu biżżejjed li sar tant li ppermetta li l-kompożizzjoni u l-proċessi ta’ l-ispeċi naturali jkunu stabbiliti mill-ġdid;

(a) foresta mhux disturbata minn attività sinifikanti tal-bniedem, jiġifieri, foresta fejn ma sar l-ebda intervent sinifikanti magħruf tal-bniedem jew fejn l-aħħar intervent sinifikanti tal-bniedem ilu biżżejjed li sar tant li ppermetta li l-kompożizzjoni ta' l-ispeċijiet u l-proċessi naturali jkunu stabbiliti mill-ġdid; sakemm ma tingħatax evidenza li kwalunkwe intervent tal-bniedem kien u se jibqa' jkun ta' intensità u ta' perjodiċità li jippermettu li jinżammu l-kompożizzjoni ta' l-ispeċijiet u l-proċessi naturali;

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-użu tal-bijomassa għat-trasport għandu jkun limitat għall-materja prima mingħajr impatti fuq l-użu ta' l-art jew fejn ikun jista' jiġi ppruvat li jkun hemm titjib fil-qbid tal-karbonju, l-użu tal-bijomassa għal skopijiet oħra ta' enerġija jeħtieġ li jkun regolarizzat sabiex ikun evitat li jkun hemm impatti ambjentali negattivi.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) żoni indikati għal għanijiet ta’ ħarsien tan-natura, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk l-għanijiet.

(b) żoni indikati għal għanijiet ta’ ħarsien tan-natura, inklużi dawk indikati għall-ħarsien ta' ekosistemi jew speċijiet rari, mhedda jew fil-periklu li huma rikonoxxuti bi ftehimiet internazzjonali, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk l-għanijiet

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-użu tal-bijomassa għat-trasport għandu jkun limitat għall-materja prima mingħajr impatti fuq l-użu ta' l-art jew fejn ikun jista' jiġi ppruvat li jkun hemm titjib fil-qbid tal-karbonju, l-użu tal-bijomassa għal skopijiet oħra ta' enerġija jeħtieġ li jkun regolarizzat sabiex ikun evitat li jkun hemm impatti ambjentali negattivi.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkundistrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f’Jannar 2008 u li m’għadx għandha iktar dan l-istatus:

4. L-enerġija mill-bijomassa kkundistrata għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jiġifieri art li, f'Novembru 2005, kellha waħda mill-istati li ġejjin u li m’għadx għandha iktar dan l-istatus:

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) savana jew art bl-arbuxelli, jiġifieri nħawi fejn hemm taħlita ta' siġar, arbuxelli u ħaxix u li jħaddnu riservi kbar ta' karbonju;

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-użu tal-bijomassa għat-trasport għandu jkun limitat għall-materja prima mingħajr impatti fuq l-użu ta' l-art jew fejn ikun jista' jiġi ppruvat li jkun hemm titjib fil-qbid tal-karbonju, l-użu tal-bijomassa għal skopijiet oħra ta' enerġija jeħtieġ li jkun regolarizzat sabiex ikun evitat li jkun hemm impatti ambjentali negattivi.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dispożizzjonijiet f’dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw jekk fiż-żmien meta nkisbet il-materja prima, l-art kellha l-istess status li kellha f’Jannar 2008.

Id-dispożizzjonijiet f’dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw jekk fiż-żmien meta nkisbet il-materja prima, l-art kellha l-istess status li kellha f’Novembru 2005.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Mingħajr ma jingħata kas jekk il-materja prima tkabbritx fit-territorju tal-Komunità jew barra minnu, il-bijomassa għall-enerġija titqies biss għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jekk ikunu ttieħdu miżuri effettivi biex jevitaw:

 

(a) id-deterjorazzjoni tal-kwalità ta’ l-ilma ta' taħt l-art u tal-wiċċ minħabba d-dħul ta' sustanzi li jniġġsu u ammonti eċċessivi ta’ nutrijenti;

 

(b) il-konsum eċċessiv ta’ l-ilma f’inħawi fejn l-ilma hu skars.

 

(c) it-tniġġis ta' l-arja;

 

(d) id-deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ħamrija.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Materji primi agrikoli kkultivati fil-Komunità u użati għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsdirati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jinkisbu skond ir-rekwiżiti u l-istandards taħt id-dispożizzjonijiet elenkati f’punt A ta’ l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/200317 taħt l-intestatura "Ambjent" u skond ir-rekwiżiti minimi għal kundizzjoni tajba agrikola u ambjentali definita skond l-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament.

5. Materji primi agrikoli kkultivati fil-Komunità u użati għall-produzzjoni ta’ enerġija mill-bijomassa kkunsidrata għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jinkisbu skond ir-rekwiżiti u l-istandards taħt id-dispożizzjonijiet elenkati f’punt A ta’ l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 taħt l-intestatura "Ambjent" u skond ir-rekwiżiti minimi għal kundizzjoni tajba agrikola u ambjentali definita skond l-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar ir-rekwiżiti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi enerġetiċi tal-bijomassa, minbarra bijokarburanti u bijolikwidi oħra, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi oħra għall-enerġija mill-bijomassa, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

7. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar kwalunkwe rekwiżiti ulterjuri għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi enerġetiċi tal-bijomassa, minbarra bijofjuwils u bijolikwidi oħra, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2009. Ir-rapport għandu jqis ir-regolamenti, l-istandards u l-prinċipji attwali dwar is-silvikultura sostenibbli u l-ħidma li għaddejja sabiex jiġu żviluppati standards f'dan il-qasam. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, bi proposti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi oħra għall-enerġija mill-bijomassa, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

It-twessigħ eventwali tal-kriterji tas-sostenibilità biex ikopru l-bijomassa jrid jirrikonoxxi l-prinċipji u r-regolamentazzjoni eżistenti dwar is-silvikultura sostenibbli kif ukoll l-istandards li qed jiġu żviluppati.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Il-bijomassa għall-enerġija m'għandhiex titqies għall-finijiet imsemmija f'paragrafu 1 sakemm ma jistax jintwera mill-operaturi ekonomiċi li l-produzzjoni tal-materja prima seħħet b'konformità mal-kriterji li ġejjin:

 

(a) ir-rispett għad-drittijiet fuq l-art ta' komunitajiet lokali u popli indiġeni, kif stipulat fil-konvenzjonijiet, dikjarazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod li:

 

- id-dritt ta' l-użu ta' l-art ikun jista' jiġi muri;

 

- l-użu ta' l-art ma jdgħajjifx id-drittijiet legali, tradizzjonali jew ta' użanza ta' utenti oħra mingħajr il-kunsens liberu, preċedenti u infurmat tagħhom,

 

(b) ir-rispett tar-regoli dwar il-ħarsien tat-tfal ispirati min-Nazzjonijiet Uniti;

 

(c) il-konformità mal-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema kif ukoll is-salarji minimi;

 

d) il-konformità ma' l-istandards li jinsabu fil-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol;

 

Il-konformità mal-kriterji mniżżla f'dan il-paragrafu għandha tkun ivverifikata skond l-Artikolu 16, jew permezz tal-parteċipazzjoni fi skemi volontarji internazzjonali jew nazzjonali li jiċċertifikaw li l-produzzjoni tissodisfa l-istandards ta' dan il-paragrafu. Għall-produtturi ta' daqs żgħir għandha tkun approvata ċ-ċertifikazzjoni ta' grupp.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Il-Kummissjoni għandha taħtar kumitat ta' esperti indipendenti biex jiżviluppa mekkaniżmu sabiex jistudja u jindirizza l-effetti indiretti tal-bijoenerġija fuq il-bdil fl-użu ta' l-art u l-effett indirett fuq id-degradazzjoni ta' foresti naturali jew ekosistemi naturali oħra, u li jrid jiġi applikat mhux aktar tard mil-31 ta' Diċembru 2010. Huwa essenzjali li jitqiesu l-effetti indiretti.

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni sostenibbli m'għandhiex tkun limitata biss għas-sostenibilità ambjentali. Il-problemi soċjali u l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-produzzjoni tal-bijofjuwils u li huma ddokumentati sew juru li l-istandards soċjali għandhom jiddaħħlu fil-kriterji ta' sostenibilità ta' l-UE għall-bijofjuwils.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 - paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 15 kienu sodisfatti. Għal dan il-għan għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa u jipprovdu dan li ġej:

1. Fejn l-enerġija mill-bijomassa għandha tiġi kkunsidrata għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-kriterji ta’ sostenibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 15 kienu sodisfati. Għal dan il-għan għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa li tipprovdi dan li ġej:

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kunsinni ta’ materja prima jew bijokarburant b’karatteristiċi ta’ sostenibbiltà differenti jistgħu jkunu mħallta;

(a) kunsinni ta’ materja prima jew bijofjuwil b’karatteristiċi ta’ sostenibbiltà differenti jistgħu jkunu mħallta sakemm il-kunsinni kollha jissodisfaw il-kriterji ta sostenibilità stipulati fl-Artikolu 15;

Ġustifikazzjoni

Il-kunsinni kollha għandhom jissodisfaw il-kriterji, inkella jkun hemm riskju ovvju li l-bijofjuwils u l-bijolikwidi li għandhom prestazzjoni baxxa ta’ GHG sempliċiment jitħalltu mal-bijofjuwils u l-bijolikwidi li għandhom prestazzjoni għolja, bir-riżultat li dawn jaqbżu l-kriterji.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rapport tagħha għall-2009, il-Kummissjoni għandha tipproponi wkoll skema għall-verifikazzjoni tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibilità stipulati fl-Artikolu 15 għall-forom kollha ta’ enerġija mill-bijomassa.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li qed jiġi propost li l-kriterji jkunu estiżi mill-bijofjuwils għal kull użu ta’ enerġija tal-bijomassa, hemm nuqqas ta' metodoloġija robusta għall-verifikazzjoni tal-konformità għal użi oħra ta’ l-enerġija tal-bijomassa apparti l-bijofjuwils. Għaldaqstant, fl-2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta din l-estensjoni f'rapport.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ftehimiet bilaterali u multilaterali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi juru li bijokarburanti u bijolikwidi oħra prodotti minn materji primi kkultivati f’dawk il-pajjiżi jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali fil-paragrafi 3 jew 4 ta’ l-Artikolu 15.

4. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehimiet bilaterali u multilaterali bejn il-Komunità u pajjiżi terzi sabiex tiggarantixxi li enerġija mill-bijomassa prodotta minn materja prima kkultivata f’dawk il-pajjiżi tikkonforma mal-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali fil-paragrafi 3, 4, 7a u 8 ta’ l-Artikolu 15. Il-ftehimiet għandhom jinkludu miżuri biex jiggarantixxu l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-bijomassa jkollhom data preċiża għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 15(2) jew juru li l-kunsinni ta’ bijokarburant jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali fil-paragrafi 3 jew 4 ta’ l-Artikolu 15.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-bijomassa jkollhom data preċiża għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 15(2) jew juru li l-kunsinni ta’ enerġija mill-bijomassa jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali fil-paragrafi 3 jew 4 ta’ l-Artikolu 15.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi nazzjonali, multinazzjonali jew internazzjonali biex jikkalkulaw l-iffrankar ta’ gassijiet serra jkollhom data preċiża għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 15(2).

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi nazzjonali, multinazzjonali jew internazzjonali biex jikkalkulaw l-iffrankar ta’ l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra jkollhom data preċiża għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 15(2).

Ġustifikazzjoni

Tirreferi għall-emenda 33 minn Anders Wijkman li ddaħħal paragrafu ġdid (paragrafu 7a) ma' l-Artikolu 15 u l-emenda mressqa minn Wijkman, Bowis u Corbey dwar il-paragrafu 8 (ġdid) ta' l-Artikolu 15.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Deċiżjonijiet skond il-paragrafu 4 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin.

(6) Deċiżjonijiet skond il-paragrafu 4 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jkunu rrevokati aktar kmieni jekk l-evidenza turi li l-istandards ta' sostenibilità ma jkunux ġew imħarsa jew jekk il-ftehimiet jonqsu milli jiżguraw standards xierqa ta' affidabilità, trasparenza u verifika indipendenti fuq bażi regolari u frekwenti.

Ġustifikazzjoni

Skond l-Artikolu 16.6, id-deċiżjonijiet sabiex jiġu inklużi ftehimiet u skemi internazzjonali huma validi għal mhux aktar minn 5 snin. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu wkoll jiġu rrevokati qabel iż-żmien, jekk ikun hemm evidenza li l-ftehimiet jew l-iskemi ma jissodisfawx il-kriterji meħtieġa jew l-istandards adegwati ta' affidabilità, trasparenza u verifika indipendenti.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kalkolu ta’ l-impatt tal-gassijiet serra ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra

Kalkolu ta’ l-impatt tal-gassijiet b'effett ta' serra ta’ l-enerġija mill-bijomassa

Ġustifikazzjoni

'Bidliet indiretti ta' l-użu ta' l-art' tfisser li meta art tintuża għall-produzzjoni tal-bijofjuwils minflok għall-produzzjoni ta' l-ikel, x'imkien ieħor fid-dinja l-produzzjoni ta' l-ikel tiżdied biex tissostitwixxi dan it-tnaqqis ta' produzzjoni ta' ikel, iżda dan ikun a skapitu ta' foresti tropikali jew ta' artijiet oħra mhux agrikoli. Dan għandu impatt negattiv fuq ir-rendiment tal-bijofjuwils f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra; madankollu il-Kummissjoni dan ma tqisux. Għaldaqstant jinħtieġ li jiddaħħal fattur li jnaqqas l-impatt tal-bidliet indiretti ta' l-użu ta' l-art mill-valuri standard jew reali tal-bijofjuwils f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra. Dan ikun jipprovdi inċentiv sabiex jintużaw uċuħ aktar effiċjenti u użu ta' l-art aktar effiċjenti.

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-iffrankar ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ bijokarburant u bijolikwidi oħra għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 15(2) għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

1. L-iffrankar ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra mill-użu ta’ enerġija mill-bijomassa għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 15(2) għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

Ġustifikazzjoni

'Bidliet indiretti ta' l-użu ta' l-art' tfisser li meta art tintuża għall-produzzjoni tal-bijofjuwils minflok għall-produzzjoni ta' l-ikel, x'imkien ieħor fid-dinja l-produzzjoni ta' l-ikel tiżdied biex tissostitwixxi dan it-tnaqqis ta' produzzjoni ta' ikel, iżda dan ikun a skapitu ta' foresti tropikali jew ta' artijiet oħra mhux agrikoli. Dan għandu impatt negattiv fuq ir-rendiment tal-bijofjuwils f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra; madankollu il-Kummissjoni dan ma tqisux. Għaldaqstant jinħtieġ li jiddaħħal fattur li jnaqqas l-impatt tal-bidliet indiretti ta' l-użu ta' l-art mill-valuri standard jew reali tal-bijofjuwils f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra. Dan ikun jipprovdi inċentiv sabiex jintużaw uċuħ aktar effiċjenti u użu ta' l-art aktar effiċjenti.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għal bijokarburanti, fejn valur awtomatiċi għall-iffrankar ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għal mogħdija ta’ produzzjoni tal-bijokarburanti hija stabbilita fil-Parti A jew B ta’ l-Anness VII, bl-użu ta’ dak il-valur awtomatiku;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-użu ta' valuri reali għandu jkun ippreferut. L-użu ta' valuri standard diżaggregati huwa possibbli għal ċerti stadji tal-proċess ta' produzzjoni.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 - paragrafu 1 - punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) L-emissjonijiet ikkawżati minn tibdil indirett fl-użu ta' l-art, kif speċifikat fil-Parti C ta' l-Anness VII, għandhom jiġu miżjuda sakemm il-produzzjoni ma tkunx ibbażata fuq materja prima li ma tirrikjedix l-użu ta' art agrikola, mergħat jew art b'uċuħ permanenti, inkluż skart.

Ġustifikazzjoni

L-emissjonijiet mill-bidliet indiretti ta' l-użu ta' l-art mhumiex koperti mill-proposta tal-Kummissjoni. Riċerka riċenti turi li dawn l-emissjonijiet jistgħu jkunu sinifikanti. Għaldaqstant jinħtieġ li l-emissjonijiet jiżdiedu ma' valuri standard, kif ukoll ma' kwalunkwe valur ikkalkulat.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport li jinkludi lista ta’ dawk l-entitajiet fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell NUTS 2 fir-Regolament (KE) 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materji primi agrikoli jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura "kultivazzjoni" fil-Parti D ta’ l-Anness VII ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użata għall-istabbiliment ta’ dik il-lista. Il-metodu għandu jikkunsidra l-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-ħsad mistenni mill-materja prima.

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport li jinkludi lista ta’ dawk l-entitajiet fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell NUTS 2 fir-Regolament (KE) 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet b'effett ta' serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas minn, jew daqs, l-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura "kultivazzjoni" fil-Parti D ta’ l-Anness VII ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użata għat-tfassil ta’ dik il-lista.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-valuri default fil-Part A ta’ l-Anness VII għal bijokarburanti, u l-valuri awtomatiċi diżaggregati għal kultivazzjoni fil-Parti D ta’ l-Anness VII għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, għandhom japplikaw biss meta l-materji primi tagħhom huma kkultivati:

3. Il-valuri standard diżaggregati għal kultivazzjoni fil-Parti D ta’ l-Anness VII għal fjuwils għat-trasport u fjuwils likwidi mill-bijomassa jistgħu japplikaw biss meta l-materja prima tagħhom hija kkultivata:

Ġustifikazzjoni

Il-valuri attwali għandhom ikunu l-aħjar għażla. Il-valuri standard diżaggregati għall-kultivazzjoni għandhom jintużaw biss meta l-materja prima toriġina minn pajjiżi terzi u minn artijiet mhux maħduma, marġinali u degradati li jkunu ġew identifikati fil-paragrafu 2.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-valuri tipiċi u awtomatiċi stmati fl-Anness VII Parti B u Parti E, u tagħti attenzjoni partikolari għall-emissjonijiet mit-trasport u l-ipproċessar, u tista’, fejn meħtieġ, tiddeċiedi li tikkoreġi l-valuri. Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 21(3).

4. Kull tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-valuri tipiċi u standard fl-Anness VII u tagħti attenzjoni partikolari għall-emissjonijiet mill-kultivazzjoni. Fir-rigward tal-valuri tipiċi u standard għall-kultivazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valuri li jirriflettu l-kundizzjonijiet reġjonali u klimatiċi. Fil-proċess ta’ reviżjoni, se jintalbu l-opinjonijiet tal-produtturi kemm f’pajjiżi terzi u kemm fil-Komunità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa, u jekk ikun hemm bżonn tipproponi, valuri tipiċi u standard għall-kultivazzjoni fuq il-bażi ta' metodi ta’ agrikoltura sostenibbli u ta' biedja organika. Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3). Il-valuri għall-emissjonijiet ikkawżati minn bidliet indiretti ta' l-użu ta' l-art, kif speċifikat fil-Parti C ta' l-Anness VII, għandhom ikunu riveduti kull tliet snin fuq il-bażi ta' l-aħħar evidenza xjentifika u jistgħu jiġu adattati għall-valuri speċifiċi ta' l-użu ta' l-art u/jew tal-materja prima.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fil-każijiet l-oħra kollha l-valuri awtomatiċi għandhom ikunu konservattivi meta mqabbla mal-proċessi ta’ produzzjoni normali.

(b) fil-każijiet l-oħra kollha, il-valuri standard għandhom jikkorrispondu għal 90% tal-valuri relatati mal-proċessi ta’ produzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-valuri standard għandhom ikunu stipulati skond regola konsistenti u, sabiex ma jkunux ta' vantaġġ għal dawk li l-anqas jirrendu, għandhom ikunu konservattivi.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-bijokarburanti

Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-promozzjoni ta l-użu ta enerġija rinnovabbli fit-trasport

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ bijokarburanti u karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport. Għal perċentwali ta’ bijokarburanti, mħallta f’derivattivi ta’ żejt minerali, li jaqbżu l-valur limitu ta’ 10% fil-volum, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li dan ikun indikat fil-postijiet ta’ bejgħ.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jingħata informazzjoni ddettaljata dwar id-disponibbiltà u l-benefiċċji ambjentali tas-sorsi differenti kollha ta enerġija rinnovabbli għat-trasport. Meta l- perċentwali ta’ bijofjuwils, mħallta f’derivattivi ta’ żejt minerali, jaqbżu l-10% fil-volum, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li dan ikun indikat fil-postijiet ta’ bejgħ.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni għandha tkun disponibbli mhux biss għall-bijofjuwils, iżda għat-tipi kollha ta’ enerġija rinnovabbli għat-trasport.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw bħala “EuroBijo Petrol” u “EuroBijo Dizil” dawk il-fjuwils tal-petrol u d-diżil li huma derivati mill-idrotrattament ta’ żjut veġitali u żjut ta’ l-annimali jew miż-żjut minn piroliżi derivati minn kwalunkwe forma ta’ bijomassa u li, mill-aspett kimiku u f'termini ta' prestazzjoni, ma jintgħarfux mill-petrol u mid-diżil derivati mill-fjuwils fossili, jew li huma aħjar minnhom, bil-kundizzjoni li s-sehem tal-bijofjuwils fit-total ta’ fjuwils huwa ta' 50% jew aktar u li l-idroġenu użat ma jkunx derivat minn fjuwils fossili.

Ġustifikazzjoni

Kif inhu magħruf sew mill-introduzzjoni tal-petrol mingħajr ċomb fis-snin tmenin u disgħin u mir-riċerka sussegwenti tas-suq mill-kumpaniji taż-żejt u mill-bejjiegħa tal-fjuwils għall-konsumaturi, il-konsumaturi wieġbu tajjeb u malajr għall-introduzzjoni ta' fjuwils “ħodor”. Dan il-paragrafu huwa intenzjonat sabiex jipprovdi spinta qawwija lid-domanda tal-konsumaturi għall-aħjar alternattivi għall-fjuwils fossili u għal dawk li huma l-iktar sostenibbli minnhom, filwaqt li jirrikonoxxi li l-manifatturi tal-fjuwils se jieħdu ż-żmien biex iżidu l-produzzjoni biex jilħqu l-istandard “aħdar”massimu, jiġifieri taħlitiet ta’ 50-100% ta’ fjuwils li mhumiex fossili.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw bħala “EuroBioblend Petrol” u l-“EuroBioblend Dizil” kwalunkwe taħlita ta’ petrol jew diżil imsemmija f’paragrafu 1a li fiha l-proporzjon ta’ bijofjuwil fit-taħlita huwa talanqas 10% iżda inqas minn 50%. Il-proporzjon tal-bijofjuwils użati għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi mgħolli biex jiġi konformi ma' dak stipulat fl-Artikolu 15(2).

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li karburant diżil li jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness V ikun disponibbli sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010 fl-istazzjonijiet tal-karburant b’aktar minn żewġ pompi li jbigħu id-diżil.

imħassar

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li karburant diżil li jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI, jew karburant diżil ieħor b’mhux inqas minn 5% ta’ kontenut ta’ bijokarburant fil-volum, huwa disponibbli sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014 fl-istazzjonijiet tal-karburant b’aktar minn żewġ pompi li jbigħu id-diżil.

imħassar

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri biex jiggarantixxu li jkun hemm biżżejjed għażliet ta' forniment ta' fjuwils għall-vetturi mingħajr emissjonijiet.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' infrastruttura spiss iżżomm lit-teknoloġiji li jippromettu milli jirnexxu. In-nuqqas ta' għażla fir-riforniment għall-karozzi li jaħdmu bl-elettriku jew l-idroġenu huwa waħda mir-raġunijiet li għalihom il-konsumaturi ma jixtruhomx.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Għall-finijet ta’ wiri tal-konformità ma’ l-obbligi nazzjonali ta’ enerġija rinnovabbli mqiegħda fuq l-operaturi, il-kontribut magħmul mill-bijokarburanti prodotti mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux ta’ l-ikel, u materjal linjoċellulożiku għandu jkun ikkunsidrat li huwa d-doppju ta’ dak magħmul minn bijokarburanti oħra.

imħassar

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Kull mekkaniżmu ta’ sostenn, inklużi inċentivi finanzjarji stabbiliti mill-Istati Membri għall-produzzjoni fuq skala kbira u l-użu/konsum ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport, għandu jkun proporzjonali għall-iffrankar fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra. Ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam ta’ l-enerġija rinnovabbli fit-trasport kif ukoll fl-iżvilupp ta’ sistemi sostenibbli ta’ trasport għandhom ikunu promossi ħafna kemm fuq livell ta’ Stat Membru u kemm fuq livell ta’ Komunità u jistgħu jibbenefikaw minn appoġġ supplimentari.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jingħataw inċentivi lill-aħjar alternattivi għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport (inklużi wkoll l-elettriku u l-idroġenu), skemi ta’ sostenn possibbli, inklużi sussidji, fl-Istati Membri għandhom ikunu proporzjonali għall-iffrankar mill-GHG.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-introduzzjoni u t-tħaddim ta’ skemi ta’ sostenn u miżuri oħra għal promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, u kull żvilupp fil-miżuri użati fir-rigward ta’ dawk stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru.

(b) l-introduzzjoni u t-tħaddim ta’ skemi ta’ sostenn u miżuri oħra għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, b'mod partikulari miżuri biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar id-disponibilità ta' l-enerġija rinnovabbli, u kull żvilupp fil-miżuri użati fir-rigward ta’ dawk stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni nazzjonali ta’ l-Istat Membru.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) l-iffrankar nett stmat ta’ gassijiet serra minħabba l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

(k) l-iffrankar nett stmat ta’ emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra minħabba l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli inkluż l-impatt fuq il-ħażniet tal-karbonju li huwa assoċjat mal-bidliet diretti jew indiretti ta' l-użu ta' l-art..

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 - paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fl-ewwel rapport tagħhom, l-Istati Membri għandhom juru jekk għandhom intenzjoni li:

3. Fl-ewwel rapport tagħhom, l-Istati Membri għandhom juru jekk għandhomx intenzjoni, u jekk ikun il-każ, sa meta, li:

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha żżomm djalogu u taqsam l-informazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-bijokarburanti u tal-konsumatur li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ġenerali tal-miżuri f’din id-Direttiva relatati ma’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra.

2. Il-Kummissjoni għandha żżomm djalogu u taqsam l-informazzjoni ma’ pajjiżi terzi, ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi ambjentali u soċjali u ma’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-bijofjuwils u tal-konsumatur dwar l-implimentazzjoni ġenerali tal-miżuri f’din id-Direttiva relatati mal-bijomassa għall-enerġija.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 5 – punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali relativi ta’ bijokarburanti differenti, l-effetti fuqhom mill-politiki ta’ l-importazzjoni tal-Komunità, is-sigurtà ta’ l-implikazzjonijiet tal-provvista u l-mezzi biex jinkiseb approċċ ibbilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet;

(a) Il-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali u soċjali tad-diversi bijofjuwils, l-effetti tal-politiki ta’ l-importazzjoni tal-Komunità fuqhom, l-implikazzjonijiet tas-sigurtà tal-provvista u l-mezzi biex jinkiseb approċċ ibbilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet;

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 - paragrafu 5 - punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-impatt tal-politika ta’ l-UE dwar il-bijokarburanti fuq id-disponibbiltà ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel fil-pajjiżi li jesportaw, il-kapaċità tan-nies fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jixtru dan l-ikel, u kwistjonijiet usa’ ta’ żvilupp; kif ukoll

(c) l-impatt tal-politika ta' l-UE dwar l-enerġija mill-bijomassa fuq is-sikurezza ta' l-ikel fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw inkluż impatti potenzjali fuq Pajjiżi bi Dħul Baxx u b'Defiċit ta' Ikel u fuq il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, u d-disponibilità ta' l-ikel, kif ukoll l-aċċess għalih, fil-pajjiżi esportaturi, u kwistjonijiet usa’ ta’ żvilupp; kif ukoll

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 - paragrafu 5 - punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-impatt tal-politika ta' l-UE dwar il-bijofjuwils fuq il-bidliet diretti u indiretti ta' l-użu ta' l-art u stima ta' l-emissjonijiet tal-karbonju assoċjati magħhom, u

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-impatt ta' domanda ogħla għall-bijomassa fuq is-setturi li jużaw il-bijomassa.

(d) l-impatt tal-politika ta' l-UE dwar il-bijofjuwils fuq il-kunflitt dwar l-użu ta' l-art u fuq l-ispustjar ta' popli fi ħdan il-pajjiżi esportaturi.

Ġustifikazzjoni

Fil-monitoraġġ tagħha l-Kummissjoni ma tqis l-ebda impatt soċjali. Barra minn hekk, meta tqis l-impatti ta' sikurezza ta' l-ikel, huwa importanti li ssir distinzjoni bejn l-effetti fi ħdan il-pajjiżi li jipproduċu l-bijofjuwils għall-esportazzjoni lejn l-UE, u pajjiżi terzi li jistgħu jintlaqtu minħabba inflazzjoni fil-prezzijiet dinjin tal-prodotti bażiċi.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 - paragrafu 5 - punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) id-disponibilità u r-riċerka dwar il-bijofjuwils prodotti mill-iskart, mir-residwi, mill-algi, minn materjal mhux ċellulożiku u materjal linjoċellulożiku u kwistjonijiet ta' sostenibilità relatati ma' l-użu ta' dawn il-bijofjuwils, filwaqt li jingħata kas tal-ġerarkija ta' l-iskart.

Ġustifikazzjoni

Second generation biofuels may prove to bring about some sustainability issues. Many of these biofuels are listed as invasive species or require large quantities of water. Also biofuels from waste may raise some sustainability issues, i.e. lead to further soil degradation, as waste is often used to return nutrients and carbon to the land. The waste hierarchy which gives priority to re-use and recycling over the use for energy purposes should be taken as a guiding principle here. At present, there is very limited technology for biofuels from waste, so there is time to clarify which waste and residues can be taken into account and what are the measures to assure sustainable harvesting of these materials.

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 - paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Hija għandha, jekk xieraq, tipproponi azzjoni korrettiva.

