Proċedura : 2008/2231(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0502/2008

Testi mressqa :

A6-0502/2008

Dibattiti :

PV 18/02/2009 - 20
CRE 18/02/2009 - 20

Votazzjonijiet :

PV 19/02/2009 - 9.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


RAPPORT     
PDF 236kWORD 196k
12 ta' Diċembru 2008
PE 412.142v01-00 A6-0502/2008

dwar il-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran

(2008/2231(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Pasqualina Napoletano

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropa u l-pajjiżi Mediterranji

(2008/2231(INI))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' Barċellona adottata waqt il-Konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin li saret f'Barċellona nhar is-27 u t-28 ta' Novembru 1995 li tistabbilixxi Sħubija Ewro-Mediterranja,

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-isem ta' ''Il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran" (COM(2008)0319),

 wara li kkunsidra l-approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-13 u l-14 ta' Marzu 2008 tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Samit ta' Pariġi għall-Mediterran, li sar f'Pariġi fit-13 ta' Lulju 2008,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tal-laqgħa tal-minsitri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni għall-Mediterran li saret f'Marsilja fit-3 u l-4 ta' Novembru 2008,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenza tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin Ewro-Mediterranji, li saret f'Liżbona fil-5 u s-6 ta' Novembru 2007,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-Samit Ewro-Mediterranju li sar f'Barċellona fis-27 u t-28 ta' Novembru 2005 għaċ-ċelebrazzjoni tal-għaxar anniversarju tas-Sħubija Ewro-Mediterranja,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Bureau tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (EMPA) tat-12 ta' Lulju 2008, id-Dikjarazzjoni tal-EMPA dwar il-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani tat-13 ta’Ottubru 2008 u r-Rakkomandazzjoni tal-EMPA lill-Ewwel Laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Proċess ta’ Barċellona: Unjoni għall-Mediterran tat-13 ta’ Ottubru 2008,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-9 ta' Ottubru 2008,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Samit Ewro-Mediterranju tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali li sar f'Rabat fis-16 ta' Ottubru 2008,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali tal-Presidenza tal-EMPA, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-EMPA matul ir-raba' sessjoni plenarja tagħha f'Ateni, fis-27 u t-28 ta' Marzu 2008,

–   wara li kkunsidra l-ewwel laqgħa tal-EuroMedScola, li fi Strasburgu fis-16 u s-17 ta' Novembru 2008, laqqgħet iċ-ċittadini żgħażagħ tal-Istati Msieħba u tal-Pajjiżi tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-politika Mediterranja tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari dik tal-5 ta' Ġunju 2008(1),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-għoti ta' spinta ġdida lill-azzjonijiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni, b'koperazzjoni mal-imsieħba Mediterranji - Linji gwida strateġiċi (COM(2003)0294),

 wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (COM(2006)0726),

 wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2007 dwar it-tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat(2),

–   wara li kkunsidra l-prijoritajiet tiegħu għall-Presidenza tal-EMPA (Marzu 2008 - Marzu 2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6–0502/2008);

A. billi l-Mediterran għandu rwol ċentrali u l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi msieħba għandhom għadd dejjem jiżdied ta' interessi komuni fil-konfront tal-isfidi tal-globalizzazzjoni u tal-koeżistenza paċifika u, b'konsegwenza ta' dan, tal-ħtieġa biex tiġi żgurata koeżjoni reġjonali akbar u żvilupp ta' strateġija politika komuni fir-reġjun,

B.  billi l-Unjoni hija u għandha tibqa' determinata li tilħaq l-objettivi tal-Millennju għall-iżvilupp ifformulati min-Nazzjonijiet Uniti,

C. billi jitqiesu d-differenzi ekonomiċi, politiċi u kulturali dejjem ikbar bejn iż-żewġ naħat tal-Mediterran, it-Tramuntana u n-Nofsinhar, u l-bżonn li tinsab soluzzjoni għal dawn id-differenzi sabiex ikun jista' jiġi stabbilit spazju komuni ta' paċi, ta' sigurtà u ta' prosperità,

D. billi hemm il-bżonn li r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Mediterranji msieħba jiġġeddu u jiġu approfonditi b'mod konsiderevoli, tiġdid li jibda mill-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-imsieħba kollha u mill-valurizzazzjoni tal-ħidma li ġa saret, imma waqt li jitqiesu wkoll il-limiti u n-nuqqasijiet tal-politiki implimentati s'issa u, speċifikament, tal-bilanċ ta’ diżappunt tal-proċess ta' Barċellona,

E.  billi l-politika ta' viċinat li tmexxiet mal-pajjiżi Mediterranji għandha l-limiti tagħha, peress li, billi ġew privileġġati r-relazzjonijiet bilaterali, irriżultat bħala żbilanċjata u mhux kapaċi tikkontribwixxi għal proċess komuni ta' riformi sinifikanti fir-reġjun,

F.  billi jitqies il-bżonn li jiġu stabbiliti relazzjonijiet ibbażati fuq sħubija mill-qrib kif ukoll fuq l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Mediterranji fil-Mediterran kollu kemm hu,

G. billi mit-tnedija tal-proċess ta' Barċellona, ċerti pajjiżi msieħba ma rreġistraw l-ebda progress sostanzjali f'dak li jikkonċerna s-sħubija u l-lealtà għal ċerti valuri komuni u għal xi wħud mill-prinċipji komuni fformulati fid-Dikjarazzjoni ta' Barċellona tal-1995, li huma firmatarji tagħha, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mad-demokrazija, mad-drittijiet tal-bniedem u mal-istat tad-dritt,

H. billi hemm il-bżonn urġenti li tiġi promossa l-integrazzjoni territorjali u ekonomika bejn il-pajjiżi tal-baċir Mediterran; billi integrazzjoni territorjali u ekonomika reali hija biss possibbli jekk iseħħ progress konkret fis-sejba ta' soluzzjoni għall-kunflitti li għadhom għaddejjin bħalissa u fil-qasam tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem,

I.   billi rabtiet iktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Mediterran żiedu b'mod sinifikanti t-traffiku bejn dawn il-pajjiżi, mingħajr ma dan kien akkumpanjat minn titjib neċessarju u modernizzazzjoni tal-infrastruttura korrispondenti,

J.   billi l-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern, fid-Dikjarazzjoni tas-Samit ta' Pariġi għall-Mediterran, irrikonoxxew li l-EMPA se tkun l-espressjoni parlamentari leġittima tal-proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, filwaqt li ddikjaraw l-appoġġ qawwi tagħom għat-tisħiħ tal-irwol tal-EMPA fir-rabtiet tiegħu mal-isħab Mediterranji,

K. billi jenfasizza li n-natura intergovernattiva mhijiex biżżejjed biex tiġi indirizzata l-ġabra ta' relazzjonijiet politiċi bejn il-pajjiżi tar-reġjun Ewro-Mediterranju,

L.  billi jenfasizza l-irwol importanti tal-EMPA, li hija l-unika assemblea parlamentari li tippermetti li jsir djalogu u koperazzjoni fiz-zona Ewro-Mediterranja, peress li tgħaqqad fiha s-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-partijiet kollha assoċjati mal-proċess tal-paċi fil-Lvant Nofsani,

M. billi titqies l-importanza li tiġi garantita l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proġetti u fl-inizjattivi definiti fil-proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, u li jitqiesu l-proposti reċenti mressqa minn dawn l-entitajiet,

N. billi hu importanti li tiġi garantita l-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali u tas-soċjetà ċivili fir-rivitalizzazzjoni tar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji,

