RAPPORT dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008

25.3.2010 - (C7‑0183/2009 – 2009/2112(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Véronique Mathieu

Proċedura : 2009/2112(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0072/2010
Testi mressqa :
A7-0072/2010
Testi adottati :

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008 (C7-0183/2009

­­– 2009/2112(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[1],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[2], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni[3], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7‑0072/2010),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0183/2009 – 2009/2112(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[5],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 (5827/2010 – C7‑0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[8], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7‑0072/2010),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-direttur tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008

(C7‑0183/2009 – 2009/2112(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija[9],

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar (5827/2010 – C7‑0061/2010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 319 tat-Trattat FUE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni[11], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7‑0072/2010),

A.  billi l-Qorti tal-Awdituri tindika li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2008 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom huma legali u regolari,

B.  billi, fit-23 ta’April 2009, il-Parlament ta kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2007[13] u billi fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, il-Parlament innota b'mod partikolari li l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport annwali tagħha għall-2007, kienet identifikat tliet riskji potenzjali marbuta mat-trasferiment tal-attivitajiet tal-Aġenzija lejn id-delegazzjonijiet:

a)  minħabba n-natura pluriennali tal-attivitajiet tal-Aġenzija, parti mill-krediti baġitarji, li tammonta għal EUR 453,000,000, kienet għadha ma ntużatx u kellha tintuża wara l-2008, li kienet l-aħħar sena ta' eżistenza tal-Aġenzija;

b)  l-avviż ta' orjentament li ħarġet il-Kummissjoni fil-11 ta' Ġunju 2008 dwar it-trasferiment tal-fajls ma kinitx tkopri l-linji kollha tal-bilanċ tal-Aġenzija;

c)  l-ammont żejjed li ġie akkumulat, ta' EUR 180,000,000, li deher fil-bilanċ tal-Aġenzija fil-31 ta' Diċembru 2007, kellu wkoll jittieħed u jitmexxa mill-Kummissjoni fi tmiem il-mandat tal-Aġenzija;

1.  Jinnota li l-protokoll ta' ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni tas-17 ta' Diċembru 2008 jipprevedi li wara l-31 ta' Diċembru 2008, l-assi tal-Aġenzija li jkun fadal isiru proprjetà tal-Kummissjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jieħu nota tal-avviż tal-Qorti tal-Awdituri li jgħid li ma ġiet rispettata l-ebda kundizzjoni formali meħtieġa għall-kisba ta' sussidju dirett ta' EUR 1,399,132 (0.31% tal-baġit operazzjonali disponibbli) lil organizzazzjoni internazzjonali;

3.  Jenfasizza li r-rilevanza ta' ħames proġetti verifikati mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-kooperazzjoni transkonfinali (ta' valur totali ta' EUR 528,000, jiġifieri 0.12% tal-baġit operattiv disponibbli) ġiet ikkontestata abbażi tal-fatt li l-kumitat ta' valutazzjoni, magħmul mill-Aġenzija u minn delegazzjoni tal-Kummissjoni, ma kienx qies il-kwistjonijiet imqajma mill-evalwaturi lokali; jieħu nota madankollu tat-tweġiba tal-Aġenzija li tiddefendi ruħha billi tgħid li, f'konformità mar-regoli fis-seħħ, il-kumitat ta' valutazzjoni s'issa għadu mhux marbut bl-opinjoni tal-evalwatrui;

4.  Jitlob, issa li l-attività tal-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni twaqqfet, li ssir evalwazzjoni dwar il-fondi allokati fil-Kosovo, jekk dawn il-fondi allokati wasslux sabiex jiġu stabbiliti strutturi ġudizzjarji u amministrattivi li jiffunzjonaw b’mod permanenti;

5.  Jiddispjaċih li l-Aġenzija, li kienet taħdem b’mod effiċjenti, twaqqfet mill-funzjonijiet tagħha u li l-amministrazzjoni tal-fondi għaddiet lid-delegazzjonijiet; jitlob għal rapport mill-Kummissjoni li fih jiġi spjegat b’kemm persunal żdiedu d-delegazzjonijiet biex jassumu l-kompiti tal-aġenzija; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni komprensiva u dettaljata dwar jekk ġietx ipprovduta għajnuna tal-baġit mill-fondi trasferiti mill-Aġenzija għad-delegazzjonijiet;

oo   o

6.      Jirreferi, għal osservazzjonijiet oħra ta' natura orizzontali, li jakkumpanjaw id-deċiżjoni ta' kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' xx ta' April 2010[14] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2010

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Jorgo Chatzimarkakis, Ryszard Czarnecki, Luigi de Magistris, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Martin Häusling, Ville Itälä, Iliana Ivanova, Monica Luisa Macovei, Christel Schaldemose, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Georgios Stavrakakis, Søren Bo Søndergaard

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Esther de Lange, Christofer Fjellner, Salvador Garriga Polledo, Edit Herczog, Ivailo Kalfin, Véronique Mathieu, Olle Schmidt, Derek Vaughan

  • [1]  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 43.
  • [2]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [3]  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7.
  • [4]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [5]  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 43.
  • [6]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [7]  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7.
  • [8]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [9]  ĠU C 304, 15.12.2009, p. 43
  • [10]  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
  • [11]  ĠU L 306, 7.12.2000, p. 7.
  • [12]  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
  • [13]  ĠU L 255, 26.9.2009, p. 176.
  • [14]  Testi adottati, P7_TA-PROV(2010)...