Jekk iseħħu xi impatti negattivi, il-Kummissjoni għandha tipproponi azzjoni korrettiva sabiex tbiddel l-objettiv għall-bijomassa kif imniżżel fl-Artikolu 3. Hija għandha minnufih tissospendi l-objettiv jekk l-objettiv ta' l-UE għall-bijofjuwils ikollu impatt negattiv kif imsemmi f'punt (c). Il-Kummissjoni għandha - wara li tikkonsulta lill-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) - tippubblika komunikazzjoni fejn jissemmew il-kundizzjonijiet li fihom l-objettiv jiġi sospiż.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li l-produzzjoni ta' l-ikel għandha l-prijorità fuq il-produzzjoni tal-bijofjuwils.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Anness I – punt B – titolu u parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B. Trajettorju indikattiv

B. Rotta għall-objettivi interim obligatorji

It-trajettorju indikattiv msemmi fl-Artikolu 3(2) għandu jirrispetta l-ishma li ġejjin fir-rigward ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli:

Ir-rotta għall-objettivi interim obligatorji msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha tirrispetta l-kwoti li ġejjin fir-rigward ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli:

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun żgurat li l-objettivi ġenerali ta' l-UE u ta' l-Istati Membri għall-2020 jintlaħqu, huwa meħtieġ li l-objettivi interim obligatorji jiġu adottati wkoll. Ir-rotta proposta fl-Anness 1B tibda baxxa ħafna u tħalli l-akbar żieda fis-sorsi rinnovabbli għall-aħħar snin qabel l-2020. Jekk l-Istati Membri ma jsegwux din ir-rotta ikun diffiċli għalihom li jilħqu l-objettiv għall-2020. Għal dan il-għan, ir-rotta indikata għandha titqies bħala l-minimu assolut meħtieġ.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Anness III - linja 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bijodiżil (methyl-ester prodott minn żejt veġetali jew ta’ l-annimali, ta’ kwalità tad-diżil, biex jintuża bħala bijokarburant)

FAME (methyl-ester prodott minn żejt veġetali jew ta’ l-annimali, ta’ kwalità tad-diżil, biex jintuża bħala bijofjuwil)

Ġustifikazzjoni

Il-Fatty Acid Methyl Ester (FAME) hija biss forma waħda tal-bijodiżil u għalhekk m'għandux jiġi aġevolat a skapitu tal-forom l-oħra kollha, għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE.

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Anness III - linja 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żejt veġetali idrotrattat (żejt veġetali ttrattat termokimikament bl-idroġenu)

Żejt veġetali idrotrattat u xaħam ta' l-annimali (żejt veġetali u xaħam ta' l-annimali ttrattati termokimikament bl-idroġenu)

Ġustifikazzjoni

Il-petrol u d-diżil "ħodor" għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 18 jistgħu jiġu prodotti permezz ta' numru ta' proċessi, inkluż it-trattament taż-żjut veġetali u ta' l-annimali bl-idroġenu (li fl-emenda jissejħu bħala 'idrotrattati'), it-trattament Fischer-Tropsch tal-bijomassa u minn irfinar ta' żejt minn piroliżi (pyrolysis oil) mill-bijomassa.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Anness III - linja 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Petrol

Petrol minn fjuwils fossili

Ġustifikazzjoni

Is-sors ta' dan il-petrol għandu jkun ċar.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Anness III - linja 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Diżil

Diżil minn fjuwils fossili

Ġustifikazzjoni

Is-sors ta' dan id-diżil għandu jkun ċar.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Anness III - linja 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fjuwil taż-żejt tqil (HFO) mill-fjuwils fossili

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Anness IV – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(3) għandhom ikunu kif ġej:

Għas-sistemi ta' ċertifikazzjoni biss, il-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(3) għandhom japplikaw:

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċertifikazzjoni ta' l-installaturi rregolati permezz ta' l-Anness IV hija meħtieġa biss meta ma jkun hemm ebda kwalifiki vokazzjonali affidabbli fl-Istati Membri. Mill-perspettiva ta' l-operaturi ekonomiċi, sistema ulterjuri ta' ċertifikazzjoni obligatorja apparti t-taħriġ vokazzjonali li huwa ferm impenjattiv f'termini ta' kontenut u ħin, twassal biss għal restrizzjonijiet burokratiċi ulterjuri bla bżonn. Jekk jinħtieġu kwalifiki ulterjuri jew korsijiet ta' aġġornament, dawn jistgħu jinkisbu mis-suq permezz ta' taħriġ volontarju.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Anness V

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Anness V huwa mħassar

Ġustifikazzjoni

Dawn l-istandards għandhom jiġu stabbiliti mis-CEN.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Anness VI

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Anness VI huwa mħassar

Ġustifikazzjoni

Dawn l-istandards għandhom jiġu stabbiliti mis-CEN.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Anness VII – parti A

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Parti A ta' l-Anness VII hija mħassra

Ġustifikazzjoni

Il-kalkolu ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għandhom ikunu bbażati fuq valuri reali sabiex l-innovazzjoni tingħata spinta bil-għan li jittejjeb ir-rendiment fejn jidħlu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. F'ċerti kundizzjonijiet jistgħu jintużaw il-valuri diżaggregati għal ċerti stadji tal-proċess.

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Anness VII – parti B

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Parti B ta' l-Anness VII hija mħassra

Ġustifikazzjoni

L-aktar għall-ġenerazzjoni l-ġdida tal-bijolikwidi prodotti mill-bijomassa, il-kalkolu ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għandu jkun ibbażat fuq il-valuri reali sabiex l-innovazzjoni tingħata spinta bil-għan li jittejjeb ir-rendiment fejn jidħlu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. L-iffissar ta' valuri standard fid-Direttiva għal prodotti li mhumiex disponibbli kummerċjalment iqajjem dubji, ikun ta' vantaġġ biss għal min jirrendi l-anqas u jista' jiżgwida serjament lill-konsumaturi u lill-istrateġiji.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Anness VII - parti C - paragrafu 1 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-produzzjoni u l-użu ta’ karburanti għat-trasport, bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom ikunu kkalkulati hekk:

1. L-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra mill-produzzjoni u l-użu ta’ fjuwils għat-trasport, bijofjuwils u bijolikwidi oħra għandhom ikunu kkalkulati b'din il-formula:

E         = eec + el + ep + etd + eu – eccs - eccr – eee, fejn

E = eec + el + eiluc + ep + etd + eu esca eccs eccu eee fejn

E = emissjonijiet totali mill-użu tal-karburant;

E = l-emissjonijiet totali mill-użu tal-fjuwil;

eec = emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ materji primi;

eec = l-emissjonijiet mill-estrazzjoni u l-kultivazzjoni ta’ materja prima;

el = emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju kkawzati minn tibdil fl-użu ta’ l-art;

el = l-emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju kkawzati mill-użu ta’ l-art;

 

eiluc= l-emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju kkawzati minn tibdil indirett fl-użu ta’ l-art;

ep = emissjonijiet mill-ipproċessar;

ep = l-emissjonijiet mill-ipproċessar;

etd = emissjonijiet minn trasport u distribuzzjoni;

etd = l-emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni;

eu = emissjonijiet mill-karburant użat,

eu = l-emissjonijiet mill-fjuwil waqt l-użu,

 

esca = l-iffrankar ta' emissjonijiet mill-akkumulazzjoni ta' karbonju fil-ħamrija permezz ta' mmaniġġjar imtejjeb tal-biedja

eccs = iffrankar ta’ l-emissjonijiet mill-akkwiżizzjoni u l-iżolament tal-karbonju;

eccs = l-iffrankar ta’ l-emissjonijiet mill-qbid tal-karbonju u mill-ħażna ġeoloġika;

eccr = iffrankar ta’ l-emissjonijiet mill-akkwiżizzjoni u s-sostituzzjoni ta’ karbonju; kif ukoll

eccu = l-iffrankar ta’ l-emissjonijiet mill-qbid u l-użu tal-karbonju; kif ukoll

eee = iffrankar ta’ emissjonijiet minn elettriku żejjed mill-koġenerazzjoni.

eee = l-iffrankar ta’ emissjonijiet minn elettriku żejjed mill-koġenerazzjoni.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Anness VII - parti C - paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu ta’ l-art, el, għandhom ikunu kkalkulati bid-diviżjoni ndaqs ta’ l-emissjonijiet totali fuq 20 sena. Għal kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet ir-regola li ġejja għandha tkun applikata:

7. Emissjonijiet annwalizzati mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu ta’ l-art, el, għandhom ikunu kkalkulati billi l-emissjonijiet totali fuq 20 sena jinqasmu b'mod indaqs. Għal kalkolu ta’ dawn l-emissjonijiet ir-regola li ġejja għandha tkun applikata:

el = (CSR – CSA) x MWCO2/MWC x 1/20 x 1/P,

el = (CSR – CSA) x MWCO2/MWC x 1/20 x 1/P,

fejn

fejn

el = emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bidliet tal-ħażna tal-karbonju minħabba tibdil fl-użu ta’ l-art (imkejjel bħala massa ta’ ekwivalent ta’ CO2 kull unità ta’ enerġija ta’ bijokarburant);

el = l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra mill-bidliet fi-ħażna tal-karbonju minħabba tibdil fl-użu ta’ l-art (imkejjel bħala massa ta’ ekwivalent ta’ CO2 għal kull junit ta’ enerġija prodotta minn fjuwil għat-trasport miksub mill-bijomassa);

CSR = il-ħażna ta’ karbonju kull unità-żona assoċjata ma’ l-użu ta’ referenza ta’ l-art (imkejla bħala massa ta’ karbonju kull unità-żona, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni). L-użu ta’ l-art ta’ referenza għandu jkun l-użu ta’ l-art f’Jannar 2008 jew 20 sena qabel li tkun inkisbet il-materja prima, skond liema jkun l-aħħar;

CSR = il-ħażna ta’ karbonju għal kull junit ta' erja assoċjata ma’ l-użu ta’ l-art ta' referenza (imkejla bħala massa ta’ karbonju għal kull junit ta' erja, inklużi l-bijomassa ta' taħt l-art u tal-wiċċ, l-iskart, il-ħamrija, l-injam mejjet u l-prodotti li ġejjin mit-tkabbir tas-siġar għall-injam, skond ir-4 Volum tal-Linji Gwida għall-2006 ta' l-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet b'Effett ta' Serra). L-użu ta’ l-art ta’ referenza għandu jkun l-użu ta’ l-art f’Jannar 2008.

CSA = il-ħażna ta’ karbonju kull unità-żona assoċjata ma’ l-użu attwali ta’ l-art (imkejla bħala massa tal-karbonju kull unità-żona, inkluzi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni);

CSA = il-ħażna ta’ karbonju għal kull junit ta' erja assoċjata ma’ l-użu attwali ta’ l-art (imkejla bħala massa ta’ karbonju għal kull junit ta' erja, inklużi l-bijomassa ta' taħt l-art u tal-wiċċ, l-iskart, il-ħamrija, l-injam mejjet u l-prodotti li ġejjin mit-tkabbir tas-siġar għall-injam, skond ir-4 Volum tal-Linji Gwida għall-2006 ta' l-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet b'Effett ta' Serra).

MWCO2 = piż molekolari ta’ CO2 = 44.010 g/mol;

MWCO2 = piż molekolari ta’ CO2 = 44.010 g/mol;

MWC = piż molekolari ta’ karbonju = 12.011 g/mol; kif ukoll

MWC = piż molekolari ta’ karbonju = 12.011 g/mol; kif ukoll

 

 

P = il-produttività tal-wiċċ (imkejla bħala enerġija ta’ bijokarburant jew bijolikwidu ieħor kull unità-żona kull sena).

P = il-produttività tal-wiċċ (imkejla bħala enerġija mill-fjuwils għat-trasport u minn fjuwils likwidi oħra prodotti mill-bijomassa għal kull junit ta' erja kull sena).

 

F'kundizzjonijiet fejn parti sinifikanti ta' l-iskambju ta' karbonju bejn il-ħamrija u l-atmosfera hija fil-forma ta' CH4 dan għandu jitqies permezz ta' modifika fil-kalkolu għal din il-parti ta' l-iskambju. Għal dan il-għan, il-piż molekulari tas-CO2 għandu jiġi sostitwit b'dak tas-CH4 (MWCH4) u mmoltiplikat bis-CO2 ekwivalenti ta' CH4 fil-paragrafu 5 (MWCH4 = piż molekulari tal-metanu = 16.043 g/mol).

Ġustifikazzjoni

Il-metanu huwa gass b'effett ta' serra qawwi ħafna, 23 darba iktar qawwi mis-CO2. Meta l-emissjonijiet tal-metanu jikkostitwixxu parti kbira ta' l-emissjonijiet totali tal-GHG kkawżati mit-tibdil fl-użu ta' l-art, dawn l-emissjonijiet għandhom jitqiesu.

M'hemm l-ebda raġuni għalxiex ir-rota għandha terġa' tiġi vvintata. Il-linji gwida għall-2006 ta' l-IPCC dwar kif għandhom jiġu rrappurtati l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jagħtu l-valuri għall-istokk tal-karbonju għal kull junit ta' erja. Dawn huma użati mill-Istati Membri skond il-Konvenzjoni ta' Qafas tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima.

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Anness VII - parti C - paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Għall-għanijiet tal-paragrafu 7, il-valuri li ġejjin jistgħu jintużaw kemm għas-CSR u CSA

8. Għall-għanijiet tal-paragrafu 7, il-valuri ppreżentati mill-IPCC fil-Linji Gwida għall-Inventorji Nazzjonali tal-Gassijiet b'Effett ta' Serra għall-2006 jistgħu jintużaw kemm għas-CSR u għas-CSA

Tabella ta' l-użu ta' l-art

Tabella mħassra

Alternattivament, jistgħu jintużaw valuri attwali kemm għasCSR u CSA.

Alternattivament, jistgħu jintużaw valuri attwali kemm għasCSR u CSA.

Il-valuri li ġejjin jistgħu jintużaw għall-kalkolu ta’ P:

imħassar

Tabella

Tabella mħassra

Alternattivament, jistgħu jintużaw valuri attwali.

Għandhom jintużaw valuri attwali għall-P.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward ta' l-emissjonijiet dovuti għat-tibdil fl-użu ta' l-art qed tiġi proposta metodoloġija imtejba. Diġà fl-1996, l-IPPC kien ippreżenta metodoloġija dettaljata iżda skalabbli għat-tibil fl-użu ta' l-art, li ġiet aġġornata fl-2006, u li diġà qed tintuża għar-rappurtaġġ taħt il-Protokoll ta' Kyoto. L-użu ta' din il-metodoloġija għall-kalkolu ta' l-emissjonijiet mill-użu ta' l-art jikkostitwixxi titjib maġġuri tal-metodoloġija. Hemm raġunijiet b'saħħithom sabiex wieħed juża l-metodoloġija ta' l-IPCC. Hija tipprovdi iktar flessibilità u huwa possibbli li tkun approvata peress li bosta pajjiżi madwar id-dinja diġà qed jużaw din il-metodoloġija.

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. L-emissjonijiet ikkawżati minn tibdil indirett fl-użu ta' l-art, eiluc, għandu jkollhom valur ta' 0 meta l-produzzjoni tal-fjuwils għat-trasport mill-bijomassa tkun ibbażata fuq materja prima li ma tirrikjedix l-użu ta' art agrikola, mergħat jew art b'uċuħ permanenti, inkluż skart. eiluc għandu jkollha valur ta' 10g CO2/MJ fil-każijiet l-oħra kollha.

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Anness VII - parti C - paragrafu 9 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Emissjonijiet mill-ipproċessar, ep, għandhom jinkludu emissjonijiet mill-ipproċessar innifsu; mill-iskart u n-nixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ kimiċi jew prodotti użati fl-ipproċessar.

9. L-emissjonijiet mill-ipproċessar, ep, għandhom jinkludu l-emissjonijiet mill-ipproċessar innifsu; mill-iskart u n-nixxijiet; u mill-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi jew prodotti użati fl-ipproċessar, iżda għandhom jeskludu emissjonijiet minn kombustjoni tal-fdalijiet tal-prodotti tar-raba'.

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Anness VII - parti C - paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni, etd, għandhom jinkludu emissjonijiet mit-trasport u l-ħażna ta’ materji primi u semi-maħduma u mill-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ materji maħduma.

10. L-emissjonijiet mit-trasport u d-distribuzzjoni, etd, għandhom jinkludu l-emissjonijiet mit-trasport u l-ħażna ta’ materja prima u semi-maħduma u mill-ħażna u d-distribuzzjoni ta’ prodotti lesti. L-emissjonijiet mit-trasport u mid-distribuzzjoni li jitqiesu fil-punt 6 m'għandhomx ikunu koperti fil-punt 10.

Ġustifikazzjoni

L-emissjonijiet mit-trasport u mid-distribuzzjoni jinkludu l-emissjonijiet mit-trasport u l-ħażna ta' materja prima. Din id-definizzjoni tagħmilha impossibbli li ssir distinzjoni ċara bejn dawn l-emissjonijiet u l-emissjonijiet li jirriżultaw mill-estrazzjoni jew it-tkabbir tal-materja prima msemmija fil-punt 6. L-emissjonijiet mit-tkabbir ta' materja prima agrikola għandhom jitqiesu biss f'dak l-istadju, sabiex ikun żgurat li dawn ma jiġux magħduda darbtejn.

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Anness VII - parti C - paragrafu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12. Iffrankar ta’ emissjonijiet mill-akkwiżizzjoni u l-iżolament ta’ karbonju, eccs, għandu jkun limitat għal emissjonijiet evitati permezz ta’ l-akkwiżizzjoni u l-iżolament ta’ CO2 emess direttament relatat ma’ l-estrazzjoni, it-trasport, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-karburant.

12. L-iffrankar ta’ emissjonijiet mill-qbid u l-iżolament tal-karbonju, eccs, li ma jkunx diġà tqies f' ep, għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz ta’ l-qbid u l-iżolament tas-CO2 emess direttament relatat ma’ l-estrazzjoni, it-trasport, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-fjuwil.

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Anness VII - parti C - paragrafu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

13. Iffrankar ta’ emissjonijiet mill-akkwiżizzjoni u s-sostituzzjoni ta’ karbonju, eccr, għandu jkun limitat għal emissjonijiet evitati permezz ta’ akkwiżizzjoni ta’ CO2 li fihom il-karbonju joriġina minn bijomassa u li hija użata biex tissostitwixxi CO2 derivat mill-fossili użat fi prodotti kummerċjali u servizzi.

13. L-iffrankar ta’ emissjonijiet mill-qbid u l-użu tal-karbonju, eccu, għandu jkun limitat għall-emissjonijiet evitati permezz tal-qbid tas-CO2 li fihom il-karbonju joriġina minn bijomassa u li huwa użat biex jissostitwixxi CO2 derivat minn fjuwils fossili jew fjuwils fossili użati fi prodotti kummerċjali u servizzi.

Ġustifikazzjoni

Is-CO2 maqbud jista' jissostitwixxi CO2 derivat minn sorsi fossili, iżda jista' wkoll ikun parti min sostituzzjoni ta' fjuwils fossili, jekk jintuża pereżmpju fi produzzjoni ta' bijofjuwil bl-algi.

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Anness VII - parti C - paragrafu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14. Iffrankar ta’ emissjonijiet minn elettriku żejjed mill-koġenerazzjoni, eee, għandu jkun ikkunsidrat b’relazzjoni ma’ l-elettriku żejjed prodott minn sistemi tal-produzzjoni tal-karburant li jużaw il-koġenerazzjoni b’eċċezzjoni fejn il-karburant użat għall-koġenerazzjoni huwa prodott sekondarju minbarra r-residwu ta’ wiċċ tar-raba’. Fl-ikkalkular ta’ dan l-elettriku żejjed, id-daqs ta’ l-unità ta’ koġenerazzjoni għandu jkun meqjus li huwa l-minimu meħtieġ għall-unità ta’ koġenerazzjoni biex tforni s-sħana meħtieġa għall-produzzjoni tal-karburant. L-iffrankar ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjat ma’ l-elettriku żejjed għandu jitqies li huwa ugwali għall-ammont ta’ gassijiet serra li kieku jkun emess meta ammont ugwali ta’ elettriku kien f’impjant ta’ l-enerġija li juża l-istess karburant bħall-unità ta’ koġenerazzjoni.

14. L-iffrankar ta’ emissjonijiet minn elettriku żejjed mill-koġenerazzjoni, eee, li jkun qed jissodisfa talba għal sħana utli fil-proċessi tal-produzzjoni tal-fjuwil, u l-elettriku ġġenerat mis-sħana żejda mill-proċessi tal-produzzjoni tal-fjuwil għandhom ikunu kkunsidrati, ħlief fejn il-fjuwil użat għall-koġenerazzjoni huwa prodott sekondarju tal-fjuwil tat-trasport mill-proċess tal-produzzjoni tal-bijomassa. L-iffrankar ta’ l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra assoċjat ma’ l-elettriku żejjed għandu jitqies li huwa ugwali għall-ammont ta’ gassijiet b'effett ta' serra li kieku jkunu emessi mill-emissjoni speċifika medja ta' l-UE mill-ġenerazzjoni ta' l-elettriku għal elettriku prodott fil-Komunità, u l-emmissjoni medja għall-produzzjoni ta' l-elettriku fil-pajjiż fejn huwa prodott l-elettriku għal elettriku prodott fi Stati barra l-UE.

Ġustifikazzjoni

L-iffrankar fl-emissjonijiet ta' gassijiet ta' serra assoċjati ma' elettriku eċċessiv għandu jitqies bħala li għandu emissjonijiet medji, u jiġi kkalkulat alternattivament billi jintuża approċċ marġinali. Jekk dan ma jsirx, hekk kif hemm fil-proposta tal-Kummissjoni, id-direttiva tiffavorixxi l-impjanti li jużaw fjuwils fossili u mhux l-impjanti li jużaw il-bijomassa peress li ta' l-ewwel jirċievu kreditu sinifikanti għaliex japplikaw koġenerazzjoni effiċjenti ħafna, filwaqt li dan mhuwiex il-każ għal ta' l-aħħar. Minflok, għandu jiġi ppremjat l-użu ta' sorsi ta' l-enerġija b'inqas emissjonijiet tal-GHG.

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Anness VII - parti C - paragrafu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15. Fejn proċess ta’ produzzjoni ta’ karburant jipproduċi, f’taħlita, il-karburant li għalih l-emissjonijiet huma kkalkulati u prodott jew aktar prodotti oħra ("prodotti-sekondarji"), l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandhom ikunu diviżi bejn il-karburant jew il-prodott immedjat tiegħu u l-prodotti sekondarji proporzjonalment għall-kontenut enerġetiku tagħhom (determinat b’valur ta’ tisħin iktar baxx fil-każ ta’ prodotti sekondarji minbarra l-elettriku).

15. Fejn proċess ta’ produzzjoni ta’ fjuwil jipproduċi, fl-istess waqt, il-fjuwil li għalih l-emissjonijiet huma kkalkulati u prodott ieħor jew aktar ("prodotti-sekondarji"), l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta' serra għandhom jinqasmu bejn il-fjuwil jew il-prodott intermedju tiegħu, u l-prodotti sekondarji proporzjonalment għall-kontenut enerġetiku tagħhom (determinat skond il-valur kalorifiku inferjuri fil-każ ta’ prodotti sekondarji minbarra l-elettriku).

 

Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2010 l-Kummissjoni għandha tevalwa jekk ikunx xieraq, għall-iskopijiet ta' l-ewwel subparagrafu, li jintuża l-metodu ta' sostituzzjoni. Fuq il-bażi tar-riżultat ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tipproponi tibdil neċessarju.

Ġustifikazzjoni

L-Iffrankar ta' l-emissjonijiet minn prodotti sekondarji jista' jigi kkalkulat bil-metodu ta' l-energija, hekk kif propost mill-Kummissjoni. Madankollu, il-prodotti sekondarji jista' jkollhom rwol importanti fi process iehor, u jistghu jiffrankaw emissjonijiet tal-GHG f'dak il-process minghajr ma necessarjament ikollhom 'valur kalorifiku inferjuri'' għoli. L-emenda tistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa jekk il-metodu ta' l-enerġija jistax jiġi sostitwit bl-approċċ ta' sostituzzjoni iktar kumpless li jista' jagħti idea iktar reali ta' l-iffrankar tal-GHG reali.

Emenda  134

Proposta għal direttiva

Anness VII - parti C - paragrafu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16. Għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 15, l-emissjonijiet li jridu jiġu diviżi għandhom ikunu eec + el, + dawk il-frazzjonijiet ta’ ep, etd u eee li jsiru sa u inkluż l-istadju tal-proċess li fih huwa prodott il-prodott sekondarju. Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta’ process preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, il-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata f’dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta’ karburant intermedju, għandha tintuża għal dan l-għan minflok mit-total ta’ dawk l-emissjonijiet.

16. Għall-finijiet tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 15, l-emissjonijiet li jridu jinqasmu għandhom ikunu eec + el, + dawk il-frazzjonijiet ta’ ep, etd u eee li jsiru sa l-istadju tal-proċess li fih huwa prodott il-prodott sekondarju, inkluż l-istadju nnifsu. Jekk tkun saret xi allokazzjoni għal prodotti sekondarji fi stadju ta’ process preċedenti fiċ-ċiklu tal-ħajja, għal dan il-għan minflok it-total ta’ dawk l-emissjonijiet għandha tintuża l-frazzjoni ta’ dawk l-emissjonijiet assenjata f’dak l-aħħar stadju tal-proċess lill-prodott ta’ fjuwil intermedju.

Fil-każ ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra, il-prodotti sekondarji kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax taħt l-ambitu ta’ paragrafu 14, għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini ta’ dan il-kalkolu, bl-eċċezzjoni għar-residwu tal-wiċċ agrikolu, inklużi tiben, bagasse (fdal li jibqa’ mill-qasba taz-zokkor wara li tkun ingħasret), qxur, ġellewż kbir u qxur tal-ġewż. Prodotti sekondarji li għandhom kontenut ta’ enerġija negattiva għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut ta’ enerġija żero għall-fini tal-kalkolu.

Fil-każ ta’ bijofjuwils u bijolikwidi oħra, il-prodotti sekondarji kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax taħt l-ambitu ta’ paragrafu 14, għandhom ikunu kkunsidrati għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, ħlief għar-residwu ta' l-uċuħ tar-raba', inklużi tiben, bagasse (fdal li jibqa’ mill-qasba taz-zokkor wara li tkun ingħasret), qxur, ċfaċagħ tal-qamħirrun u qxur tal-ġewż. Jekk il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-bijofjuwils ikollhom kontenut għoli ta' proteini, il-metodu ta' allokazzjoni bil-massa fuq il-bażi tal-kontenut ta' materjal xott għandu jkun applikat pro rata għal dawn il-prodotti sekondarji għall-fini tal-kalkolu.

Skart, residwi ta’ l-għelejjel ta’ l-agrikoltura, inklużi tiben, bagasse, qxur, zkuk u qxur tal-ġwież u residwi minn sistemi ta’ l-ipproċessar, minbarra sistemi ta’ l-ipproċessar ta’ bijokarburant, bl-ebda użu potenzjali ta’ ikel jew għalf għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom emissjonijiet tal-gassijiet serra b’ċiklu tal-ħajja żero sal-proċess ta’ ġbir ta’ dawn il-materjali.

L-iskart, ir-residwi ta’ l-għelejjel ta’ l-agrikoltura, inklużi tiben, bagasse, qxur, ċfaċagħ tal-qamħirrun u qxur tal-ġewż u residwi minn katini ta’ l-ipproċessar, minbarra katini ta’ l-ipproċessar ta’ bijofjuwils li jitreġġgħu lura fil-ħamrija għandhom jitqiesu fuq il-bażi tat-tnaqqis pro rata fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra li huma jġibu minħabba l-użu aktar baxx ta' fertilizzanti minerali fit-tkabbir ta' l-uċuħ sussegwenti.

Fil-każ ta’ karburanti prodotti fir-raffineriji, l-unità ta’ analiżi għall-fini tal-kalkolu msemmi f’paragrafu 15 għandha tkun ir-raffinerija.

Fil-każ ta’ fjuwils prodotti fir-raffineriji, il-junit ta’ analiżi għall-finijiet tal-kalkolu msemmi f’paragrafu 15 għandu jkun ir-raffinerija.

 

It-terminu 'prodott sekondarju' irid jiġi ddefinit fuq il-bażi tal-proċess ta' produzzjoni tal-bijofjuwils. 'Prodott sekondarju' tfisser kull prodott li jirriżulta mill-estrazzjoni mill-materja prima tal-komponenti meħtieġa għall-produzzjoni tal-bijofjuwils.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tqis li l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-bijofjuwils prodotti mir-residwi ta' l-iskart jew ta' l-uċuħ tar-raba' wkoll huma ta' żero. Madankollu, jekk materji bħat-tiben huma prodotti sabiex iservu bħala materja prima għall-produzzjoni tal-bijofjuwils, ma jkunx xieraq li dawn jiġu kklassifikati bħala residwi ta' l-uċuħ tar-raba'. Il-metodu ta' l-allokazzjoni ta' l-enerġija għandu jintuża sabiex l-emissjonijiet mill-produzzjoni agrikola jinqasmu bejn it-tiben u l-qamħ. Id-definizzjoni tat-terminu 'prodott sekondarju' proposta mill-Kummissjoni mhix ċara.

Emenda  135

Proposta għal direttiva

Anness VII - parti C - paragrafu 16 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra, il-prodotti sekondarji kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax taħt l-ambitu ta’ paragrafu 14, għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini ta’ dan il-kalkolu, bl-eċċezzjoni għar-residwu tal-wiċċ agrikolu, inklużi tiben, bagasse (fdal li jibqa’ mill-qasba taz-zokkor wara li tkun ingħasret), qxur, ġellewż kbir u qxur tal-ġewż. Prodotti sekondarji li għandhom kontenut ta’ enerġija negattiva għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut ta’ enerġija żero għall-fini tal-kalkolu.

Fil-każ ta’ bijofjuwils u bijolikwidi oħra, il-prodotti sekondarji kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax taħt l-ambitu ta’ paragrafu 14, għandhom ikunu kkunsidrati għall-finijiet ta’ dan il-kalkolu, ħlief għar-residwu ta' l-uċuħ tar-raba', inklużi tiben, bagasse (fdal li jibqa’ mill-qasba taz-zokkor wara li tkun ingħasret), qxur, ċfaċagħ tal-qamħirrun u qxur tal-ġewż, ħlief meta l-bijofjuwils huma prodotti minn dawn ir-residwi tal-uċuħ tar-raba'.