O. billi jfakkar li hu indispensabbli li ma jiġux dupplikati u ma jirkbux fuq xulxin l-istrumenti, il-politiki u l-livelli istituzzjonali diġà eżistenti u li tiġi garantita l-koerenza tas-sistema kollha kemm hi tar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji,

P.  billi jitqies il-bżonn li jissolvew malajr u b'mod paċifiku l-kunflitti kollha li jinvolvu l-pajjiżi Mediterranji, u billi titqies l-importanza li jinżamm djalogu interkulturali f'dan ir-rigward,

Q. billi l-persistenza tal-kunflitt fil-Lvant Nofsani u t-tensjonijiet politiċi serji fir-reġjun (bħal fil-każ tas-Sahara tal-Punent) tista' tipperikola t-twettiq ta' bosta objettivi previsti mill-istituzzjoni l-ġdida,

1.  Iqis li l-proposta bit-titolu "Il-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għallMediterran, adottata mill-kapijiet ta' stat u ta’ gvern waqt is-Samit għall-Mediterran li sar f'Pariġi fit-13 ta' Lulju 2008, hija kontribuzzjoni għall-paċi u l-prosperità u għandha tikkostitwixxi pass 'il quddiem lejn l-integrazzjoni ekonomika u territorjali u lejn il-koperazzjoni dwar il-kwistjonijiet ekoloġiċi u ambjentali bejn il-pajjiżi Mediterranji jekk hija kapaċi twettaq il-wegħdiet u tagħti riżultati konkreti u viżibbli; jenfasizza li l-ftuħ tal-proċess għal pajjiżi mhux assoċjati mas-sħubija jżid il-probabilità li tiġi stabbilita l-ugwaljanza fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba Mediterranji u li jissolvew il-problemi tar-reġjun b’mod komprensiv;

2.  Jinnota li l-laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin fit-3 u l-4 ta' Novembru f'Marsilja pproponiet li l-''Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran'' jissejjaħ ''Unjoni għall-Mediterran''; iqis li dan l-isem jippermetti li tiġi valorizzata n-natura paritarja tas-sħubija bil-għan li jitwettqu l-proġetti ta' integrazzjoni ekonomika u territorjali; iqis madankollu li huwa neċessarju li l-valur strateġiku tar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji u x-xogħol imwettaq mill-Proċess ta' Barċellona, u partikolarment l-involviment tas-soċjetà ċivili, għandhom ikunu affermati mill-ġdid permezz ta' politiki li l-Unjoni Ewropea qed tiżviluppa diġà flimkien mal-imsieħba Mediterranji tagħha, permezz ta' programmi reġjonali u subreġjonali u linji gwida komuni li jispiraw il-koperazzjoni bilaterali;

3.  Jitlob f'dan ir-rigward lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw il-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni, partikolarment fir-rigward tal-iżviluppi istituzzjonali possibbli (b'mod partikolari l-irwol ta' rappreżentant għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-politika ta' sigurtà bħala viċi-President tal-Kummissjoni) u l-użu tal-baġit Komunitarju;

4.  Jilqa' l-fatt li l-Unjoni għall-Mediterran ġiet promossa fil-kuntest tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

5.  Japprova d-deċiżjoni biex jiġi privileġġjat qafas multilaterali permezz tad-definizzjoni ta' xi proġetti kbar biex jitwettqu permezz tal-istrumenti l-ġodda tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran; jieħu nota, madankollu, tan-nuqqas ta' strateġiji ta' integrazzjoni ekonomika u territorjali fil-baċir Mediterran bħala sostenn għal dawn il-proġetti;

6.  Hu tal-fehma li, għat-twettiq tal-proġetti, għandha tiġi adottata l-formula ta' "patti ta' programmi", li, b'punt ta' tluq mill-prinċipju ta' sussidjarjetà, jiddefinixxu b'mod ċar ir-responsabilitajiet finanzjarji, maniġerjali u ta' kontroll tal-livelli istituzzjonali varji: Unjoni Ewropea, Stati Membri, reġjuni, intrapriżi, imsieħba soċjali;

7.  Jenfasizza li l-proġetti ffinanzjati fil-kuntest tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran għandhom jirċievu l-appoġġ finanzjarju tal-Komunità, tal-pajjiżi msieħba u tas-settur privat; jistieden, għalhekk, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippreċiżaw u jsaħħu l-irwol u l-inizjattivi tal-Faċilità Ewro-Mediterranja tal-Investiment u s-Sħubija, li permezz tal-programm ta' investiment tagħha, tiffaċilita l-ftuħ ekonomiku u l-modernizzazzjoni tal-pajjiżi Mediterranji; itenni li hu favur il-ħolqien ta' Bank Ewro-Mediterranju ta' Investiment u l-koordinazzjoni mal-investituri internazzjonali; jenfasizza l-importanza tat-trasferiment tal-flus imfaddla tal-emigranti tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom u jqis li dan huwa lieva eċċellenti ta' żvilupp li s'issa għadha ma ntużatx biżżejjed;

8.  Iqis li, sakemm jerġgħu jiġu eżaminati l-prospettivi finanzjarji, il-kwota ta' finanzjament tal-Unjoni Ewropea għall-proġetti Mediterranji għandha tiġi żgurata mingħajr ħsara għall-programmi reġjonali Ewro-Mediterranji li attwalment għaddejjin jew li huma previsti u li t-tisħiħ tagħha ntalab għal diversi drabi mill-Parlament; jenfasizza, f'dan il-kuntest, is-setgħa tal-Parlament Ewropew fil-proċedura baġitarja tal-Unjoni Ewropea; jixtieq li l-Parlament jiġi infurmat regolarment dwar il-progress tal-proġetti;

9.  Iqis li s-segretarjat se jkun jista' jesprimi potenzjal importanti għat-tnehid mill-ġdid tar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji permezz tal-kapaċità operattiva tiegħu u l-valur politiku tal-għamla tiegħu; jilqa' l-fatt li ntlaħaq qbil unanimu dwar is-sede tas-segretarjat; ifakkar li l-belt ta' Barċellona tirrappreżenta l-post fejn inbdiet is-sħubija Ewro-Mediterranja;

10. Jaqbel illi, mill-perspettiva tal-UE, u qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, il-kopresidenza tkun kumpatibbli mar-rappreżentanza esterna tal-Unjoni Ewropea, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat fis-seħħ;

11. Jilqa' d-Deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali tat-3 ta’ Novembru 2008, li kkunsidrat ir-Rakkomandazzjoni tal-EMPA adottata fil-Ġordan fit-13 ta’ Ottubru 2008; jappoġġja d-deċiżjoni li l-Unjoni għall-Mediterran tingħata dimensjoni parlamentari qawwija, li ssaħħaħ il-leġittimità demokratika tagħha, bl-appoġġ tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja (APEM), li għad trid tissaħħaħ, u li x-xogħol tagħha jeħtieġ li jiġi koordinat aħjar ma’ istituzzjonijiet oħra tas-sħubija, billi titqies il-possibilità li tingħatalha personalità ġuridika, id-dritt ta' proposta u ta' evalwazzjoni tal-istrateġiji ta' integrazzjoni ekonomika u territorjali, u tal-proġetti u l-possibilità li jitressqu rakkomandazzjonijiet għal-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin; jippretendi li dan ir-rikonoxximent istituzzjonali tal-EMPA jwassal ukoll għall-parteċipazzjoni tagħha bħala osservatur fil-laqgħat kollha tal-eżekuttiv, fil-laqgħat tal-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern, fil-laqgħat tal-Ministri kif ukoll fil-laqgħat preparatorji tal-uffiċjali għoljin;

