RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi

25.9.2012 - (COM(2011)0684 – C7‑0393/2011 – 2011/0308(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Klaus-Heiner Lehne


Proċedura : 2011/0308(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0278/2012
Testi mressqa :
A7-0278/2012
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi

(COM(2011)0684 – C7‑0393/2011 – 2011/0308(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0684),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0393/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0278/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-preżentazzjoni u l-kontenut tar-rapporti finanzjarji annwali u tar-rapporti maniġerjali, il-bażijiet ta’ kejl, użati fihom u l-pubblikazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ ċerti impriżi b’responsabilità limitata huma ta’ importanza speċjali għall-protezzjoni tal-azzjonisti, tal-membri u tal-partijiet terzi. F’dawk l-oqsma hija neċessarja koordinazzjoni simultanja għal dawk il-forom ta’ impriżi għaliex, minn naħa, xi impriżi joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed u, min-naħa l-oħra, ma joffru l-ebda salvagwardji lil partijiet terzi lil hinn mill-ammonti tal-assi netti tagħhom.

(3) Il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-preżentazzjoni u l-kontenut tar-rapporti finanzjarji annwali u tar-rapporti maniġerjali, il-bażijiet ta’ kejl, użati fihom u l-pubblikazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ ċerti impriżi b’responsabilità limitata huma ta’ importanza speċjali għall-protezzjoni tal-azzjonisti, tal-membri u tal-partijiet terzi, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar iż-żamma tal-kapital u r-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjoni tal-profitt stabbiliti fit-tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta' Diċembru tal-1976 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpanniji pubbliċi ta' responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti1. F’dawk l-oqsma hija neċessarja koordinazzjoni simultanja għal dawk il-forom ta’ impriżi għaliex, minn naħa, xi impriżi joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed u, min-naħa l-oħra, jistgħu jaffettwaw lil partijiet terzi lil hinn mill-ammonti tal-assi netti tagħhom.

 

__________________

 

1 ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Ir-rapporti finanzjarji annwali ppreparati b’bażi prudenti għandhom jispjegaw is-sitwazzjoni finanzjarja b’mod veru u ġust. Ir-rapporti finanzjarji annwali għandhom għanijiet differenti u ma jipprovdux sempliċement informazzjoni għal investituri fis-swieq kapitali iżda jispjegaw tranżazzjonijiet preċedenti u jservu bħala governanza korporattiva. Regoli Ewropej tal-kontabilità għandhom jiksbu bilanċ bejn l-interessi tad-destinatarji tar-rapporti finanzjarji u l-interess tal-kumpanija sabiex dawn ma jkollhomx il-piż żejjed tar-rekwiżiti tar-rapportar.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-impriżi żgħar, medji u kbar għandhom jiġu ddefiniti u distinti b’referenza għall-assi totali, il-fatturat u n-numru medju ta’ impjegati, minħabba li dawn l-elementi ġeneralment jipprovdu evidenza oġġettiva tad-daqs ta’ impriża.

(7) Il-mikroimpriżi, l-impriżi żgħar, medji u kbar għandhom jiġu ddefiniti u distinti b’referenza għall-assi totali, il-fatturat u n-numru medju ta’ impjegati, minħabba li dawn l-elementi ġeneralment jipprovdu evidenza oġġettiva tad-daqs ta’ impriża.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Il-mikroentitajiet għandhom riżorsi limitati biex jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji impenjattivi. Madankollu, spiss ikunu soġġetti għall-istess regoli tar-rapportar finanzjarju bħall-kumpanniji akbar. Dawk ir-regoli jpoġġu fuqhom piż li mhuwiex proporzjonat mad-daqs tagħhom u għalhekk huwa sproporzjonat għall-iżgħar impriżi meta mqabbla ma' dawk akbar. Għalhekk, għandu jkun possibbli li l-mikroentitajiet jiġu eżentati minn ċerti obbligi li jistgħu jimponu fuqhom piż amministrattiv oneruż bla bżonn. Madankollu, il-mikroentitajiet xorta għandhom ikunu soġġetti għal kull obbligu nazzjonali li jżommu reġistri li juru t-transazzjonijiet kummerċjali u l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Biex tiġi żgurata d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni komparabbli u ekwivalenti, il-prinċipji ta’ rikonoxximent u ta’ kejl għandhom jinkludu n-negozju avvjat, il-bażi ta’ prudenza u tad-dovuti. M'għandhiex tkun permessa tpaċija bejn l-entrati tal-assi u l-obbligazzjonijiet u l-entrati ta' introjtu u nefqa, u l-komponenti tal-assi u tal-obbligazzjonijiet għandhom jiġu valwati separatament. Il-preżentazzjoni tal-entrati fir-rapporti finanzjarji għandha tqis ir-realtà ekonomika jew is-sustanza kummerċjali tat-tranżazzjoni jew l-arranġament sottostanti. Il-prinċipju ta’ materjalità għandu jirregola r-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni u d-divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji.

(8) Biex tiġi żgurata d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni komparabbli u ekwivalenti, il-prinċipji ta’ rikonoxximent u ta’ kejl għandhom jinkludu n-negozju avvjat, il-bażi ta’ prudenza u tad-dovuti. Għandha tkun permessa tpaċija bejn l-entrati tal-assi u l-obbligazzjonijiet u l-entrati ta' introjtu u nefqa biss f’każijiet eċċezzjonali u definiti strettament, u l-komponenti tal-assi u tal-obbligazzjonijiet għandhom jiġu valwati separatament. Il-preżentazzjoni tal-entrati fir-rapporti finanzjarji għandha tqis mhux biss ir-realtà ekonomika jew is-sustanza kummerċjali tat-tranżazzjoni jew l-arranġament sottostanti iżda wkoll il-forma ġuridika. Il-prinċipju ta’ materjalità għandu jirregola l-preżentazzjoni u d-divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-ħtieġa għall-komparabilità tal-informazzjoni finanzjarja madwar l-Unjoni titlob li l-Istati Membri jippermettu sistema ta’ kontabilità b’valur ġust għal ċerti strumenti finanzjarji. Barra minn hekk is-sistemi ta’ kontabilità b’valur ġust jipprovdu informazzjoni li tista’ tkun ta’ aktar rilevanza għall-utenti ta’ rapporti finanzjarji milli informazzjoni bbażata fuq il-prezz tax-xiri / il-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-adozzjoni ta’ sistema ta’ kontabilità b’valur ġust mill-impriżi kollha jew mill-klassijiet ta’ impriżi kemm fir-rigward tar-rapporti finanzjarji konsolidati u annwali jew fir-rigward tar-rapporti finanzjarji konsolidati biss. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jitħallew jippermettu jew jeħtieġu kontabilità b’valur ġust għall-assi, minbarra għall-istrumenti finanzjarji.