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni maħsuba għar-residwi ta' l-uċuħ tar-raba' mill-allokazzjoni tagħhom bħala prodotti sekondarji jew milli jkunu kkreditati bħala emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tidher li hija xierqa mil-lat metodoloġiku, sakemm jibqgħu fis-sistema, pereżempju billi jintħartu.

Madankollu, jekk uċuħ bħat-tiben jitkabbru speċifikament bħala materja prima għall-produzzjoni tal-bijofjuwils, ma jkunx sew li dawn jiġu kklassifikati bħala residwi ta' l-uċuħ tar-raba'. F'dak il-każ it-tiben u l-qamħirrun bħala materja prima għall-produzzjoni tal-bijofjuwils għandhom jitqiegħdu f'żewġ kategoriji separati.

Emenda  136

Proposta għal direttiva

Anness VII - parti C - paragrafu 17 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17. Għal bijokarburanti, għall-fini tal-kalkolu msemmi f’paragrafu 4, l-element ta’ paragun tal-karburant fossili EF għandu jkun l-aħħar emissjonijiet medji attwali mill-konsum tal-petrol u d-diżil fil-Komunità kif irrappurtat taħt [Direttiva 98/70/KE]. Jekk din id-data mhix disponibbli, il-valur użat għandu jkun 83.8 gCO2eq/MJ.

17. Għall-fjuwils għat-trasport prodotti mill-bijomassa, għall-finijiet tal-kalkolu msemmi f’paragrafu 4, il-valur ta' fjuwil fossilu ta' riferenza-EF għandu jkun l-aħħar emissjonijiet medji attwali disponibbli mill-konsum tal-petrol u d-diżil fil-Komunità kif irrappurtat fid-[Direttiva 98/70/KE] jew 83.8 gCO2eq/MJ, jekk dan l-aħħar valur ikun anqas.

PROĊEDURA

Titolu

Enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli

Referenzi

COM(2008)0019 – C6-0046/2008 – 2008/0016(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbira fis-seduta plenarja

ENVI

19.2.2008

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbira fis-seduta plenarja

10.4.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Anders Wijkman

5.3.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

26.2.2008

24.4.2008

2.6.2008

23.6.2008

Data ta' l-adozzjoni

7.7.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Dorette Corbey, Magor Imre Csibi, Chris Davies, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Alessandro Foglietta, Matthias Groote, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Urszula Krupa, Peter Liese, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vittorio Prodi, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Kathy Sinnott, María Sornosa Martínez, Salvatore Tatarella, Thomas Ulmer, Anders Wijkman, Glenis Willmott

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Christofer Fjellner, Erna Hennicot-Schoepges, Johannes Lebech, Bart Staes, Claude Turmes

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bilyana Ilieva Raeva

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (25.6.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli
(COM(2008)0019 – C6‑0046/2008 – 2008/0016(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Béla Glattfelder

SHORT JUSTIFICATION

As the Parliament has recognised in a series of resolutions, including some based on reports from its Committee on International Trade, the promotion of renewable energy and energy efficient technology have an important role to play in combating climate change and reducing the EU's dependence on external energy sources. Trade policy can make a significant contribution to encouraging the spread of new, environmentally-friendly technologies and ensuring that renewable energy is available to the greatest possible number of firms and households at a reasonable cost.

Nonetheless the contribution of trade policy is essentially supportive – avoiding unnecessary barriers and reducing energy-dependence. For this reason, the opinion seeks to adopt a modest approach, restricting itself to the aspects of the Commission’s proposal that are most relevant to international trade. Equally some of the amendments are intended to indicate a broad political orientation, whilst recognising that there can be multiple routes to achieving a particular objective. In these cases, it did not seem practical or useful to seek to trace through all the potential consequential amendments.

Most importantly, whilst accepting that renewable energy can make a significant contribution to the fight against climate change, this opinion takes as its starting point the maxim "first, do no harm".

Biofuels

In this respect, it is clear that the situation has changed significantly since January 2007 when the Commission proposed a binding 10% target for the share of renewable energy in petrol and diesel in 2020. Food prices have soared (with the World Bank estimating an average 83% increase in the last three years) while a number of developing countries are becoming increasingly concerned about whether their populations will have adequate food supplies.

As World Bank President Robert Zoellick recently observed, “soaring food prices and their impact on hunger, malnutrition and development threaten to push 100 million people further into poverty. For more than 2 billion people, high food prices are now a matter of daily struggle, sacrifice, and, for some, even survival, with no apparent relief in sight. Malnutrition threatens to harm not only this generation but the generation to come.” In addition, successive UN rapporteurs on the right to food have expressed concern that diverting foodstuffs for fuel production risks causing increased malnutrition.

At the same time, it is estimated that around a quarter of the 2007 US maize crop was used for biofuels while the journal Science suggests that the use of maize-based ethanol doubles greenhouse gas (GHG) emissions over 30 years. For these reasons, it seems essential to reconsider the binding 10% target and recall that, in its conclusions of March 2007, the European Council made this target conditional on the emergence of commercially available “second generation” biofuels (from waste products rather than food crops).

This opinion therefore proposes to delay the date for the 10% target and to introduce a review clause to allow the target to be revised in the light of progress towards second generation fuels. It also seeks to strengthen the sustainability criteria proposed by the Commission so as to avoid the absurd situation of a policy, which purports to combat climate change, having the opposite effect by encouraging deforestation.

In doing this, it acknowledges that, while certification is important, its effectiveness is limited. The problem is not only to avoid undisturbed forest being converted for biofuel production – which the Commission acknowledges as undesirable – but also to avoid existing agricultural land being used for biofuel with the food crops or livestock previously occupying that land shifting to environmentally sensitive areas. As a result the certification process needs to be much more comprehensive than in the Commission proposal.

Finally it is important that the transport of biofuels or their inputs does not create GHG emissions on a scale that undermines the overall environmental benefit. The most flagrant example of this is the so-called “splash and dash” trade whereby biofuels are exported to the US and, after the addition of a small amount of mineral oil, re-exported, collecting multiple subsidies. However, as existing anti-dumping and anti-subsidy rules appear to allow action against this practice, it appears unnecessary to table specific amendments on that point.

Other issues

While biofuels and their implications for agricultural trade and food security are the most important international trade issue raised by this proposal, the trade advantages of advances in renewable energy technology should not be overlooked. We already have examples where European firms have gained “first mover” advantages in wind or solar technology which has subsequently provided a sound basis for exports and licensing deals.

The 20% overall renewables target will continue to provide incentives for research and technological advances. However care should be taken that nothing in the energy and climate change package undermines the ability of member states to use feed-in tariffs, which have already demonstrated their effectiveness in promoting renewable energy. Consideration should also be given to using multilateral and bilateral trade negotiations to promote the widest possible diffusion of new advances in renewable energy technology.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-għan ewlieni ta’ miri vinkolanti huwa li jipprovdi ċertezza għall-investituri. Għalhekk mhux xieraq li tkun differita deċiżjoni dwar jekk mira hijiex vinkolanti sakemm iseħħ avveniment ieħor. Fi stqarrija għall-minuti tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2007, il-Kummissjoni għalhekk iddikjarat li ma kienetx tikkonsidra li n-natura vinkolanti tal-mira għandha tkun differita sakemm bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni jsiru kummerċjalment disponibbli.

(6) Prezzijiet ta' l-ikel li qed jogħlew u nuqqas ta' l-ikel, b'mod partikolari f'pajjiżi vulnerabbli li għadhom qed jiżviluppaw, flimkien ma' dubji dwar il-probabilità li l-bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni jkunu disponibbli b'mod kummerċjali sa l-2020, jipprovdu raġunijiet sodi għalfejn wieħed għandu jistaqsi kemm hu xieraq li jkun hemm mira li torbot ta' 10% għall-bijokarburanti.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li l-mira tal-bijokarburanti tkun tiddependi fuq id-disponibilità ta' bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni li jkunu sostenibbli u kummerċjalment vijabbli ipprovdiet mekkaniżmu li jista' jintuża f'sitwazzjoni ta' emerġenza u li l-importanza tiegħu saret aktar evidenti hekk kif il-prezzijiet tal-prodotti bażiċi bdew jogħlew. Id-determinazzjoni tal-Kummissjoni li żżomm il-mira tagħha mingħajr ma tqis il-bidla fiċ-ċirkostanzi m'għandhiex tiġi aċċettata.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fid-dawl tal-pożizzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, huwa xieraq li jkunu stabbiliti miri mandatorji għal sehem globali ta’ 20% ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ sehem ta’ 10% ta’ enerġija rinnovabbli fit-trasport fil-konsum ta’ l-Unjoni Ewropea fl-2020.

(8) Fid-dawl tal-pożizzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, huwa xieraq li tkun stabbilita mira mandatorja għal sehem globali ta’ 20% ta’ enerġija rinnovabbli fil-konsum ta’ l-Unjoni Ewropea fl-2020 u li tkun riveduta kwalunkwe mira għas-sehem ta' enerġija rinnovabbli fit-trasport sa l-2015.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda preċedenti.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) B’kuntrast, huwa xieraq li l-mira ta’ 10% għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport tkun stabbilita fl-istess livell għal kull Stat Membru biex tkun żgurata konsistenza fl-ispeċifikazzjonijiet u d-disponibbiltà ta’ karburanti għat-trasport. Minħabba li l-karburanti għat-trasport huma faċilment innegozjati, Stati Membri li għandhom ftit mir-riżorsi rilevanti faċilment se jkunu jistgħu jakkwistaw karburanti rinnovabbli għat-trasport minn x’imkien ieħor. Filwaqt li jista’ jkun teknikament possibbli għall-Komunità li tilħaq il-mira tagħha għall-bijokarburanti mill-produzzjoni domestika biss, huwa kemm possibbli kif ukoll mixtieq li l-mira fil-fatt tintlaħaq permezz ta’ taħlita bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-provvista tas-suq Komunitarju għall-bijokarburanti, u għandha, kif xieraq, tipproponi miżuri rilevanti biex jinkiseb l-approċċ bilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni, billi jitqies l-iżvilupp tan-negozjati kummċerjali multilaterali u bilaterali kif ukoll konsiderazzjonijiet ambjentali, ta' nfiq, ta' sigurtà ta' l-enerġija u oħrajn.

(10) B’kuntrast, huwa xieraq li l-mira għall-enerġija rinnovabbli fit-trasport tkun stabbilita fl-istess livell għal kull Stat Membru biex tkun żgurata konsistenza fl-ispeċifikazzjonijiet u d-disponibbiltà ta’ karburanti għat-trasport. Minħabba li l-karburanti għat-trasport huma faċilment innegozjati, Stati Membri li għandhom ftit mir-riżorsi rilevanti faċilment se jkunu jistgħu jakkwistaw karburanti rinnovabbli għat-trasport minn x’imkien ieħor. Filwaqt li jista’ jkun teknikament possibbli għall-Komunità li tilħaq il-mira tagħha għall-bijokarburanti mill-produzzjoni domestika biss, huwa kemm possibbli kif ukoll mixtieq li l-mira fil-fatt tintlaħaq permezz ta’ taħlita bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-provvista tas-suq Komunitarju għall-bijokarburanti, u għandha, kif xieraq, tipproponi mira riveduta u/jew miżuri rilevanti biex jinkiseb l-approċċ bilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni, billi jitqies l-iżvilupp tan-negozjati kummerċjali multilaterali u bilaterali kif ukoll konsiderazzjonijiet ambjentali, ta' spejjeż soċjali, ta' sigurtà ta' l-enerġija u oħrajn.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 35 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a) Sabiex titkabbar kemm tista' l-kontribuzzjoni tal-bijokarburanti fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-uċuħ li jintużaw jitkabbru l-aktar qrib possibbli tal-faċilità ta' produzzjoni tal-karburanti;

Ġustifikazzjoni

It-trasport tal-materja prima u tal-bijokarburanti lejn il-faċilitajiet ta' produzzjoni jikkawża emissjonijiet addizzjonali ta' gassijiet b'effett ta' serra. Dan jista' jiġi evitat billi tintuża l-eqreb faċilità ta' produzzjoni possibbli.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra huma magħmula minn materja prima prodotta fl-UE, huma jridu jkunu wkoll konformi mar-rekwiżiti ambjentali ta’ l-UE għall-agrikoltura. L-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi mhijiex amministrattivament u teknikament fattibbli.

(40) Bijokarburanti u bijolikwidi oħra jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti ambjentali ta' l-UE għall-agrikoltura.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tpoġġi lill-bdiewa ta' l-UE fi żvantaġġ kompetittiv u tnaqqas il-benefiċċji ambjentali ġenerali ta' bidla għall-bijokarburanti. Waqt li mhux dejjem jista' jkun possibbli li esportaturi ta' pajjiżi terzi jiġu meħtieġa jissodisfaw standards ta' l-UE, dan il-metodu m'għandux jiġi eskluż a priori.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem tiegħu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija fl-2020 huwa mill-inqas il-mira globali tiegħu għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’dik is-sena, kif stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fil-Parti A ta’ l-Anness I.

3. Sabiex tintlaħaq il-mira globali ta' 20%, kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem tiegħu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija fl-2020 huwa mill-inqas il-mira globali tiegħu għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’dik is-sena, kif stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fil-Parti A ta’ l-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm fil-Kunsill Ewropew li sar fi Brussell fit-8 u d-9 ta' Marzu 2007 kien hemm qbil dwar mira ġenerali għall-UE li tkun torbot ta' sehem ta' 20% ta' enerġiji rinnovabbli sa l-2020, din il-mira mhix imsemmija b'mod ċar fil-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport fl-2020 huwa mill-inqas 10% tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport f’dak l-Istat Membru.

3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport fl-2025 huwa mill-inqas 10% tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport f’dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Il-mira ta' l-2020 m'għadhiex tidher xierqa minħabba ż-żieda mgħaġġla fil-prezzijiet ta' l-ikel, it-tħassib dwar id-disponibilità ta' ikel adegwat f'ħafna pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u d-dubji dwar id-data meta l-bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni se jkunu disponibbli b'kundizzjonijiet kummerċjalment vijabbli.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Ir-reviżjoni tad-disponibilità ta' bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni

 

Sa l-1 ta' Settembru 2015 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tad-disponibilità ta' bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni li jkunu kummerċjalment vijabbli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti biex tiġi riveduta l-mira li hemm fl-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, jekk dan ikun xieraq.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-Kunsill Ewropew ta' Brussell ta' Marzu 2007 kien għamel il-mira ta' 10% bil-kundizzjoni li jkun hemm bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni li jkunu kummerċjalment vijabbli u sostenibbli, jidher li jkun aħjar li tiddaħħal klawsola ta' reviżjoni li tippermetti li din il-mira tiġi aġġustata fid-dawl ta' l-iżviluppi teknoloġiċi.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Is-sospensjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta' azzjoni

 

L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw l-applikazzjoni tal-pjan nazzjonali tagħhom ta' azzjoni u jissospendu l-obbligu li jikkonformaw ma' l-Artikolu 3(3) jekk il-prezzijiet ta' l-ikel u ta' l-għalf ikunu żdiedu b'mod sinifikanti.

Ġustifikazzjoni

L-użu li qed jikber tal-materja prima agrikola m'għandux iwassal għal żieda sinifikanti fil-prezzijiet ta' l-ikel u ta' l-għalf.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-valutazzjoni ta’ l-effiċjenza ta’ konverżjoni u tal-proporzjon ta’ dħul/ħruġ ta’ sistemi u tagħmir għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri komunitarji jew, fin-nuqqas tagħhom proċeduri internazzjonali jekk tali proċeduri jeżistu.

Fil-valutazzjoni ta’ l-effiċjenza ta’ konverżjoni u tal-proporzjon ta’ dħul/ħruġ ta’ sistemi u tagħmir għall-għanijiet ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri internazzjonali jew, fin-nuqqas tagħhom, proċeduri komunitarji jekk tali proċeduri jeżistu.

Ġustifikazzjoni

Preferenza għal standards internazzjonali, meta dawn ikunu disponibbli, x'aktarx li tinvolvi inqas diffikultajiet fir-rigward tal-ftehim tad-WTO dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ. Il-promozzjoni ta' standards internazzjonali komuni għandha tipproduċi ekonomiji fuq skala kbira u b'hekk tinkoraġġixxi adozzjoni internazzjonali iktar mgħaġġla tat-teknoloġija ta' l-aħjar prattika.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli rikonoxxut ta’ bijodiversità, jiġifieri li art li kellha wieħed mill-istati li ġejjin fi jew wara Jannar 2008, sew jekk l-art għad għandha dan l-istatus jew le:

3. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom biss jinkisbu minn sorsi sostenibbli, li jkunu jeħtieġu li l-materja prima maħsuba għall-produzzjoni tal-karburanti tkun traċċabbli sas-sors, tintuża jew tiżdied mal-karburanti fossili fl-eqreb faċilitajiet ta' produzzjoni tal-karburanti u li l-katini tal-produzzjoni jkunu ċċertifikati sabiex jiġi żgurat, inter alia, li:

(a) foresta mhux disturbata minn attività umana sinifikanti, jiġifieri, foresta fejn ma sar l-ebda intervent uman sinifikanti magħruf jew fejn l-aħħar intervent uman sinifikanti ilu biżżejjed li sar tant li ppermetta li l-kompożizzjoni u l-proċessi ta’ l-ispeċi naturali jkunu stabbiliti mill-ġdid;

(a) ma jkun hemm l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-bijodiversità;

 

(aa) ma ġietx ikkawżata d-deforestazzjoni b'mod indirett riżultat ta' produzzjoni ta' bijokarburanti fuq art li qabel kienet tintuża għall-produzzjoni ta' l-ikel, liema attività tkun ġiet spustata lejn żoni ambjentalment sensittivi bħal foresti;

(b) żoni indikati għal għanijiet ta’ ħarsien tan-natura, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk l-għanijiet;

(b) il-materja prima mhix ġejja minn żoni indikati għal għanijiet ta’ ħarsien tan-natura, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk l-għanijiet;

(c) art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja, jiġifieri art bil-ħaxix li hija rikka fl-ispeċijiet, mhux fertilizzata u mhux degradata.

(c) il-materja prima mhix ġejja minn art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja, jiġifieri art bil-ħaxix li hija rikka fl-ispeċijiet, mhux fertilizzata u mhux degradata.

 

(ca) m'hemm l-ebda effetti negattivi sinifikanti fuq ir-riżorsi ta' l-ilma.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex tiddetermina liema żoni bil-ħaxix għandhom ikunu koperti mill-punt (c). Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 21(3).

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji biex tiddetermina liema materja prima għandha tkun koperta mill-punti (a), (aa), (c) u (ca). Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).

Ġustifikazzjoni

Biex wieħed ikun ċert li l-impatt tagħhom fuq l-ambjent se jkun pożittiv, il-bijokarburanti għandhom jiġu meħtieġa li jissodisfaw test pożittiv ta' sostenibilità. Barra l-punti li hemm fil-proposta tal-Kummissjoni, huwa essenzjali li jiġi ttrattat ir-riskju li l-bijokarburanti jispustjaw il-produzzjoni eżistenti ta' l-ikel, li mbagħad tmur f'reġjuni ambjentalment sensittivi. Il-kwistjoni ta' l-użu ta' l-ilma wkoll hija importanti ħafna jekk trid tiġi assigurata s-sigurtà ta' l-ikel.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m'għandhomx jiġu impurtati minn pajjiżi li jimponu taxxi fuq l-esportazzjoni jew restrizzjonijiet kwantitattivi fuq dawk il-prodotti bażiċi, jew magħmula minn materja prima importatata minn dawn il-pajjiżi, jew li jirċievu għajnuna internazzjonali ta' l-ikel, jew li huma suġġetti għal investigazzjonijiet ta' anti-dumping jew ta' kontra s-sussidji li jkunu nbdew mill-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli se tagħti inċentivi – fil-forma ta' prezzijiet ogħla – lill-produtturi ta' bijokarburanti ta' l-UE u ta' pajjiżi terzi. Madankollu dawk il-pajjiżi li diġà qed igawdu minn benefiċċji ekonomiċi permezz ta' taxxi fuq l-esportazzjoni jew restrizzjonijiet m'għandhomx ikollhom il-possibilità li jgawdu minn inċentiv finanzjarju ieħor permezz ta' aċċess għas-suq Ewropew b'detriment għal min iħallas it-taxxa fl-Ewropa.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri m’għandhomx jirrifjutaw li jikkunsidraw, għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, bijokarburanti u bijolikwidi oħra miksuba skond dan l-Artikolu, għal raġunijiet oħra ta’ sostenibbiltà.

6. L-Istati Membri li jkunu jixtiequ jintroduċu miżuri protettivi aktar stretti għal raġunijiet ta' sostenibbiltà, għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, li jkunu jikkonċernaw bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom jiżguraw li tali miżuri jkunu kompatibbli mat-Trattati u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-inċertezza konsiderevoli dwar l-effikaċja ta' l-istandards ta' sostenibilità, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jistabbilixxu standards aktar għoljin, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, sabiex ikun possibbli li jkun hemm proċess ta' tagħlim mill-aħjar prattika. Dan m'għandux joħloq distorsjoni fis-suq minħabba li kulħadd ikun għadu soġġett għall-obbligu fl-Artikolu 3(3), kif emendat. Dan il-metodu huwa konformi mal-possibilità prevista fl-Artikolu 176 tat-Trattat.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 8 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ftehimiet li tkun aċċettat skond il-paragrafu 4.

Ġustifikazzjoni

Huma meħtieġa rapporti regolari biex jiġu żgurati n-nuqqas ta' ħabi u t-trasparenza u biex il-bdiewa Ewropej jiġu assigurati li qed jikkompetu bl-istess kundizzjonijiet ma' produtturi minn pajjiżi terzi li qed jibbenefikaw minn ftehimiet li jistgħu jiġu konklużi mill-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Enerġija prodotta minn sorsi li jiġġeddu

Referenzi

COM(2008)0019 – C6-0046/2008 – 2008/0016(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

19.2.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni:

       Data tal-ħatra

Béla Glattfelder

25.3.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

8.4.2008

28.5.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

24.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Assis, Graham Booth, Carlos Carnero González, Daniel Caspary, Françoise Castex, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Ignasi Guardans Cambó, Jacky Hénin, Syed Kamall, Marusya Ivanova Lyubcheva, Erika Mann, David Martin, Vural Öger, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Iuliu Winkler, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Vittorio Agnoletto, Eugenijus Maldeikis, Jan Tadeusz Masiel, Salvador Domingo Sanz Palacio

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Małgorzata Handzlik

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (5.6.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli
(COM(2008)0019 – C6‑0046/2008 – 2008/0016(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Mariela Velichkova Baeva

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Proposta għal direttiva dwar il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli hi proposta li twassal għal leġiżlazzjoni importanti.

Id-Direttiva għandha tassigura l-akbar użu ta' mekkaniżmi flessibbli bbażati fuq is-suq sabiex jintlaħqu l-miri ambizzjużi għas-sehem tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli (RES) fil-konsum totali ta' l-enerġija.

Il-fatturi li għandhom impatt fuq is-settur ta' l-enerġija - id-domanda, il-provvista, l-iskarsezza tar-riżorsi u l-ġestjoni razzjonali u effiċjenti tagħhom, l-effetti fuq l-ambjent u l-pressjoni fuq il-klima, biex insemmu biss ftit, iwasslu għall-ħtieġa ta' modi alternattivi ta' ġenerazzjoni ta' enerġija u l-integrazzjoni tagħhom fis-sistemi ta' provvista ta' l-enerġija. Teknoloġiji rinnovabbli jipprovdu benefiċċji sabiex tiġi indirizzata l-insuffiċjenza ta' fjuwils fossili indiġeni u sabiex jingħata kontribut għall-iżvilupp ekonomiku stabbli f'perspettiva ta' żmien twil. Sforzi sabiex ikunu armonizzati u allinjati l-politiki dwar l-enerġija fuq livell ta' UE huma kumplessi u jesiġu appoġġ u investiment qawwi ferm. Il-partijiet interessati jargumentaw favur politiki komuni ċari, konsistenti u armonizzati maħsuba biex jindirizzaw l-ineffiċjenzi li jiġu minn standards, regolamenti u prattiċi nazzjonali.

Il-ħolqien ta' strumenti speċifiċi ta' appoġġ finanzjarju imexxu l-iżvilupp tas-suq ta' l-enerġija rinnovabbli. L-idea ta' suq Ewropew ta' Garanzija ta' l-Oriġini (GO) tipprovdi mekkaniżmu ta' appoġġ li għandu jikkumplimenta l-iskemi ta' appoġġ nazzjonali, waqt li tassigura li jinżammu l-impenji fi ħdan il-qafas ta' appoġġ nazzjonali, li l-awtoritajiet nazzjonali jiffukaw fuq applikazzjonijiet lokali speċifiċi tar-RES, ikun żviluppat ir-RES waqt li jiġi mminimizzat l-impatt fuq il-baġit nazzjonali tagħhom u, fuq livell Ewropew, ikun żviluppat ir-RES bl-inqas spiża, minħabba l-operazzjoni effiċjenti tas-suq.

Id-direttiva proposta għandha tassigura l-iffunzjonar adegwat ta' dan il-mekkaniżmu ta' appoġġ.

Għalhekk, il-proposta qed tiġi emendata sabiex tippermetti li jseħħu uħud mill-kundizzjonijiet meħtieġa biex jinbeda suq GO li jiffunzjona sew, u li trid issirlu reviżjoni meta jeħtieġ fil-futur.

Is-sistema GO tista' tkopri s-sorsi rinnovabbli kollha. Tipi differenti ta' GO (għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli għall-elettriku (RES-E), tisħin u tkessiħ rinnovabbli (RES-H) u sorsi ta' enerġija rinnovabbli għall-mezzi ta' trasport (RES-T) għandhom ikunu jistgħu jinbidlu u jiġu kummerċjalizzati fis-suq. Il-GO għandha, sa kemm hu possibbli, tkun l-istrument biex tkejjel is-sehem tar-RES ta' l-Istati Membri differenti, il-mira ġenerali bejn is-setturi (elettriku, tisħin u tkessiħ, mezzi ta' trasport) ta' Stat Membru u possibilment taqsam l-obbligi bejn l-istess setturi - per eżempju, is-settur tat-trasport jista' jiffinanzja l-iżvilupp tar-RES-E, billi jixtri l-GO mis-settur ta' l-elettriku ħalli jissodisfa l-obbligi tiegħu.

Il-mira RES Ewropea ambizzjuża tista' wkoll tintlaħaq jekk id-Direttiva tindirizza sew l-ostakli prinċipali għall-iżvilupp ta' tipi ta' enerġija rinnovabbli u l-integrazzjoni tagħhom fis-sistema ta' provvista ta' l-enerġija waqt li jiġu meqjusa l-kapaċitajiet fiżiċi tan-netwerk. Is-sigurtà tal-provvista, li hi fattur importanti fil-katina sħiħa ta' l-enerġija, kif ukoll l-interazzjonijiet kumplessi fi ħdan il-fruntieri tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jindirizzaw sforzi sabiex jinżamm riforniment minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli permezz ta' mekkaniżmi ta' allokazzjoni sofistikati għall-ġenerazzjoni ta' enerġija konvenzjonali.

L-ipotesi li l-ġenerazzjoni ta' l-enerġija minn RES-E tiswa aktar mill-ġenerazzjoni ta' enerġija minn sorsi ta' enerġija mhux rinnovabbli (non-RES-E) għandha tkun ikkunsidrata sabiex spejjeż diretti biex jiġi ġġenerat l-elettriku jkunu separati minn spejjeż indiretti addizzjonali relatati mal-kostruzzjoni ta' l-infrastruttura ta' trażmissjoni meħtieġa u tas-sistema tad-distribuzzjoni.

F'livell nazzjonali, l-iżviluppi tar-RES-E jitolbu investimenti lokali addizzjonali għall-konnessjonijiet tas-sistema tad-distribuzzjoni kif ukoll għall-estensjonijiet u l-infurzar tagħha.

Il-perjodi twal ta' żmien għall-ippjanar, il-liċenzjar u l-kostruzzjoni ta' infrastruttura ġdida għall-enerġija għandhom ikunu indirizzati u kkunsidrati biex, fejn ikun possibbli, ikunu diretti lejn simplifikazzjoni u perjodi ta' żmien eqser. F'livell Ewropew, għandhom ikunu inkoraġġiti l-investimenti fl-infrastruttura meħtieġa tan-netwerk tat-trasport transkonfinali.

Minħabba li l-potenzjal RES-E hu disponibbli f'zoni differenti minn dawk tal-konsum, l-infrastruttura l-ġdida tan-netwerk hi meħtieġa sabiex twassal flussi kbar ta' enerġija minn postijiet ta' produzzjoni RES-E għal postijiet ta' konsum.

Barra minn hekk, kif imsemmi hawn fuq, l-iżvilupp RES jitlob spejjeż diretti kif ukoll indiretti (eż. l-infurzar tas-sistema ta' l-enerġija, eċċ). Suq Ewropew GO li jiffunzjona sew għandu jikkontribwixxi sew sabiex jimminimizza l-ispejjeż addizzjonali diretti. Min-naħa l-oħra, l-ispejjeż addizzjonali indiretti jeħtieġu dispożizzjonijiet speċifiċi ta' stimolu li huwa diffiċli li jkunu indirizzati mis-suq GO.

Bi qbil mal-prinċipju ta' solidarjetà, għandu jkun ikkunsidrat użu akbar tal-Fondi ta' Koeżjoni, tal-Fond Reġjonali għall-Iżvilupp, jew il-ħolqien ta' Fond UE RES.

Sorsi alternattivi ta' enerġija mhumiex xi soluzzjoni maġika u waħedhom mhumiex biżżejjed biex isolvu l-problema tal-provvista u d-domanda. Madankollu, l-iżvilupp tagħhom għandu jikkontribwixxi għas-sostenibilità u l-kwalità tal-ħajja. Politika ta' l-enerġija konsistenti eventwalment tħalli riżultat u s-sinerġija tal-politiki hi fundamentali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi ta' wara fir-rapport tiegħu:

Emenda          1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) B’mod partikolari, iż-żieda fl-użu tal-bijokarburanti għat-trasport hija waħda mill-għodod l-aktar effettivi li bihom il-Komunità tista’ tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq iż-żejt impurtat – fejn il-problema tas-sigurtà fil-provvista hija l-aktar akuta - u tinfluwenza s-suq tal-karburanti għat-trasport.