12. Jilqa' d-deċiżjoni tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni għall-Mediterran li jinkludu l-Lega tal-Istati Għarab bħala parteċipant fil-laqgħat kollha f'kull livell, billi titqies il-kontribuzzjoni pożittiva tagħha għall-objettivi tal-paċi, tal-prosperità u tal-istabilità fir-reġjun Mediterranju;

13. Jenfasizza l-bżonn li jiġu inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-qafas istituzzjonali l-ġdid; jilqa' l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni u l-proposta li tinħoloq assemblea reġjonali u lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM);

14. Iqis li, b'mod parallel mat-tisħiħ tad-dimensjoni parlamentari, hija meħtieġa implimentazzjoni ta' proċess simili biex jiġi żgurat l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-istruttura istituzzjonali adegwata tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, partikolarment permezz ta' mekkaniżmi li jiżguraw il-konsultazzjoni tagħhom dwar l-għażla, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-proġetti; jistieden f'dan il-kuntest lill-EMPA biex tinvolvi iktar lis-soċjetajiet ċivili tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar tal-Mediterran fix-xogħol tagħha; jitlob li jiġi valorizzat l-irwol tal-imsieħba soċjali fil-perspettiva tat-twaqqif ta' Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewro-Mediterranju;

15. Jinnota li ċerti pajjiżi li jipparteċipaw fil-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran ma kinux jagħmlu parti mis-sħubija Ewro-Mediterranja; jistieden, għalhekk, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati kollha li jipparteċipaw fil-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran, biex iwaqqfu qafas koerenti ta' relazzjonijiet ibbażat fuq l-integrazzjoni ekonomika u territorjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi kollha tal-baċir Mediterranju; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiggarantixxu l-possibilità li l-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni għall-Mediterran ikun jista' jkollhom aċċess għall-programmi reġjonali diġà previsti mis-sħubija Ewro-Mediterranja;

16. Iqis li l-parteċipazzjoni fl-Unjoni għall-Mediterran ma tissostitwixxix it-tkabbir tal-Unjoni Ewropea u ma tagħmilx ħsara lill-perspettivi ta' sħubija ta' kwalunkwe stat kandidat, ta' issa jew tal-ġejjieni; iqis li l-Unjoni għall-Mediterran mhijiex se xxekkel inizjattivi oħra ta' koperazzjoni reġjonali;

17. Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-politika Ewro-Mediterranja kollha tiġi riveduta fil-fond, waqt li tissaħħilha d-dimensjoni politika u l-kożvilupp, u jfakkar li, f'kull każ, l-inizjattiva 'Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran' ma ddgħajjifx il-prospettiva ta' din il-politika, prospettiva li hi aktar wiesgħa;

18. Huwa tal-fehma li l-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran għandu jsaħħaħ il-forom eżistenti ta' koperazzjoni fil-kuntest tal-Euromed sabiex il-pajjiżi kollha msieħba jkollhom il-possibilità li jipparteċipaw fil-programmi reġjonali u fil-politiki korrispondenti tal-Unjoni fuq il-bażi tal-prijoritajiet u tal-objettivi ffissati bi qbil komuni; ifakkar li huwa importanti li tissaħħaħ l-estensjoni tal-programmi Komunitarji għall-parteċipazzjoni tal-pajiżi msieħba, partikolarment fl-oqsma tal-edukazzjoni, tar-riċerka, tat-taħriġ pofessjonali (skambju ta' studenti, eċċ);

19. Iqis li l-problemi tal-paċi u s-sigurtà, tad-drittijiet tal-bniedem u demokrazija, u anke tal-koperazzjoni kulturali, għandhom jiġu affrontati mill-perspettiva Ewro-Mediterranja; itenni li l-Unjoni għall-Mediterran għandha l-iskop li jiġu affrontati l-problemi ta' territorji, infrastrutturi u ambjent, permezz ta' pjanijiet strateġiċi u proġetti speċifiċi; jixtieq li din id-dimensjoni konkreta tkun tista' tikkontribwixxi biex tissaħħaħ is-sħubija Ewro-Mediterranja;

20. Ifakkar fl-ewwel inizjattivi proposti waqt is-Samit ta’ Pariġi dwar il-Mediterran nhar it-13 ta’ Lulju 2008: it-tneħħija tat-tniġġis mill-Mediterran, ir-rotot tal-baħar u r-rotot tal-art, il-protezzjoni ċivili, il-pjan tal-Mediterran dwar l-enerġija solari, l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka, l-inizjattiva tal-Mediterran għall-iżvilupp tal-intrapriżi;

21. Ifakkar li biex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-Proċess ta’ Barċellona, huwa neċessarju li l-oqsma tal-koperazzjoni jitwessgħu għall-ġestjoni tal-ilma, għall-agrikoltura, għas-sikurezza tal-provvista tal-ikel, għall-enerġija, għat-taħriġ professjonali, il-kultura, is-saħħa, it-turiżmu, eċċ.;

22. Jappoġġja bis-saħħa d-dimensjoni ambjentali tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran u l-inizjattivi u l-proġetti marbuta miegħu, bħall-inizjattiva l-ġdida Mediterranja għat-tindif tal-Mediterran u l-proġett Mediterran għall-enerġija solari;

23. Iqis li l-integrazzjoni tal-pajjiżi Mediterranji kollha fil-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran toffri l-possibilità li jiġu ffaċċjati l-problemi tar-reġjun b'mod iktar globali kif ukoll li, b'mod effikaċi, jiġi artikulat u kkoordinat il-proċess ma' programmi li diġà qed jitwettqu, bħall-pjan ta' azzjoni għall-Mediterran tal-PNUE;

24. Jilqa' l-proposta li tinsab fid-dikjarazzjoni finali tal-Presidenza tar-Raba' Sessjoni Plenarja għall-ħolqien ta' komunità Ewro-Mediterranja tal-enerġija, bl-appoġġ tal-EMPA; jirrikonoxxi li huwa importanti li tissaħħaħ il-koperazzjoni fil-qasam tal-enerġija bejn l-imsieħba Ewro-Mediterranji u li huwa neċessarju li jiġi żviluppat suq reġjonali tal-enerġija, bl-objettiv li jiġu implimentati proġetti ta' enerġija rinnovabbli u ta' infrastruttura tal-enerġija fuq skala kbira fir-reġjun tal-Mediterran;

25. jittama li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji se jġedded it-twaqqif ta' spazju ta' paċi u prosperità; jenfasizza li l-paċi u l-istabilità politika fir-reġjun Mediterranju huma elementi deċiżivi għas-sigurtà kollettiva u individwali ferm lil hinn mill-fruntieri tiegħu; jenfasizza li huwa biss permezz tal-intensifikazzjoni tan-negozjati li tista' tinstab soluzzjoni sostenibbli u globali għall-kunflitti fir-reġjun; iqis li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha rwol b'saħħtu fis-sejba ta' soluzzjoni għal dawn il-kunflitti billi tikseb il-fiduċja tal-partijiet kollha interessati; jinsisti dwar il-bżonn li tinżamm formalment koperazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra t-terroriżmu internazzjonali, it-traffikar tad-drogi, il-kriminalità organizzata u t-traffikar tal-bnedmin; jilqa' l-appell magħmul fid-Dikjarazzjoni ta' Marsilja lill-partijiet ikkonċernati biex isir sforz sabiex jitwettaq proċess ta' dimilitarizzazzjoni u ta' diżarmament gradwali tar-reġjun, partikolarment bil-għan li tinħoloq zona mingħajr armi nukleari u armi ta' qirda tal-mases;