imħassar

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Format uniku għall-karta bilanċjali huwa neċessarju biex jippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji li jqabblu l-pożizzjoni finanzjarja tal-impriżi fi ħdan l-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jippermettu jew li jeħtieġu lill- impriżi jimmodifikaw il-format u jippreżentaw karta bilanċjali li tiddistingwi bejn l-entrati kurrenti u mhux kurrenti. Għandu jiġi permess format għar-rapport tal-introjtu li juri n-natura tal-ispejjeż u format għar-rapport tal-introjtu li juri l-funzjoni tal-ispejjeż. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu l-użu ta’ wieħed jew taż-żewġ formati. L-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt ukoll li jippermettu lill-impriżi jippreżentaw dikjarazzjoni tal-prestazzjoni minflok rapport tal-introjtu imħejjija skont wieħed mill-formati permessi. Għandhom ikunu disponibbli simplifikazzjonijiet tal-formati meħtieġa għall-impriżi żgħar u medji.

imħassar

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-informazzjoni ppreżentata fil-karta bilanċjali u fir-rapport tal-introjtu għandha tiġi ssupplimentata b’divulgazzjonijiet permezz ta’ noti għar-rapporti finanzjarji. L-utenti ta’ rapporti finanzjarji ġeneralment ikollhom ħtieġa limitata ta’ informazzjoni supplimentari minn impriżi żgħar, u tista' tinvolvi spejjeż kbar għall-impriżi ż-żgħar biex jiġbru flimkien l-informazzjoni supplimentari li teħtieġ li tiġi ddivulgata. Għalhekk reġim ta’ divulgazzjoni limitata għall-impriżi ż-żgħar huwa ġustifikat. Madankollu meta impriża żgħira tħoss li jkun ta’ benefiċċju li tipprovdi divulgazzjonijiet addizzjonali tat-tipi meħtieġa mill-impriżi l-medji u kbar, hija ma tinżammx milli tagħmel dan.

(13) L-informazzjoni ppreżentata fil-karta bilanċjali u fir-rapport tal-introjtu għandha tiġi ssupplimentata b’divulgazzjonijiet permezz ta’ noti għar-rapporti finanzjarji. L-utenti ta’ rapporti finanzjarji ġeneralment ikollhom ħtieġa limitata ta’ informazzjoni supplimentari minn mikroimpriżi u impriżi żgħar, u tista' tinvolvi spejjeż kbar għall-mikroimpriżi u l-impriżi ż-żgħar biex jiġbru flimkien l-informazzjoni supplimentari li teħtieġ li tiġi ddivulgata. Għalhekk reġim ta’ divulgazzjoni limitata għall-mikroimpriżi u l-impriżi ż-żgħar huwa ġustifikat. Madankollu meta mikroimpriża u impriża żgħira tħoss li jkun ta’ benefiċċju li tipprovdi divulgazzjonijiet addizzjonali tat-tipi meħtieġa mill-impriżi l-medji u kbar, hija ma tinżammx milli tagħmel dan.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Ir-rapport maniġerjali u r-rapport maniġerjali konsolidat huma elementi importanti fir-rappurtar finanzjarju. Għandha tiġi pprovduta analiżi ġusta tal-iżvilupp tan-negozju u tal-pożizzjoni tiegħu, b'mod konsistenti mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju. L-informazzjoni ma għandhiex tkun ristretta għall-aspetti finanzjarji tal-operat tal-impriża, u għandu jkun hemm analiżi tal-aspetti ambjentali u soċjali tan-negozju meħtieġa għall-għarfien tal-iżvilupp, il-prestazzjoni jew il-pożizzjoni tal-impriża. Fil-każijiet fejn ir-rapport maniġerjali konsolidat u r-rapport maniġerjali tal-impriża prinċipali jiġu ppreżentati f’rapport wieħed, jista’ jkun xieraq li ssir enfasi akbar fuq dawk il-kwistjonijiet li jkunu sinifikanti għall-impriżi inklużi fil-konsolidament b'mod kollettiv. Madankollu, wara li jitqies il-piż potenzjali fuq l-impriżi medji, ikun xieraq li jiġi dispost li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw l-obbligu li jipprovdu informazzjoni mhux finanzjarja fil-każ tar-rapport maniġerjali ta’ dawn l-impriżi.

(15) Ir-rapport maniġerjali u r-rapport maniġerjali konsolidat huma elementi importanti fir-rappurtar finanzjarju. Għandha tiġi pprovduta analiżi ġusta tal-iżvilupp tan-negozju u tal-pożizzjoni tiegħu, b'mod konsistenti mad-daqs u l-kumplessità tan-negozju. L-informazzjoni ma għandhiex tkun ristretta għall-aspetti finanzjarji tal-operat tal-impriża, u għandu jkun hemm analiżi tal-aspetti ambjentali u soċjali tan-negozju meħtieġa għall-għarfien tal-iżvilupp, il-prestazzjoni jew il-pożizzjoni tal-impriża. Fil-każijiet fejn ir-rapport maniġerjali konsolidat u r-rapport maniġerjali tal-impriża prinċipali jiġu ppreżentati f’rapport wieħed, jista’ jkun xieraq li ssir enfasi akbar fuq dawk il-kwistjonijiet li jkunu sinifikanti għall-impriżi inklużi fil-konsolidament b'mod kollettiv. Madankollu, wara li jitqies il-piż potenzjali fuq l-impriżi żgħar u medji, ikun xieraq li jiġi dispost li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw l-obbligu li jipprovdu informazzjoni mhux finanzjarja fil-każ tar-rapport maniġerjali ta’ dawn l-impriżi.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jeżentaw l-impriżi żgħar mill-obbligu li jfasslu rapport maniġerjali bil-kundizzjoni li jinkludu, fin-noti għar-rapporti finanzjarji, id-dejta li tirrigwarda l-akkwiżizzjoni tal-ishma tagħhom msemmija fl-Artikolu 22(2) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi tal-membri u ta’ oħrajn, ikunu meħtieġa mill-Istati Membri ta’ kumpaniji skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, fir-rigward tal-formazzjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li dawn is-salvagwardji jsiru ekwivalenti.