(2) B’mod partikolari, iż-żieda fl-użu tal-bijokarburanti sostenibbli u tat-tieni ġenerazzjoni għat-trasport hija waħda mill-għodod li bihom il-Komunità tista’ tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq iż-żejt impurtat – fejn il-problema tas-sigurtà fil-provvista hija l-aktar akuta - u tinfluwenza s-suq tal-karburanti għat-trasport.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fl-Istati Membri jvarjaw il-punti tat-tluq, il-potenzjal ta’ enerġija rinnovabbli u t-taħlit ta’ l-enerġija. Huwa għalhekk meħtieġ li l-mira globali ta’ 20% tiġi tradotta f’miri individwali għal kull Stat Membru, b’konsiderazzjoni għall-allokazzjoni ġusta u adegwata li tikkunsidra l-punti ta’ tluq u l-potenzjali nazzjonali differenti, inkluż il-livell eżistenti ta’ enerġiji rinnovabbli u tat-taħlita ta’ l-enerġija. Huwa xieraq li dan isir bit-tqassim billi ż-żieda totali meħtieġa fl-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli tinqasam bejn l-Istati Membri fuq il-bażi ta’ żieda uqwali fis-sehem ta’ kull Stat Membru, u parti fil-proporzjon mal-Prodott Gross Domestiku, immodulat biex jirrifletti l-punti nazzjonali tal-bidu, u b’kontabilità f’termini tal-konsum ta’ l-enerġija finali.

(9) Fl-Istati Membri jvarjaw il-punti tat-tluq, il-potenzjal ta’ enerġija rinnovabbli u t-taħlit ta’ l-enerġija. Huwa għalhekk meħtieġ li l-mira globali ta’ 20% tiġi tradotta f’miri individwali għal kull Stat Membru, b’konsiderazzjoni għall-allokazzjoni ġusta u adegwata li tikkunsidra l-punti ta’ tluq u l-potenzjali nazzjonali differenti, inkluż il-livell eżistenti ta’ enerġiji rinnovabbli u tat-taħlita ta’ l-enerġija. Huwa xieraq li dan isir bit-tqassim billi ż-żieda totali meħtieġa fl-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli tinqasam bejn l-Istati Membri fuq il-bażi ta’ żieda ugwali fis-sehem ta’ kull Stat Membru, u parti fil-proporzjon mal-Prodott Gross Domestiku, immodulat biex jirrifletti l-punti nazzjonali tal-bidu, u b’kontabilità f’termini tal-konsum ta’ l-enerġija finali, billi jitqiesu l-isforzi li saru mill-Istati Membri fl-imgħoddi fir-rigward ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li dan jiġi stabbilit filwaqt li jiġi kkunsidrat l-impenn miftiehem s’issa ma’ l-Istati Membri.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-ispejjeż ta’ konnessjoni ta’ produtturi ġodda ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku, għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u għandu jitqies il-benefiċċju li ġeneraturi fissi jġibu lid-distribuzzjoni.

(30) L-ispejjeż ta’ konnessjoni ta’ produtturi ġodda ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku, għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji u għandu jitqies il-benefiċċju li ġeneraturi fissi jġibu lid-distribuzzjoni. L-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-produtturi li japplikaw għall-kollegament mas-sistema ta’ distribuzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipji ta' trasparenza, ta' oġġettività u ta' non-diskriminazzjoni kif ukoll il-loġika ekonomika huma essenzjali għat-tħaddim effiċjenti tas-suq ta' l-elettriku Ewropew. Il-konnessjonijiet mas-sistema ("il-fażi aħħarija" ("last mile")) huma ta' benefiċċju biss għall-ġeneraturi rispettivi li mhumiex iffaċċjati minn konsumaturi oħra tas-sistema. Barra minn hekk, spejjeż ta' konnessjoni ta' produtturi ġodda jiddependu l-aktar mill-pożizzjoni tas-siti ta' ġenerazzjoni li huma determinati mill-ġeneraturi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) F’ċerti ċirkustanzi mhux possibbli li jkunu għal kollox żgurati t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mingħajr ma tiġi affettwata l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi jista’ jkun xieraq li jingħata kumpens finanzjarju lil dawk il-produtturi.

(31) F’ċerti ċirkustanzi mhux possibbli li jkunu għal kollox żgurati t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mingħajr ma tiġi affettwata l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni. F'dawk iċ-ċirkustanzi jista' jkun xieraq li jitnaqqas ir-riforniment mingħajr ma jingħata l-ebda kumpens finanzjarju.

Ġustifikazzjoni

It-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta' enerġija rinnovabbli hi limitata mill-kapaċitajiet fiżiċi tan-netwerk. Għalhekk, f'ċerti ċirkustanzi din il-ġenerazzjoni trid tiġi mnaqqsa sabiex ma teċċedix il-limitazzjonijiet fiżiċi tan-netwerk. Il-limitazzjoni hi konsegwenza tal-liġijiet ta' Kirchhoff. It-tnaqqis fil-ġenerazzjoni tal-produtturi ta' l-enerġija rinnovabbli għandu jkun parti mill-ispejjeż tagħhom. L-istess jiġri f'impjanti konvenzjonali. Kwalunkwe ħlas ta' kumpens mhux xieraq.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) L-interkonnesjoni bejn il-pajjiżi tiffaċilita l-integrazzjoni ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Minbarra li ttejjeb il-varjabilità, l-interkonnessjoni tista’ tnaqqis l-ispejjeż ta’ bilanċjar, tinkoraġixxi l-kompetizzjoni reali li twassal għal prezzijiet aktar baxxi, u tappoġġa l-iżvilupp tan-netwerks. Ukoll, il-qsim u l-użu ottimali tal-kapaċità tat-trażmissjoni tista’ tgħin biex jiġi evitat bini ġdid żejjed. (34)

imħassra

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett hu żbaljat. Il-varjabilità għandha tkun parti minn blokk ta' kontroll, l-istruttura tal-blokki jkunu parti minn sistema ta' l-enerġija interkonnessa. Il-bilanċ ta' poter għandu jkun provdut prinċipalment minn bażi lokali. Jekk qed jimxi fuq distanzi twal, għandha tkun riservata kapaċità libera, għaliex l-emerġenza ta' bilanċjar ma tistax tkun prevedibbli. L-iżvilupp tas-sistema hu bbażat, inter alia, fuq inċentivi ta' investiment. Minħabba l-obbligu li l-operaturi għandhom li jittrasportaw is-sorsi rinnovabbli jeħtieġ li huma jsaħħu s-sistema biex jintlaħaq l-ogħla ammont ta' dan ir-riforniment. Hu dan l-iżvilupp li għandu jkun meqjus sew.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra huma magħmula minn materja prima prodotta fl-UE, huma jridu jkunu wkoll konformi mar-rekwiżiti ambjentali ta’ l-UE għall-agrikoltura. L-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi mhijiex amministrattivament u teknikament fattibbli.

(40) Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra huma magħmula minn materja prima prodotta fl-UE, huma jridu jkunu wkoll konformi mar-rekwiżiti ambjentali ta’ l-UE għall-agrikoltura u ma għandhomx jipperikolaw il-produzzjoni ta’ l-ikel. L-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi mhijiex amministrattivament u teknikament fattibbli.

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni tal-bijokarburanti u l-bijolikwidi għandha tiġi trattata b'attenzjoni fil-kuntest ta' prezzijiet ta' l-ikel dejjem jogħlew u l-isfidi globali.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Il-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali jkunu effettivi biss jekk iwasslu għal bidliet fl-imġiba ta’ l-atturi fis-suq. L-atturi fis-suq ibiddlu biss l-imġiba tagħhom jekk bijokarburanti u bijolikwidi oħra li jilħqu l-kriterji jġibu primjum fil-prezz imqabbla ma’ dawk li ma jġibuhx. Skond il-metodu tal-bilanċ tal-massa fil-verifika tal-konformità, hemm rabta fiżika bejn il-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra li jilħqu l-kriterji u l-konsum ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra fil-Komunità, li tipprovdi bilanċ xieraq bejn il-provvista u d-domanda u tassigura primjum fil-prezz li huwa ikbar milli f’sistemi fejn m’hemmx din ir-rabta. Għalhekk biex ikun żgurat li bijokarburanti u bijolikwidi oħra li jilħqu l-kriterji ta’ sostennibiltà ambjentali jistgħu jinbiegħu bi prezz ogħla, biż-żamma ta’ l-integrità tas-sistema filwaqt li fl-istess ħin tkun evitata l-impożizzjoni ta’ piż mhux raġonevoli fuq l-industrija, is-sistema tal-bilanċ tal-massa għandha tintuża biex tkun ivverifikata l-konformità. Madankollu jeħtieġ li jiġu vverifikati metodi oħra ta' verifika.

imħassra

Ġustifikazzjoni

Il-bijokarburanti għandhom jirrispettaw il-kriterji għas-sostennibiltà ekoloġika.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Rappurtar regolari huwa meħtieġ biex ikun żgurat iffukar kontinwu fuq il-progress fl-iżvilupp ta’ enerġiji rinnovabbli f’livell nazzjonali u Komunitarju.

(50) Huwa meħtieġ rekwiżit dwar ir-rapportar regolari u mhux burokratiku biex ikun żgurat iffukar kontinwu fuq il-progress fl-iżvilupp ta’ enerġiji rinnovabbli f’livell nazzjonali u Komunitarju.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapportar ma għandux ikun burokratiku.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "enerġija minn sorsi rinnovabbli” tfisser sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mhux fossili: riħ, xemx, ġeotermali, mewġa, marea, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbla, gass mill-impjant tat-trattament tad-dranaġġ u u bijogassijiet;

(a) "enerġija minn sorsi rinnovabbli” tfisser sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mhux fossili: riħ, xemx, arja, ilma, art, ġeotermali, mewġa, marea, idroenerġija, bijomassa, gass mill-miżbla, gass mill-impjant tat-trattament tad-dranaġġ u u bijogassijiet;

Ġustifikazzjoni

L-arja, l-ilma u l-art huma sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jintużaw b’mod mifrux mill-pompi tat-tisħin u li ġew rikonoxxuti bħala tali fil-kriterji ta' l-UE stabbiliti għall-eko tikkettar tal-pompi tat-tisħin. Il-karatteristiċi teknoloġiċi għall-pompi tat-tisħin jippermettu lil dawn is-sorsi sabiex jagħtu u jipprovdu sħana effiċjenti ħafna, u għalhekk it-twessigħ tad-definizzjoni sabiex dawn l-enerġiji jiġu inklużi sejjer jiċċara l-potenzjal ta’ sfruttament. Minbarra dan, it-teknoloġija speċifika użata mill-pompi tat-tisħin tippermetti sabiex tiġi trasferita l-enerġija mill-arja, l-ilma u l-art bl-użu tat-temperatura tagħhom, pożittiva jew negattiva, għat-tisħin u tkessiħ. Fl-għan li tintlaħaq 20 % ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli sa l-2020, il-proposta tal-Kummissjoni għandha tinkludi lista aktar kompleta tas-sorsi rinnovabbli. F’din il-perspettiva, l-arja, l-ilma u l-art għandhom jiġu inklużi fit-test tal-Kummissjoni.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Garanziji ta’ l-oriġini ta’ elettriku, tisħin u tkessiħ prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

Garanziji ta’ l-oriġini ta’ elettriku, tisħin u tkessiħ u trasport prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

Ġustifikazzjoni

Is-sistema GO għandha tkopri s-sorsi rinnovabbli kollha.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) elettriku; jew

(i) elettriku;

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) tisħin u/jew tkessiħ;

(ii) tisħin u/jew tkessiħ; jew

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – punt ii a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia) trasport;

Ġustifikazzjoni

Is-sistema GO għandha tkopri s-sorsi rinnovabbli kollha.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri li s-sehem ta’ enerġija tagħhom minn sorsi rinovabbli laħaq jew qabeż it-trajettorju indikattiv fil-Parti B ta’ l-Anness I fil-perjodu ta’ sentejn immedjatament preċedenti jistgħu jitolbu lill-korpi kompetenti maħtura skond l-Artikolu 7 biex jittrasferixxu l-garanziji ta’ l-oriġini sottomessi għall-kanċellazzjoni taħt l-Artikolu 8(1) għal Stat Membru ieħor. Dawn il-garanziji ta’ l-oriġini għandhom ikunu immedjatament ikkanċellati mill-korp kompetenti fl-Istat Membru li qed jirċievi.

1. L-Istati Membri li s-sehem ta’ enerġija tagħhom minn sorsi rinovabbli laħaq jew qabeż it-trajettorju indikattiv fil-Parti B ta’ l-Anness I b’konformità mal-pjan ta’ azzjoni nazzjonali jistgħu jitolbu lill-korpi kompetenti maħtura skond l-Artikolu 7 biex jittrasferixxu l-garanziji ta’ l-oriġini sottomessi għall-kanċellazzjoni taħt l-Artikolu 8(1) għal Stat Membru ieħor. Dawn il-garanziji ta’ l-oriġini għandhom ikunu immedjatament ikkanċellati mill-korp kompetenti fl-Istat Membru li qed jirċievi.

Ġustifikazzjoni

Il-pjani ta’ azzjoni nazzjonali għall-Istati Membri jkunu deċiżivi.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Stat Membru jista’, jipprovdi għal sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferiment ta’ garanziji ta’ l-oriġini lil jew minn persuni fi Stati Membri oħra jekk, fin-nuqqas ta’ sistema bħal din, it-trasferiment ta’ garanziji ta’ l-oriġini lil jew mill-Istat Membru kkonċernat jista’ jxekkel l-abbiltà tagħhom li jiżguraw provvista ta’ enerġija sigura u bbilanċjata jew jista’ jimmina l-kisba ta’ l-miri ambjentali li fuqhom hija mibnija l-iskema ta’ sostenn tagħhom.

imħassar

L-Istati Membri jistgħu, jipprovdu għal sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferiment ta’ garanziji ta’ l-oriġini lil persuni fi Stati Membri oħra jekk fin-nuqqas ta’ sistema bħal din, it-trasferiment ta’ garanziji ta’ l-oriġini jista’ jxekkel l-abbiltà tagħhom li jikkonformaw ma’ l-Artikolu 3(1) jew li jiżguraw li s-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli huwa ugwali jew jaqbeż it-trajettorju indikattiv f’Parti B ta’ l-Anness I.

 

Is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel m’għandhiex tikkostitwixxi mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja. 3.

 

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċirkolazzjoni tal-persuni tikkuntrasta ma’ l-istrateġiji nazzjonali u dan iġib miegħu żieda fil-prezzijiet għall-użu ta’ l-enerġija rinnovabbli. Għalhekk, il-konsegwenza hija żieda rilevanti fil-prezzijiet.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel li għandhom il-ħsieb li jdaħħlu fis-seħħ skond il-paragrafu 2, u kull tibdil sussegwenti tagħha.

imħassar

Il-Kummissjoni għandha tippubblika dik l-informazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċirkolazzjoni tal-persuni tikkuntrasta ma’ l-istrateġiji nazzjonali u dan iġib miegħu żieda fil-prezzijiet għall-użu ta’ l-enerġija rinnovabbli. Għalhekk, il-konsegwenza hija żieda rilevanti fil-prezzijiet.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw infrastruttura tad-distribuzzjoni biex jakkomodaw l-iżvilupp ulterjuri tal-produzzjoni ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi l-interkonnetturi bejn l-Istati Membri.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw infrastruttura tad-distribuzzjoni u jipprovdu inċentivi biex isir dan, biex jakkomodaw l-iżvilupp ulterjuri tal-produzzjoni ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi l-interkonnetturi bejn l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Hu obbligu u kompitu ta' l-operaturi tas-sistema li jieħdu ħsieb li jkun hemm topoloġija tas-sistema l-aktar effiċjenti sabiex jiżguraw il-provvista nazzjonali. Huma jkollhom il-benefiċċji fuq il-bażi ta' l-effiċjenza u skond il-ġudizzju tar-regolatur nazzjonali. Interkonnetturi addizzjonali ikabbru l-kummerċ. Barra minn hekk, dawn il-kwalitajiet għandhom ikunu rikonoxxuti mir-regolatur.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta’ l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jiggarantixxu fit-territorju tagħhom it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Huma għandhom jipprovdu wkoll għal aċċess prijoritarju għas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fit-trażmissjoni ta’ impjanti li jiġġeneraw l-elettriku, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jagħtu prijorità lil impjanti ta’ ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti s-sigurtà tas-sistema ta’ l-elettriku nazzjonali.

2. Mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta’ l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jiggarantixxu fit-territorju tagħhom it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli filwaqt li jiggarantixxu s-sigurtà tal-provvista. Huma għandhom jipprovdu wkoll għal aċċess prijoritarju għas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fit-trażmissjoni ta’ impjanti li jiġġeneraw l-elettriku, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jagħtu prijorità lil impjanti ta’ ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti s-sigurtà tas-sistema ta’ l-elettriku nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni tas-sikurezza ma għandhiex tiġi kompromessa.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 (3) – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni jistabbilixxu u jippubblikaw ir-regoli standard tagħhom rigward il-ġarr u t-tqassim flimkien ta’ l-ispejjeż ta’ adattamenti tekniċi, bħal ma huma konnessjonijiet mas-sistema ta’ distribuzzjoni u rinfurzar tas-sistema ta’ distribuzzjoni, li huma meħtieġa biex ikunu integrati produtturi ġodda li jkunu qed jipprovdu elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lis-sistema interkonnessa.

3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni jistabbilixxu u jippubblikaw ir-regoli standard tagħhom rigward il-ġarr u t-tqassim flimkien ta’ l-ispejjeż ta’ adattamenti tekniċi, bħal ma huma konnessjonijiet mas-sistema ta’ distribuzzjoni u rinfurzar tas-sistema ta’ distribuzzjoni, li huma meħtieġa biex ikunu integrati produtturi ġodda li jkunu qed jipprovdu elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lis-sistema interkonnessa. Il-produttur għandu jerfa' l-piż ta' l-ispiża tal-kollegament mas-sistema (il-fażi aħħarija).

Ġustifikazzjoni

L-operaturi tas-sistema għandhom jindikaw l-aktar punt adegwat ta' konnessjoni bbażat fuq objettivi tekniċi. Il-"fażi aħħarija" taqdi biss lill-ġeneratur. Għalhekk skond ir-regoli għall-ġeneraturi konvenzjonali dan jirreferi għall-enerġija rinnovabbli u s-CHP ukoll. Jekk ġeneratur iwaqqaf il-faċilità ta' ġenerazzjoni, tkun liema tkun ir-raġuni, il-"fażi aħħarija" ma tkunx tista' tiffunzjona. Għalhekk jeħtieġ li tkun parti mill-pjan tan-negozju tal-ġeneratur u mhux taqa' fuq xi ħadd ieħor.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jġorru l-ispejjeż kollha, jew parti minnhom, imsemmija fil-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex itejjbu l-oqsfa u r-regoli għall-ġarr u tqassim ta’ l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 3 sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011 u kull sentejn wara dan biex jiżguraw l-integrazzjoni ta’ produtturi ġodda kif imsemmi f’dak il-paragrafu.

4. Fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jġorru l-ispejjeż kollha għall-infurzar meħtieġ tas-sistema, jew parti minnhom, imsemmija fil-paragrafu 3. Dawn l-ispejjeż jistgħu jkunu inkorporati fit-tariffi tas-sistema ta' l-operaturi tas-sistema u m’għandhomx ikunu parti mill-ebda regolament ta' inċentiv. L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex itejbu l-oqsfa u r-regoli għall-ġarr u tqassim ta’ l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 3 sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011 u kull sentejn wara dan biex jiżguraw l-integrazzjoni ta’ produtturi ġodda kif imsemmi f’dak il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

Jekk ir-rieda politika sabiex ikunu sussidjati sorsi partikolari twassal għal ħtiġijiet addizzjonali ta' investiment għall-operatur tas-sistema, dawn l-ispejjeż għandhom ikunu rikonoxxuti bħala mogħtija indipendentement mill-iskema ta' regolament ta' inċentiv li tkun attwata. Minħabba li l-iskema ta' realizzazzjoni ta' l-operatur tas-sistema trid tkun effiċjenti, preferibbilment isir kontroll ex ante mir-regolatur.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. It-tqassim flimkien ta’ l-ispejjeż imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun infurzat b’mekkaniżmu bbażat fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji li jikkunsidraw il-benefiċċji li inizjalment u sussegwentement produtturi konnessi kif ukoll operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni jieħdu mill-konnessjoni.

6. It-tqassim flimkien ta’ l-ispejjeż imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 għandu jkun infurzat b’mekkaniżmu bbażat fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji li jikkunsidraw il-benefiċċji li inizjalment u sussegwentement produtturi konnessi kif ukoll operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni jieħdu mill-konnessjoni, kif ukoll il-kontribuzzjoni ta’ installazzjonijiet ġodda għall-miri ta’ l-Unjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet elenkati taħt l-ittri (a), (b) u (c) hawn taħt jekk jissodisfaw biss il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5:

1. Il-bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet elenkati taħt l-ittri (a), (b) u (c) hawn taħt jekk jissodisfaw biss il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 1a sa 5:

Ġustifikazzjoni

Bidla essenzjali minħabba li se jiġi definit kriterju ġdid.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-użu ta' l-art għall-produzzjoni tal-biokarburanti u ta’ bijokarburanti oħra m’għandhiex tikkompeti ma’ l-użu ta’ l-art għall-produzzjoni ta’ l-ikel.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata attenzjoni għall-fatt li l-użu ta’ bijokarburanti jiggrava l-pożizzjoni ekonomika ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel.

PROĊEDURA

Titolu

Enerġija prodotta minn sorsi li jiġġeddu

Referenzi

COM(2008)0019 – C6-0046/2008 – 2008/0016(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

19.2.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Mariela Velichkova Baeva

11.3.2008

 

 

Konsultazzjoni mal-Kumitat

5.5.2008

2.6.2008

 

 

Data ta' l-adozzjoni

3.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mariela Velichkova Baeva, Zsolt Làszló Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Manuel António dos Santos, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Donata Gottardi, Benoît Hamon, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Piia-Noora Kauppi, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Guntars Krasts, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Astrid Lulling, Florencio Luque Aguilar, Hans-Peter Martin, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Dariusz Rosati, Eoin Ryan, Antolín Sànchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Ieke van den Burg, Cornelis Visser

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Mia De Vits, Harald Ettl, Margaritis Schinas, Theodor Dumitru Stolojan

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (26.6.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli
(COM(2008)0019 – C6‑0046/2008 – 2008/0016(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Inés Ayala Sender

SHORT JUSTIFICATION

I. The proposal for a directive: provisions relating to the transport sector

On 23 January 2008 the Commission submitted a series of initiatives for combating climate change, including this proposal for a directive on the promotion of the use of energy from renewable sources. In it, the Commission sets out a framework for promoting the use of renewables, targeting the electricity, heating and refrigeration, and transport sectors.

In the transport sector the directive sets specific objectives for the use of renewables, particularly biofuels and other bioliquids, to reach a share of 10% of total consumption by 2020. This would make it possible to guarantee uniformity of the technical specifications applicable to fuels and their availability, to permit supply both by internal production and by imports, to reduce oil dependency and to stimulate European biofuels production, which is still quite low owing to high production costs.

The proposal for a directive also puts in place a system for ensuring the environmental sustainability of biofuels by means of a set of criteria (Article 15) which must be met if they are to comply with the stated aims of the directive and be eligible for financial aid:

-          A reduction in greenhouse gas emissions of at least 35%;

-          No production from biofuel feedstock obtained from land with high biodiversity value (forest undisturbed by human activity, areas designated for nature protection purposes or highly biodiverse grassland);

-          No conversion of land with high carbon stock, such as wetlands or forests, into biofuel production areas.

Article 16 sets up a system for the verification of these criteria for EU-produced and imported biofuels.

Article 17 defines the method for calculating the reduction of greenhouse gas emissions for the biofuels sector, in accordance with values and methods defined in Annex VII taking account of the positive and negative effects of land conversion, such as the uncompensated release of some of the carbon contained in the soil.

Article 18 requires the Member States to provide the public with sufficient information on the availability of biofuels for transport (indication at sales points of percentages of biofuels, blended in mineral oil derivatives, exceeding the limit value of 10%). Diesel containing at least 7% by volume of biodiesel must be placed on sale in all filling stations with at least two pumps by 31 December 2010, and diesel with at least 10% biodiesel by 31 December 2014.

II. Draftswoman’s position

Your draftswoman has tried to respond to questions concerning the use of biofuels in transport and their environmental and economic sustainability, while taking into account the current situation both globally, with the rise of raw material prices blamed partly on biofuels, and in Europe, with recent decisions by some Member States to suspend production of biofuels. The 10% target is thus increasingly being called into question.

Biofuels should significantly reduce the emission of greenhouse gases, but they also have to comply with environmental and social requirements in the agriculture sector and economic requirements specific to transport. Biofuels should also be the fuels of the future for all modes of transport, including by air and sea, and should not be confined to road transport.

Concentrating on the articles on biofuels, your draftswoman wishes to deal as a priority with a number of particular points:

· The objective of biofuels constituting10% of the fuel needed for transport by 2020 is not achievable without a massive use of first-generation biofuels, which give rise to major environmental and social problems. Second-generation biofuels still face technical and economic uncertainties over their use before 2020. Your draftswoman therefore proposes a flexible and progressive approach to achieving this 10% objective.

· On environmental and social sustainability criteria, your draftswoman wishes these to be compatible with the criteria currently under discussion in the proposal for amending Directive 98/70/EC on fuel quality, in line with the report adopted at first reading in the ENVI committee on 6 December 2007. In the interests of better lawmaking, it would seem necessary to have identical criteria providing a high level of social and environmental protection in both proposals.

· Other energy sources besides biofuels should be incorporated into the proposal.

· Regarding comitology, the regulatory procedure with scrutiny should be applied to the sustainability criteria in the context of international agreements.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iżvilupp ta' l-użu tal-bijokarburanti fit-trasport b'mod partikolari huwa wieħed mill-mezzi li għandha l-UE biex ittaffi d-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni taż-żejt - qasam li fih il-problema tas-sikurezza tal-provvisti hija partikolarment kbira - u sabiex tinfluwenza s-suq tal-kombustibbli għat-trasport.

L-iżvilupp ta' l-użu ta' enerġija li hija prodotta minn sorsi rinnovabbli fit-trasport, b'mod partikolari l-bijofjuwils, iżda wkoll l-idroġenu prodott minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli, bħal pereżempju l-batterija li jaħdmu bil-fjuwil, huwa wieħed mill-mezzi li għandha l-UE biex ittaffi d-dipendenza tagħha fuq l-importazzjoni taż-żejt - qasam li fih il-problema tas-sikurezza tal-provvisti hija partikolarment kbira - u sabiex tinfluwenza s-suq tal-fjuwil għat-trasport.

Ġustifikazzjoni

Il-bijofjuwils mhumiex l-uniċi teknoloġiji li għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tas-sehem ta' 10% ta' l-enerġiji minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport. Għandhom jiġu inkoraġġuti teknoloġiji oħra, bħall-idroġenu.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Sabiex jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni Ewropea u d-dipendenza ta' din fuq l-importazzjonijiet ta' l-enerġija, l-iżvilupp ta' enerġiji rinnovabbli għandu jkun marbut mill-qrib maż-żieda fl-effiċjenza ta' l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Prekondizzjoni għall-iżvilupp sostanzjali ta' l-enerġiji rinnovabbli hija li għandu jitnaqqas il-konsum totali ta' l-enerġija (partikolarment permezz ta' miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza ta' l-enerġija).

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell f’Marzu 2007 stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi Direttiva komprensiva dwar l-użu tas-sorsi rinovabbli kollha ta’ l-enerġija, li jista’ jkun fiha kriterji u dispożizzjonijiet li jiżguraw il-provvista u l-użu sostenibbli tal-bijoenerġija. Dawn il-kriterji għandhom jiffurmaw parti koerenti minn skema usa’ li tkopri wkoll il-bijolikwidi u mhux biss il-bijokarburanti. Kriterji ta’ sostenibbiltà bħal dawn għalhekk għandhom jiġu inklużi f’din id-Direttiva. Bil-għan li jkunu evitati l-ispejjeż addizzjonali għan-negozju u l-inkoerenza ambjentali li tista’ tkun assoċjata ma’ approċċ inkonsistenti, huwa essenzjali li dawn il-kriterji għall-bijokarburanti jiġu allinjati bejn din id-Direttiva u d-Direttiva 98/70/KE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fl-2010 għandha tanalizza jekk jistgħux jiġu inklużi applikazzjonijiet oħra tal-bijomassa

(36) Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell f’Marzu 2007 stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi Direttiva komprensiva dwar l-użu tas-sorsi rinnovabbli kollha ta’ l-enerġija, li jista’ jkun fiha kriterji u dispożizzjonijiet li jiżguraw il-provvista u l-użu sostenibbli tal-bijoenerġija. Dawn il-kriterji għandhom jiffurmaw parti koerenti minn skema usa’ li tkopri wkoll il-bijolikwidi u mhux biss il-bijofjuwils. Kriterji ta’ sostenibbiltà bħal dawn għalhekk għandhom jiġu inklużi f’din id-Direttiva. Bil-għan li jkunu evitati spejjeż addizzjonali għan-negozju u, bil-għan li jittejbu r-regolamenti Komunitarji, sabiex tiġi evitata l-inkoerenza ambjentali li tista’ tkun assoċjata ma’ approċċ inkonsistenti, huwa essenzjali li dawn il-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijofjuwils ta' din id-Direttiva u l-kriterji tad-Direttiva 98/70/KE jkunu identiċi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fl-2010 għandha tanalizza jekk jistgħux jiġu inklużi applikazzjonijiet oħra tal-bijomassa

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta' vijabilità ambjentali proposti mill-Kummissjoni għandhom ikunu identiċi bħal dawk tad-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-fjuwils, li l-ewwel qari tagħha huwa fi stadju iktar avvanzat minn dak ta' din il-proposta. Jeħtieġ li tiġi evitata kwalunkwe kontradizzjoni tar-regoli bejn iż-żewġ direttivi li jikkonċernaw l-istess settur, iżda li għandhom loġika differenti.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Bil-għan li jkun jista’ jinkiseb is-sehem ta’ 10% ta’ bijokarburanti, huwa meħtieġ li jkun żgurat li jitpoġġew fis-suq taħlit ta’ bijokarburant fid-diżil ogħla minn dawk previsti mill-istandard EN590/2004.

