RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (Riformulazzjoni)

27.9.2011 - (COM(2010)0784 – C7‑0030/2011 – 2010/0387(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Sven Giegold
(Tfassil mill-ġdid – Artikolu 87 tar-Regoli ta’ Proċedura)


Proċedura : 2010/0387(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0314/2011

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (Riformulazzjoni)

(COM(2010)0784 – C7‑0030/2011 – 2010/0387(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2010)0784),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill ,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 biex isir użu aktar strutturat tat-teknika ta’ riformulazzjoni għal atti legali,

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-25 ta’ Marzu 2011 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0314/2011),

A. billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda emenda ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fejn jidħol it-trattament ta’ l-istabbilimenti permanenti, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet u l-istrumenti legali sabiex jipproteġu d-dħul mit-taxxa nazzjonali u jiġi evitat it-tidwir tal-liġijiet nazzjonali, skond il-prinċipji tat-Trattat u filwaqt li  jitqiesu r-regoli tat-taxxa aċċettati internazzjonalment.

(9) Fejn jidħol it-trattament tal-istabbilimenti permanenti, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet u l-istrumenti legali sabiex jipproteġu d-dħul mit-taxxa nazzjonali u jiġi evitat it-tidwir tal-liġijiet nazzjonali, u sabiex jevitaw forom estremi ta' tassazzjoni insuffiċenti jew nuqqas ta' tassazzjoni, skont il-prinċipji tat-Trattat u filwaqt li jitqiesu r-regoli tat-taxxa aċċettati internazzjonalment .

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) iżommu lura milli jintaxxaw dan il-qligħ; or

(a) iżommu lura milli jintaxxaw dan il-qligħ jekk ikun ġie ntaxxat fil-pajjiż tas-sussidjarja b’rata ta’ taxxa korporattiva statutorja mhux iktar baxxa minn 70% tar-rata tat-taxxa korporattiva statutorja medja applikabbli fl-Istati Membri; or

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jintaxxaw dan il-qligħ filwaqt li jawtorizzaw lill-kumpannija prinċipali u lill-istabbiliment permanenti li jnaqqsu mill-ammont mistħoqq tat-taxxa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet li jkollu x’jaqsam ma’ dan il-qligħ u mħallas mis-sussidjarja u minn kull sussidjara fi skala iktar baxxa, suġġett għall-kondizzjoni illi f’kull skala kumpannija u s-sussidjara ta’ l-iskala iktar baxxa tagħha jaqgħu taħt id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u  jissodisfaw il-ħtiġiet ipprovvduti fl-Artikolu 3, sal-limitu ta’ l-ammont tat-taxxa mistħoqqa korrispondenti.

(b) jintaxxaw dan il-qligħ b'rata ta' taxxa korporattiva statutorja mhux iktar baxxa minn 70% tar-rata ta' taxxa korporattiva statutorja medja applikabbli fl-Istati Membri filwaqt li jawtorizzaw lill-kumpannija prinċipali u lill-istabbiliment permanenti li jnaqqsu mill-ammont mistħoqq tat-taxxa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet li jkollu x’jaqsam ma’ dan il-qligħ u mħallas mis-sussidjarja u minn kull sussidjarja fi skala iktar baxxa, suġġett għall-kundizzjoni illi f’kull skala kumpannija u s-sussidjarja tal-iskala iktar baxxa tagħha jaqgħu taħt id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u jissodisfaw il-ħtiġijiet ipprovduti fl-Artikolu 3, sal-limitu tal-ammont tat-taxxa mistħoqqa korrispondenti.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-pressjoni kbira fuq il-baġits pubbliċi tobbliga lill-parlamenti jkunu kreattivi meta jkunu qed jippruvaw jibbilanċjaw mill-ġdid il-baġits tagħhom. Dan kien il-ka¿ ukoll qabel il-kri¿i finanzjarja. Barra mil-livell għoli u mhux sostenibbli tad-dejn sovran u d-defiċits baġitarji, l-inugwaljanzi soċjali dejjem akbar fis-soċjetajiet Ewropej kollha jeħtieġu inizjattivi b'portata kbira.

I¿da filwaqt li s-suq uniku huwa parti integrali mill-proġett Ewropew dan jillimita fl-istess ħin is-sovranità tal-Istati Membri, speċjalment fil-qasam fiskali. L-istabbiliment tas-suq intern komuni għall-benefiċċju ta' negozji u konsumaturi kien l-argument prinċipali favur kwa¿i d-direttivi Ewropej kollha fil-qasam ta' tassazzjoni korporattiva. Sfortunatament, flimkien mal-ideoloġija persistenti ta' indipendenza assoluta għal-leġi¿laturi nazzjonali fil-qasam ta' tassazzjoni, l-effetti negattivi ħafna saru aktar sinifikanti.

Aktar ma l-marġni ta' mmanuvrar li jiddeċiedi b’mod awtonomu naqas, aktar ġie ffaċilitat il-moviment tal-kapital fl-UE.