(16) L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilità li jeżentaw l-impriżi żgħar mill-obbligu li jfasslu rapport maniġerjali bil-kundizzjoni li jinkludu, fin-noti għar-rapporti finanzjarji, id-dejta li tirrigwarda l-akkwiżizzjoni tal-ishma tagħhom msemmija fl-Artikolu 22(2) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Minħabba li l-entitajiet ta’ interess pubbliku jista’ jkollhom rwol prominenti fl-ekonomiji li fihom joperaw, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tad- dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva għandhom japplikaw għall-entitajiet kollha ta’ interess pubbliku.

(17) Minħabba li l-entitajiet ta’ interess pubbliku jista’ jkollhom rwol prominenti fl-ekonomiji li fihom joperaw, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tad- dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva għandhom japplikaw għall-entitajiet kollha ta’ interess pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta iktar passi lejn deskrizzjoni trasparenti u komprensivi tal-istrateġija tad-diversità li tifforma parti mill-qafas ta’ governanza korporattiva.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Ħafna impriżi huma membri ta’ korpi ta’ impriżi. Għandhom jitfasslu rapporti finanzjarji konsolidati sabiex l-informazzjoni finanzjarja dwar dawn il-korpi ta’ impriżi tkun tista’ titwassal lill-membri u lil partijiet terzi. Id-dritt nazzjonali li jirregola r-rapporti finanzjarji konsolidati għandu għalhekk jiġi kkoordinat sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ komparabilità u ekwivalenza fl-informazzjoni li l-impriżi għandhom jippubblikaw fl-Unjoni.

(18) Ħafna impriżi huma membri ta’ korpi ta’ impriżi u l-għan tal-koordinazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-kontabilità konsolidata hu li jiġu protetti l-interessi tal-għajnuna għall-kumpaniji b’kapital azzjonarju. Għandhom jitfasslu rapporti finanzjarji konsolidati sabiex l-informazzjoni finanzjarja dwar dawn il-korpi ta’ impriżi tkun tista’ titwassal lill-membri u lil partijiet terzi. Id-dritt nazzjonali li jirregola r-rapporti finanzjarji konsolidati għandu għalhekk jiġi kkoordinat sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ komparabilità u ekwivalenza fl-informazzjoni li l-impriżi għandhom jippubblikaw fl-Unjoni.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-impriżi assoċjati għandhom jiġu inklużi fl-kontijiet konsolidati permezz tal-metodu tal-ekwità. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jippermettu jew li jesiġu li impriża bkontroll konġunt tkun konsolidata b'mod proporzjonali fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

(24) L-impriżi assoċjati għandhom jiġu inklużi fl-kontijiet konsolidati permezz tal-metodu tal-ekwità jew permezz tal-metodu tal-valur skont il-kotba. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jippermettu jew li jesiġu li impriża b'kontroll konġunt tkun konsolidata b'mod proporzjonali fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Ir-rapporti finanzjarji annwali tal-impriżi kollha li għalihom tapplika din id-Direttiva għandhom jiġu ppubblikati skont id-Direttiva 2009/101/KE. Madankollu huwa xieraq li jiġi previst li f’dan il-qasam jistgħu jingħataw ukoll ċerti derogi għal impriżi żgħar u medji.

(26) Ir-rapporti finanzjarji annwali tal-impriżi kollha li għalihom tapplika din id-Direttiva għandhom jiġu ppubblikati skont id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li dawn is-salvagwardji tagħmilhom ekwivalenti1. Madankollu huwa xieraq li jiġi previst li f’dan il-qasam jistgħu jingħataw ukoll ċerti derogi għal impriżi żgħar u medji.

 

_______________

 

1 ĠU L 259. 1.10.2009, p. 11.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Il-pubblikazzjoni tal-kontabilità annwali tista’ toħloq piż. Fl-istess ħin, jeħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ din id-Direttiva. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi jeżentaw lill-mikroentitajiet u entitajiet żgħar minn rekwiżit ta' pubblikazzjoni ġenerali, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni fuq il-karta tal-bilanċ tiġi debitament imdaħħla, f'konformità mad-dritt nazzjonali, ma' mill-inqas awtorità kompetenti maħtura waħda u li l-informazzjoni tintbagħat lir-reġistru tal-azjendi, sabiex tkun tista’ tinkiseb kopja jekk issir applikazzjoni. F’każijiet bħal dawn, ma japplikax l-obbligu preskritt fl-Artikolu 30 ta’ din id-Direttiva li jiġi ppubblikat kull dokument tal-kontabilità skont it-termini tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2009/101/KE.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-Istati Membri huma mħeġġa ferm li jiżviluppaw sistemi ta’ pubblikazzjoni elettronika li jippermettu lill-impriżi jippreżentaw id-dejta kontabilistika, inklużi r-rapporti finanzjarji statutorji, darba waħda biss u f’forma li tippermetti li diversi utenti jaċċessaw u jużaw id-dejta b’mod faċli. Sistemi bħal dawn, madankollu, m’għandhomx ikunu onerużi għall-impriżi żgħar u medji.