(48) Bil-għan li jkun jista’ jinkiseb is-sehem ta’ 10% ta’ l-enerġiji ġejjin minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport, huwa meħtieġ li, f'dak li jikkonċerna l-bijofjuwils, ikun żgurat li jitpoġġew fis-suq taħlit ta’ bijofjuwil fid-diżil ogħla minn dawk previsti mill-istandard EN590/2004.

Ġustifikazzjoni

Il-bijofjuwils mhumiex l-uniċi teknoloġiji li għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tas-sehem ta' 10% ta' l-enerġiji minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport. Għandhom jiġu wkoll inkoraġġuti teknoloġiji oħra, bħall-idroġenu.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 48 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48b) Jaqbel li tingħata attenzjoni partikolari liċ-ċiklu ta' produzzjoni u lil-loġistika tal-bijofjuwils, partikolarment f'dak li jikkonċerna l-infrastrutturi disponibbli, għat-trasport u għad-distribuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, il-proċess loġistiku li jippermetti l-provvista tal-bijofjuwils huwa element importanti fir-rispett ta' l-għan tat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra. Għal din ir-raġuni, għandha tingħata l-ikbar attenzjoni lit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tiġġenera. It-twaqqif ta' l-infrastrutturi ta' produzzjoni, ta' loġistika u ta' distribuzzjoni tal-bijofjuwils għandha għalhekk tkun inkoraġġuta, partikolarment permezz ta' proġetti ffinanzjati fil-qafas tan-netwerks transewropej ta' l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-bijofjuwils fl-Unjoni Ewropea għandu jkun akkumpanjat bi sforzi ta' investiment, pereżempju permezz tan-netwerks transewropej ta' l-enerġija, fl-infrastrutturi tal-produzzjoni, tad-distribuzzjoni u tal-loġistika, sabiex l-ilħuq ta' l-objettiv ma jitwaqqafx minħabba nuqqas ta' infrastrutturi. Iktar minn hekk, trasport fit-tul wisq ta' bijofjuwils bejn il-post ta' produzzjoni u l-post ta' distribuzzjoni se jkun sors ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u se jkun hemm ir-riskju li għalhekk jitnaqqas il-bilanċ pożittiv f'termini ta' tnaqqis ta' emissjonijiet.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 (3), subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex isir il-kalkolu ta' l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport, għandhom jitqiesu enerġiji alternattivi bħall-bijofjuwils u bijolikwidi oħra, l-idroġenu prodott minn sorsi ta' l-enerġija rinnovabbli, bħal pereżempju l-batterija li taħdem bil-fjuwil, jew inkella l-elettriku prodott minn sorsi ta' l-enerġija rinnovabbli.

Ġustifikazzjoni

Il-bijofjuwils mhumiex l-uniċi teknoloġiji li għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu ta' l-10% ta' l-enerġiji minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport. Għandhom jiġu inkoraġġuti teknoloġiji oħra, bħall-idroġenu.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 (1), subinċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fis-settur tat-trasport, il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali, minbarra l-miżuri msemmija fis-subparagrafu preċedenti, għandhom jinkludu miżuri iktar speċifiċi għall-promozzjoni tal-katina ta' produzzjoni u ta' loġistika ta' enerġija rinnovabbli, inklużi l-bijofjuwils, il-fjuwils gassużi (bħall-metanu), l-idroġenu u l-elettriku prodott minn sorsi ta' l-enerġija rinnovabbli. Dawn il-miżuri, li huma eliġibbli għall-finanzjament taħt in-netwerks ta' l-enerġija transewropej, għandhom jiffaċilitaw il-produzzjoni ta' l-enerġija rinnovabbli madwar l-Unjoni Ewropea u t-trasport tagħha u t-tqassim dirett lill-konsumatur, permezz ta' investiment fl-infrastruttura. Għandu wkoll jiġi kkunsidrat li l-Istati Membri jkollhom jipprovdu inċentivi għall-iżvilupp ta' l-infrastrutturi għall-għoti tal-fjuwil mill-ġdid sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għal mobilità wiesgħa sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta' l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli għandu jkun appoġġjat permezz ta' investiment, pereżempju permezz tan-netwerks ta' l-enerġija transewropej, fl-infrastruttura u l-loġistika tal-produzzjoni u tat-tqassim, sabiex jiġi evitat li n-nuqqas ta' l-infrastruttura jimpedixxi li jintlaħqu l-objettivi.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess għas-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-elettriku

Aċċess għas-sistema ta' distribuzzjoni

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li l-iskema ta' appoġġ offruta għall-użu tal-bijofjuwils għall-ġenerazzjoni tas-sħana u ta' l-elettriku jitqabblu ma' skemi ta' appoġġ finanzjarjament newtri għall-produzzjoni ta' bijometanu ta' kwalità tajba biżżejjed biex jiġi introdott fis-sistemi tal-pajpijiet u għall-użu fil-vetturi.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kriterji ta' sostenibilità ambjentali għall-bijokarburanti u bijolikwidi oħra

Kriterji ta' sostenibilità ambjentali u soċjali għall-bijofjuwils u bijolikwidi oħra

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jiġu introdotti esiġenzi fil-qasam tal-kriterji soċjali fl-Artikolu 15, bħal ma sar fir-rapport adottat fl-ewwel qari mill-Kumitat ENVI tal-Parlament Ewropew dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-bijofjuwils, sabiex il-kriterji jkunu identiċi bejn iż-żewġ direttivi. Jeħtieġ li tiġi evitata kwalunkwe kontradizzjoni tar-regoli bejn iż-żewġ direttivi li jikkonċernaw l-istess settur, iżda li jkunu bbażati fuq loġika differenti.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Verifika tal-konformità mal-kriterji ta' sostenibilità ambjentali għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra

Verifika tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibilità ambjentali u soċjali għal bijofjuwils u bijolikwidi oħra

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni tal-bijofjuwils tista' toħloq problemi soċjali serji fiz-zoni produttriċi, partikolarment fil-pajjiżi terzi. Il-verifika tal-kriterji mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għandha għalhekk tikkonċerna wkoll l-aspetti soċjali, u mhux biss dawk ambjentali, tal-produzzjoni tal-bijofjuwils.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti dwar permessi għal metodi oħra ta’ verifika, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.' L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jissottomettu informazzjoni affidabbli u li jpoġġu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri, fuq talba, id-data li ntużat biex tkun żviluppata l-informazzjoni. L-awditjar għandu jivverifika li s-sistemi użati mill-operaturi ekonomiċi huma preċiżi, affidabbli u reżistenti għall-frodi. Għandu jevalwa l-frekwenza u l-metodoloġija ta’ teħid tal-kampjuni u l-affidabilità tad-data.

3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jissottomettu informazzjoni affidabbli dwar il-vijabilità ambjentali u soċjali tal-bijofjuwils u ta' bijolikwidi oħra u li jpoġġu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri, fuq talba, id-data li ntużat biex tkun żviluppata l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jissottomettu informazzjoni affidabbli u li jpoġġu għad-dispożizzjoni ta’ l-Istati Membri, fuq talba, id-data li ntużat biex tkun żviluppata l-informazzjoni. L-awditjar għandu jivverifika li s-sistemi użati mill-operaturi ekonomiċi huma preċiżi, affidabbli u reżistenti għall-frodi. Għandu jevalwa l-frekwenza u l-metodoloġija ta’ teħid tal-kampjuni u l-affidabilità tad-data.

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni tal-bijofjuwils tista' toħloq problemi soċjali serji fiz-zoni produttriċi, partikolarment fil-pajjiżi terzi. Il-verifika tal-kriterji mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għandha għalhekk tikkonċerna wkoll l-aspetti soċjali, u mhux biss dawk ambjentali, tal-produzzjoni tal-bijofjuwils.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 (6)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Deċiżjonijiet skond il-paragrafu 4 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin.

6. Deċiżjonijiet skond il-paragrafu 4 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jkun involut, permezz tal-proċedura ta' regolamentazzjoni bi skrutinju, fl-iżgurar li l-ftehimiet bilaterali u multilaterali jikkonformaw mal-kriterji ta' vijabilità ambjentali u soċjali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 (3a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-fjuwils tal-petrol li jkun fihom il-bijoetanol.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jkun hemm disponibilità mifruxa ta' fjuwils tal-petrol fl-istazzjonijiet tal-petrol kollha sabiex jintlaħqu l-objettivi għall-bijofjuwils.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 (5a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali relativi ta’ bijokarburanti differenti, l-effetti fuqhom mill-politiki ta’ l-importazzjoni tal-Komunità, is-sigurtà ta’ l-implikazzjonijiet tal-provvista u l-mezzi biex jinkiseb approċċ ibbilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet;

(a) Il-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali u soċjali relattivi ta’ bijofjuwils differenti, l-effetti fuqhom mill-politiki ta’ l-importazzjoni tal-Komunità, is-sigurtà ta’ l-implikazzjonijiet tal-provvista u l-mezzi biex jinkiseb approċċ ibbilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet;

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni, fir-rapporti tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, tqis ir-rispett tal-kriterji soċjali msemmija preċedentement, u mhux biss dawk ambjentali.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 20(5), subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Hija għandha, jekk xieraq, tipproponi azzjoni korrettiva.

Hija għandha, jekk xieraq u billi tqis l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (d), tipproponi azzjoni korrettiva dwar il-parti ta' l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport u dwar il-kriterji ambjentali u soċjali tal-bijofjuwils.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tiġi ppreċiżata n-natura ta' l-azzjoni korrettiva kemm dwar il-parti ta' l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli fis-settur tat-trasport, li tista' tvarja skond l-evoluzzjoni tas-suq u l-progress xjentifiku, kif ukoll dwar il-kriterji ambjentali u soċjali li għandhom jiġu rispettati.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Anness III – linja 2 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bijoetanol (etanol prodott mill-bijomassa)

Bijoetanol (etanol prodott mill-bijomassa u/jew il-frazzjoni bijodegradabbli ta' l-iskart, u użat bħala bijofjuwils)

Ġustifikazzjoni

Il-bijoetanol għandu jkun definit fl-anness tad-direttiva, skond id-definizzjoni tad-Direttiva 2003/30/KE dwar il-promozzjoni ta' l-użu tal-bijofjuwils jew fjuwils oħra rinnovabbli għat-trasport, filwaqt li żżid magħha r-referenza għall-użu ta' l-iskart fil-produzzjoni tal-bijofjuwils.

PROĊEDURA

Titolu

Enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli

Referenzi

COM(2008)0019 – C6-0046/2008 – 2008/0016(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

19.2.2008

 

 

 

Rapporteur ta’ opinjoni:

       Data tal-ħatra

Inés Ayala Sender

26.2.2008

 

 

Eżami fil-kumitat

29.5.2008

23.6.2008

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

24.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

17

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Francesco Ferrari, Brigitte Fouré, Mathieu Grosch, Georg Jarzembowski, Timothy Kirkhope, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Seán Ó Neachtain, Josu Ortuondo Larrea, Paweł Bartłomiej Piskorski, Reinhard Rack, Brian Simpson, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Silvia-Adriana Ţicău, Yannick Vaugrenard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Philip Bradbourn, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Maria Eleni Koppa, Helmuth Markov, Rosa Miguélez Ramos, Vural Öger, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ioannis Gklavakis, Helmut Kuhne, Maria Petre, Eoin Ryan

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (27.6.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promopzzjoni ta' l-użu ta' l-enerġija minn sorsi rinovabbli
(COM(2008)0019 – C6‑0046/2008 – 2008/0016(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Samuli Pohjamo

SHORT JUSTIFICATION

In its opinion for the Committee on Industry, Research and Energy on "a roadmap for renewable energy in Europe of 2007, the Committee on Regional Development urged the European Commission to come forward as soon as possible with a proposal for a Directive on renewable energies, together with tools for promotion, technology transfer and the dissemination of best practices in the exploitation of this potential.

It should be also recalled that the Committee was in favour of an average target of 25% renewables by 2020 and clear binding targets for the electricity, transport, heating and cooling sectors. The Committee called on the EU to clarify the roles, rights and responsibilities of the regions and local authorities in policy implementation, in line with the principle of subsidiarity.

The 'New Energy Policy for Europe' should be supported, as it fully respects Member States' choice of energy mix and their sovereignty over primary energy sources, while at the same time, the policy is underpinned with a spirit of solidarity amongst Member States, to ensure an integrated approach to climate change and the challenge of promoting environmental sustainability. It should be stressed that an energy policy using renewables offers the opportunity for a decentralised energy policy through the exploitation of regional potential and meeting regions' needs. Therefore, the competent authorities should be given the means to achieve these objectives. It is important that Member States consider all possible renewable energy technologies.

The Commission should be requested to make cogeneration compulsory, when technically possible, where renewable energy is produced from biomass. Furthermore, the Commission should study the impact of wood burning furnace projects on the local and sustainable development of the timber sector, given that this sector plays a major role in contributing to regional development and the dynamism of rural economies.

In this context, Members States and regions should support the initiatives and activities of all local stakeholders involved in the development of renewable energy sources – local and regional authorities, farmers and foresters, businesspeople and planners, universities, researchers and private individuals. They should also encourage the establishment of public-private partnerships and improve the supply and marketing circuits for the renewable energy produced.

Regional and local authorities should set an example for the European public by adopting renewable energy technologies on their premises, encouraging the use of biofuels in their vehicles and saving energy by means of energy efficient installations.

It must be underlined that the use of renewables, as well as the production of equipment and machines, can provide development opportunities to many regions across Europe, especially in regions with limited job creation options.

Making full use of renewable energy sources still requires a great deal of research activity, product development, publicity and exchange of best practices.

The value of renewable energy sources from the regional point of view must be strongly stressed. Therefore, it is important that the use of renewables serves a purpose with demonstrable added value.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, jistieden lilk-Kumitat ta' l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Biex jinkiseb mudell ta' enerġija li jaġġoġġja enerġiji rinovvabbli hemm il-bżonn li jiġi stabbilit koperazzjoni strateġika li fiha jieħdu sehem r-reġjuni u awtoritajiet lokali, flimkien ma' l-Istati Membri, bil-għan li jinvolvuhom direttament fl-iżvilupp tiegħu.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 38 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

38a. Artijiet tal-pit fonda mhux imnixxfa b'ħażniet għolja ta' karbon fil-ħamrija jew fil-veġetazzjoni m'għandix tintuża għall-iżvilupp proġetti oħra ta' nereġija rinovvabbli bħal bini ta' turbini tar-riħ u t-toroq assoċjati magħhom, li jinkludi 'toroq f'wiċċ l-ilma' u infrastruttura oħra. L-impatt ta' żviluppi bħal dawn fuq artijiet tal-pit iwassal bla dubju biex jinxfu meded kbar ta’ pantani tal-pit (peat bogs) kif ukoll biex karbonju maħżun joħroġ fl-atmosfera, li mbagħad isir diossidu tal-karbonju.

Ġustifikazzjoni

L-art tal-pit hija maħżen tal-karbonju. Il-kostruzzjoni ta’ farms tat-turbini tar-riħ, ta’ ‘toroq f’wiċċ l-ilma’ u ta’ infrastruttura oħra twassal biex jitħarbat id-drenaġġ naturali u għat-tnixxif tal-pit u għalhekk joħorġu kwantitajiet kbar ta’ diossidu tal-karbonju fl-atmosfera, u dan joħloq ħafna iżjed emissjonijiet tal-karbonju milli qatt jistgħu jkunu ffrankati permezz tal-farms tat-turbini tar-riħ.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Bil-għan li jkun evitat piż amministrattiv, lista ta' valuri awtomatiċi għandha tkun stabbilita għal mogħdijiet komuni għall-produzzjoni tal-bijokarburanti. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom dejjem ikunu intitolati li jikklejmjaw il-livell ta’ ffrankar tal-gassijiet serra stabbilit minn din il-lista. Fejn il-valuri awtomatiċi għall-iffrankar tal-ġass serra mil-mogħdija tal-produzzjoni huwa taħt il-livell minimu mitlub għall-iffrankar tal-gassijiet b'effett ta' serra, produtturi li jixtiequ juru l-konformità tagħhom ma dan il-livell minimu jeħtieġu juru li l-emissjonijiet attwali mill-proċess ta' produzzjoni tagħhom huma inqas minn dawk li ġew stabbiliti fil-kalkulazzjoni tal-valuri awtomatiċi.

(45) Bil-għan li jkun evitat piż amministrattiv, lista ta' valuri awtomatiċi għandha tkun stabbilita għal mogħdijiet komuni għall-produzzjoni tal-bijokarburanti. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom dejjem ikunu intitolati li jikklejmjaw il-livell ta’ ffrankar tal-gassijiet b’effett ta’ serra stabbilit minn din il-lista, filwaqt li jkun żgurat li f’kull każ ma ġġibx diskriminazzjoni kontra dawk l-Istati Membru u r-reġjuni li t-territorji tagħhom m’humiex produttivi minħabba n-natura tal-ħamrija, tal-klima u ta' l-ammont ta' materja prima tagħhom. Fejn il-valuri awtomatiċi għall-iffrankar tal-ġass serra mil-mogħdija tal-produzzjoni huwa taħt il-livell minimu mitlub għall-iffrankar tal-gassijiet b'effett ta' serra, produtturi li jixtiequ juru l-konformità tagħhom ma dan il-livell minimu jeħtieġu juru li l-emissjonijiet attwali mill-proċess ta' produzzjoni tagħhom huma inqas minn dawk li ġew stabbiliti fil-kalkulazzjoni tal-valuri awtomatiċi.

Ġustifikazzjoni

Biex tkun evitata d-diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) Miżuri ta’ appoġġ meħuda skond din id-Direttiva li jikkostitwixxu għajnuna ta’ l-Istat skond l-Artikolu 87 tat-Trattat għandhom ikunu nnotifikati lil u approvati mill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tagħhom, skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' din id-Direttiva ma tissostitwix l-obbligu ta' l-Istati Membri skond in-notifika ta' obbligu skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(51) L-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali jkunu jistgħu jistabbilixxu għajnuna pubblika bħala appoġġ għall enerġiji rinnovabbli, billi fil-bidu huma aktar għaljin minn dawk li jissostitwixxu, bil-konsegwenza li l-penetrazzjoni tagħhom fis-suq ta’ l-enerġija ma tfissirx benefiċċji kummerċjali għall-futur qarib jew prezzijiet orħos għall-konsumaturi. Miżuri ta’ appoġġ meħuda skond din id-Direttiva li jikkostitwixxu għajnuna ta’ l-Istat skond l-Artikolu 87 tat-Trattat għandhom ikunu nnotifikati lil u approvati mill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni tagħhom, skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' din id-Direttiva ma tissostitwix l-obbligu ta' l-Istati Membri skond in-notifika ta' obbligu skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

L-aqwa mod kif wieħed jappoġġja l-enerġiji alternattivi fl-Istati Membri huwa li jkunu involuti fl-għajnuna pubblika li tappoġġja enerġiji bħal dawn.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 51 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

51a. Ġew rikonoxxuti l-possibiltajiet li jkun stabbilit it-tkabbir ekonomiku permezz ta’ l-innovazzjoni u politika sostenibbli dwar l-enerġija kompetittiva. Ħafna drabi, il-produzzjoni ta' l-enerġija sostenibbli tiddependi minn SMEs lokali jew reġjonali. L-opportunitajiet għat-tkabbir u l-impjieg li jġibu l-ivestimenti reġjonali u lokali fl-enerġija rinnovabbli, fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom, huma importanti. Għalhekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-miżuri ta’ żvilupp reġjonali u nazzjonali f’dawn l-oqsma, jinkuraġġixxu l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki fil-produzzjoni ta’ l-enerġija rinnovabbli bejn inizjattivi lokali u reġjonali ta’ żvilupp u jippromwovu l-użu tal-finanzjament strutturali f’dan il-qasam;

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport fl-2020 tkun mill-inqas 10% tal-konsum finali ta' l-enerġija fit-trasport f'dak l-Istat Membru.

3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn sorsi ta' pit sostenibbli fit-trasport fl-2020 huwa mill-inqas 10 % tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport f’dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

F’diversi Stati Membri ta' l-UE, il-peat sostenibbli hu sors reġjonali u lokali ta’ sħana u enerġija li jaqdi l-ħtiġijiet tas-sistemi ta’ enerġija diċentralizzati u diversifikati. Il-karburanti tat-trasport prodott mill-peat jissodisfa r-rekwiżit tat-tifdil ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, filwaqt li l-benefiċċji għall-klima huma l-istess bħal dawk ta’ bijokarburanti oħra; Il-karburanti tat-trasport prodott mill-peat itejjeb il-kummerċjalizzazzjoni tat-teknoloġija Fischer Tropsch tat-tieni ġenerazzjoni. Il-karburanti tat-trasport prodott mill-peat inaqqas ukoll id-dipendenza ta’ l-Unjoni Ewropea fuq l-importazzjoni u fuq iż-żejt.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jadotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali

1. Kull Stat Membru għandu jadotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali, fuq il-bażi ta’ pjanijiet ta’ azzjoni dwar l-enerġija, ifassal f'livell lokali u reġjonali u kkoordinati ma' politiki reġjonali dwar l-użu ta' l-art; l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u jinvolvu b’mod attiv lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, fi stadju bikri, fit-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali.

Il-pjani ta' azzjoni nazzjonali għandhon jistabbilixxu il-miri ta' l-Istati Membri fis-sehem ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport, elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, u jittieħdu miżuri adegwatin biex jintlaħqu dawn il-miri, li jinkludu politiki nazzjonali għall-iżvilupp riżorsi eżistenti tal-biomassa u jimmobilizzaw riżorsi ġodda tal-biomassa għall-użu differenti, u l-miżuri li jridu jittieħdu biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta' l-Artikoli 12 sa 17.

Il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għandhom jistabbilixxu l-miri ta’ l-Istati Membri għall-ishma ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport, l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, u miżuri adegwati li għandhom jittieħdu biex jintlaħqu dawn il-miri, anke fil-livell reġjonali u lokali, inklużi politiki nazzjonali u reġjonali biex ikunu żviluppati riżorsi eżistenti ta’ bijomassa u jkunu mmobilizzati riżorsi ġodda ta’ bijomassa għal użi differenti, u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex ikunu mwettqa r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 12 sa 17.

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali linji gwida dettaljati dwar l-irwol attiv u l-kompetenzi li għandhom fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjaniiet, billi tuża eżempji prattiċi ta’ l-użu ta’ l-enerġiji rinnovabbli bbażati fuq l-aqwa prattiki attwali.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 paragrafu 1 punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) leġiżlazzjoni nazzjonali u proċeduri amministrattivi li jappoġġaw il-possibilitajiet għal koperazzjoni reċiproka bejn in-negozji, is-settur pubbliku, l-iskejjel u l-universitajiet sabiex jinħolqu għenieqed ta' innovazzjoni reġjonali, fl-ispirtu ta' l-Istrateġija ta' Liżbona.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jiġu stabbiliti proċeduri ta' awtorizzazzjoni inqas impenjattivi għal proġetti iżgħar; u

(f) jiġu stabbiliti proċeduri ta’ awtorizzazzjoni inqas impenjattivi għal proġetti iżgħar u li l-apparat deċentralizzat għall-enerġija rinnovabbli bħal pereżempju s-sistemi fotovoltajċi, is-sistemi termo-solari, l-istufi żgħar li jużaw il-bijomassa, l-apparat żgħir ta’ mikroġenerazzjoni li juża l-bijogass, l-awtorizzazzjonijiet ikunu sostitwiti b'notifika sempliċi lill-awtorità governattiva kompetenti. u

Ġustifikazzjoni

Notifika sempliċi minflok awtorizzazzjonijiet diffiċli tħaffef il-penetrazzjoni ta' enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira u deċentralizzata.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 paragrafu 4 punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

(a) l-użu passiv, bini b'enerġija baxxa jew xejn enerġija;: or

(a) l-effiċjenza enerġetika tal-bini, definita minn kombinazzjoni ta' standards ta' l-iżolament u tat-tekonoloġija użata għat-tisħin, inkluża l-ġenerazzjoni kombinata tas-sħana u l-elettriku.

Ġustifikazzjoni

Fil-kostruzzjoni ta' bini ġdid, l-użu ta' enerġiji rinnovabbli hija fattibbli f'ħafna każi bla spejjeż kbar żejda. Iżda għażliet teknoloġiċi ġodda għandhom ikunu miftuħa għall-investituri, billi spiss jikkontribwixxu għall-għanijiet ta' sigurtà u tal-protezzjoni tal-klima anke b'mod aktar effettiv f'sens ta' nfiq. Fil-bini eżistenti, madankollu, spiss ikun hemm spejjeż kbar żejda marbuta ma' l-installazzjoni sussegwenti ta' tagħmir biex jintużaw l-enerġiji rinnovabbli u jvarjaw konsiderevolment minn każ għal ieħor. Hawn l-appoġġ finanzjarju mill-gvern jagħmel aktar sens minn regolamenti tal-bini li jżidu ħafna l-ispiża fil-każ ta' bini eżistenti u li jinkludu proċeduri burokratiċi ta' spezzjoni.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fir-rigward tar-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta’ sistemi u tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ b’enerġija rinnovabbli, li jiksbu tnaqqis sinifikanti ta’ konsum ta’ l-enerġija. L-Istati Membri għandhom jużaw enerġija jew tabelli eko jew ċertifikati oħra xierqa jew standards żviluppati fil-livell nazzjonali jew Ewropew, fejn dawn jeżistu, bħala l-bażi sabiex jinkoraġġixxu dawn is-sistemi u l-makkinarju.

5. Fir-rigward tar-regolamenti u l-kodiċijiet tal-bini tagħhom, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-użu ta’ sistemi u tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ b’enerġija rinnovabbli, l-aktar fiż-żoni urbani fejn dawn is-sistemi jkunu partikolarment utli, li jiksbu tnaqqis sinifikanti ta’ konsum ta’ enerġija. L-Istati Membri għandhom jużaw enerġija jew tabelli eko jew ċertifikati oħra xierqa jew standards żviluppati fil-livell nazzjonali jew Ewropew, fejn dawn jeżistu, bħala l-bażi sabiex jinkoraġġixxu dawn is-sistemi u l-makkinarju.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti mil-lat tal-politika reġjonali ta' l-UE li tkun enfasizzata, b'rabta ma' l-inkoraġġament ta' sistemi enerġetiċi għat-tisħin u t-tkessiħ, id-dimensjoni urbana tal-promozzjoni ta' sorsi rinnovabbli ta' enerġija.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Inoformazzjoni u taħriġ

Informazzjoni, taħriġ u riċerka

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw ir-riċerka dwar l-enerġiji rinovabbli u l-iżvilupp ta’ rabtiet bejn iċ-ċentri ta’ riċerka u l-industrija, b’tali mod li tkun faċilitata l-imlimentazzjoni ta’ teknoloġija ġdida u żvilupp ulterjuri tal-prodotti.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw skemi ta’ ċertifikazzjoni għal stallaturi ta’ bojlers u stufi, sistemi fotovoltajċi solari u sistemi termali solari u pompi tas-sħana. Dawk l-iskemi għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra skond dawn il-kriterji.

3. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw skemi ta’ ċertifikazzjoni, sakemm ma jkunux diġà disponibbli fil-programmi relevanti nazzjonali ta' taħriġ, għal stallaturi ta’ bojlers u stufi, sistemi fotovoltajċi solari u sistemi termali solari u pompi tas-sħana. Dawk l-iskemi għandhom ikunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn Stati Membri oħra skond dawn il-kriterji.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-istandard għoli tat-taħriġ tas-snajja f'bosta Stati Membri din l-iskema ta' ċertifikazzjoni proposta tara wisq fil-bogħod.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jiftiehmu li jistabbilixxu linji ta' koperazzjoni li jinvolvu l-awtoritajiet reġjonali u lokali, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-iżvilupp ta' informazzjoni, fit-tqajjim tal-kuxjenza, fil-gwida u fil-programmi ta' taħriġ.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom rwol importanti fl-edukazzjoni u t-taħriġ u qed jintalbu dejjem aktar miċ-ċittadini biex itejbu l-kwalità ta’ l-informazzjoni mogħtija bħalissa.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw infrastruttura tad-distribuzzjoni biex jakkomodaw l-iżvilupp ulterjuri tal-produzzjoni ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi l-interkonnetturi bejn l-Istati Membri. Mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta’ l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jiggarantixxu fit-territorju tagħhom it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Huma għandhom jipprovdu wkoll għal aċċess prijoritarju għas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

2. Mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta’ l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jiggarantixxu fit-territorju tagħhom it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw infrastruttura tad-distribuzzjoni biex jakkomodaw l-iżvilupp ulterjuri tal-produzzjoni ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi l-interkonnetturi bejn l-Istati Membri. Huma għandhom jipprovdu wkoll għal aċċess prijoritarju għas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fit-trażmissjoni ta’ impjanti li jiġġeneraw l-elettriku, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jagħtu prijorità lil impjanti ta’ ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti s-sigurtà tas-sistema ta’ l-elettriku nazzjonali u sakemm ma jkunx affettwat l-operat ta’ impjanti ta’ ġenerazzjoni tas-sħana u l-elettriku.

Ġustifikazzjoni

Il-promozzjoni u l-użu ta’ l-enerġiji rinnovabbli u tal-ġenerazzjoni konġunta ta’ sħana u elettriku, it-tnejn għandhom l-għan li jżidu s-sigurtà tal-forniment u l-protezzjoni tal-klima u għandhom jitqiesu bħala strumenti bl-istess importanza sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. F’każijiet individwali, il-kontribut ta’ l-impjant konċernat għas-sigurtà tal-forniment u għall-protezzjoni tal-klima għandu jkun evalwat filwaqt li jitqiesu wkoll l-aspetti ekonomiċi.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli rikonoxxut ta’ bijodiversità, jiġifieri li art li kellha wieħed mill-istati li ġejjin fi jew wara Jannar 2008, sew jekk l-art għad għandha dan l-istatus jew le:

3. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn:

(a) foresta mhux disturbata minn attività umana sinifikanti, jiġifieri, foresta fejn ma sar l-ebda intervent uman sinifikanti magħruf jew fejn l-aħħar intervent uman sinifikanti ilu biżżejjed li sar tant li ppermetta li l-kompożizzjoni u l-proċessi ta’ l-ispeċi naturali jkunu stabbiliti mill-ġdid;

 

(b) żoni indikati għal għanijiet ta’ ħarsien tan-natura, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk l-għanijiet;

(a) żoni indikati bil-liġi għal għanijiet ta’ ħarsien tan-natura, sakemm ma tkunx ipprovduta evidenza li l-produzzjoni ta’ dik il-materja prima ma interferietx ma’ dawk l-għanijiet;

 

(c) art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja, jiġifieri art bil-ħaxix li hija rikka fl-ispeċijiet, mhux fertilizzata u mhux degradata. Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmi fl-Artikolu 21(3).