26. Iqis li t-taffija tal-problemi madwar il-Mediterran teħtieġ li tittejjeb il-komprensjoni soċjali u kulturali bejn il-popli, u li għalhekk għandhom jiġu appoġġjati inizjattivi bħall-Alleanza taċ-Ċivilizzazzjonijiet, bħala spazju ta' djalogu privileġġjat li jikkontribwixxi għall-istabilizzazzjoni tar-reġjun; jitlob minnufih lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jippreżentaw strateġiji għall-iżvilupp ta' djalogu bħal dan; iħeġġeġ it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-EMPA u l-Fundazzjoni Anna Lindh, inkluża l-organizzazzjoni ta' laqgħat bejn in-netwerks prinċipali tal-Fundazzjoni Anna Lindh u l-Kumitat għall-Kultura tal-EMPA;

27. Jenfasizza l-fatt li wieħed mill-objettivi ewlenin tal-politika Ewro-Mediterranja huwa li jiġi promoss l-istat tad-dritt, id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-pluraliżmu politiku, u josserva li għad hemm ksur serju ħafna ta' dawn; itenni l-importanza tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt; jixtieq li jiġu evalwati r-riżlutati miksuba s'issa u l-adegwazzjoni tal-istrumenti mwaqqfa fil-kuntest tas-sħubija; jistieden minnufih lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi kriterji ta’ eliġibilità preċiżi għal dawn l-istrumenti, inkluż fir-rigward ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra bħall-Kunsill tal-Ewropa, u biex tistabbilixxi sistema effikaċi ta' kontroll tal-implimentazzjoni tagħhom; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-partijiet kollha interessati mill-inizjattiva biex jiffavorixxu u japprofondixxu l-osservanza tal-libertà reliġjuża ta' kulħadd, b'mod partikolari tal-minoranzi reliġjużi rispettivi tagħhom; jipproponi t-tfassil ta' qafas politiko-istituzzjonali komuni li jippermetti li tiġi valorizzata d-dimensjoni tar-reċiproċità, kemm fil-livell tad-determinazzjoni tal-problemi kif ukoll f'dak tat-tfittix ta' soluzzjonijiet komuni;

28. Jitlob, għalhekk, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex idaħħlu b'mod ċar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fl-objettivi ta' din l-inizjattiva ġdida, biex isaħħu l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi eżistenti bħall-klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem li tinsab fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni u t-twaqqif ta' sottokumitati dwar id-drittijiet tal-bniedem u biex joħolqu mekkaniżmu għall-applikazzjoni ta' din il-klawsola fil-ftehimiet tal-ġenerazzjoni l-ġdida u fil-pjanijiet ta' azzjoni bilaterali tal-Politika Ewropea ta' Viċinat (ENP); jenfasizza li l-għodda għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-politika Ewropea ta' Viċinat għandha tiġi sfruttata bl-aħjar mod possibbli, billi tiġi garantita koerenza politika mtejba bejn l-istituzzjonijiet Ewropej;

29. Jistieden lill-pajjiżi kollha parteċipanti, lill-Kummissjnoi u lill-istituzzjonijiet tal-ġejjieni tal-Unjoni għall-Mediterran biex iġeddu l-politiki migratorji komuni tagħhom sabiex jiġu valorizzati r-riżorsi umani u biex isaħħu l-iskambji bejn il-popolazzjonijiet tal-baċir filwaqt li jirrinunċjaw għal kwalunkwe viżjoni esklussivament siguritarja; iqis li l-kwistjonijiet dwar l-immigrazzjoni għandhom ikunu konċentrati fuq il-possibilitajiet ta' mobilità legali, fuq il-ġlieda kontra l-flussi illegali, fuq integrazzjoni mtejba tal-popolazzjonijiet immigranti u fuq l-eżerċitar tad-dritt għall-ażil; jenfasizza l-importanza li huwa jagħti lil kollaborazzjoni mill-qrib u lill-ispirtu ta' responsabilità reċiproka li teżisti bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Istati tan-Nofsinhar tal-Mediterran; jilqa' l-fatt li seħħet il-Konferenza Ministerjali Euromed dwar il-migrazzjoni f'Novembru 2007 u jqis li “l-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran'' għandha tagħti attenzjoni prijoritarja lill-ġestjoni b'ordni tal-flussi migratorji;

30. Jinnota d-dikjarazzjoni tal-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern skont liema l-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran juri determinazzjoni li jkun privileġġat l-iżvilupp ta’ riżorsi umani u l-impjieg skont l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju, inkluż billi jitnaqqas il-faqar, u tħares ’il quddiem lejn inizjattivi, programmi u dispożizzjonijiet finanzjarji ġodda għal dak l-għan;

31. Jikkunsidra li l-inizjattivi ekonomiċi u kummerċjali tal-Unjoni għall-Mediterran, sabiex jippermettu t-twettiq ta’ zona ta' kummerċ ħieles Ewro-Mediterranja ta’ benefiċċju reċiproku, iridu jiffavorixxu t-tkabbir ekonomiku tar-reġjun, l-aħjar integrazzjoni tiegħu fl-ekonomija dinjija u t-tnaqqis tad-diskrepanzi fl-iżvilupp bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Mediterran, filwaqt li tiġi msaħħa l-koeżjoni soċjali;

32. Jenfasizza li hemm bżonn li jkun evalwat u kkunsidrat b’mod sistematiku l-impatt socjali tal-proċess tal-liberalizzazzjoni, b’mod speċjali f’termini ta’ sikurezza tal-ikel; jenfasizza wkoll li dan l-impatt jista’ jvarja ħafna minn settur għall-ieħor u minn pajjiż għall-ieħor ;

33. Jenfasizza l-importanza tas-settur informali u tal-ekonomija popolari fil-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran; iqis li l-iżvilupp tar-reġjun jeħtieġ l-appoġġ tal-integrazzjoni progressiva ta’ dawn l-attivitajiet fl-ekonomija formali;

34. Jiġbed l-attenzjoni li, sa mis-sħubiji tal-2004 u l-2007, l-iskambji kummerċjali bejn l-Istati Membri l-ġodda tal-Unjoni u l-imsieħba Mediterranji tagħhom dejjem qegħdin jiżdiedu; jitlob li din it-tendenza titqies u tiġi appoġġjata fil-qafas tas-sħubija;

35. Jenfasizza l-bżonn li wieħed iħeġġeġ liż-żgħażagħ biex joħolqu intrapriżi zgħar, inkluż billi jiġi faċilitat l-aċċess għall-kreditu u għall-mikrokreditu; iqis mill-banda l-oħra li jeħtieġ li jissaħħaħ l-appoġġ lill-FEMIP;

36. Jinnota l-fatt li l-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, minn banda, u l-istati Mediterranji mill-banda l-oħra, jipprevedu miżuri ta' koperazzjoni fil-qasam tal-immigrazzjoni u tal-ażil politiku, inkluż il-finanzjament ta' ċentri għall-immigrati, u jitlob b'urġenza lill-Unjoni u lill-Istati Membri biex jivverifikaw jekk humiex qed jiġu rispettati bis-sħiħ, f'dawn iċ-ċentri, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

37. Jikkunsidra li hu essenzjali li jitwettqu objettivi konkreti u tanġibbli fil-qasam soċjali; ifakkar f'dan ir-rigward li l-objettiv ta' zona ta' skambju ħieles ma jistax jiġi evalwat biss f'dak li għandu x'jaqsam mal-iżvilupp ekonomiku, imma fuq kollox f'termini ta' ħolqien ta' impjiegi; ifakkar li l-qgħad fost iż-żgħażagħ u n-nisa jikkostitwixxi l-emerġenza soċjali ewlenija fil-pajjiżi Mediterranji;

38. Jistieden lill-pajjiżi sħab tan-Nofsinhar biex jiżviluppaw l-iskambji min-Nofsinhar għan-Nofsinhar, bħall-Ftehima Ekonomika ta' Agadir iffirmata mill-Eġittu, mill-Ġordan, mill-Marokk u mit-Tuniżija, u jenfasizza li l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jissodisfaw it-talbiet ta' appoġġ tekniku sabiex wieħed jiffavorixxi l-integrazzjoni ekonomika min-Nofsinhar għan-Nofsinhar;

39. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi msieħba kollha.