(27) L-Istati Membri huma mħeġġa ferm li jiżviluppaw sistemi ta’ pubblikazzjoni elettronika li jippermettu lill-impriżi jippreżentaw id-dejta kontabilistika, inklużi r-rapporti finanzjarji statutorji, darba waħda biss u f’forma li tippermetti li diversi utenti jaċċessaw u jużaw id-dejta b’mod faċli. Il-Kummissjoni hi mħeġġa tesplora mezzi għal format elettroniku armonizzat għar-rappurtar, bħall-preparazzjoni ta’ rapporti finanzjarji bil-Lingwa ta’ Rappurtar Estendibbli tan-Negozju (XBRL - eXtensible Business Reporting Language). Sistemi bħal dawn, madankollu, m’għandhomx ikunu onerużi għall-impriżi żgħar u medji.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Ir-rapporti finanzjarji annwali u r-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jiġu awditjati. Ir-rekwiżit li opinjoni tal-awditjar għandha tiddikjara jekk ir-rapporti finanzjarji konsolidati jew annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta skont il-qafas rilevanti dwar ir-rappurtar finanzjarju ma jirrappreżentax restrizzjoni tal-ambitu ta’ dik l-opinjoni imma jiċċara l-kuntest li fih tiġi espressa. Ir-rapporti finanzjarji annwali tal-impriżi ż-żgħar m’għandhomx ikunu koperti minn dan l-obbligu ta’ awditjar, minħabba li l-awditjar jista’ jkun ta’ piż amministrattiv sinifikanti għal din il-kategorija ta’ impriżi, filwaqt li għal ħafna impriżi żgħar l-istess persuni huma kemm azzjonisti kif ukoll maniġment u għalhekk għandhom ħtieġa limitata għal aċċertament minn terza parti dwar ir-rapporti finanzjarji.

(31) Ir-rapporti finanzjarji annwali u r-rapporti finanzjarji konsolidati għandhom jiġu awditjati. Ir-rekwiżit li opinjoni tal-awditjar għandha tiddikjara jekk ir-rapporti finanzjarji konsolidati jew annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta skont il-qafas rilevanti dwar ir-rappurtar finanzjarju ma jirrappreżentax restrizzjoni tal-ambitu ta’ dik l-opinjoni imma jiċċara l-kuntest li fih tiġi espressa. Ir-rapporti finanzjarji annwali tal-mikroimpriżi u tal-impriżi ż-żgħar m’għandhomx ikunu koperti minn dan l-obbligu ta’ awditjar, minħabba li l-awditjar jista’ jkun ta’ piż amministrattiv sinifikanti għal din il-kategorija ta’ impriżi, filwaqt li għal ħafna mikroimpriżi u impriżi żgħar l-istess persuni huma kemm azzjonisti kif ukoll maniġment u għalhekk għandhom ħtieġa limitata għal aċċertament minn terza parti dwar ir-rapporti finanzjarji.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Sabiex ikun dispost għal trasparenza mtejba tal-pagamenti magħmula lill-gvernijiet, impriżi kbar u entitajiet ta’ interess pubbliku li jkunu attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad tal-foresti primarji għandhom jiddivulgaw f'rapport separat fuq bażi annwali pagamenti materjali magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw. Tali impriżi jkunu attivi f'pajjiżi rikki fir-riżorsi naturali, partikolarment minerali, żejt, gass naturali kif ukoll foresti primarji. Ir-rapport għandu jinkludi t-tipi ta’ pagamenti komparabbli għal dawk divulgati minn impriża li tipparteċipa fl-Inizjattiva tal-Industriji Estrattivi (Extractive Industry Transparency Initiative, EITI). L-inizjattiva hija wkoll komplimentari għall-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT tal-UE (l-Infurzar, Governanza u Kummerċ tal-Liġi Forestali) u r-Regolament tal-Injam li jeħtieġ il-kummerċjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw diliġenzadovuta sabiex jiġi pprevenut li jidħol injam illegali fis-suq tal-UE.

(32) Sabiex ikun dispost għal trasparenza mtejba tal-pagamenti magħmula lill-gvernijiet, impriżi kbar u entitajiet ta’ interess pubbliku li jkunu attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad tal-foresti primarji għandhom jiddivulgaw f'rapport separat fuq bażi annwali pagamenti magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw. Tali impriżi jkunu attivi f'pajjiżi rikki fir-riżorsi naturali, partikolarment minerali, żejt, gass naturali kif ukoll foresti primarji. Ir-rapport għandu jinkludi t-tipi ta’ pagamenti komparabbli għal dawk divulgati minn impriża li tipparteċipa fl-Inizjattiva tal-Industriji Estrattivi (Extractive Industry Transparency Initiative, EITI). L-inizjattiva hija wkoll komplimentari għall-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT tal-UE (l-Infurzar, Governanza u Kummerċ tal-Liġi Forestali) u r-Regolament tal-Injam li jeħtieġ il-kummerċjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw diliġenzadovuta sabiex jiġi pprevenut li jidħol injam illegali fis-suq tal-UE. Il-pagamenti li jsiru lill-gvernijiet għandhom ikunu żvelati minn impriżi kbar u entitajiet ta’ interess pubbliku li huma attivi fis-settur bankarju, tal-bini jew l-industrija tat-telekomunikazzjoni. Il-bords ta' kumpaniji għandhom jaċċettaw ir-rapport bħala li qed jiġi ppreparat bi ħsieb u attenzjoni xierqa u bl-għarfien u kapaċità tal-awtur.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Ir-rapporti għandhom iservu biex jiffaċilitaw lill-gvernijiet ta’ pajjiżi rikki fir-riżorsi fl-implimentazzjoni tal-Prinċipji u Kriterji tal-EITI u jirrapportaw liċ-ċittadini tagħhom il-pagamenti li tali gvernijiet jirċievu mill-impriżi attivi fl-industrija estrattiva jew ħassada ta' foresti primarji li joperaw fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jinkorpora d-divulgazzjonijiet abbażi tal-pajjiż u tal-proġett, fejn proġett jitqies fil-livell l-aktar baxx ta’ unità ta’ rapportar operazzjonali li fih l-impriża tħejji rapporti maniġerjali interni regolari, bħal konċessjoni, baċin ġeografiku, eċċ, u fejn il-pagamenti jkunu attribwiti għal tali proġetti. Fid-dawl tal-objettiv kumplessiv tal-promozzjoni ta' governanza tajba f'dawn il-pajjiżi, il-materjalità tal-pagamenti li jiġu rrapportati għandha tiġi vvalutata b'rabta mal-gvern riċevent. Jistgħu jinħasbu kriterji varji dwar il-materjalità, bħal pagamenti ta ammont assolut, jew livell limitu ta’ persentaġġ (bħal pagamenti f'eċċess fuq persentaġġ tal-PDG tal-pajjiż) u dawn jistgħu jiġu ddefiniti permezz ta’ att delegat. Ir-reġim ta’ rapportar għandu jkun soġġett għal rieżami u rappport mill-Kummissjoni fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Ir-rieżami għanu jqis l-effikaċja tar-reġim u jqis l-iżviluppi internazzjonali inkluż kwistjonijiet ta’ kompetittività u sigurtà tal-enerġija. Ir-rieżami għandu wkoll iqis l-esperjenza tal-fassala u l-utenti tal-informazzjoni dwar il-pagamenti u jqis jekk ikunx xieraq li tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali dwar il-pagament bħar-rati ta’ taxxa effettivi u d-dettalji tar-riċevent, bħal informazzjoni dwar il-kont bankarju.