(b) art bil-ħaxix b’bijodiversità għolja, jiġifieri art bil-ħaxix li hija rikka fl-ispeċijiet, mhux fertilizzata u mhux degradata;

 

(c) żoni fejn tkun seħħet bidla illegali ta’ l-użu ta’ l-art jew il-qerda ta’ artijiet mistagħda verġni u li tkun tista’ twassal li tonqos għal kollox tal-ħażna għolja ta’ karbonju tal-ħamrija.

(c) Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji u firxiet geografiċi biex tiddeterminam liema art bil-ħaxix għandha tiġi koperta b'punt (c).

 

 

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni oriġinali “foresta mhux disturbata minn attività umana sinifikanti” fl-Artikolu 15(3)a huwa terminu impreċiż li jintuża b’mod ewlieni għal skopijiet ta’ statistiċi, u jħalli lok għal interpretazzjoni ambigwa dwar liema foresti jagħmlu parti minn din il-kategorija. F’xi każijiet, foresti ġestiti b’mod sostenibbli li jintużaw b’mod ekonomiku normali jistgħu jitqiesu bħala foresti verġni u bijodiversi u jaqgħu barra mill-mira ta' 10% bijokurburanti.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkundistrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f’Jannar 2008 u li m’għadx għandha iktar dan l-istatus:

4. Materja prima fuq il-bażi ta' l-injam użata għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkundistrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tiġi minn:

 

(a) Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkundistrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f’Jannar 2008 u li m’għadx għandha iktar dan l-istatus:

(a) foresti li huma ġestiti u miġbura skond il-kriterji ta’ l-MCPFE għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti jew kriterji kumparabbli stabbiliti fi proċessi oħra reġjonali tal-politika tal-foresti;

(b) artijiet niedja, jiġifieri art li hija miksija bi jew saturata bl-ilma permanentement jew għal parti sinifikanti tas-sena, inkluża art tal-peat verġni;

(b) foresti li huma kompattibbli mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-foresti u l-ambjent; jew

żoni kontinwament afforestati, jiġifieri art fuq firxa ikbar minn ettaru b’siġar ogħla minn 5 metri u b’kopertura ta’ aktar minn 30%, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ;

(c) artijiet niedja, jiġifieri art li hija miksija bi jew saturata bl-ilma permanentement jew għal parti sinifikanti tas-sena, inkluża art tal-peat verġni; il-pit użat għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandux ikun aktar mill-kwantità li tifforma naturalment f’sena.

Ġustifikazzjoni

Il-Konferenzi Ministerjali dwar il-Ħarsien tal-Foresti fl-Ewropa (Ministerial Conferences on the Protection of Forests in Europe – MCPFE)) kienet għamlet lista ta’ sensiela estiża ta’ kriterji u indikaturi għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, li l-firmatarji kollha jridu jirrappurtaw dwarhom. Dawn il-kriterji ġew ukoll implimentati fil-livell nazzjonali u issa saru parti essenzjali mil-leġiżlazzjoni forestali nazzjonali f’ħafna pajjiżi ta’ l-UE. Il-kriterji u l-indikaturi li jikkorrispondu wkoll inħolqu f’partijiet differenti tad-dinja u għandhom jintużaw għal materja prima bbażati fuq il-foresti barra mill-Ewropa.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 paragrafu 1 punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) (aa) l-involviment tar-reġjuni f’dan il-proċess u l-miżuri meħuda fil-livell lokali u reġjonali;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 paragrafu 1 punt c a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Għajnuniet pubbliċi biex jappoġġjaw dawn l-enerġiji, li jistgħu jinkludu l-użu ta’ fondi strutturali għar-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġija enerġetika skond id-dispożizzjonijiet tal-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija Enerġetika.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta’ strumenti Komunitarji bħall-Fondi Strutturali għandu jsaħħaħ ir-riċerka, l-iżvilupp u l-kapaċità ta’ innovazzjoni f’dawn l-oqsma.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 paragrafu 1 punt k a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) l-impatt stmat ta’ l-investimenti fil-produzzjoni ta’ l-enerġija rinnovablli fuq l-għanijiet ta’ żvilupp reġjonali.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 paragrafu 5 punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Fir-rapporti tagħha, il-Kummissjoni għandha tanalizza:

(a) Il-benefiċċji u l-ispejjeż ambjentali relativi ta’ bijokarburanti differenti, with a particular consideration on their impact to the economic situation of regions involved in their production, distribution and utilisation;

 

(aa) (aa) l-effetti tal-politiki ta’ l-importazzjoni tal-Komunità fuq il-bijokarburanti, is-sigurtà ta’ l-implikazzjonijiet tal-provvista u l-mezzi biex jinkiseb approċċ ibbilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet;

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 paragrafu 5 punt d a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-impatt ta’ l-investimenti reġjonali u ta’ l-Istati Membri fil-produzzjoni ta’ l-enerġija rinnovabbli, fuq l-iżvilupp u l-impjieg reġjonali.

PROĊEDURA

Titolu

Enerġija prodotta minn sorsi rinovabbli

Referenzi

(COM(2008)0019 – C6-0046/2008 – 2008(0016)(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni minn

Data mħabbra fis-sessjoni plenarja

REGI

19.2.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data appuntata

Samuli Pohjamo

26.3.2008

 

 

Diskussa fil-kumitat

8.4.2008

29.5.2008

 

 

Data adottata

25.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

5

11

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Emmanouil Angelakas, Stavros Arnaoutakis, Jean Marie Beaupuy, Rolf Berend, Jana Bobošíková, Victor Boştinaru, Wolfgang Bulfon, Antonio De Blasio, Petru Filip, Gerardo Galeote, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Ambroise Guellec, Jim Higgins, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Mieczysław Edmund Janowski, Tunne Kelam, Evgeni Kirilov, Constanze Angela Krehl, Sérgio Marques, Miguel Angel Martínez Martínez, Miroslav Mikolášik, James Nicholson, Lambert van Nistelrooij, Maria Petre, Markus Pieper, Giovanni Robusti, Wojciech Roszkowski, Elisabeth Schroedter, Kyriacos Triantaphyllides, Oldřich Vlasák

Sostitut (i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bernadette Bourzai, Jan Březina, Jill Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Ramona Nicole Mănescu, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Samuli Pohjamo, Christa Prets, Richard Seeber, László Surján, Iuliu Winkler

Sostitut (i) preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2)

Anneli Jäätteenmäki, Glenis Willmott

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (26.6.2008)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta’ l-użu ta’ l-enerġija minn sorsi rinnovabbli
(COM(2008)0019 – C6‑0046/2008 – 2008/0016(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bernadette Bourzai

SHORT JUSTIFICATION

In response to the calls made at the European Council meetings in March 2006 and 2007 for the establishment of a European energy policy and action to combat climate change through a policy of promoting renewable energies, the Commission put forward a renewable energy road map, which has now been given legislative form in this proposal for a directive.

Substance of the proposal for a directive

To date, there have been directives on electricity produced from renewable energy sources (RESs) and on agrifuels, but no legislation on heating and cooling energy produced from RESs.

The proposal for a directive lays down principles intended to ensure that RESs will account for 20% of final energy consumption within the EU by 2020 and sets overall national targets for each Member State, while allowing Member States to determine the precise contribution that each of the three main sectors targeted – namely electricity, heating and cooling and transport – is to make towards achieving the national target. At the same time, it proposes a binding minimum target of a 10% share for RESs (mainly agrifuels) in the transport sector.

There are to be two flexibility mechanisms enabling the efforts required of Member States to be adjusted in line with their 'natural' potential, namely:

-          guarantee-of-origin trading within the EU;

-          imports of renewable energies from third countries.

Rapporteur's position

Firstly, the rapporteur regrets that the proposal fails to deal specifically with the wood energy sector and the issue of sustainability criteria therefor. She takes the view that, for the EU to reduce its energy dependency and increase supplies of plant biomass, it must strike a balance between domestic production and imports. Action nonetheless needs to be taken to promote decentralised and local production of renewable energy and the development of short economic circuits fostering better energy, environmental and territorial balances and the creation of jobs in rural areas.

The EU must also apply equivalent sustainability criteria to domestic products and imports.

Given the current food price rises and food crisis, it is important to avoid any conflict between food production and energy production. The rapporteur therefore believes that the 10% target should be non-mandatory and should be achieved mainly through the use of non-food renewable organic materials, and calls on the Commission to shift the focus to second-generation agrifuel research and development. At the same time, the criteria for the production of agrifuels should include a reference to economic, environmental and social sustainability.

Lastly, with a view to meeting the main target of a 20% share of total energy consumption, action should also be taken to stabilise and then reduce fossil fuel use by 2020, thus impacting on both renewable energy supply and total final energy consumption at the same time.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Iż-żieda fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli tikkostitwixxi parti importanti mill-pakkett ta’ miżuri meħtieġa biex jitnaqqsu emissjonijiet ta’ gassijiet serra u jkun hemm konformità mal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, u ma’ aktar impenji Ewropej u internazzjonali għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012. Għandha wkoll rwol importanti x’tilgħab fil-promozzjoni tas-sigurtà fil-provvista ta’ enerġija, fil-promozzjoni ta’ l-iżvilupp teknoloġiku u l-għoti ta’ opportunitajiet għall-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, speċjalment f’żoni rurali.

(1) Il-ġestjoni u t-tnaqqis fil-konsum Ewropew ta’ l-enerġija kif ukoll iż-żieda fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli huma punti importanti mill-pakkett ta’ miżuri meħtieġa biex jitnaqqsu emissjonijiet ta’ gassijiet serra u jkun hemm konformità mal-Protokoll ta’ Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, u ma’ aktar impenji Ewropej u internazzjonali għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012. Għandhom ukoll rwol importanti x’tilgħab fil-promozzjoni tas-sigurtà fil-provvista ta’ enerġija, fil-promozzjoni ta’ l-iżvilupp teknoloġiku u l-għoti ta’ opportunitajiet għall-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, speċjalment f’żoni rurali.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) B’mod partikolari, iż-żieda fl-użu tal-bijokarburanti għat-trasport hija waħda mill-għodod l-aktar effettivi li bihom il-Komunità tista’ tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq iż-żejt impurtat – fejn il-problema tas-sigurtà fil-provvista hija l-aktar akuta - u tinfluwenza s-suq tal-karburanti għat-trasport.

(2) Peress li s-settur tat-trasport huwa s-settur ekonomiku li fih l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jiżdiedu l-iktar malajr u li fih il-problema tad-dipendenza ta' l-Unjoni fuq l-enerġija hija waħda qawwija, jeħtieġ li tittejjeb il-kwalità tal-karburanti għat-trasport, li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 mill-karburanti, li jiġu żviluppati l-karburanti prodotti minn materjali organiċi rinnovabbli u mhux fossili, u li jiġu promossi l-iktar mezzi tat-trasport sostenibbli u dawk l-iktar ekonomiċi fl-użu ta' l-enerġija bħat-trasport pubbliku u dak bil-ferrovija.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-konbustibbli rinnovabbli solidi bħall-injam għall-enerġija huma l-ewwel sors ta’ enerġija rinnovabbli fl-Unjoni. Madankollu, sal-lum ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni Ewropea dwar in-netwerks tat-tisħin u ta’ tkessiħ li jużaw il-bijomassa. Għalhekk, hu importanti li jiġu ffissati kriterji ta’ sostenibilità għall-użu tal-bijomassa ta’ l-injam dwar koġenerazzjoni b'effikaċità enerġetika għolja tal-bojlers u ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-foresti.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) L-użu ta’ l-iskart agrikolu bħad-demel u d-demel likwidu kif ukoll skart ikeħor ta’ l-annimali jew organiku biex jiġi prodott il-bijogass, b'kunsiderazzjonai tal-potenzjal qawwi ta' l-ekonomiji fil-qasam ta' l-emissjonijiet tal-gass serra, joffri vantaġġi ambjentali ta’ min jinnotahom kemm għal dak li jikkonċerna l-produzzjoni tas-sħana u tal-forza kif ukoll għal dak li jikkonċerna l-produzzjoni tal-bijokarburant. Minħabba n-natura diċentralizzata tagħhom kif ukoll l-istruttura ta’ l-investiment reġjonali, l-installazzjonijiet tal-produzzjoni tal-bijogass jistgħu jġibu kontribut determinanti għall-iżvilupp sostenibbli fiz-zoni rurali u jiftħu possibilitajiet ġodda ta’ dħul għall-bdiewa.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 4 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-promozzjoni tar-riċerka fl-Unjoni bl-effett li tiżviluppa sorsi ta' l-enerġija rinnovabbli li jkunu vantaġġużi u sostenibbli għandha, iktar mill-passat, tikkonċerna l-iżvilupp tal-bijokarburanti tat-tieni u tat-tielet ġenerazzjni kif ukoll tal-bijokarburanti l-oħra b’potenzjal qawwi fil-qasam ta’ l-ekonomija tal-gazz serra.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Iż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti ta’ l-ikel hija dovuta għall-kumbinazzjoni ta’ diversi fatturi bħall-iżvilupp mingħajr preċedenti ta’ l-ispekulazzjoni tal-borża fuq is-swieq agrikoli, żieda fit-talba tal-pajjiżi emerġenti, l-iżvilupp ta' l-agrokarburanti imma wkoll it-telf ta’ ħsad minħabba inċidenti klimatiċi estremi. Peress li s-sitwazzjoni hija estremament preokkupanti, l-Unjoni għandha r-responsabilità li tevita kwalunkwe kompetizzjoni bejn il-produzzjoni għal skopijiet alimentari u l-produzzjoni għal skopijiet eneġetiċi sabiex tagħti l-prijorità lis-sikurezza ta’ l-ikel.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) F'dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni li, fil-qafas ta' l-evalwazzjoni ta' l-istat tas-saħħa tal-Politika Agrikola Komuni, titneħħa l-għajnuna għall-koltivazzjoni enerġetika ta' EUR 45 għal kull ettaru hija relevanti. L-ammonti li b’hekk jiġu ffrankati għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw ir-riċerka u l-iżvilupp dwar l-agrokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-provvista tas-suq Komunitarju għall-bijokarburanti, u għandha, kif xieraq, tipproponi miżuri rilevanti biex jinkiseb l-approċċ bilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni, billi jitqies l-iżvilupp tan-negozjati kummċerjali multilaterali u bilaterali kif ukoll konsiderazzjonijiet ambjentali, ta' nfiq, ta' sigurtà ta' l-enerġija u oħrajn.

(11) Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-provvista tas-suq Komunitarju għall-bijokarburanti, u għandha, kif xieraq, tipproponi miżuri rilevanti biex jinkiseb l-approċċ bilanċjat bejn il-produzzjoni domestika u l-importazzjoni, billi jitqies l-iżvilupp tan-negozjati kummċerjali multilaterali u bilaterali kif ukoll konsiderazzjonijiet ambjentali, ta' nfiq, ta' sigurtà ta' l-enerġija u oħrajn. Ir-riżorsi l-ġodda tal-bijomassa, madankollu, għandhom jissodisfaw l-istandards ambjentali imposti fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

L-importazzjonijiet tal-bijomassa u tal-bijokarburanti minn pajjiżi li ma jissodisfawx l-istandardsa ambjentali imposti fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu projbiti. Dawn l-importazzjonijiet mhumiex ġustifikati u l-objettiv ta’ żieda min-naħa tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-bilanċ enerġetiku ta’ l-Unjoni Ewropea għandha tieħu bħala bażi l-potenzjal Komunitarju.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 11 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Il-bijomassa taġixxi bħala riserva ta' karbonju peress li l-ħxejjex meta jkunu qed jikbru jaqbdu s-CO2 ta' l-atmosfera (fotosinteżi tal-klorofilla) u jissekwestrawh sakemm jinħarqu jew jilħqu stat imkabbar ta' dikompożizzjoni. L-użu ta’ l-injam bħala materjal ta’ bini jew ta’ rinovament jagħmilha possibbli li jittawwal dan il-qbi tal-karbonju matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodott, filwaqt li b’hekk jinħoloq, jekk madankollu l-foresti jiġu mmaniġġjati b’mod sostenibbli, maħżen tassew ta’ karbonju.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 14 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass serra kif ukoll id-dipendenza fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet ta’ l-enerġija, hemm bżonn li jkun żgurat li fl-istess ħin jiġu żviluppati l-enerġiji rinnovabbli u tiżdied l-effikaċità enerġetika.

Ġustifikazzjoni

Żvilupp sinifikattiv ta’ l-enerġiji rinnovabbli jfisser tnaqqis sensittiv fil-konsum globali ta’ l-enerġija (b’mod partikolari permezz tal-miżuri li għandhom l-għan li jsaħħu l-effikaċità enerġetika).

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-elettriku impurtat, prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli barra l-Komunità, jista’ jgħodd mal-miri ta’ l-Istati Membri. Madankollu, biex tkun evitata żieda netta f’emissjonijiet tal-gassijiet serra permezz tad-devjazzjoni tas-sorsi rinnovabbli eżistenti u s-sostituzzjoni sħiħa jew parzjali tagħhom b’sorsi ta’ enerġija konvenzjonali, l-elettriku ġġenerat biss minn impjanti ta’ enerġija rinnovabbli li jkunu operattivi wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandu jkun eliġibbli biex jingħadd. Biex ikun żgurat li dawn l-importazzjonijiet jistgħu jiġu ssorveljati u kkalkulati b’mod affidabbli, huwa xieraq li jsiru fi ħdan il-qafas ta’ sistema ta’ garanziji ta’ l-oriġini. Ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li jikkonċernaw l-organizzazzjoni ta’ dan in-negozju fl-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli se jiġu kkunsidrati.

(18) L-elettriku impurtat, prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli barra l-Komunità, jista’ jgħodd mal-miri ta’ l-Istati Membri. Madankollu, biex tkun evitata żieda netta f’emissjonijiet tal-gassijiet serra permezz tad-devjazzjoni tas-sorsi rinnovabbli eżistenti u s-sostituzzjoni sħiħa jew parzjali tagħhom b’sorsi ta’ enerġija konvenzjonali, l-elettriku ġġenerat biss minn impjanti ta’ enerġija rinnovabbli li jkunu operattivi wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandu jkun eliġibbli biex jingħadd. Biex ikun żgurat li dawn l-importazzjonijiet jistgħu jiġu ssorveljati u kkalkulati b’mod affidabbli, huwa xieraq li jsiru fi ħdan il-qafas ta’ sistema ta’ garanziji ta’ l-oriġini. M’għandhomx jiġu previsti ftehimiet ħlief mal-pajjiżi terzi li jissodisfaw l-istandards ambjentali fis-seħħ fit-territorju ta’ l-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-importazzjonijiet tal-bijomassa u tal-bijokarburanti minn pajjiżi terzi jippreżentaw relazzjoni medjokri bejn il-prezz u l-effikaċità u għandhom effetti negattivi fuq l-ambjent, peress li parti minn dawn il-pajjiżi terzi tipproduċi din il-materja prima mingħajr ma tagħti kas il-kriterji ta' sostenibbiltà.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 34 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Sabiex tiġi ffaċjata ż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti ta' l-ikel, hu importanti li l-Unjoni miżuri li jkollhom l-għan li jtejbu l-offerta ta’ prodotti agrikoli u li jiggarantixxu s-sigurtà ta’ l-ikel, b’mod partikulari billi jippromwovu kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti u l-iżvilupp tal-bijokarburanti tat-tieni u tat-tielet ġenerazzjoni fl-Unjoni u fid-dinja kif ukoll billi jsaħħu r-riċerka dwarhom fil-qasam agrikolu.

Ġustifikazzjoni

Fl-20 ta’ Mejju 2008, il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni li tispjega miżuri politiċi ta’ karattru li jaċċentwa l-konsegwenzi taż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti ta’ l-ikel fid-dinja. Dawn l-aspetti jiddaħħlu fi strateġija fi tliet punti.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell f’Marzu 2007 stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi Direttiva komprensiva dwar l-użu tas-sorsi rinnovabbli kollha ta’ l-enerġija, li jista’ jkun fiha kriterji u dispożizzjonijiet li jiżguraw il-provvista u l-użu sostenibbli tal-bijoenerġija. Dawn il-kriterji għandhom jiffurmaw parti koerenti minn skem usa’ li tkopri wkoll il-bijolikwidi u mhux biss il-bijokarburanti. Kriterji ta’ sostenibbiltà bħal dawn għalhekk għandhom jiġu inklużi f’din id-Direttiva. Bil-għan li jkunu evitati l-ispejjeż addizzjonali għan-negozju u l-inkoerenza ambjentali li tista’ tkun assoċjata ma’ approċċ inkonsistenti, huwa essenzjali li dawn il-kriterji għall-bijokarburanti jiġu allinjati bejn din id-Direttiva u d-Direttiva 98/70/KE; Barra minn hekk, fl-2010, il-Kummissjoni għandha jekk għandhomx jiġu inklużi applikazzjonijiet oħra.

(36) Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell f’Marzu 2007 stieden lill-Kummissjoni biex tipproponi Direttiva komprensiva dwar l-użu tas-sorsi rinnovabbli kollha ta’ l-enerġija, li jista’ jkun fiha kriterji u dispożizzjonijiet li jiżguraw il-provvista u l-użu sostenibbli tal-bijoenerġija. Dawn il-kriterji għandhom jiffurmaw parti koerenti minn skem usa’ li tkopri wkoll il-bijolikwidi u mhux biss il-bijokarburanti. Kriterji ta’ sostenibbiltà bħal dawn għalhekk għandhom jiġu inklużi f’din id-Direttiva. Bil-għan li jkunu evitati l-ispejjeż addizzjonali għan-negozju u l-inkoerenza ambjentali li tista’ tkun assoċjata ma’ approċċ inkonsistenti, huwa essenzjali li dawn il-kriterji għall-bijokarburanti jiġu allinjati bejn din id-Direttiva u d-Direttiva 98/70/KE; Barra minn hekk, qabel l-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva, il-Kummissjoni għandha tiddetermina kriterji ta’ sostenibilità għall-applikazzjonijiet l-oħra tal-bijomassa u tevalwa l-possibilità ta' kunflitti ta' l-użu b'mod partikulari ma' l-użu industrijali ta' l-injam.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Bil-għan li tkun evitata riċerka impenjattiva mingħajr bżonn minn operaturi ekonomiċi u bil-għan li tkun evitata l-konverżjoni ta’ art b’ħażna għolja ta’ karbonju li meta wieħed iħares lura tirriżulta li mhix eliġibbli biex tipproduċi materja prima għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, dawk it-tipi ta’ l-art li t-telf ta’ ħażna tagħhom tal-karbonju wara l-konverżjoni ma tkunx, f’perjodu raġonevoli meta tiġi kkunsidrata l-urġenza li tkun indirizzata t-tibdil fil-klima, ikkumpensata bl-iffrankar tal-gassijiet serra fil-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra, m’għandhomx ikunu kkonvertiti għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra. Inventarji ta’ ħażniet ta’ karbonju madwar id-dinja jwasslu għall-konklużjoni li artijiet niedja u żoni kontinwament afforestati għandhom ikunu inklużi f’din il-kategorija.

(38) Bil-għan li tkun evitata riċerka impenjattiva mingħajr bżonn minn operaturi ekonomiċi u bil-għan li tkun evitata l-konverżjoni ta’ art b’ħażna għolja ta’ karbonju li meta wieħed iħares lura tirriżulta li mhix eliġibbli biex tipproduċi materja prima għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, dawk it-tipi ta’ l-art li t-telf ta’ ħażna tagħhom tal-karbonju wara l-konverżjoni ma tkunx, f’perjodu raġonevoli meta tiġi kkunsidrata l-urġenza li tkun indirizzata t-tibdil fil-klima, ikkumpensata bl-iffrankar tal-gassijiet serra fil-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra, m’għandhomx ikunu kkonvertiti għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra. Inventarji ta’ ħażniet ta’ karbonju madwar id-dinja jwasslu għall-konklużjoni li artijiet niedja u żoni ta’ foresti primi għandhom ikunu inklużi f’din il-kategorija.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 38 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a) L-artijiet li għandhom riservi kbar ta’ karbonju fil-ħamrija tagħhom jew fil-veġetazzjoni tagħhom ma jistgħux jintużaw għall-iżvilupp ta’ proġetti oħra fil-qasam ta’ l-enerġija rinnovabbli, pereżempju għall-bini ta’ turbini tar-riħ u t-trasportazzjoni assoċjata magħhom, b’mod partikulari t-trasportazzjoni b’mezzi fuq l-ilma, u infrastrutturi oħra. L-inċidenza ta’ proġetti bħal dawn fuq l-art tal-pit verġni inevitabbilment iġġib magħha n-nixfa tagħhom f'uċuh kbar u l-liberazzjoni fl-atmosfera ta' karbonju maħżun, ħaġa li ġġib magħha l-formazzjoni ta' dijossidu tal-karbonju.

Ġustifikazzjoni

L-art tal-pit tikkostitwixxi bir ta’ karbonju. Il-bini ta’ installazzjonijiet tat-turbini tar-riħ u infrastrutturi oħra jġib miegħu tinxif naturali ta’ l-art u tinxif ta' l-art tal-pit, ħaġa li tillibera kwantitajiet kbar ta' karbonju fl-atmosfera u ġġib emissjonijiet tad-dijossidu ikbar mill-ekonomiji li jsiru possibbli mill-installazzjonijiet tat-turbini.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) L-inċentivi previsti f’din id-Direttiva għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, u d-domanda dinjija dejjem tikber għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, m’għandux ikollhom l-effett ta’ inkoraġġiment tal-qirda ta’ l-artijiet bijodiversi. Dawn ir-riżorsi li jispiċċaw, rikonoxxuti f’diversi strumenti internazzjonali bħala li huma ta’ valur għall-bnedmin kollha, għandhom ikunu ppreżervati. Il-konsumaturi fil-Komunità, barra minn hekk, isibuha moralment inaċċettabbli li ż-żieda akbar min-naħa tagħhom fl-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra jista’ jkollu l-effett li jeqred l-artijiet bijodiversi. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti kriterji li jiżguraw li bijokarburanti u bijolikwidi oħra jistgħu jikkwalifikaw biss għall-inċentivi meta jkun jista’ jiġi ggarantit li ma joriġinawx f’art bijodiversa. Il-kriterji magħżulin jikkunsidraw il-foresta bħala bijodiversa meta mhijiex imfixkla minn attività umana sinifikanti (skond id-definizzjoni użata mill-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa u l-Konferenza Ministerjali dwar il-Ħarsien tal-Foresti fl-Ewropa) jew fejn hija protetta b’liġijiet nazzjonali għal skopijiet ta’ ħarsien tan-natura. Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura b’bijodiversità għolja ta’ ċerti artijiet bil-ħaxix, huwa wkoll xieraq li l-bijokarburanti magħmula mill-marja prima li toriġina f’artijiet bħal dawn ma tikkwalifikax għal inċentivi previsti minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji xierqa u/jew firxiet ġeografiċi biex tiddefinixxi artijiet bil-ħaxix bħal dawn li għanhdom bijodiversità għolja skond l-aqwa provi xjentifiċi disponibbli u n-normi internazzjonali rilevanti.

(39) L-inċentivi previsti f’din id-Direttiva għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, u d-domanda dinjija dejjem tikber għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra, m’għandux ikollhom l-effett ta’ inkoraġġiment tal-qirda ta’ l-artijiet bijodiversi. Dawn ir-riżorsi li jispiċċaw, rikonoxxuti f’diversi strumenti internazzjonali bħala li huma ta’ valur għall-bnedmin kollha, għandhom ikunu ppreżervati. Il-konsumaturi fil-Komunità, barra minn hekk, isibuha moralment inaċċettabbli li ż-żieda akbar min-naħa tagħhom fl-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra jista’ jkollu l-effett li jeqred l-artijiet fir-rigward tal-bijodiversità bijoloġika u s-sikurezza ta’ l-ikel fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi esportaturi. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti kriterji li jiżguraw li bijokarburanti u bijolikwidi oħra jistgħu jikkwalifikaw biss għall-inċentivi jew jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss meta jkun jista’ jiġi ggarantit li ma joriġinawx f’art bijodiversa jew li l-estrazzjoni tal-materja prima m'affetwatx b'mod ħażin lill-bijodiversità u meta dawn ma jagħmlux ħsara lis-sikurezza ta' l-ikel fil-pajjiżi produtturi. Il-kriterji magħżulin jikkunsidraw il-foresta bħala bijodiversa meta mhijiex imfixkla minn attività umana sinifikanti (skond id-definizzjoni użata mill-Organizzazzjoni għall-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa u l-Konferenza Ministerjali dwar il-Ħarsien tal-Foresti fl-Ewropa) jew fejn hija protetta b’liġijiet nazzjonali għal skopijiet ta’ ħarsien tan-natura. Barra minn hekk, fid-dawl tan-natura b’bijodiversità għolja ta’ ċerti artijiet bil-ħaxix, huwa wkoll xieraq li l-bijokarburanti magħmula mill-marja prima li toriġina f’artijiet bħal dawn ma tikkwalifikax għal inċentivi previsti minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kriterji xierqa u/jew firxiet ġeografiċi biex tiddefinixxi artijiet bil-ħaxix bħal dawn li għanhdom bijodiversità għolja skond l-aqwa provi xjentifiċi disponibbli u n-normi internazzjonali rilevanti.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra huma magħmula minn materja prima prodotta fl-UE, huma jridu jkunu wkoll konformi mar-rekwiżiti ambjentali ta’ l-UE għall-agrikoltura. L-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi mhijiex amministrattivament u teknikament fattibbli.