Il-kompetizzjoni fiskali fl-UE attwalment tirrestrinġi l-marġni ta' manuvrar tal-Istati Membri fil-politiki tas-settur pubbliku. Minħabba f'hekk ir-rata medja tat-taxxa korporattiva tal-UE naqset minn 44% fl-1980 għal 35% fl-1995 u fl-aħħar għal 23.2% fl-2010. Fl-istess ħin, huwa diffiċli ħafna li tiġi promossa soċjetà aktar sostenibbli u soċjalment integrata meta xi ftit jistgħu faċilment iwettqu trasferimenti ta' kapital u qligħ profitabbli ħafna filwaqt li għal oħrajn dan mhuwiex possibbli.

Reġimi nazzjonali ta' tassazzjoni differenti japplikaw għall-persuni u impri¿i li joperaw fl-Unjoni Ewropea. Il-protezzjoni nazzjonali tal-ba¿i fiskali hija kwa¿i dejjem illegali u t-tassazzjoni doppja korporattiva hija koperta bi ftehimiet bilaterali u leġi¿lazzjoni Komunitarja. Jeħtieġ approċċ komuni Ewropew sabiex titwaqqaf ix-xejra għal-livell baxx ta' rati ta' taxxi korporattivi u terġa' lura fid-direzzjoni opposta.

Għalhekk hemm b¿onn attwali ta' revi¿joni profonda tad-Direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-ka¿ tal-kumpaniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti. L-iskop tagħha huwa li jiġu ffaċilitati l-fu¿jonijiet multinazzjonali. Għalhekk, din għandha l-intenzjoni tirrinunzja għat-tassazzjoni doppja fuq id-dħul mid-dividendi:

Meta, bis-saħħa tal-assoċjazzjoni tagħha mal-kumpannija sussidjarja tagħha, il-kumpannija prinċipali tirċievi profitti mqassma, l-Istat tal-kumpannija prinċipali jrid jew jibqa’ lura milli jintaxxa dan il-qligħ, jew jintaxxa dan il-qligħ filwaqt li jawtorizza lill-kumpannija prinċipali li tnaqqas mill-ammont tat-taxxa mistħoqqa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjoni mħallas mill-kumpannija sussidjarja li jkollu x'taqsam ma’ dan il-qligħ.

Minħabba din id-dispo¿izzjoni, it-treaty shopping fl-Ewropa sar importanti ħafna għal skopijiet ta' ppjanar fiskali. Inħolqot ġlieda bejn l-Istati Membri u l-investituri fir-rigward tal-allokazzjoni tas-sede tal-uffiċċju prinċpali. Il-kodifikazzjoni biss tal-hekk imsejħa Direttiva dwar il-Kumpaniji Prinċipali u dawk Sussidjarji ma ssolvix il-problemi dejjem aktar pressanti tan-nuqqas ta' tassazzjoni jew anki tan-nuqqas ta' tassazzjoni doppja fit-tul.

Barra minn hekk, huwa kontestabbli li profitt magħmul minn kumpanija multinazzzjonali (Ewropea) f'kumpanija sussidjarja stabbilita barra mill-UE jidħol fis-suq komuni, u jibbenefika minn ċerti sistemi fiskali nazzjonali li jattiraw flussi ta' kapital bħal dawn billi jissottomettu għal rata fiskali baxxa jew bla rata d-dħul tal-kapital li ġej minn pajji¿i terzi. Profitti bħal dawn ġeneralment jiġu minn rifuġji fiskali u huma bba¿ati fuq l-ipprezzar tat-trasferimenti fi skemi ta' liċenzjar (e¿. drittijiet tal-awtur għall-applikazzjoni ta' proprjetà intellettwali). Il-profitti ntaxxati b'rata baxxa li jidħlu b'hekk fl-Unjoni Ewropea jistgħu jiċċaqalqu hemmhekk u jaslu fil-kumpanija prinċipali stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru ieħor mingħajr qatt ma jiġu ntaxxati fl-UE.

L-Isvizzera tikkostitwixxi ka¿ partikolari, fis-sens li d-direttiva tapplika għaliha skont ftehim bilaterali bejn l-Isvizzera u l-Unjoni.[1] Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti jgħoddu wkoll għal dan il-pajji¿. Id-dividendi riċevuti mis-sussidjarji Svizzeri minn kumpaniji prinċipali tal-UE mhumiex suġġetti għat-tassazzjoni jew jistgħu jitnaqqsu fl-UE kollha. L-istat jitlef fil-konfront tal-korporattivi multinazzjonali, peress li dawn ma għadhomx jikkontribwixxu b'mod xieraq għall-finanzjament tal-b¿onnijiet soċjali. Għalhekk, għandu jiġi meħtieġ li meta l-flussi li ħerġin mhumiex intaxxati, rata minima ta' tassazzjoni ta' 25% għandha tapplika fl-Istat tad-dħul.