(1)

Testi adottati ta' din id-data, P6_TA(2008)0257.

(2)

ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 443.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (6.11.2008)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Mediterranji

(2008/2231(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Kader Arif

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rieda misjuba li jingħata impuls politiku u prattiku ġdid lir-relazzjonijiet multilaterali tal-Unjoni Ewropea mal-imsieħba tagħha Mediterranji;

2.  Ifakkar li “l-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran” għandu l-għan li jserraħ fuq il-kisbiet tas-sħubija Ewro-Mediterranja, li jerġa’ jagħti l-ħajja lil dan il-proċess u li jagħtuh dimensjoni msaħħa;

3.  Jenfasizza li l-funzjonament tal-Unjoni għall-Mediterran għandu jiġi ggovernat mill-prinċipji tal-parità, l-ugwaljanza u l-koġestjoni, kif ukoll mill-prinċipji tar-responsabilità u l-governanza konġunta;

4.  Jenfasizza li l-approprazzjoni tal-Unjoni mill-popolazzjonijiet se tiggarantixxi l-isħubija b’saħħitha u ta’ suċċess ta’ din l-inizjattiva; iqis li, għal dan l-iskop, l-ambizzjonijiet politiċi għandhom jiġu tradotti fi proġetti konkreti li jista’ jinftiehmu aħjar u aktar viċin iċ-ċittadini; iqis ukoll li l-Unjoni għall-Mediterran fl-operat tagħha għandha tintegra mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni u ta’ parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili (assoċjazzjonijiet, imsieħba soċjali, eċċ.), tal- awtoritajiet lokali u reġjonali u tas-settur privat;

5.  Jixtieq li l-proġetti tal-Unjoni għall-Mediterran ikunu konkreti u li jgħaqqdu, u jirriflettu l-bżonnijiet taċ-ċittadini tar-reġjun; jinsisti biex dawn jikkontribwixxu għal żvilupp ibbilanċjat u sostenibbli tar-reġjun, u biex jiffaċilitaw l-interkonnessjonijiet reġjonali u sottoreġjonali għall-promozzjoni tal-integrazzjoni u tal-koeżjoni;

6.  Ifakkar fl-ewwel inizjattivi proposti waqt is-Samit ta’ Pariġi dwar il-Mediterran nhar it-13 ta’ Lulju 2008: it-tindif it-tneħħija tat-tniġġis mill-Mediterran, ir-rotot tal-baħar u r-rotot tal-art, il-protezzjoni ċivili, il-pjan tal-Mediterran dwar l-enerġija solari, l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka, l-inizjattiva tal-Mediterran għall-iżvilupp tal-intrapriżi;

7.  Jinnota li attwalment proġett wieħed biss mis-sitta proposti jikkonċentra fuq il-kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali; jiddispjaċih li d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi ma tinkludix ħlief ftit referenzi għall-aspetti ekonomiċi u kummerċjali tas-sħubija, bħall-investiment barrani dirett, l-impjieg, l-ekonomija informali jew it-tnaqqis tal-faqar;

8.  Ifakkar li biex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-Proċess ta’ Barċellona, huwa neċessarju li l-oqsma tal-koperazzjoni jitwessgħu għall-ġestjoni tal-ilma, għall-agrikoltura, għas-sikurezza tal-provvista tal-ikel, għall-enerġija, għat-taħriġ professjonali, tal-kultura, tas-saħħa, tat-turiżmu, eċċ.;

9.  Ifakkar li apparti r-riżorsi previsti mill-Kummissjoni għall-iffinanzjar tal-proġetti tal-Unjoni għall-Mediterran, il-Parlament saħaq ħafna drabi fuq il-bżonn li jinħoloq bank Ewro-Mediterranju għall-Investiment u l-Iżvilupp;

10. Jikkunsidra li l-inizjattivi ekonomiċi u kummerċjali tal-Unjoni għall-Mediterran, sabiex jippermettu t-twettiq ta’ zona ta' kummerċ ħieles Ewro-Mediterranja ta’ benefiċċju reċiproku, iridu jiffavorixxu t-tkabbir ekonomiku tar-reġjun, l-aħjar integrazzjoni tiegħu fid-dinja ekonomika u t-tnaqqis tad-diskrepanzi fl-iżvilupp bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Mediterran, filwaqt li tiġi msaħħa l-koeżjoni soċjali;

11. Ifakkar li fit-tieni parti tal-programm ta’ 5 snin tal-2005 bl-isem “Żvilupp u Riformi Soċjo-Ekonomiċi Sostenibbli”, l-imsieħba Ewro-Mediterranji identifikaw prijoritajiet differenti : min-naħa l-waħda hemm il-bżonn ta’ titjib tal-klima tan-negozju, l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kreditu, il-konsolidazzjoni tal-istabilità makroekonomika u t-titjib tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, u min-naħa l-oħra l-bżonn li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet soċjali, fosthom is-sistemi tal-protezzjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-impjieg b’mod partikulari għaż-żgħażagħ u n-nisa;

12. Jenfasizza li hemm bżonn li jkun evalwat u kkunsidrat b’mod sistematiku l-impatt sociali tal-proċess tal-liberalizzazzjoni, b’mod speċjali f’termini ta’ sikurezza tal-ikel; jenfasizza wkoll li dan l-impatt jista’ jvarja ħafna minn settur għall-ieħor u minn pajjiż għall-ieħor ;

13. Ifakkar li l-għan tal-ħolqien ta’ zona ta’ kummerċ ħieles u tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ mhuwiex l-iskop għalih waħdu, iżda għandu jkun id f’id mat-tnaqqis tal-faqar u tal-qgħad, il-promozzjoni tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali u r-rispett tal-ambjent;

14. Jenfasizza li, biex jintlaħaq dan l-għan, l-integrazzjoni ekonomika reġjonali għandha ssir fid-dimensjonijiet tagħha kollha (bejn it-Tramuntana u Nofsinhar u bejn in-Nofsinhar u n-Nofsinhar); iħeġġeġ b’mod partikulari l-ħolqien ta’ programmi reġjonali kkoordonati bejn il-pajjiżi tan-naħa t’isfel tal-kosta Mediterranja, ħaġa li tikkontribwixxi għall-integrazzjoni ekonomika u politika ta’ dawn il-pajjiżi;

15. Jenfasizza li l-Unjoni għandha ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għal programmi ta’ sħubija Mediterranja li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-istabbiliment ta’ klima favorevoli li tippermetti t-tkabbir tal-investimenti u li jsaħħu l-koperazzjoni ekonomika u l-iskambji kummerċjali permezz ta’ mekkaniżmi ta’ assistenza teknika u finanzjarja għall-iffaċilitar tal-iskambji;