(33) Ir-rapporti għandhom iservu biex jiffaċilitaw lill-gvernijiet ta’ pajjiżi rikki fir-riżorsi fl-implimentazzjoni tal-Prinċipji u Kriterji tal-EITI u jirrapportaw liċ-ċittadini tagħhom il-pagamenti li tali gvernijiet jirċievu mill-impriżi attivi fl-industrija estrattiva jew ħassada ta' foresti primarji li joperaw fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jinkorpora d-divulgazzjonijiet abbażi tal-pajjiż u tal-proġett, fejn proġett jitqies ekwivalenti għal ftehim legali uniku, bħal kuntratt, liċenzja, kera jew konċessjoni, baċin ġeografiku, eċċ, u fejn il-pagamenti jkunu attribwiti għal tali proġetti. Il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti delegati, tevalwa jekk għandhiex tkun meħtieġa li tipprepara rapport jekk ir-rekwiżiti ta’ rappurtar ekwivalenti jiġu osservati, jew jekk f’dak il-każ ir-rapport ekwivalenti jistax jiġi ppubblikat fl-UE. M’għandux ikun meħtieġ li l-pagament jiġi divulgat jekk pagament uniku jew multiplu marbut mal-pagamenti għal proġett ma jaqbiżx EUR 80,000. Ir-reġim ta’ rapportar għandu jkun soġġett għal rieżami u rappport mill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Ir-rieżami għandu jqis l-effikaċja tar-reġim u jqis l-iżviluppi internazzjonali, il-progress lejn standards globali f'dan il-qasam u jirraporta dwar l-impatti ta' din il-leġiżlazzjoni fuq pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-ksib tal-objettivi ta' trasparenza akbar fil-pagamenti magħmula lill-gvernijiet. Ir-rieżami għandu wkoll iqis l-esperjenza tal-fassala u l-utenti tal-informazzjoni dwar il-pagamenti u jqis jekk ikunx xieraq li jiġi estiż l-ambitu ta’ din id-Direttiva għal setturi addizzjonali tal-industrija u li tiġi inkluża informazzjoni finanzjarja addizzjonali u d-dettalji tar-riċevent, bħal informazzjoni dwar il-kont bankarju. Dak ir-rieżami għandu jqis ukoll li jinkludi r-rapport dwar il-pagament lill-gvernijiet fi ħdan ir-rapporti finanzjarji.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet futuri fil-liġijiet tal-Istati Membri u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward it-tipi ta’ kumpaniji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-aġġornar tal-listi ta’ impriżi li jinstabu fl-Annessi I u II. L-użu ta’ atti delegati huwa meħtieġ ukoll biex jiġu adattati l-kriterji tad-daqs tal-impriża, minħabba li biż-żmien l-inflazzjoni tnaqqar il-valur reali tagħhom. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti. Sabiex tiġi żgurata divulgazzjoni relevanti u ta’ livell xieraq tal-pagament lill-gvernijiet mill-industriji estrattivi u ħassada tal-foresti primarji u tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kunċett ta’ materjalità tal-pagamenti.

(35) Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti. Sabiex jiġi żgurat li l-pagamenti lill-gvernijiet mill-industriji estrattivi, ħassada tal-foresti primarji, is-settur bankarju, il-bini u t-telekomunikazzjoni ma jkollhomx jiddaħħlu f’rapport jekk jiġu rrispettati rekwiżiti ta’ rapportar simili, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-istabbiliment ta’ liema rekwiżiti ta’ rapportar mandatorji għandhom jitqiesu ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti f’din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-konlużjoni ta' ftehimiet ta' rikonoxximent reċiproku jew mekkaniżmi ta' eżenzjoni ma' dawk il-pajjiżi terzi li jeħtieġu li l-industriji tagħhom jippubblikaw rapporti ekwivalenti għal dawk meħtieġa taħt il-Kapitolu 9 ta' din id-Direttiva.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 36 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a) F’konformità mad-dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f'każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri tagħhom ta’ traspożizzjoni b’dokument jew dokumenti li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġustifikata.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadatta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 42, il-listi ta’ impriżi inklużi fl-Anness I u II imsemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/674/KEE, id-Direttiva 2006/46/KE, id-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2011/61/KE ma jintlaqtux minn din id-Direttiva.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) ‘Entitajiet ta’ interess pubbliku’ tfisser entitajiet irregolati mil-liġi ta’ Stat Membru kif iddefinit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE;

(1)Entitajiet ta’ interess pubbliku’ tfisser entitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1;

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a) irregolati mid-Dritt ta’ Stat Membru li t-titoli trasferibbli tiegħu huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat ta’ kwalunkwe Stat Membru fi ħdan it-tifsira tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji1,

 

________________

 

1 ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tal-attività kummerċjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu1 u l-impriżi tal-assigurazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontabilità annwali u l-kontabilità konsolidata ta’ impriżi tal-assigurazzjoni2,

 

________________________

 

1 ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

 

2 ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – Punt 1 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) entitajiet oħra maħtura mill-Istati Membri bħala entitajiet ta' interess pubbliku, bħal pereżempju entitajiet li huma ta' relevanza pubblika sinifikanti minħabba n-natura tal-kummerċ tagħhom, id-daqs tagħhom jew in-numru ta' impjegati tagħhom.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) ‘Kost tal-produzzjoni’ tfisser il-prezz tax-xiri ta’ materji primi, konsumabbli u kostijiet oħra attribwibbli direttament għall-oġġett inkwistjoni. Proporzjon raġonevoli ta’ kostijiet oħra attribwibbli indirettament għall-oġġett inkwistjoni jista’ jiġi inkluż sakemm ikunu jirrigwardaw il-perjodu tal-produzzjoni. Il-kostijiet tad-distribuzzjoni ma jiġux inklużi;