(40) Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra huma magħmula minn materja prima prodotta fl-UE, huma jridu jkunu wkoll konformi mar-rekwiżiti ambjentali ta’ l-UE għall-agrikoltura. Is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni għandhom jipprevedu standards minimi għal produzzjoni sostenibbli mill-perspettiva ekoloġika ta’ dawn il-karburanti u għandhom japplikaw ukoll għall-importazzjonijiet fil-provinċji tal-pajjiżi terzi minħabba s-sostenibbiltà fuq skala dinjija.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 46 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46a) Sabiex il-produzzjoni tal-bijokarburanti fl-Unjoni tiżdied b’mod sostenibbli, il-waqfien obbligatorju ta’ l-użu għandu jispiċċa mill-iktar fis possibbli, jiġifieri li jiġi abrogat ir-Regolament (KE) Nru 1782/200311. Din il-miżura għandha tittieħed flimkien ma’ miżuri oħra li jkollhom l-għan li jiggarantixxu l-bijodiversità.

________

1 ĠU L 270, 21.10.2003, p. 56. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 479/2008 (ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1).

Ġustifikazzjoni

B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2007 tal-Kunsill tas-26 ta' Settembru 2007 b’deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni, hu xieraq li l-waqfien obbligatorju mill-użu jispiċċa.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) Ir-rekwiżiti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi enerġetiċi tal-bijomassa, minbarra bijolikwidi u bijokarburanti, għandhom ikunu analizzati mill-Kummissjoni sa l-2010, billi tkun ikkunsidrata l-ħtieġa li riżorsi ta’ bijomassa jkunu ġestiti b’mod sostenibbli.

(47) Ir-rekwiżiti għal studju dwar l-impatt fuq is-sostenibbiltà u s-sikurezza ta’ l-ikel għal użi enerġetiċi tal-bijomassa għandhom ikunu analizzati mill-Kummissjoni qabel l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi tkun ikkunsidrata l-ħtieġa li riżorsi ta’ bijomassa jkunu ġestiti b’mod sostenibbli.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 47 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47a) L-agrikoltura u l-forestrija ta’ l-Unjoni kkontribwixxew bil-kbir biex jittaffu l-effetti tal-bidliet klimatiċi, kif juri t-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gass serra tas-settur agrikolu, li niżlu minn 10% bejn l-1990 u l-2004 fl-UE-15 u minn 14% fl-UE-25, u li, minn issa sa l-2010, għandhom ikunu 16% inqas mil-livell tagħhom fl-1990. Dan ifisser li xorta xejn m'għandu jkun ittraskurat biex jiġu promossi modi ġodda ta' produzzjoni effikaċi u jitnaqqsu iktar l-emissjonijiet serra, b’mod partikulari billi jkunu ffinanzjati l-investiment u r-riċerka biex jintlaħaq dan l-objettiv.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 47 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47b) Fil-komunikazzjoni tagħha tas-26 ta' Novembru 1997 bl-isem ta' "Enerġija għall-ġejjieni: is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli – White Paper li tistabbilixxi strateġija u pjan ta' azzjoni Komunitarji" (COM(1997)0599), il-Kummissjoni tirrimarka li, sabiex jintlaħaq l-objettiv li jiżdied l-użu tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fl-enerġija, l-ammont ta' enerġija prodott mill-bijomassa għandu jkun iktar mid-doppju.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 47 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47c) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2008 dwar l-agrikoltura sostenibbli l-bijogass: il-ħtieġa għal reviżjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja1, il-Parlament josserva li jeżisti potenzjal kbir biex tiżdied b’mod konsiderevoli l-produzzjoni tal-bijogass, b’mod partikulari billi jiġu eżaminati l-possibilitajiet offruti, f’dak li jikkonċerna l-materji primi preferuti, permezz tal-produzzjoni ta’ l-annimali (demel ta’ l-annimali), il-ħama, l-iskart u l-pjanti li mhumiex tajbien għall-produzzjoni ta’ l-ikel jew ta’ l-għalf. Biex jitwettaq dan il-potenzjal, hemm bżonn ta’ politika koerenti fil-qasam tal-bijogass fl-Unjoni, ħaġa li titlob il-koordinazzjoni tal-politiki Ewropej ikkonċernati, b’mod partikulari l-politika fil-qasam ta’ l-enerġiji li jiġġeddu, il-politika agrikola komuni u l-politika għall-iżvilupp reġjonali u rurali. Huma meħtieġa miżuri maħsuba għall-bini u għall-promozzjoni ta’ l-installazzjonijiet tal-bijogass, wara t-twettiq ta’ evalwazzjoni dwar l-impatt nazzjonali jew reġjonali, b’tali mod li jippromwovu l-installazzjonijiet li, fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali, joffru l-iktar vantaġġi għall-ambjent filwaqt li jkunu sostenibbli ekonomikament. Jekk id-dispożizzjonijiet fil-qasam ta’ l-iżvilupp reġjonali u rurali ma jagħmluhiex possibbli li miżuri bħal dawn jiġu ffinanzjati, huwa xieraq li dawn jiġu modifikati. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanifikazzjoni nazzjonali u reġjonali sabiex inaqqsu l-ostakli ġuridiċi u amministrattivi. Wieħed għandu joqgħod lura milli jagħti privileġġ lill-gass naturali jew lil karburanti fossili oħra fir-reġjuni fejn ikun possibbli li jinbiegħ tisħin iġġenerat mill-bijogass lill-fornituri lokali. Huma meħtieġa statistiċi u rapporti annwali dwar il-produzzjoni agrikola tal-bijogass sabiex jagħmlu s-segwitu tat-twettiq ta' l-objettivi possibbli.

 

__________

1 Testi adottati ta’ din id-data, P6_TA-PROV(2008)0095.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Tistabbilixxi miri mandatorji għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum ta’ enerġija u għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport. Hija tistabbilixxi regoli relatati mal-garanziji ta’ l-oriġini, proċeduri amministrattivi u konnessjonijiet mad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku fir-rigward ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Hija tistabbilixxi kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra.

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Tistabbilixxi miri mandatorji għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum ta’ enerġija u għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport. Hija tistabbilixxi regoli relatati mal-garanziji ta’ l-oriġini, proċeduri amministrattivi u konnessjonijiet mad-distribuzzjoni ta’ l-elettriku fir-rigward ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Din id-direttiva għandha l-għan li tarmonizza totalment il-kriterji ta’ sostenibbiltà ta’ l-agrokarburanti u ta’ bijolikwidi oħra kif ukoll ta’ l-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għandha tintegra kriterji ta’ sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "bijomassa" tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u residwi mill-agrikoltura (inklużi sustanzi veġetali u annimali), industriji tal-forestrija u industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart industrijali u muniċipali;

(b) "bijomassa" tfisser il-frazzjoni ta’ prodotti, skart u residwi mill-agrikoltura (inklużi sustanzi veġetali u annimali), industriji tal-forestrija u industriji relatati, kif ukoll il-frazzjoni ta’ skart industrijali u muniċipali, sew jekk ikunu bijodegradabbli jew le;

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għandha tippreċiża d-definizzjoni tal-bijomassa, b’tali mod li tevita l-konfużjoni bejn l-idea ta’ bijodegradabilità, għaliex prodotti mhux rinnovabbli jistgħu jkunu bijodegradabbli, u l-oriġini rinnovabbli tal-prodott.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) "bijokarburanti" tfisser karburant likwidu jew ġassuż għat-trasport prodott mill-bijomassa;

(f) "bijokarburanti" tfisser karburant likwidu jew ġassuż għat-trasport prodott mill-bijomassa; il-prodotti li ġejjin b’mod partikulari huma meqjusa bħala bijokarburanti:

 

(i) “bijoetanol”: etanol li joħroġ mis-subpożizzjoni 2207 10 00 tan-nomenklatura prevista fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni1, li l-perċentwal ta’ alkoħol tiegħu hu mill-inqas daqs 99%/vol., prodott mill-bijomassa u/jew il-frazzjoni degradabbli ta’ l-iskart li l-proprjetajiet tiegħu hu għallinqas konformi mar-rekwiżiti ta’ l-istandard EN 15376 u li hu maħsub biex jintuża bħala bijokarburant;

 

(ii) “bijopetrol”: ester metiliku tal-kwalità tad-diżil prodott minn żejt veġetali jew ta’ l-annimali, biex jintuża bħala bijokarburant;

 

iii) “bijogass”: gass kombustibbli prodott mill-bijomassa u/jew mill-frazzjoni bijodegradabbli ta’ l-iskart, purifikat sakemm tinkiseb kwalità ekwivalenti għal dik tal-gass naturali u, biex jintuża bħala bijokarburant, jew gass prodott mill-injam;

 

(iv) “bijometanol”: metanol prodott mill-bijomassa, biex jintuża bħala bijokarburant;

 

(v) “bijodimetiletere”: dimetiletere prodott mill-bijomassa, biex jintuża bħala bijokarburant;

 

(vi) “bijo-ETBE”: etil-terzjo-butil-etere prodott fuq il-bażi tal-bijoetanol (bijokarburant b'perċentwal tal-bijo-ETBE ta' 47%/vol.);

 

vii) “bijo-MTBE”: metil-terzjo-butil-etere prodott fuq il-bażi tal-bijometanol (bijokarburant b'perċentwal tal-bijo-ETBE ta' 36 %/vol.);

 

(viii)“bijokarburant sintetiku”: idrokarbonju sintetiku jew taħlita ta’ idrokarboni sintetiċi prodotti mill-bijomassa;

 

(ix) “bijoidroġenu”: idroġenu prodott mill-bijomassa, u/jew mill-frazzjoni bijodegradabbli ta’ l-iskart, biex jintuża bħala bijokarburant;

 

(x) “żejt veġetali pur”: żejt prodott mill-pjanti taż-żejt permezz tal-pressa, l-estrazzjoni jew proċeduri paragunabbli, krud jew raffinat imma kimikament mhux modifikat, fil-każ meta l-użu tiegħu jkun kompatibbli mat-tip tal-magni u l-ħtiġiet korrispondenti ta’ l-emissjonijiet.

 

__________

1 ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 360/2008 (ĠU L 111, 23.4.2008, p. 9).

Ġustifikazzjoni

Hu xieraq li jerġgħu jittieħdu d-definizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/30 sabiex tkun żgurata l-koerenza u ċ-ċarezza ġuridika. Id-definizzjoni tal-bijoetanol għandha tkun adattata għan-nomenklatura fis-seħħ.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem tiegħu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija fl-2020 huwa mill-inqas il-mira globali tiegħu għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’dik is-sena, kif stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fil-Parti A ta’ l-Anness I.

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem tiegħu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ enerġija fl-2020 huwa mill-inqas il-mira globali tiegħu għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’dik is-sena, kif stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fil-Parti A ta’ l-Anness I, bil-fehma li kull Stat Membru hu wkoll obbligat li jagħmel sforzi fil-qasam ta’ l-effikaċità enerġetika.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri xierqa biex jiżguraw li s-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli tkun ugwali għal jew taqbeż dawk murija fit-trajettorju indikattiv stabbilita fil-Parti B ta’ l-Anness I.

2. Fir-rispett tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 15 u 18, l-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri xierqa biex jiżguraw li s-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli tkun ugwali għal jew taqbeż dawk murija fit-trajettorju indikattiv stabbilita fil-Parti B ta’ l-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għandha tippreċiża li l-objettiv ta’ 10% ta’ inkorporazzjoni tal-bijokarburanti hu sottomess għall-kriterji ta’ sostenibbiltà previsti fl-Artikolu 15, u għar-rikors għall-bijokarburanti tat-tieni ġenerazzjoni kif inhu previst fl-Artikolu 18(4).

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – sottoparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport fl-2020 huwa mill-inqas 10% tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport f’dak l-Istat Membru.

3. Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport fl-2020 huwa mill-inqas 10% tal-konsum finali ta’ enerġija fit-trasport f’dak l-Istat Membru. Din id-dispożizzjoni l-ewwel u qabel kollox għandha tiġi implimentata fuq il-bażi tal-potenzjal Komunitarju.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jadotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali.

1. Kull Stat Membru għandu jadotta pjan ta’ azzjoni nazzjonali.

Il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għandhom jistabbilixxu l-miri ta’ l-Istati Membri għall-ishma ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport, l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ fl-2020, u miżuri adegwati li għandhom jittieħdu biex jinkisbu dawn il-miri, inklużi politiki nazzjonali biex ikunu żviluppati riżorsi eżistenti ta’ bijomassa u jkunu mmobilizzati riżorsi ġodda ta’ bijomassa għal użi differenti, u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex ikunu mwettqa r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 12 sa 17.

Il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għandhom jipproponu l-ewwel nett evalwazzjoni tad-disponibilità tar-riżors nazzjonali fil-bijomassa, imbagħad għandhom jiffissaw miri għall-ishma ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport, l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ fl-2020. Dawn għandhom jiddeskrivu miżuri adegwati li għandhom jittieħdu biex jinkisbu dawn il-miri, inklużi politiki nazzjonali biex ikunu żviluppati riżorsi eżistenti ta’ bijomassa u jkunu mmobilizzati b’mod sostenibbli riżorsi ġodda ta’ bijomassa għal użi differenti, u l-miżuri li għandhom jittieħdu biex ikunu mwettqa r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 12 sa 17.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a Fil-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali jiġu indikati wkoll l-ishma tal-materji primi neċessarji biex tiġi prodotta l-enerġija u l-ishma ta' l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli, esklussivament bir-riżorsi disponibbli fil-livell nazzjonali jew Komunitarju. Dawn ir-riżorsi jirrappreżentaw mill-inqas 80% mill-konsum finali ta’ l-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli ta’ kull Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jindikaw fil-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom kif u b’liema mezzi huma għandhom l-intenzjoni li jsegwu l-objettiv billi jużaw riżorsi proprji u materji primi ta' oriġini nazzjonali u/jew Komunitarji billi jagħmlu differenza bejniethom u bejn dawk miksuba permezz tar-rikors għall-importazzjoni mill-parti esterna tat-territorju ta’ l-UE.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) mill-inqas 80 % tal-materji primi jew tar-riżorsi naturali neċessarji għall-iffunzjonar ta’ l-installazzjoni jinsabu fit-territorju nazzjonali jew Komunitarju;

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li l-impenn meħud mill-Istati Membri biex preferibilment jużaw riżorsi proprji u/jew materji primi jkun espliċitu u li jiżguraw, f'dan is-sens, li l-osservanza ta’ dan l-impenn ikun innotifikat lill-Kummissjoni u meqjus minnha.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta Stat Membru jqis li minħabba force majeure, ma jkunx jista’ jilħaq is-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ l-enerġija fl-2020 stiapulat fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness 1, għandu jinforma lill-Kummissjoni mill-aktar fis. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar jekk tkunx ġiet ippruvata l-force majeure, f’liema każ hija għandha tiddeċiedi f’aġġustament għandu jsir fil-konsum finali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għas-sena 2020.

3. Meta Stat Membru jqis li minħabba forza maġġuri jew minħabba kunflitt ta’ l-użu maġġuri li jtellef l-istabilità tal-produzzjoni ta' l-ikel u attivitajiet industrijali li tradizzjonalment jużaw l-injam, ma jkunx jista’ jilħaq is-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali ta’ l-enerġija fl-2020 stipulat fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness 1, għandu jinforma lill-Kummissjoni mill-aktar fis. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar jekk tkunx ġiet ippruvata l-forza maġġuri jew il-kunflitt maġġuri ta’ użu, f’liema każ hija għandha tiddeċiedi f’aġġustament għandu jsir fil-konsum finali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli għas-sena 2020.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 (4) – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), il-konsum finali ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jkun ikkalkulat bħala l-kwantità ta’ elettriku prodott fi Stat Membru minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bl-esklużjoni tal-produzzjoni ta’ elettriku minn unitajiet ta’ ppumpjar tal-ħażniet bl-użu ta’ ilma li qabel kien ippumpjat ’il fuq, aġġustat skond l-Artikolu 10.

Għall-għanijiet tal-paragrafu 1(a), il-konsum finali ta’ elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jkun ikkalkulat bħala l-kwantità ta’ elettriku prodott fi Stat Membru minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bl-esklużjoni tal-produzzjoni ta’ elettriku minn netwerks ta’ tisħin tal-bijomassa mingħajr koġenerazzjoni u permezz ta’ unitajiet ta’ ppumpjar tal-ħażniet bl-użu ta’ ilma li qabel kien ippumpjat ’il fuq, aġġustat skond l-Artikolu 10.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 6(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini ta’ l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u ta’ tisħin u tkessiħ prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’impjanti b’kapaċità ta’ mhux inqas minn 5 MWth, tista’ tiġi ggarantita bħala tali fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-oriġini ta’ l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u ta’ tisħin u tkessiħ prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’impjanti b’kapaċità ta’ mhux inqas minn 5 MWth, tista’ tiġi ggarantita bħala tali fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu deroga fuq il-bażi tas-sistemi ta' għajnuna eżistenti għall-installazzjonijiet ta' kapaċità inferjuri għal 5MWth ta' produzzjoni ta' elettriku u ta' tisħin mill-bijomassa.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tevita li l-limitu propost mill-Kummissjoni għall-qawwa ta’ l-installazzjonijiet ma teskludix il-produzzjoni ta’ enerġija mill-bijomassa ta’ oriġini agrikola jew mill-foresti.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 - paragrafu 1 - subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Madankollu, b’deroga mill-ewwel żewġ subparagrafi, l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-limiti inqas għolja fir-rigward tal-volum fil-każi li jiġġustifikawhom, meta l-produzzjoni lokali ta' l-enerġija minn sorsi rinnovabbli tkun importanti għall-promozzjoni ta' żvilupp ekonomikament, ekoloġikament u soċjalment sostenibbli fir-reġjun.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) il-kompożizzjoni u l-oriġini tal-materji primi użati, jekk dawn jiġu mill-parti esterna tat-territorju tal-Komunità, b’konformità ma’ l-Artikolu 4;

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li, fis-sistema ta’ garanziji ta’ oriġini, minn fejn ikun ġej il-prodott ikun previst għall-prodotti intermedjarji u/jew għall-materji primi b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jipproduċu evalwazzjoni ta' l-istat enerġetiku globali tat-trasferiment u għalhekk tat-trasport bejn l-Istati Membri ta' l-enerġija prodotta minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli għal distanzi ta' tul medju u twil. Kemm jista' jkun dawn għandhom jiffavorixxu produzzjoni diċentralizzata u lokali ta' l-enerġiji rinnovabbli u l-iżvilupp ta' ċirkwiti ekonomiċi qosra li jikkontribwixxu għal bilanċ enerġetiku, ambjentali u territorjali iktar favorevoli, u għall-ħolqien ta' l-impjiegi fiz-zoni rurali.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw skemi ta’ ċertifikazzjoni għal stallaturi ta’ bojlers u stufi, sistemi fotovoltajċi solari u sistemi termali solari u pompi tas-sħana. Dawn is-sistemi huma bbażati fuq il-kriterji msemmija fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni mogħtija mill-Istati Membri l-oħra skond dawn il-kriterji.

3. Sakemm il-programmi ta’ formazzjoni nazzjonali relevanti jkunu għadhom ma prevedux dan, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw skemi ta’ ċertifikazzjoni għal stallaturi ta’ bojlers u stufi, sistemi fotovoltajċi solari u sistemi termali solari u pompi tas-sħana ta' daqs żgħir. Dawn is-sistemi huma bbażati fuq il-kriterji msemmija fl-Anness IV. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni mogħtija mill-Istati Membri l-oħra skond dawn il-kriterji.

Ġustifikazzjoni

B'kunsiderazzjoni tal-livell ta’ formazzjoni superjuri tal-ħaddiema ta’ l-artiġjanat fil-maġġoranza ta’ l-Istati Membri, iċ-ċertifikazzjoni proposta hi eċċessiva.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 - Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess għas-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ l-elettriku

Aċċess għas-sistema ta’ distribuzzjoni ta’ l-elettriku u tal-gass

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 14(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw infrastruttura tad-distribuzzjoni biex jakkomodaw l-iżvilupp ulterjuri tal-produzzjoni ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi l-interkonnetturi bejn l-Istati Membri.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżviluppaw infrastrutturi ta’ distribuzzjoni li jippermettu li jitqies l-iżvilupp ulterjuri tal-produzzjoni ta’ l-elettriku u tal-gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi l-interkonnetturi bejn l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

B’kunsiderazzjoni taż-żieda tat-talba prevista għall-gass naturali mistennija minn issa sa l-2020, il-proposta għal direttiva għandha tinkludi kapitolu dwar l-aċċess tal-bijogass għas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-gass fl-eżempju tad-dispożizzjonijiet dwar l-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 14(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta’ l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jiggarantixxu fit-territorju tagħhom it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Huma għandhom jipprovdu wkoll għal aċċess prijoritarju għas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fit-trażmissjoni ta’ impjanti li jiġġeneraw l-elettriku, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jagħtu prijorità lil impjanti ta’ ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti s-sigurtà tas-sistema ta’ l-elettriku nazzjonali.

2. Mingħajr preġudizzju għaż-żamma ta’ l-affidabbiltà u s-sigurtà tas-sistema tad-distribuzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jiggarantixxu fit-territorju tagħhom it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku u tal-gass prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Huma għandhom jipprovdu wkoll għal aċċess prijoritarju għas-sistema tad-distribuzzjoni ta’ elettriku u tal-gass prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fit-trażmissjoni ta’ impjanti li jiġġeneraw l-elettriku u l-gass, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni għandhom jagħtu prijorità lil impjanti ta’ ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti s-sigurtà tas-sistema ta’ l-elettriku u tal-gass nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

B’kunsiderazzjoni taż-żieda tat-talba prevista għall-gass naturali mistennija minn issa sa l-2020, il-proposta għal direttiva għandha tinkludi kapitolu dwar l-aċċess tal-bijogass għas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-gass fl-eżempju tad-dispożizzjonijiet dwar l-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 14(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni jistabbilixxu u jippubblikaw ir-regoli standard tagħhom rigward il-ġarr u t-tqassim flimkien ta’ l-ispejjeż ta’ adattamenti tekniċi, bħal ma huma konnessjonijiet mas-sistema ta’ distribuzzjoni u rinfurzar tas-sistema ta’ distribuzzjoni, li huma meħtieġa biex ikunu integrati produtturi ġodda li jkunu qed jipprovdu elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lis-sistema interkonnessa.

3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li operaturi ta’ sistemi ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistemi ta’ distribuzzjoni jistabbilixxu u jippubblikaw ir-regoli standard tagħhom rigward il-ġarr u t-tqassim flimkien ta’ l-ispejjeż ta’ adattamenti tekniċi, bħal ma huma konnessjonijiet mas-sistema ta’ distribuzzjoni u rinfurzar tas-sistema ta’ distribuzzjoni, li huma meħtieġa biex ikunu integrati produtturi ġodda li jkunu qed jipprovdu elettriku u tal-gass prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli lis-sistema interkonnessa.

 

Dawn ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji billi jkunu kkunsidrati b’mod partikolari l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-konnessjoni ta’ dawn il-produtturi mas-sistema tad-distribuzzjoni u ċ-ċirkustanzi partikolari tal-produtturi li qegħdin f’reġjuni periferiċi u f’reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni. Ir-regoli jistgħu jipprovdu għal tipi differenti ta’ konnessjoni.

Dawn ir-regoli għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji billi jkunu kkunsidrati b’mod partikolari l-ispejjeż u l-benefiċċji kollha assoċjati mal-konnessjoni ta’ dawn il-produtturi mas-sistema tad-distribuzzjoni u ċ-ċirkustanzi partikolari tal-produtturi li qegħdin f’reġjuni periferiċi u f’reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni. Ir-regoli jistgħu jipprovdu għal tipi differenti ta’ konnessjoni.

Ġustifikazzjoni

B’kunsiderazzjoni taż-żieda tat-talba prevista għall-gass naturali mistennija minn issa sa l-2020, il-proposta għal direttiva għandha tinkludi kapitolu dwar l-aċċess tal-bijogass għas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-gass fl-eżempju tad-dispożizzjonijiet dwar l-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 14(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni jipprovdu kull produttur ġdid li jixtieq li jkun konness mas-sistema, bi stima komprensiva u dettaljata ta’ l-ispejjeż assoċjati mal-konnessjoni. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil produtturi ta’ l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jixtiequ jkunu konnessi max-xibka, li joħorġu sejħa għall-offerti għax-xogħol ta’ konnessjoni.

5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni jipprovdu kull produttur ġdid li jixtieq li jkun konness mas-sistema, bi stima komprensiva u dettaljata ta’ l-ispejjeż assoċjati mal-konnessjoni. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil produtturi ta’ l-elettriku jew tal-gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jixtiequ jkunu konnessi max-xibka, li joħorġu sejħa għall-offerti għax-xogħol ta’ konnessjoni.

Ġustifikazzjoni

B’kunsiderazzjoni taż-żieda tat-talba prevista għall-gass naturali mistennija minn issa sa l-2020, il-proposta għal direttiva għandha tinkludi kapitolu dwar l-aċċess tal-bijogass għas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-gass fl-eżempju tad-dispożizzjonijiet dwar l-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 14(7)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talba għal ħlas ta’ tariffi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni ma jiddiskriminawx kontra l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż b’mod partikolari elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli prodott f’reġjuni periferiċi, bħal reġjuni gżejjer, u f’reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talba għal ħlas ta’ tariffi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni ma jiddiskriminawx kontra l-elettriku jew tal-gass prodotti minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż b’mod partikolari elettriku jew gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli prodotti f’reġjuni periferiċi, bħal reġjuni gżejjer, u f’reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni.

Ġustifikazzjoni

B’kunsiderazzjoni taż-żieda tat-talba prevista għall-gass naturali mistennija minn issa sa l-2020, il-proposta għal direttiva għandha tinkludi kapitolu dwar l-aċċess tal-bijogass għas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-gass fl-eżempju tad-dispożizzjonijiet dwar l-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 14(8)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tariffi mitluba minn operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u minn operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni, għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-elettriku minn impjanti li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jirriflettu l-ispejjeż-benefiċċji fattibbli li jirriżultaw mill-konnessjoni ta’ l-impjant man-netwerk.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talba għal ħlas ta’ tariffi ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni ma jiddiskriminawx kontra l-elettriku jew gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż b’mod partikolari elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli prodott f’reġjuni periferiċi, bħal reġjuni gżejjer, u f’reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni.

Ġustifikazzjoni

B’kunsiderazzjoni taż-żieda tat-talba prevista għall-gass naturali mistennija minn issa sa l-2020, il-proposta għal direttiva għandha tinkludi kapitolu dwar l-aċċess tal-bijogass għas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-gass fl-eżempju tad-dispożizzjonijiet dwar l-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

Kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra

Kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti u bijolikwidi oġra u għall-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet elenkati taħt l-ittri (a), (b) u (c) hawn taħt jekk jissodisfaw biss il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5:

1. Il-bijokarburanti u bijolikwidi oħra u l-enerġija għat-tisħin u għat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta' enerġija rinovabbli għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet elenkati taħt l-ittri (a), (b) u (c) hawn taħt jekk jissodisfaw biss il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5:

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 - paragrafu 1 - punt (a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-miri nazzjonali;

(a) il-kejl tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva li jikkonċernaw il-miri nazzjonali, inkluż l-osservanza tat-tqassim ta’ l-ishma tal-produzzjoni nazzjonali jew intraKomunitarja u tal-kwantitajiet importati, inklużi materji primi u prodotti intermedjarji importati minn barra;

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi għandhom iqisu wkoll l-osservanza tat-tqassima ta’ l-ishma tal-prodotti użati skond minn fejn ikunu ġejjin, inklużi materji primi u prodotti intermedjarji użati.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-eliġibbiltà għal sostenn finanzjarju għall-konsum ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra.

(c) l-eliġibbiltà għal sostenn finanzjarju għall-konsum ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra u għall-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 (2) – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsidrat għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-inqas 35 %.

2. L-iffrankar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsidrat għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun mill-inqas 50 %.

Ġustifikazzjoni

B’kunsiderazzjoni tal-kompetizzjoni possibbli f’dak li jikkonċerna l-użu, il-bijomassa għandha tisfrutta bl-effikaċità kollha possibbli, b’mod partikulari mill-perspettiva klimatika. Għalhekk, wieħed għandu jiggarantixxi li l-għajnuniet limitati jibbenefikaw mill-vetturi ta’ enerġija rinnovabbli li jikkontribwixxu b’mod qawwi għall-protezzjoni tal-klima.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ tal-bijomassa, l-Istati Membri għandhom jippromwovi teknoloġiji ta’ konverżjoni li jiksbu effiċjenza ta’ konverżjoni ta’ mhux inqas minn 85 % għal applikazzjonijiet residenzjali u kummerċjali u mhux inqas minn 70 % għal applikazzjonijiet industrijali.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli rikonoxxut ta’ bijodiversità, jiġifieri li art li kellha wieħed mill-istati li ġejjin fi jew wara Jannar 2008, sew jekk l-art għad għandha dan l-istatus jew le:

 

3. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra u l-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta' enerġija rinovabbli kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’valur għoli rikonoxxut ta’ bijodiversità, jiġifieri li art li kellha wieħed mill-istati li ġejjin fi jew wara Jannar 2008, sew jekk l-art għad għandha dan l-istatus jew le:

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 15, paragrafu 3, subparagrafu 1 a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) foresta mhux disturbata minn attività umana sinifikanti, jiġifieri, foresta fejn ma sar l-ebda intervent uman sinifikanti magħruf jew fejn l-aħħar intervent uman sinifikanti ilu biżżejjed li sar tant li ppermetta li l-kompożizzjoni u l-proċessi ta’ l-ispeċi naturali jkunu stabbiliti mill-ġdid;

(a) foresta mhux disturbata minn attività umana sinifikanti, jiġifieri, foresta fejn ma sar l-ebda intervent uman sinifikanti magħruf jew fejn l-aħħar intervent uman sinifikanti ilu biżżejjed li sar tant li ppermetta li l-kompożizzjoni u l-proċessi ta’ l-ispeċi naturali jkunu stabbiliti mill-ġdid, sakemm ma tinġabx il-prova li l-intervent uman kien u se jkompli jkun ta’ intensità u ta’ perjodiċità li, matul il-proċess ta’ sfruttar kollu, jagħmilha possibbli li jkun hemm konservazzjoni permanenti ta’ l-ispeċji naturali fir-rigward tal-bijodiversità, fuq l-iskala ta’ l-isfruttar tal-foresta;

Ġustifikazzjoni

Jekk hu importanti li jkun possibbli li jkun hemm sfruttar tal-bijomassa disponibbli, b’mod partikulari tal-foresti li kellhom sfruttar kbir matul perjodu ta’ l-imgħoddi, dan m’għandux ikun jista’ jsir ħlief f’kundizzjonijiet estremament rigorużi li jqisu bis-sħiħ il-preservazzjoni tal-bijodiversità għaż-żmien twil.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 15, paragrafu 3, subparagrafu 1, punt (c a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) zoni agrikoli li, minħabba l-bijodiversità għolja tagħhom jiżguraw il-varjetà neċessarja tal-prodotti agrikoli indispensabbli għall-alimentazzjoni umana u ta’ l-annimali.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jiġu protetti z-zoni affettwati minn kultivazzjonijiet agrikoli li l-grad għoli tagħhom ta’ bijodiversità jiżgura l-alimentazzjoni umana u ta’ l-annimali neċessarja filwaqt li jiġu protetti d-diversi kultivazzjonijiet u l-elementi speċifiċi reġjonali bħat-tifqir ta' l-ikel.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 15, Paragrafu 3, Subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex tiddetermina liema żoni bil-ħaxix għandhom ikunu koperti mill-punt (c). Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 21(3).