16. Jitlob li tiġi mfassla l-possibilità li fil-pajjiżi sħab ikunu stabbiliti aġenziji speċjalizzati tal-Unjoni, sabiex dawn il-pajjiżi jiġu mgħejuna b’mod konkret f’oqsma bħall-promozzjoni tal-investimenti;

17. Jenfasizza l-importanza tas-settur informali u tal-ekonomija popolari fil-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran; iqis li l-iżvilupp tar-reġjun jeħtieġ l-appoġġ tal-integrazzjoni progressiva ta’ dawn l-attivitajiet fl-ekonomija formali;

18. Jiġbed l-attenzjoni li, sa mill-adeżjonijiet tal-2004 u l-2007, l-iskambji kummerċjali bejn l-Istati Membri l-ġodda tal-Unjoni u l-imsieħba Mediterranji tagħhom dejjem qegħdin jiżdiedu; jitlob li din it-tendenza titqies u tiġi appoġġjata fil-qafas tas-sħubija;

19. Jenfasizza l-bżonn li wieħed iħeġġeġ liż-żgħażagħ biex joħolqu intrapriżi zgħar, inklużi l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kreditu u għall-mikrokreditu; iqis ukoll li għandu jiġi msaħħaħ l-appoġġ tal-Faċilità għall-Investiment u s-Sħubija Ewro-Mediterranja (FEMIP);

20. Iqis li l-kwistjonijiet migratorji għandhom jiġu indirizzati b’mod konkret u bbilanċjat filwaqt li tiġi kkunsidrata r-relazzjoni tagħhom mal-iżvilupp u waqt li tiġu integrati fihom id-dimensjonijiet kulturali u umani f’dawn il-kwistjonijiet; jitlob b’ħerqa kbira li tiġi ffaċilitata ċ-ċirkulazzjoni legali tal-persuni u li l-popolazzjonijiet immigranti jiġu integrati aġjar, filwaqt li jiġi evitat it-telf tal-aħjar imħuħ u l-ġlieda kontra t-traffikar marbuta mal-immigrazzjoni klandestina;

21. Jenfasizza li s-sħubija Ewro-Mediterranja ma tistax tiffoka biss fuq il-kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali ; ifakkar li t-tliet pilastri ta’ Barċellona huma relatati mill-qrib; jiddispjaċih li l-ewwel pilastru, iddisinjat biex jikkontribwixxi għal paċi u għall-istabilità, kif ukoll it-tielet pilastru, maħsub għall-iżvilupp tal-bniedem u dak soċjali ma għamlux il-progress mixtieq;

22. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummisjoni biex idaħħlu b’mod ċar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fl-għanijiet tal-inizjattiva l-ġdida, biex jinfurzaw l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi eżistenti bħalma hija l-kawża relatata mad-drittijiet tal-bniedem tal-ftehimiet tal-assoċjazzjonijiet u biex joħolqu mekkaniżmu ta' appoġġ għall-applikazzjoni ta' din il-klawsola fil-ftehimiet tal-ġenerazzjoni l-ġdida, fil-pjanijiet ta’ azzjonijiet bilaterali u tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u fil-qafas tas-sotto-kumitati fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

23. Jixtieq li l-Parlament ikun ikkonsultat kif xieraq dwar il-ħolqien tal-organi permanenti tal-Unjoni għall-Mediterran u jkun infurmat b’mod regolari dwar l-iżvilupp tal-proġetti;

24. Jinsisti wkoll fuq il-bżonn li l-Unjoni għall-Mediterran tingħata dimensjoni parlamentari reali, filwaqt li sserraħ fuq li l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranea, li għandha tkun ikkunsidrata bħala l-espressjoni parlamentari leġittima tagħha u li bħala organu konsultattiv, għandu jkollha d-dritt li tippreżenta proposti u evalwazzjonijiet.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Ignasi Guardans Cambó, Jacky Hénin, Caroline Lucas, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Vural Öger, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Iuliu Winkler, Corien Wortmann-Kool

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Bastiaan Belder, Ole Christensen, Albert Deß, Eugenijus Maldeikis, Javier Moreno Sánchez, Zbigniew Zaleski

Sostituti (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sepp Kusstatscher, Roselyne Lefrançois, Michel Teychenné


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (21.10.2008)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Mediterranji

(2008/2231(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Íñigo Méndez de Vigo

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jitlob li l-esperjenza miksuba b'rabta mal-Proċess ta' Barċellona tintuża sabiex tingħata enerġija u vitalità ġdida lir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u s-sieħba Mediterranji tagħha, mingħajr ma jitħarbtu dawk ir-relazzjonijiet;

2.  Jenfasizza l-importanza li tinżamm il-koerenza bejn l-istituzzjonijiet u li jkun evitat li dawn ikunu rduppjati, u jenfasizza li l-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (BP-UfM) għandu jkun inkluż fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni; iqis li t-twaqqif ta' struttura istituzzjonali awtonoma tista' biss tkun ta' ħsara għall-effettività tal-proċess;

3.  Jappoġġa l-prinċipju tal-kopresidenza, fuq il-bażi ta' parità, ugwaljanza u tmexxija konġunta, u, fuq il-bażi tas-suppożizzjoni li t-Trattat ta' Liżbona se jidħol fis-seħħ, iqis li dan għandu jkun konsistenti mal-qafas istituzzjonali li jirriżulta rigward ir-rappreżentazzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea u li s-samit bijennali, il-Kumitat Parlamentari Konġunt (JPC) u l-laqgħat tal-uffiċjali għolja huma għodda utli biex jagħtu iktar effiċjenza trasparenza fil-Proċess;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Assemblea Ewro-Mediterranja (EMPA) tingħata rwol ikbar fil-proċess u jappoġġa l-Bureau tal-EMPA, li f'dikjarazzjoni li ħareġ fit-12 ta' Lulju 2008 talab li dik l-Assemblea - bħala entità parlamentari leġittima - issir parti integrali mill-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (BP-UfM);

5.  Japoġġa t-talbiet li saru mill-President tal-Parlament Ewropew, li fid-diskors tiegħu fis-Samit ta' Pariġi fit-13 ta' Lulju 2008 talab li l-EMPA tingħata d-dritt li tagħmel proposti, teżerċita kontroll demokratiku u tagħmel monitoraġġ u evalwazzjonijiet regolari tal-progress tal-proġetti;

6.  Jistieden lill-EMPA biex tkun involuta bis-sħiħ fil-preparazzjonijiet għal-laqgħat għolja bijennali tal-Kapijiet tal-Istat u l-laqgħat annwali tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-pajjiżi li huma membri tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (BP-UfM);

7.  Iqis li hu essenzjali għall-EMPA li tkun stabbilita bħala d-dimensjoni parlamentari tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (BP-UfM) bl-istabbiliment f'dan il-każ ta' bażi legali kif issuġġerit mill-EMPA u jqis:

–    li l-EMPA għandha tiltaqa' tal-inqas darba f'sena;

–    li l-membri kollha tal-EMPA għandhom ikunu jistgħu jorganizzaw ruħhom fi gruppi skont il-fehmiet politiċi (apparti t-tqassim attwali bejn il-Parlamenti tal-imsieħba Mediterranji- il-Parlament Ewropew - il-Parlamenti tal-Istati Membri), organizzazzjoni li se twassal għal integrazzjoni aħjar u effettività akbar;

–    li l-EMPA għandu jkollha regoli ta' funzjonament aktar preċiżi u segretarjat permanenti msaħħaħ;

–    li għandu jkun obbligatorju li l-EMPA tkun ikkonsultata biex tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-punti u l-proġetti ewlenin marbuta mal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (BP-UfM);