(7) ‘Kost tal-produzzjoni’ tfisser il-prezz tax-xiri ta’ materji primi, konsumabbli u kostijiet oħra attribwibbli direttament għall-oġġett inkwistjoni. Proporzjon raġonevoli ta’ kostijiet oħra attribwibbli indirettament għall-oġġett inkwistjoni għandu jiġi inkluż sakemm ikunu jirrigwardaw il-perjodu tal-produzzjoni. Il-kostijiet tad-distribuzzjoni ma jiġux inklużi;

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) ‘Grupp’ tfisser impriża prinċipali u l-impriżi kollha sussidjarji tagħha inklużi f’konsolidament;

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Il-kapital għandu jiġi definit b'riferiment għar-regoli dwar iż-żamma tal-kapital u l-limiti għad-distribuzzjoni tal-profitt kif stabbilit fid-Direttiva 77/91/KEE.

Ġustifikazzjoni

It-termini "kapital u riżervi" qed jintużaw fid-Direttiva mingħajr ma ġew definiti sew. Għalhekk għandhom jiġu kkoordinati wkoll mad-definizzjoni tat-termini "kapital u riżervi" tad-Direttiva 77/91/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1976 u adattati għaż-żamma tal-kapital u l-protezzjoni tal-kreditur.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu għal eżenzjonijiet minn ċerti obbligi skont din id-Direttiva skont it-termini tal-Artikolu 42a fir-rigward tal-kumpanniji li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jkunux jeċċedu l-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin (mirkoentitajiet):

 

(a) total tal-karta bilanċjali: EUR 350,000;

 

(b) fatturat nett: EUR 700,000;

 

(c) numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 10.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Impriżi żgħar ikunu impriżi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

1. Impriżi żgħar ikunu impriżi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

(a) total tal-karta bilanċjali: EUR 5,000,000;

(a) total tal-karta bilanċjali: EUR 4,000,000;

(b) fatturat nett: EUR 10,000,000;

(b) fatturat nett: EUR 8,000,000;

(c) numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 50

(c) numru medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: 50

 

L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu limiti li jaqbżu l-limiti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu. Madankollu, dawk il-limiti m’għandhomx jaqbżu EUR 6 000 000 għat-total tal-karta bilanċjali u EUR 12 000 000 u għall-fatturat nett.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fil-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont fil-munita nazzjonali ekwivalenti għall-ammonti stabiliti fil-paragrafi 1 sa 5 għandu jinkiseb billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe Direttiva li tistabilixxi dawk l-ammonti.

7. Fil-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont fil-munita nazzjonali ekwivalenti għall-ammonti stabiliti fil-paragrafi -1 sa 5 għandu jinkiseb billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe Direttiva li tistabilixxi dawk l-ammonti.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Meta fid-data tal-karta bilanċjali tagħha, impriża taqbeż jew ma tibqax taqbeż il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji stabiliti fil-paragrafi 1 sa 5, dak il-fatt jaffettwa l-applikazzjoni tad-derogi previsti f’din id-Direttiva biss jekk iseħħ f’sentejn finanzjarji konsekuttivi.

8. Meta fid-data tal-karta bilanċjali tagħha, impriża taqbeż jew ma tibqax taqbeż il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji stabiliti fil-paragrafi -1 sa 5, dak il-fatt jaffettwa l-applikazzjoni tad-derogi previsti f’din id-Direttiva biss jekk iseħħ f’sentejn finanzjarji konsekuttivi.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Sabiex tagħmel aġġustament għall-effetti tal-inflazzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina perjodikament u, fejn meħtieġ, temenda, permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 42, id-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, billi tqis il-miżuri ta’ inflazzjoni kif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

10. Sabiex tagħmel aġġustament għall-effetti tal-inflazzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina perjodikament u, fejn meħtieġ, temenda d-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi -1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, billi tqis il-miżuri ta’ inflazzjoni kif ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta f’każijiet eċċezzjonali l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tkun inkompatibbli mal-obbligu stabilit fil-paragrafu 3, dik id-dispożizzjoni għandha tiġi derogata sabiex tingħata stampa veritiera u ġusta tal-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja u tal-profitt jew it-telf tal-impriża. Kwalunkwe devjazzjoni għandha tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji flimkien ma’ spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliha u dikjarazzjoni tal-effett tagħha fuq l-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt jew it-telf.

4. Meta f’każijiet eċċezzjonali l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva tkun inkompatibbli mal-obbligu stabilit fil-paragrafu 3, dik id-dispożizzjoni għandha tiġi derogata sabiex tingħata stampa veritiera u ġusta tal-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja u tal-profitt jew it-telf tal-impriża. Kwalunkwe devjazzjoni għandha tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji flimkien ma’ spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliha u dikjarazzjoni tal-effett tagħha fuq l-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt jew it-telf. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu l-każijiet eċċezzjonali relattivi u jispeċifikaw ir-regoli speċjali rilevanti.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) kull tpaċija bejn entrati ta’ assi u ta’ obbligazzjonijiet, jew bejn entrati ta’ introjtu u nefqa, għandha tiġi pprojbita;

(g) kull tpaċija bejn entrati ta’ assi u ta’ obbligazzjonijiet, jew bejn entrati ta’ introjtu u nefqa, għandha tiġi pprojbita sakemm Stat Membru jagħraf, f’każijiet speċifiċi, il-jedd ġuridiku ta’ tpaċija ta’ klejms u djun ex lege jew ex contractu;

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) l-entrati fir-rapport tal-introjtu u fil-karta bilanċjali jiġu ppreżentati wara li tiġi kkunsidrata s-sustanza tat-tranżazzjoni jew tal-arranġament;

(h) l-entrati fir-rapport tal-introjtu u fil-karta bilanċjali jistgħu jiġu spjegati u ppreżentati wara li tiġi kkunsidrata s-sustanza jew il-forma tat-tranżazzjoni jew tal-arranġament irrapportati;

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) ir-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni, u d-divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji annwali jikkunsidraw il-materjalità tal-entrati rilevanti.