Il-Kummissjoni għandha tressaq proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kriterji u l-firxiet ġeografiċi biex tiddetermina liema żoni bil-ħaxix għandhom ikunu koperti mill-punt (c).

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikoli jiddefinixxi estensjoni eċċessiva tal-poteri tal-Kummissjoni. Hi f’idejn l-organi deċiżjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-Parlament u l-Kunsill, li jiddikjaraw ruħhom dwar il-kriterji ta’ għażla u z-zoni li għandhom jiġu protetti.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkundistrati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f’Jannar 2008 u li m’għadx għandha iktar dan l-istatus:

4. Bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkundistrati u l-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx isiru minn materja prima miksuba minn art b’ħażna għolja ta’ karbonju, jiġifieri art li kellha waħda mill-istati li ġejjin f’Jannar 2008 u li m’għadx għandha iktar dan l-istatus:

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt (a a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) artijiet tal-pit;

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 15, paragrafu 4, subparagrafu 1 b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) żoni kontinwament afforestati, jiġifieri art fuq firxa ikbar minn ettaru b’siġar ogħla minn 5 metri u b’kopertura ta’ aktar minn 30%, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ;

(b) żoni kontinwament afforestati, jiġifieri art fuq firxa ikbar minn ettaru b’siġar ogħla minn 5 metri u b’kopertura ta’ aktar minn 10%, jew siġar li jistgħu jilħqu dawn il-limiti in situ;

Ġustifikazzjoni

Si la définition de la forêt telle que proposée par la Commission peut être considérée comme conforme à celle retenue dans les négociations relatives au climat (protocole de Kyoto), celle-ci pose néanmoins un problème d’application, car elle ouvre la voie à la mise en cultures des savanes.

Pour éviter une telle situation, il convient de prendre la définition la plus rigoureuse et figurant en Annexe à la décision 11/CP.7 des Accords de Marrakech (FCCP/CP/2001/13/Add.1) :

"Forest is a minimum area of land of 0.05-1.0 hectares with tree crown cover (or equivalent stocking level) of more than 10-30 per cent with the potential to reach a minimum height of 2-5 metres at maturity in situ."

C’est la raison pour laquelle il convient d’adopter le critère de 10%.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Materji primi agrikoli kkultivati fil-Komunità u użati għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsdirati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jinkisbu skond ir-rekwiżiti u l-istandards taħt id-dispożizzjonijiet elenkati f’punt A ta’ l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 taħt l-intestatura "Ambjent" u skond ir-rekwiżiti minimi għal kundizzjoni tajba agrikola u ambjentali definita skond l-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament.

5. Materji primi agrikoli kkultivati fil-Komunità u użati għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsdirati għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jinkisbu skond ir-rekwiżiti u l-istandards taħt id-dispożizzjonijiet elenkati f’punt A ta’ l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 taħt l-intestatura "Ambjent" u skond ir-rekwiżiti minimi għal kundizzjoni tajba agrikola u ambjentali definita skond l-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament, fl-osservanza tar-rekwiżiti fis-seħħ fil-qasam tal-koeżistenza.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-bijokarburanti u bijolikwidi oħra meqjusa fil-miri msemmija fil-paragrafu 1, ikkultivati barra l-Unjoni, għandhom jinkisbu b’konformità ma’ regoli simili. Fil-każ meta regoli simili ma jkunux applikabbli, il-materji primi agrikoli użati għall-produzzjoni tal-bijokarburanti u għal bijolikwidi oħra meqjusa għall-miri msemmija fil-paragrafu 1, prodotti barra l-Unjoni u li jkollhom impatt fuq ir-riżorsi naturali tad-dinja, għandhom jinkisbu b’konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:

 

a) li ma jkun hemm ebda żieda sinifikanti fl-emissjonijiet suxxettibbli li jġibu aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni jew id-distruzzjoni ta’ l-ożonu, jew li ma jkunux tossiċi;

 

b) li ma jkun hemm ebda degradazzjoni sinifikanti tal-funzjonijiet tal-ħamrija jew tal-feritilità tal-ħamrija (pereżempju l-preservazzjoni tal-livelli ta' materja organika jew il-ġlieda kontra t-tgħawwir);

 

c) li ma jkun hemm ebda degradazzjoni sinifikanti tal-kwalità ta’ l-ilma jew tar-riżors ta' l-ilma;

 

d) li jkun hemm użu ambjentalment raġonevoli tal-fertilizzanti u tal-pestiċidi.

 

L-awtoritajiet nazzjonali u/jew l-operaturi ekonomiċi għandhom jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni affidabbli li turi li, fil-pajjiżi kkonċernati, il-kriterji ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent jikkorrispondu għal dawn ir-rekwiżiti.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ekwa billi tkabbar il-kondizzjonalità ambjentali tal-Politika Agrikola Komuni għall-pajjiżi terzi.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Fir-rigward tal-bijokarburanti u ta’ bijolikwidi oħra prodotti fil-pajjiżi terzi, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

a) Il-bijokarburanti u bijolikwidi oħra m’għandhomx jitqiesu fil-miri stipulati fil-paragrafu 1 ħlief jekk il-pajjiż terz li fihom ikunu ġew ikkultivati jkun irratifika u implimenta b’mod effettiv it-trattati ambjentali kollha li ġejjin:

 

- il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta’ l-Ispeċi Pperikolati ta’ Fawna u ta’ Flora Selvaġġi,

 

- il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika,

 

- Il-Protokoll ta’ Kyoto tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima.

 

L-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn it-trattati għandha tiġi stabbiliti b’kunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ implimentazzjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati, skond id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tat-trattati u, b’mod partikulari, tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-organi maħluqa fil-qafas ta’ dawn it-trattati sabiex tkun ikkontrollata l-konformità magħhom.

 

b) Jekk pajjiż terz ma jkunx irratifika t-trattati msemmija fil-punt a), imma l-awtoritajiet nazzjonali u l-operatur ekonomiku jagħtu lill-Kummissjoni informazzjoni affidabbli li turi li, fil-pajjiż terz ikkonċernat, il-kriterji ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent huma ekwivalenti għal dawn li jinsabu fit-trattati, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), li l-bijokarburanti u l-bijolikwidi l-oħra prodotti fil-pajjiżi terzi jistgħu jitqiesu fil-miri msemmija fil-paragrafu 1.

 

c) Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt tat-talba miżjuda fil-bijokarburanti fuq is-sostenibbiltà soċjali fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi, u dwar l-impatt tal-politika ta’ l-Unjoni għall-bijokarburanti fuq id-disponibilità tal-prodotti ta’ l-ikel fil-pajjiżi terzi esportaturi, il-kapaċità tal-popolazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jkollhom aċċess għal dawn il-prodotti ta' l-ikel, u kwistjonijiet ikbar ta' żvilupp. L-ewwel rapport għandu jkun sottomess fl-2012. Dan għandu jiffoka b’mod partikolari dwar l-osservanza tal-liġijiet ta’ użi ta’ l-art. Ir-rapport għandu jistabbilixxi, għal kull pajjiż terz li jikkostitwixxi sors sinifikanti ta’ materja prima maħsuba għall-fabbrikazzjoni ta’ bijokarburanti kkonsmati fl-Unjoni Ewropea, jekk il-pajjiż terz ikunx irratifika kull waħda mill-konvenzjonijiet li ġejjin ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol:

 

(i) il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima ta’ l-Ammissibilità għax-Xogħol (Nru 138);

 

(ii) il-Konvenzjoni dwar il-Prjobizzjoni ta’ l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni ta' l-Agħar Forom ta' Xogħol tat-Tfal (Nru 182);

 

iii) il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat (Nru 105);

 

(iv) il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat Obbligatorju (Nru 29);

 

(v) il-Konvenzjoni dwar l-Ugwaljanza tar-Rinumerazzjoni bejn l-Irġiel u n-Nisa għax-Xogħol ta’ l-Istass Valur (Nru 100);

 

(vi) il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fil-qasam tax-Xogħol u l-Okkupazzjoni (Nru 111);

 

vii) il-Konvenzjoni dwar il-Libertà Ttrejdjunjinistika u l-Protezzjoni tad-Dritt Trejdjunjinistiku (Nru 87);

 

viii) il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u ta’ l-Innegozjar Kollettiv (Nru 98).

 

Il-Kummissjoni, jekk ikun il-każ, għandha tipproponi, azzjoni korrettiva.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għandha tintegra kriterji ta’ sostenibbiltà soċjali.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri m’għandhomx jirrifjutaw li jikkunsidraw, għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, bijokarburanti u bijolikwidi oħra miksuba skond dan l-Artikolu, għal raġunijiet oħra ta’ sostenibbiltà.

 

L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jikkunsidraw, għall-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, bijokarburanti u bijolikwidi oħra u l-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta' enerġija rinovabbli li l-produzzjoni tagħha ma tirrispettax il-kriterji ta’ sostenibilità ekonomika, soċjali u ambjentali u tipprovoka kunflitti serji ta’ l-użu u riskju għas-sikurezza ta' l-ikel.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar ir-rekwiżiti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi enerġetiċi tal-bijomassa, minbarra bijokarburanti u bijolikwidi oħra, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi oħra għall-enerġija mill-bijomassa, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

7. Qabel l-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar ir-rekwiżiti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi enerġetiċi tal-bijomassa, minbarra bijokarburanti u bijolikwidi oħra u l-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta' enerġija rinovabbli. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposti għal skema ta’ sostenibbiltà għal użi oħra għall-enerġija mill-bijomassa, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Verifika tal-konformità mal-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali għal bijokarburanti u bijolikwidi oħra

Kriterji ta’ sostenibbiltà għall-bijokarburanti u bijolikwidi oġra u għall-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 15 kienu sodisfatti. Għal dan il-għan għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa u jipprovdu dan li ġej:

1. Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra u l-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta' enerġija rinovabbli għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 15 kienu sodisfatti. Għal dan il-għan għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa u jipprovdu dan li ġej:

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 16, paragrafu 1, parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 15 kienu sodisfatti. Għal dan il-għan għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa u jipprovdu dan li ġej:

1. Fejn bijokarburanti u bijolikwidi oħra għandhom jiġu kkunsidrati għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li jkun hemm diviżjoni bejn il-produzzjoni nazzjonali jew Komunitarja u l-importazzjonijiet minn barra l-Komunità u għandhom jimponu li l-operaturi ekonomiċi juru li l-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 15 kienu sodisfatti. Għal dan il-għan għandhom jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jużaw sistema ta’ bilanċ tal-massa u jipprovdu dan li ġej:

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jivverifikaw l-osservanza tal-kriterji u tal-limiti indikati għat-tqassim bejn il-produzzjonijiet nazzjonali u/jew Komunitarji u prodotti importati minn barra l-Unjoni Ewropea.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 (4) – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-bijomassa jkollhom data preċiża għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 15(2) jew juru li l-kunsinni ta’ bijokarburant jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali fil-paragrafi 3 jew 4 ta’ l-Artikolu 15.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-iskemi volontarji nazzjonali jew internazzjonali li jistabbilixxu standards għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-bijomassa jkollhom data preċiża għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 15(2) jew juru li l-kunsinni ta’ bijomassa maħsuba għall-produzzjoni ta’ l-enerġija jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibbiltà ambjentali u soċjali ta’ l-Artikolu 15.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi nazzjonali, multinazzjonali jew internazzjonali biex jikkalkulaw l-iffrankar ta’ gassijiet serra jkollhom data preċiża għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 15(2).

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li skemi nazzjonali, multinazzjonali jew internazzjonali biex jikkalkulaw l-iffrankar ta’ gassijiet serra jkollhom data preċiża għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 15, skond il-proċedura tar-regolamentazzjoni b’kontroll imsemmi fl-Artikoli 21(3).

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Deċiżjonijiet skond il-paragrafu 4 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin.

6. Deċiżjonijiet skond il-paragrafu 4 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura ta’ regolamentazzjoni b’kontroll imsemmija fl-Artikolu 21(3). Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ mhux aktar minn 5 snin. Id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu revokati fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 21(2), jew tal-Parlament Ewropew, fi kwalunkwe mument malli jkun hemm dubji dwar is-sostenibilità tal-programm.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 15 fir-rigward ta’ sors ta’ bijokarburant jew bijolikwidu ieħor u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax jikkunsidra bijokarburant jew bijolikwidu minn dak is-sors għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 15(1).

 

8. Fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 15 fir-rigward ta’ sors ta’ bijokarburant jew bijolikwidu ieħor u għall-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u, fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi talba u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), tiddeċiedi jekk l-Istat Membru kkonċernat jistax jikkunsidra bijokarburant jew bijolikwidu minn dak is-sors u għall-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 15(1).

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kalkolu ta’ l-impatt tal-gassijiet serra ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra

Kalkolu ta’ l-impatt tal-bijokarburanti u bijolikwidi oħra u ta’ l-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq il-gass b'effett ta' serra

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 17(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport li jinkludi lista ta’ dawk l-entitajiet fit-territorju tagħhom ikklassifikati bħala livell NUTS 2 fir-Regolament (KE) 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn l-emissjonijiet tipiċi ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materji primi agrikoli jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura "kultivazzjoni" fil-Parti D ta’ l-Anness VII ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użata għall-istabbiliment ta’ dik il-lista. Il-metodu għandu jikkunsidra l-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-ħsad mistenni mill-materja prima.

2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport li jinkludi lista taz-zoni tat-territorju tagħhom fejn l-emissjonijiet normali ta’ gass serra (N²O) jirriżultaw mill-kultivazzjoni ta’ materji primi agrikoli jistgħu jkunu mistennija li jkunu inqas jew ugwali għall-emissjonijiet irrappurtati taħt l-intestatura "kultivazzjoni" fil-Parti D ta’ l-Anness VII ta’ din id-Direttiva, akkumpanjat b’deskrizzjoni tal-metodu u d-data użata għall-istabbiliment ta’ dik il-lista. Il-metodu għandu jikkunsidra l-karatteristiċi tal-ħamrija, il-klima u l-ħsad mistenni mill-materja prima.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għandha tillimita għall-gass serra prinċipali NO l-obbligu ta’ evalwazzjoni ta’ l-emissjonijiet għal kull reġjun, mingħajr ma tillimita l-livell ta’ preċiżjoni ġeografika mitlub, sabeix wieħed ma jidħolx fi spejjeż ta’ akkwist ta’ l-informazzjoni u tat-traċċabilità eċċessivi.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni għandha tissottometti l-lista tat-territorji tal-pajjiżi terzi fejn wieħed jista’ jistenna li l-emissjonijiet normali tal-gass serra li jirriżultaw mill-kultivazzjoni ta’ materji primi agrikoli jkunu inferjuri għal jew daqs l-emissjonijiet imsemmija taħt it-titolu “Kultivazzjoni” ta’ l-Anness VII, parti D, jekk hu possibbli akkumpanjata minn deskrizzjoni tal-metodu u ta’ l-informazzjoni użata biex tiġi stabbiliti din il-lista. Il-Kummissjoni, jekk ikun il-każ, għandha żżid ir-rapport tagħha dwar il-proposti relevanti li jikkonċernaw il-valuri ta' l-Anness VII.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għandha testendi għall-pajjiżi terzi l-obbligi dwar l-evalwazzjoni preċiża u reġjonali ta' l-emissjonijiet tan-.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 17(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-valuri tipiċi u awtomatiċi stmati fl-Anness VII Parti B u Parti E, u tagħti attenzjoni partikolari għall-emissjonijiet mit-trasport u l-ipproċessar, u tista’, fejn meħtieġ, tiddeċiedi li tikkoreġi l-valuri. Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 21(3).

4. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, imbagħad kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-valuri tipiċi u awtomatiċi stmati fl-Anness VII Parti B u Parti E, u tagħti attenzjoni partikolari għall-emissjonijiet mit-trasport u l-ipproċessar, u tikkoreġi l-valuri. Din il-miżura mfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmi fl-Artikolu 21(3).

Ġustifikazzjoni

Din il-modifika għandha l-għan li tikseb evalwazzjoni regolari ta’ l-informazzjoni ta’ referenza.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Qabel l-implimentazzjoni ta’ din id-direttiva, il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar it-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gass b’effett ta’ serra li jirriżultaw mill-użu ta’ l-enerġija tat-tisħin u tat-tkessiħ prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli skond il-materja prima użata.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17 a

 

Obbligi li jikkonċernaw il-prodotti simili importati

 

 

1. L-obbligi marbuta mal-produzzjoni sostenibbli tal-bijokarburanti u ta’ l-użu sostenibbli tas-sorsi rinnovabbli applikabbli għall-prodotti Komunitarji għandhom ukoll jitqiesu għall-prodotti simili importati, fuq il-bażi ta’ l-impenji meħuda mill-pajjiżi ta’ oriġini.

 

2. Fil-każ fejn l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti mill-pajjiżi ta' l-oriġini, il-Kummissjoni għandha tapplika miżuri ta' tassazzjoni jew miżuri oħra għall-importazzjonijiet u/jew għandha tagħti l-poter lill-Istati Membri li japplikaw miżuri ta’ tassazzjoni jew miżuri oħra li jiggarantixxu l-preferenza Komunitarja u jiprojbixxu kwalunkwe kompetizzjoni mhux leali bjen il-prodotti Komunitarji u l-prodotti importati.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Għall-finijet ta’ wiri tal-konformità ma’ l-obbligi nazzjonali ta’ enerġija rinnovabbli mqiegħda fuq l-operaturi, il-kontribut magħmul mill-bijokarburanti prodotti mill-iskart, residwi, materjal ċellulożiku mhux ta’ l-ikel, u materjal linjoċellulożiku għandu jkun ikkunsidrat li huwa d-doppju ta’ dak magħmul minn bijokarburanti oħra.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Hu impossibbli li tinstab ġustifikazzjoni objettiva għal dan il-pass filwaqt li tissemma’ n-neċessitá li titjieb il-profitabilità tal-bijokarburanti mhux konvenzjonali. Il-protezzjoni tal-klima ma tistax tkun żgurata jekk mhux permezz ta' tnaqqis tassew ta' l-emissjonijiet. Jidher diffiċli li wieħed jiġġustifika dan il-pass mill-perspettiva ġuridika, minħabba li l-ħsara li ssir lill-kompetizzjoni billi jissemma' tnaqqis mhux tassew ta' l-emissjonijiet għandha titqies bħala arbitrarja.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 - a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18 a

 

Il-modulazzjoni tal-fiskalità tal-karburanti

 

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu sistema dinamika ta’ modulazzjoni tal-fiskalità tal-karburanti li tkun ibbażata fuq l-ekonomiji ta’ l-emissjonijiet tal-gass serra rispettivi tal-(bijo)karburanti u ta’ (bijo)likwidi oħra kkalkulati skond l-Artikolu 17. Din is-sistema tipprevedi tnaqqis progressiv tal-fiskalità tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi filwaqt li tagħmilha possibbli li jkun hemm l-ikbar iffrankar ta’ l-emissjonijiet tal-gass serra. Il-bijokarburanti u l-bijolikwidi biss li jikkonformaw mal-kriterji ta' sostenibilità ambjentali stipulati fl-Artikoli 15 jistgħu jibbenefikaw mis-sistema. Din is-sistema hija mistennija li tiżgura n-newtralità baġitarja. L-Istati Membri li jagħmlu sistema bħal din għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżura supplimentari ta’ modulazzjoni tat-taxxi li taffettwa lill-karburanti biex jippromwovu l-użu tal-bijokarburanti b’mod ġenerali u, b’mod iktar partikulari, tal-bijokarburanti l-iktar effikaċi. It-twaqqif ta’ sistema bħal din tinkoraġġixxi lill-produtturi u lill-konsumaturi biex jipproduċu u jużaw bijokarburanti iktar effikaċi (filwaqt li jippermetti li jsir l-ikbar iffrankar ta' l-emissjonijiet tal-gass serra). Dan jikkontribwixxi biex titħaffef it-tranżizzjoni għat-tieni ġenerazzjoni ta’ bijokarburanti u biex, billi jsir dan, titnaqqas il-kompetizzjoni bejn il-produzzjoni tal-bijokarburanti u l-produzzjoni ta’ l-ikel.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) l-iżviluppi fid-disponibbiltà u l-użu ta’ riżorsi tal-bijomassa għal għanijiet ta’ enerġija;

(g) l-iżviluppi fid-disponibbiltà u l-użu differenti tar-riżorsi tal-bijomassa;

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-oriġini ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsmati fil-Komunità u l-impatti tal-produzzjoni tagħhom fuq l-użu ta’ art fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi ewlenin ta’ provvista u jagħmlu skambju ta’ informazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi terzi kif xieraq. Il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq ir-rapporti ta’ l-Istati Membri, imressqa skond l-Artikolu 19(1) u dawk ta’ pajjiżi terzi rilevanti, organizzazzjonijiet intergovernattivi, studji xjentifiċi u kull informazzjoni rilevanti oħra. Il-Komunità għandha timmonitorja wkoll iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali assoċjati ma’ l-użu tal-bijomassa għall-enerġija u kull effett pożittiv jew negattiv fuq is-sigurtà ta’ l-ikel.

 

1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-oriġini ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra kkunsmati fil-Komunità u l-impatti tal-produzzjoni tagħhom fuq l-użu ta’ art fil-Komunità u fil-pajjiżi terzi ewlenin ta’ provvista u jagħmlu skambju ta’ informazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi terzi kif xieraq. Il-monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq ir-rapporti ta’ l-Istati Membri, imressqa skond l-Artikolu 19(1) u dawk ta’ pajjiżi terzi rilevanti, organizzazzjonijiet intergovernattivi, studji xjentifiċi u kull informazzjoni rilevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja wkoll iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali assoċjati ma’ l-użu tal-bijomassa għall-enerġija u kull effett pożittiv jew negattiv fuq is-sikurezza ta’ l-ikel u fuq l-attivitajiet industrijali tradizzjonali.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla l-importazzjonijiet tal-bijomassa u tal-bijokarburanti użati għal skopijiet ta’ enerġija li jiġu mill-pajjiżi terzi u l-konformità tal-produzzjoni tagħhom ma' l-istandards ambjentali fis-seħħ fl-Unjoni.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15. Fejn proċess ta’ produzzjoni ta’ karburant jipproduċi, f’taħlita, il-karburant li għalih l-emissjonijiet huma kkalkulati u prodott jew aktar prodotti oħra ("prodotti-sekondarji"), l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandhom ikunu diviżi bejn il-karburant jew il-prodott immedjat tiegħu u l-prodotti sekondarji proporzjonalment għall-kontenut enerġetiku tagħhom (determinat b’valur ta’ tisħin iktar baxx fil-każ ta’ prodotti sekondarji minbarra l-elettriku).

15. Fejn proċess ta’ produzzjoni ta’ karburant jipproduċi, f’taħlita, il-karburant li għalih l-emissjonijiet huma kkalkulati u prodott jew aktar prodotti oħra ("prodotti-sekondarji"), l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għandhom ikunu diviżi b'mod oġġettiv bejn il-karburant jew il-prodott immedjat tiegħu u l-prodotti sekondarji proporzjonalment għall-kontenut enerġetiku tagħhom (determinat fil-prinċipju b’valur ta’ tisħin iktar baxx fil-każ ta’ prodotti sekondarji minbarra l-elettriku).

Ġustifikazzjoni

F’kumbinazzjoni mal-valuri li għandhom jinżammu mal-latitudni imma, fil-każ ta’ l-ispeċji, ma’ distorzjoni netta tar-riżultati relevanti għall-gass serra, sakemm l-emissjonijiet tas-sistema kollha ma jkunux minħabba kull prodott skond il-proċess li jikkonċerna lilu. F’ċerti każi (residwi ta’ distillazzjoni umidi u xotti), għalhekk, trid tkun prevista l-possibilità ta’ imputazzjoni objettiva, pereżempju fuq il-bażi tal-limiti speċifiċi jew ta’ volum tal-massa niexfa li jikkorrispondi għall-valur ta’ l-ikel.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 16 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra, il-prodotti sekondarji kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax taħt l-ambitu ta’ paragrafu 14, għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini ta’ dan il-kalkolu, bl-eċċezzjoni għar-residwu tal-wiċċ agrikolu, inklużi tiben, bagasse (fdal li jibqa’ mill-qasba taz-zokkor wara li tkun ingħasret), qxur, ġellewż kbir u qxur tal-ġewż. Prodotti sekondarji li għandhom kontenut ta’ enerġija negattiva għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut ta’ enerġija żero għall-fini tal-kalkolu.

Fil-każ ta’ bijokarburanti u bijolikwidi oħra, il-prodotti sekondarji kollha, inkluż l-elettriku li ma jaqax taħt l-ambitu ta’ paragrafu 14, għandhom ikunu kkunsidrati għall-fini ta’ dan il-kalkolu, bl-eċċezzjoni għar-residwu tal-wiċċ agrikolu li jibqa' fl-artijiet, inklużi tiben, bagasse, qxur, ġellewż kbir u qxur tal-ġewż. Prodotti sekondarji li għandhom kontenut ta’ enerġija negattiva għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom kontenut ta’ enerġija żero għall-fini tal-kalkolu.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għandha tqis il-valur enerġetiku tat-tiben u tar-residwi tal-kultivazzjoni li jistgħu jiġu trasportati barra l-għalqa.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Anness VII – parti C – paragrafu 16 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skart, residwi ta’ l-għelejjel ta’ l-agrikoltura, inklużi tiben, bagasse, qxur, zkuk u qxur tal-ġwież u residwi minn sistemi ta’ l-ipproċessar, minbarra sistemi ta’ l-ipproċessar ta’ bijokarburant, bl-ebda użu potenzjali ta’ ikel jew għalf għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom emissjonijiet tal-gassijiet serra b’ċiklu tal-ħajja żero sal-proċess ta’ ġbir ta’ dawn il-materjali.

Skart, residwi ta’ l-għelejjel ta’ l-agrikoltura, inklużi tiben, bagasse, qxur, zkuk u qxur tal-ġwież u residwi minn sistemi ta’ l-ipproċessar, minbarra sistemi ta’ l-ipproċessar ta’ bijokarburant, bl-ebda użu potenzjali ta’ ikel jew għalf jew l-enerġija għandhom ikunu kkunsidrati li għandhom emissjonijiet tal-gassijiet serra b’ċiklu tal-ħajja żero sal-proċess ta’ ġbir ta’ dawn il-materjali.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għandha tqis il-valur enerġetiku tat-tiben u tar-residwi tal-kultivazzjoni li jistgħu jiġu trasportati barra l-għalqa.

PROĊEDURA

Titolu

Enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli

Referenzi

COM(2008)0019 – C6-0046/2008 – 2008/0016(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

19.2.2008

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Bernadette Bourzai

25.2.2008

 

 

Eżami fil-Kumitat

6.5.2008

26.5.2008

25.6.2008

 

Data ta' l-adozzjoni

25.6.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vincenzo Aita, Bernadette Bourzai, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Giuseppe Castiglione, Albert Deß, Gintaras Didžiokas, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Lutz Goepel, Friedrich-Wilhelm Graefe zu Baringdorf, Esther Herranz García, Lily Jacobs, Elisabeth Jeggle, Heinz Kindermann, Stéphane Le Foll, Véronique Mathieu, Mairead McGuinness, Rosa Miguélez Ramos, James Nicholson, Neil Parish, María Isabel Salinas García, Agnes Schierhuber, Willem Schuth, Czesław Adam Siekierski, Alyn Smith, Petya Stavreva, Donato Tommaso Veraldi, Janusz Wojciechowski, Andrzej Tomasz Zapałowski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Katerina Batzeli, Ilda Figueiredo, Wiesław Stefan Kuc, Astrid Lulling, Maria Petre, Markus Pieper, Brian Simpson

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paulo Casaca, Brigitte Fouré, Helga Trüpel

PROĊEDURA

Titolu

Enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli

Referenzi

COM(2008)0019 – C6-0046/2008 – 2008/0016(COD)

Data tal-preżentazzjoni lill-Parlament

23.1.2008

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbira fis-seduta plenarja

ITRE

19.2.2008

Kumitat(i) mitlub(a) opinjoni(jiet)

Data tat-tħabbira fis-seduta plenarja

INTA

19.2.2008

ECON

19.2.2008

ENVI

19.2.2008

TRAN

19.2.2008

 

REGI

19.2.2008

AGRI

19.2.2008

 

 

Kumitat(i) assoċjati

Data tat-tħabbira fis-seduta plenarja

ENVI

10.4.2008

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Claude Turmes

25.2.2008

 

 

Bażi legali disputata

Data tal-opinjoni JURI

JURI

 

 

 

Eżami fil-Kumitat

28.5.2008

25.6.2008

16.7.2008

1.9.2008

 

10.9.2008

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.9.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jerzy Buzek, Dragoş Florin David, Pilar del Castillo Vera, Den Dover, Lena Ek, Nicole Fontaine, Adam Gierek, András Gyürk, Fiona Hall, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Mary Honeyball, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Patrick Louis, Eugenijus Maldeikis, Eluned Morgan, Angelika Niebler, Reino Paasilinna, Aldo Patriciello, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Anni Podimata, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Britta Thomsen, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Dorette Corbey, Avril Doyle, Göran Färm, Juan Fraile Cantón, Neena Gill, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Toine Manders, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Esko Seppänen, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Giovanna Corda, Árpád Duka-Zólyomi, Johannes Lebech