–     li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu assoċjati b'mod integrali max-xogħol tal-EMPA, kemm fl-istadji preparatorji kif ukoll matul il-laqgħat uffiċjali u l-plenarji;

–    li r-rappreżentanti parlamentari tal-pajjiżi li mhumiex parti mill-Proċess ta' Barċellona għandhom ikunu mistiedna jipparteċipaw;

8.  Iqis li s-segretarjat tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (BP UfM) għandu jkun magħmul minn uffiċjali ssekondati mill-pajjiżi li jipparteċipaw fil-proċess u li dawn għandhom ikunu integrati fid-dipartimenti tal-Kummissjoni; is-sede tagħha trid tingħażel skont kriterji bbażati fuq effettività operattiva u b'rigward għar-rispett għall-valuri demokratiċi u l-kapaċitajiet finanzjarji tal-pajjiż ospitanti, kif ukoll għall-appoġġ politiku, finanzjarju u soċjali offrut mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali kkonċernati; għalhekk jappoġġa l-kandidatura ta' Barċellona biex tospita s-Segretarjat;

9.  Iqis li s-segretarjat tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran irid ikun fdat bix-xogħol ta' elaborazzjoni u ta' ġestjoni ta' proġetti apparti l-koordinazzjoni tal-proċess sħiħ; dan għandu jirrapporta xogħlu lilll-Kumitat Ewro-Mediterranju u lill-EMPA;

10. Jinnota li l-proġetti ffinanzjati fil-qafas tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (BP-UfM) għandhom jiġu appoġġjati l-iżjed bl-użu ta' fondi Komunitarji, ta' fondi minn stati sħab kif ukoll ta' ffinanzjar privat;

11. Jenfasizza l-bżonn li jitwaqqaf Bank tal-Investiment u l-Iżvilupp Ewro-Mediterranju li jkun kapaċi jiġbed investiment barrani dirett għar-realizzazzjoni ta' proġetti li jirreaġixxu għall-bżonnijiet taċ-ċittadini fir-reġjun;

12. Jitlob li t-tfassil tal-qafas istituzzjonali tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (BP-UfM) ikun is-suġġett ta' konsultazzjoni wiesgħa u ta' djalogu ta’ sustanza li jinvolvu l-atturi kollha involuti fil-proċess, sabiex ikun żgurat li dan ikun imsejjes fuq kunsens wiesa' u li jqis is-sensittivitajiet kollha;

13. Iqis li, b'mod parallel mat-titjib tad-dimensjoni parlamentari, huwa meħtieġ żvilupp simili biex ikun hemm l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-istruttura xierqa istituzzjonali tal-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran (BP-UfM);

14. Iqis li l-promozzjoni ta' koperazzjoni ta' dak it-tip jista' jkollha wkoll rwol pożittiv fir-rigward tal-ħolqien u l-iżvilupp ta' għaqdiet reġjonali simili oħra.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.10.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Barón Crespo, Richard Corbett, Andrew Duff, Jo Leinen, Íñigo Méndez de Vigo, Rihards Pīks, Adrian Severin, József Szájer, Johannes Voggenhuber, Andrzej Wielowieyski, Dushana Zdravkova

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Costas Botopoulos, Elmar Brok, Carlos Carnero González, Monica Frassoni

6.11.2008

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi Mediterranji

(2008/2231(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Kader Arif

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rieda misjuba li jingħata impuls politiku u prattiku ġdid lir-relazzjonijiet multilaterali tal-Unjoni Ewropea mal-imsieħba tagħha Mediterranji;

2.  Ifakkar li “l-Proċess ta' Barċellona: Unjoni għall-Mediterran” għandu l-għan li jserraħ fuq il-kisbiet tas-sħubija Ewro-Mediterranja, li jerġa’ jagħti l-ħajja lil dan il-proċess u li jagħtuh dimensjoni msaħħa;

3.  Jenfasizza li l-funzjonament tal-Unjoni għall-Mediterran għandu jiġi ggovernat mill-prinċipji tal-parità, l-ugwaljanza u l-koġestjoni, kif ukoll mill-prinċipji tar-responsabilità u l-governanza konġunta;

4.  Jenfasizza li l-approprazzjoni tal-Unjoni mill-popolazzjonijiet se tiggarantixxi l-isħubija b’saħħitha u ta’ suċċess ta’ din l-inizjattiva; iqis li, għal dan l-iskop, l-ambizzjonijiet politiċi għandhom jiġu tradotti fi proġetti konkreti li jista’ jinftiehmu aħjar u aktar viċin iċ-ċittadini; iqis ukoll li l-Unjoni għall-Mediterran fl-operat tagħha għandha tintegra mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni u ta’ parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili (assoċjazzjonijiet, imsieħba soċjali, eċċ.), tal- awtoritajiet lokali u reġjonali u tas-settur privat;

5.  Jixtieq li l-proġetti tal-Unjoni għall-Mediterran ikunu konkreti u li jgħaqqdu, u jirriflettu l-bżonnijiet taċ-ċittadini tar-reġjun; jinsisti biex dawn jikkontribwixxu għal żvilupp ibbilanċjat u sostenibbli tar-reġjun, u biex jiffaċilitaw l-interkonnessjonijiet reġjonali u sottoreġjonali għall-promozzjoni tal-integrazzjoni u tal-koeżjoni;

6.  Ifakkar fl-ewwel inizjattivi proposti waqt is-Samit ta’ Pariġi dwar il-Mediterran nhar it-13 ta’ Lulju 2008: it-tindif it-tneħħija tat-tniġġis mill-Mediterran, ir-rotot tal-baħar u r-rotot tal-art, il-protezzjoni ċivili, il-pjan tal-Mediterran dwar l-enerġija solari, l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka, l-inizjattiva tal-Mediterran għall-iżvilupp tal-intrapriżi;

7.  Jinnota li attwalment proġett wieħed biss mis-sitta proposti jikkonċentra fuq il-kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali; jiddispjaċih li d-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi ma tinkludix ħlief ftit referenzi għall-aspetti ekonomiċi u kummerċjali tas-sħubija, bħall-investiment barrani dirett, l-impjieg, l-ekonomija informali jew it-tnaqqis tal-faqar;

8.  Ifakkar li biex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-Proċess ta’ Barċellona, huwa neċessarju li l-oqsma tal-koperazzjoni jitwessgħu għall-ġestjoni tal-ilma, għall-agrikoltura, għas-sikurezza tal-provvista tal-ikel, għall-enerġija, għat-taħriġ professjonali, tal-kultura, tas-saħħa, tat-turiżmu, eċċ.;

9.  Ifakkar li apparti r-riżorsi previsti mill-Kummissjoni għall-iffinanzjar tal-proġetti tal-Unjoni għall-Mediterran, il-Parlament saħaq ħafna drabi fuq il-bżonn li jinħoloq bank Ewro-Mediterranju għall-Investiment u l-Iżvilupp;

10. Jikkunsidra li l-inizjattivi ekonomiċi u kummerċjali tal-Unjoni għall-Mediterran, sabiex jippermettu t-twettiq ta’ zona ta' kummerċ ħieles Ewro-Mediterranja ta’ benefiċċju reċiproku, iridu jiffavorixxu t-tkabbir ekonomiku tar-reġjun, l-aħjar integrazzjoni tiegħu fid-dinja ekonomika u t-tnaqqis tad-diskrepanzi fl-iżvilupp bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar tal-Mediterran, filwaqt li tiġi msaħħa l-koeżjoni soċjali;