(j) il-preżentazzjoni, u d-divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji annwali jikkunsidraw il-materjalità tal-entrati rilevanti.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Devjazzjonijiet minn dawn il-prinċipji ġenerali jiġu permessi f’każijiet eċċezzjonali sabiex tingħata stampa veritiera u ġusta tal-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt jew it-telf tal-impriża. Kwalunkwe devjazzjoni bħal din għandha tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji u r-raġunijiet għaliha jingħataw flimkien ma’ valutazzjoni tal-effett tagħha fuq l-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-profitt jew it-telf.

3. Devjazzjonijiet minn dawn il-prinċipji ġenerali jiġu permessi f’każijiet eċċezzjonali. Kwalunkwe devjazzjoni bħal din għandha tiġi ddivulgata fin-noti għar-rapporti finanzjarji u r-raġunijiet għaliha jingħataw flimkien ma’ valutazzjoni tal-effett tagħha fuq l-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-profitt jew it-telf.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Bażi alternattiva għall-kejl tal-assi fissi f’ammonti rivalwati

 

1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(1)(i), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu kejl tal-assi fissi f’ammonti rivalwati fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta’ xi klassijiet ta’ impriżi. Fejn id-dritt nazzjonali jiddisponi għal tali kejl, għandha tiddefinixxi l-kontenut u l-limiti tiegħu u r-regoli għall-applikazzjoni tiegħu.

 

2. Meta jiġi applikat il-paragrafu 1, l-ammont tad-differenza bejn il-kejl fuq bażi tal-prezz tax-xiri jew tal-kost tal-produzzjoni u l-kejl fuq bażi ta’ rivalwazzjoni għandu jiddaħħal fir-riżerva ta’ rivalwazzjoni taħt ‘Kapital u riżervi’.

 

Ir-riżerva ta’ rivalwazzjoni tista’ tiġi kapitalizzata kollha jew parzjalment fi kwalunkwe waqt.

 

Ir-riżerva ta’ rivalwazzjoni għandha titnaqqas meta l-ammonti trasferiti fiha ma jkunux għadhom meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-bażi ta’ rivalwazzjoni tal-kontabilità. L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu regoli li jirregolaw l-applikazzjoni tar-riżerva ta’ rivalwazzjoni, bil-kundizzjoni li t-trasferimenti għar-rapport tal-introjtu mir-riżerva ta’ rivalwazzjoni jistgħu jsiru biss meta l-ammonti trasferiti jkunu ġew entrati bħala spiża fir-rapport tal-introjtu jew jirriflettu żidiet fil-valur li fil-fatt ikunu ġew realizzati. L-ebda parti tar-riżerva ta’ rivalwazzjoni ma tista’ titqassam, direttament jew indirettament, sakemm ma tkunx tirrappreżenta qligħ li fil-fatt ikun ġie realizzat.

 

Ħlief kif previst skont it-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, ir-riżerva ta’ rivalwazzjoni ma tistax titnaqqas.

 

3. L-aġġustamenti tal-valur jiġu kkalkulati kull sena fuq il-bażi tal-ammont rivalwat. Madankollu, b’deroga mill-Artikoli 8 u 12, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu li l-ammont biss tal-aġġustamenti tal-valur li jsiru b'riżultat tal-bażi ta' kejl tal-prezz tax-xiri jew tal-kost tal-produzzjoni jintwera taħt l-entrati rilevanti fil-formati preskritti fl-Artikoli 13 u 14 u li d-differenzi b’riżultat tal-kejl fuq bażi ta’ rivalwazzjoni skont dan l-Artikolu jintwerew b’mod separat fil-formati.

 

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Bażi alternattiva għall-kejl tal-valur ġust

Bażi alternattiva għall-kejl tal-valur ġust

1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(1)(i) u suġġett għall-kundizzjonijiet stabiliti f’dan l-Artikolu:

1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(1)(i) u suġġett għall-kundizzjonijiet stabiliti f’dan l-Artikolu:

(a) l-Istati Membri jippermettu jew jeħtieġu l-kejl ta’ strumenti finanzjarji, inklużi strumenti derivattivi, b’valur ġust fir-rigward tal-impriżi kollha jew għal xi klassijiet ta’ impriżi.

(a) l-Istati Membri jippermettu jew jeħtieġu l-kejl ta’ strumenti finanzjarji, inklużi strumenti derivattivi, b’valur ġust fir-rigward tal-impriżi kollha jew għal xi klassijiet ta’ impriżi.

(b) l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu l-kejl ta’ kategoriji speċifikati ta’ assi minbarra l-istrumenti finanzjarji f’ammonti determinati b’referenza għall-valur ġust fir-rigward tal-impriżi kollha jew għal xi klassijiet ta’ impriżi.

 

Tali permess jew rekwiżit jistgħu jkunu ristretti għar-rapporti finanzjarji konsolidati.

Tali permess jew rekwiżit jistgħu jkunu ristretti għar-rapporti finanzjarji konsolidati.

2. Għall-fini ta’ din id-Direttiva, kuntratti fuq bażi ta’ komodità li jagħtu lil kull parti kontraenti d-dritt li tissalda fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor jitqiesu li huma strumenti finanzjarji derivattivi, ħlief meta jiġu osservati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

2. Għall-fini ta’ din id-Direttiva, kuntratti fuq bażi ta’ komodità li jagħtu lil kull parti kontraenti d-dritt li tissalda fi flus jew bi strument finanzjarju ieħor jitqiesu li huma strumenti finanzjarji derivattivi, ħlief meta jiġu osservati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) kienu seħħew u jkomplu jilħqu r-rekwiżiti mistennija tal-impriża dwar xiri, bejgħ jew użu;

(a) kienu seħħew u jkomplu jilħqu r-rekwiżiti mistennija tal-impriża dwar xiri, bejgħ jew użu;

(b) mill-bidu tagħhom kienu indikati bħala kuntratti bbażati fuq komodità;

(b) mill-bidu tagħhom kienu indikati bħala kuntratti bbażati fuq komodità;

(c) ikunu mistennija li jiġu ssaldati permezz tal-konsenja tal-komodità.

(c) ikunu mistennija li jiġu ssaldati permezz tal-konsenja tal-komodità.