Dawn il-ka¿ijiet juru li għandhom jiġu inklu¿i fid-direttiva dispo¿izzjonijiet aktar qawwija kontra l-abbu¿. Hemm lok li jiġi inklu¿ id-dħul ta' dividendi minn sussidjarji stabbiliti f'pajji¿i terzi fl-ambitu tad-direttiva billi jiġu soġġetti għal rekwi¿iti minimi sabiex jiġi limitat it-tgħawwir tal-ba¿i tat-taxxa mill-korporattivi tal-UE.

Barra minn hekk, hemm b¿onn ta' aktar mi¿uri sabiex tiġi indirizzata l-problema ta' nuqqas ta' tassazzjoni doppja. Riċentement, il-Kummissjoni ppubblikat proposta għal Ba¿i Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK).[2] Sabiex din il-mi¿ura tkun tista' tikkontribwixxi b'mod effikaċi ħalli jiġu limitati l-possibilitajiet ta' frodi fuq it-taxxa korporattiva fl-UE filwaqt li jonqos il-pi¿ tal-konformità mar-regoli tan-negozji, fl-ewwel lok ir-regoli għandhom ikunu applikabbli b'mod vinkolanti għall-impri¿i kollha tal-Unjoni li jwettqu attivitajiet transkonfinali u, fit-tieni lok, li rata minima ta' tassazzjoni fuq ba¿i taxxabbli ugwali għandha tkun applikabbli b'mod ġenerali.

  • [1]  Ara l-Artikolu 15 tal-ftehim bejn l-UE u l-Isvizzera li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk imniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx; ĠU L 385/30 (29.12.2004).
  • [2]  COM/2011/121

ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Ref.: D(2011)16256

Ms Sharon BOWLES

Chair of the Committee on Economic and Monetary Affairs

ASP 10G201

Brussels

Subject:        Proposal for a directive of the Council on the common system of taxation applicable in the case of parent companies and subsidiaries of different Member States (recast)

                    (COM(2010)0784 - C7-0030/2011 - 2010/0387(CNS))

Dear Madam,

The Committee on Legal Affairs, which I am honoured to chair, has examined the proposal referred to above, pursuant to Rule 87 on Recasting, as introduced into the Parliament's Rules of Procedure.

Paragraph 3 of that Rule reads as follows:

"If the committee responsible for legal affairs considers that the proposal does not entail any substantive changes other than those identified as such in the proposal, it shall inform the committee responsible.

In such a case, over and above the conditions laid down in Rules 156 and 157, amendments shall be admissible within the committee responsible only if they concern those parts of the proposal which contain changes.

However, if in accordance with point 8 of the Interinstitutional Agreement, the committee responsible intends also to submit amendments to the codified parts of the proposal, it shall immediately notify its intention to the Council and to the Commission, and the latter should inform the committee, prior to the vote pursuant to Rule 54, of its position on the amendments and whether or not it intends to withdraw the recast proposal.

Following the opinion of the Legal Service, whose representatives participated in the meetings of the Consultative Working Party examining the recast proposal, and in keeping with the recommendations of the draftsperson, the Committee on Legal Affairs considers that the proposal in question does not include any substantive changes other than those identified as such in the proposal and that, as regards the codification of the unchanged provisions of the earlier acts with those changes, the proposal contains a straightforward codification of the existing texts, without any change in their substance.

In conclusion, after discussing it at its meeting of 22 March 2011, the Committee on Legal Affairs, by 17 votes in favour and no abstentions[1], recommends that your Committee, as the committee responsible, proceed to examine the above proposal in accordance with Rule 87.

Yours faithfully,

Klaus-Heiner LEHNE

Encl.: Opinion of the Consultative Working Party.

  • [1]  The following Members were present: Klaus-Heiner Lehne, Tadeusz Zwiefka, Luigi Berlinguer, Françoise Castex, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Antonio Masip Hidalgo, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Alexandra Thein, Diana Wallis, Cecilia Wikström, Jiří Maštálka, Kurt Lechner, Angelika Niebler, Jan Philipp Albrecht, Eva Lichtenberger, Sajjad Karim.

PROĊEDURA

Titolu

Is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (Riformulazzjoni)

Referenzi

(COM(2010)0784 – C7-0030/2011 – 2010/0387(CNS))

Data meta ġie kkonsultat il-PE

25.1.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

3.2.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

3.2.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sven Giegold

15.2.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.5.2011

31.8.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

22.9.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Udo Bullmann, Pascal Canfin, George Sabin Cutaş, Rachida Dati, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Othmar Karas, Wolf Klinz, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Ivari Padar, Olle Schmidt, Marianne Thyssen

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Thijs Berman, David Casa, Herbert Dorfmann, Saïd El Khadraoui, Sari Essayah, Sophia in ‘t Veld, Mojca Kleva, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Gianni Pittella, Andreas Schwab

Data tat-tressiq

27.9.2011