11. Ifakkar li fit-tieni parti tal-programm ta’ 5 snin tal-2005 bl-isem “Żvilupp u Riformi Soċjo-Ekonomiċi Sostenibbli”, l-imsieħba Ewro-Mediterranji identifikaw prijoritajiet differenti : min-naħa l-waħda hemm il-bżonn ta’ titjib tal-klima tan-negozju, l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kreditu, il-konsolidazzjoni tal-istabilità makroekonomika u t-titjib tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, u min-naħa l-oħra l-bżonn li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet soċjali, fosthom is-sistemi tal-protezzjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien tal-impjieg b’mod partikulari għaż-żgħażagħ u n-nisa;

12. Jenfasizza li hemm bżonn li jkun evalwat u kkunsidrat b’mod sistematiku l-impatt sociali tal-proċess tal-liberalizzazzjoni, b’mod speċjali f’termini ta’ sikurezza tal-ikel; jenfasizza wkoll li dan l-impatt jista’ jvarja ħafna minn settur għall-ieħor u minn pajjiż għall-ieħor ;

13. Ifakkar li l-għan tal-ħolqien ta’ zona ta’ kummerċ ħieles u tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ mhuwiex l-iskop għalih waħdu, iżda għandu jkun id f’id mat-tnaqqis tal-faqar u tal-qgħad, il-promozzjoni tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali u r-rispett tal-ambjent;

14. Jenfasizza li, biex jintlaħaq dan l-għan, l-integrazzjoni ekonomika reġjonali għandha ssir fid-dimensjonijiet tagħha kollha (bejn it-Tramuntana u Nofsinhar u bejn in-Nofsinhar u n-Nofsinhar); iħeġġeġ b’mod partikulari l-ħolqien ta’ programmi reġjonali kkoordonati bejn il-pajjiżi tan-naħa t’isfel tal-kosta Mediterranja, ħaġa li tikkontribwixxi għall-integrazzjoni ekonomika u politika ta’ dawn il-pajjiżi;

15. Jenfasizza li l-Unjoni għandha ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għal programmi ta’ sħubija Mediterranja li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-istabbiliment ta’ klima favorevoli li tippermetti t-tkabbir tal-investimenti u li jsaħħu l-koperazzjoni ekonomika u l-iskambji kummerċjali permezz ta’ mekkaniżmi ta’ assistenza teknika u finanzjarja għall-iffaċilitar tal-iskambji;

16. Jitlob li tiġi mfassla l-possibilità li fil-pajjiżi sħab ikunu stabbiliti aġenziji speċjalizzati tal-Unjoni, sabiex dawn il-pajjiżi jiġu mgħejuna b’mod konkret f’oqsma bħall-promozzjoni tal-investimenti;

17. Jenfasizza l-importanza tas-settur informali u tal-ekonomija popolari fil-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran; iqis li l-iżvilupp tar-reġjun jeħtieġ l-appoġġ tal-integrazzjoni progressiva ta’ dawn l-attivitajiet fl-ekonomija formali;

18. Jiġbed l-attenzjoni li, sa mill-adeżjonijiet tal-2004 u l-2007, l-iskambji kummerċjali bejn l-Istati Membri l-ġodda tal-Unjoni u l-imsieħba Mediterranji tagħhom dejjem qegħdin jiżdiedu; jitlob li din it-tendenza titqies u tiġi appoġġjata fil-qafas tas-sħubija;

19. Jenfasizza l-bżonn li wieħed iħeġġeġ liż-żgħażagħ biex joħolqu intrapriżi zgħar, inklużi l-iffaċilitar tal-aċċess għall-kreditu u għall-mikrokreditu; iqis ukoll li għandu jiġi msaħħaħ l-appoġġ tal-Faċilità għall-Investiment u s-Sħubija Ewro-Mediterranja (FEMIP);

20. Iqis li l-kwistjonijiet migratorji għandhom jiġu indirizzati b’mod konkret u bbilanċjat filwaqt li tiġi kkunsidrata r-relazzjoni tagħhom mal-iżvilupp u waqt li tiġu integrati fihom id-dimensjonijiet kulturali u umani f’dawn il-kwistjonijiet; jitlob b’ħerqa kbira li tiġi ffaċilitata ċ-ċirkulazzjoni legali tal-persuni u li l-popolazzjonijiet immigranti jiġu integrati aġjar, filwaqt li jiġi evitat it-telf tal-aħjar imħuħ u l-ġlieda kontra t-traffikar marbuta mal-immigrazzjoni klandestina;

21. Jenfasizza li s-sħubija Ewro-Mediterranja ma tistax tiffoka biss fuq il-kwistjonijiet ekonomiċi u kummerċjali ; ifakkar li t-tliet pilastri ta’ Barċellona huma relatati mill-qrib; jiddispjaċih li l-ewwel pilastru, iddisinjat biex jikkontribwixxi għal paċi u għall-istabilità, kif ukoll it-tielet pilastru, maħsub għall-iżvilupp tal-bniedem u dak soċjali ma għamlux il-progress mixtieq;

22. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummisjoni biex idaħħlu b’mod ċar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija fl-għanijiet tal-inizjattiva l-ġdida, biex jinfurzaw l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi eżistenti bħalma hija l-kawża relatata mad-Drittijiet tal-Bniedem tal-ftehimiet tal-assoċjazzjonijiet u biex joħolqu mekkaniżmu ta' appoġġ għall-applikazzjoni ta' din il-klawsola fil-ftehimiet tal-ġenerazzjoni l-ġdida, fil-pjanijiet ta’ azzjonijiet bilaterali u tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u fil-qafas tas-sotto-kumitati fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

23. Jixtieq li l-Parlament ikun ikkonsultat kif xieraq dwar il-ħolqien tal-organi permanenti tal-Unjoni għall-Mediterran u jkun infurmat b’mod regolari dwar l-iżvilupp tal-proġetti;

24. Jinsisti wkoll fuq il-bżonn li l-Unjoni għall-Mediterran tingħata dimensjoni parlamentari reali, filwaqt li sserraħ fuq li l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranea, li għandha tkun ikkunsidrata bħala l-espressjoni parlamentari leġittima tagħha u li bħala organu konsultattiv, għandu jkollha d-dritt li tippreżenta proposti u evalwazzjonijiet.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.11.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Ignasi Guardans Cambó, Jacky Hénin, Caroline Lucas, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Vural Öger, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Gianluca Susta, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Iuliu Winkler, Corien Wortmann-Kool

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Bastiaan Belder, Ole Christensen, Albert Deß, Eugenijus Maldeikis, Javier Moreno Sánchez, Zbigniew Zaleski

Sostituti (skont l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sepp Kusstatscher, Roselyne Lefrançois, Michel Teychenné


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

2.12.2008

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bastiaan Belder, Elmar Brok, Colm Burke, Marco Cappato, Philip Claeys, Véronique De Keyser, Michael Gahler, Klaus Hänsch, Jana Hybášková, Anna Ibrisagic, Ioannis Kasoulides, Maria Eleni Koppa, Vytautas Landsbergis, Johannes Lebech, Francisco José Millán Mon, Pasqualina Napoletano, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Vural Öger, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, Samuli Pohjamo, Bernd Posselt, Raül Romeva i Rueda, Christian Rovsing, Flaviu Călin Rus, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Charles Tannock, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Ari Vatanen, Marcello Vernola, Andrzej Wielowieyski, Zbigniew Zaleski, Josef Zieleniec

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Árpád Duka-Zólyomi, Martí Grau i Segú, Pierre Jonckheer, Alexander Graf Lambsdorff, Erik Meijer

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2008Avviż legali