3. Il-paragrafu 1(a) għandu japplika biss għall-obbligazzjonijiet li ġejjin:

3. Il-paragrafu 1(a) għandu japplika biss għall-obbligazzjonijiet li ġejjin:

(a) obbligazzjonijiet bħala parti minn portafoll ta’ negozju;

(a) obbligazzjonijiet bħala parti minn portafoll ta’ negozju;

(b) strumenti finanzjarji derivattivi.

(b) strumenti finanzjarji derivattivi.

4. Il-kejl skont il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

4. Il-kejl skont il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

(a) strumenti finanzjarji nonderivati miżmuma sal-maturità;

(a) strumenti finanzjarji nonderivati miżmuma sal-maturità;

(b) selfiet u riċevibbli li kienu oriġinaw mill-impriża u li jkunux miżmuma għal raġunijiet ta’ negozju;

(b) selfiet u riċevibbli li kienu oriġinaw mill-impriża u li jkunux miżmuma għal raġunijiet ta’ negozju;

(c) interessi f’sussidjarji, impriżi assoċjati u impriżi konġunti, strumenti azzjonarji maħruġa mill-impriża, kuntratti għal korrispettiv kontinġenti f’kombinament ta’ negozju kif ukoll strumenti finanzjarji oħra b’karatteristiċi speċjali li l-istrumenti, skont dak li huwa ġeneralment aċċettat, jiġu kkunsidrati b’mod differenti minn strumenti finanzjarji oħra.

(c) interessi f’sussidjarji, impriżi assoċjati u impriżi konġunti, strumenti azzjonarji maħruġa mill-impriża, kuntratti għal korrispettiv kontinġenti f’kombinament ta’ negozju kif ukoll strumenti finanzjarji oħra b’karatteristiċi speċjali li l-istrumenti, skont dak li huwa ġeneralment aċċettat, jiġu kkunsidrati b’mod differenti minn strumenti finanzjarji oħra.

5. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(1)(i), l-Istati Membri jistgħu fir-rigward ta’ kwalunkwe assi u obbligazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala oġġetti iħħeġġjati taħt sistema ta’ kontabilità ħħeġġjata b’valur ġust, jew ta' porzjonijiet identifikati ta’ dawn l-assi jew obbligazzjonijiet, jippermettu kejl fl-ammont speċifikat meħtieġ skont dik is-sistema.

5. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(1)(i), l-Istati Membri jistgħu fir-rigward ta’ kwalunkwe assi u obbligazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala oġġetti iħħeġġjati taħt sistema ta’ kontabilità ħħeġġjata b’valur ġust, jew ta' porzjonijiet identifikati ta’ dawn l-assi jew obbligazzjonijiet, jippermettu kejl fl-ammont speċifikat meħtieġ skont dik is-sistema.

6. Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu r-rikonoxximent, il-kejl u d-divulgazzjoni ta’ strumenti finanzjarji f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

 

7. Il-valur ġust skont dan l-Artikolu għandu jiġi ddeterminat b’referenza għal wieħed mill-valuri li ġejjin:

7. Il-valur ġust skont dan l-Artikolu għandu jiġi ddeterminat b’referenza għal wieħed mill-valuri li ġejjin:

(a) il-valur tas-suq, għal dawk l-istrumenti finanzjarji li għalihom ikun jista’ jiġi identifikat suq affidabbli. Meta l-valur tas-suq ma jkunx faċilment identifikabbli għal strument imma jkun jista’ jiġi identifikat għall-komponenti tiegħu jew għal strument simili, il-valur tas-suq jista’ jiġi derivat minn dak tal-komponenti tiegħu jew tal-istrument simili;

(a) il-valur tas-suq, għal dawk l-istrumenti finanzjarji li għalihom ikun jista’ jiġi identifikat suq affidabbli. Meta l-valur tas-suq ma jkunx faċilment identifikabbli għal strument imma jkun jista’ jiġi identifikat għall-komponenti tiegħu jew għal strument simili, il-valur tas-suq jista’ jiġi derivat minn dak tal-komponenti tiegħu jew tal-istrument simili;

(b) il-valur li jirriżulta minn mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni aċċettati b'mod ġenerali, għal dawk l-istrumenti li għalihom ma jkunx jista’ jiġi faċilment identifikat suq affidabbli. Dawn il-mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni jiżguraw approssimazzjoni raġonevoli tal-valur tas-suq.

(b) il-valur li jirriżulta minn mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni aċċettati b'mod ġenerali, għal dawk l-istrumenti li għalihom ma jkunx jista’ jiġi faċilment identifikat suq affidabbli. Dawn il-mudelli u tekniki ta’ valwazzjoni jiżguraw approssimazzjoni raġonevoli tal-valur tas-suq.

Strumenti finanzjarji li ma jistgħux jitkejlu b’mod affidabbli permezz ta’ xi wieħed mill-metodi deskritti fil-punti (a) u (b), jitkejlu skont il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-kost tal-produzzjoni.

Strumenti finanzjarji li ma jistgħux jitkejlu b’mod affidabbli permezz ta’ xi wieħed mill-metodi deskritti fil-punti (a) u (b), jitkejlu skont il-prinċipju tal-prezz tax-xiri jew tal-kost tal-produzzjoni.

8. Minkejja l-Artikolu 5(1)(c), meta strument finanzjarju jitkejjel bil-valur ġust, bidla fil-valur għandha tiġi inkluża fir-rapport tal-introjtu. Madankollu, din il-bidla għandha tiġi inkluża direttament f’riżerva ta’ valur ġust, meta:

8. Minkejja l-Artikolu 5(1)(c), meta strument finanzjarju jitkejjel bil-valur ġust, bidla fil-valur għandha tiġi inkluża fir-rapport tal-introjtu. Madankollu, din il-bidla għandha tiġi inkluża direttament f’riżerva ta’ valur ġust, meta:

(a) l-istrument li jkun ikkontabilizzat ikun strument ta’ ħħeġġjar permezz ta’ sistema ta’ kontabilità għall-iħħeġġjar li tippermetti li l-bidla kollha jew parti minnha fil-valur ma tintweriex fir-rapport tal-introjtu; or

(a) l-istrument li jkun ikkontabilizzat ikun strument ta’ ħħeġġjar permezz ta’ sistema ta’ kontabilità għall-iħħeġġjar li tippermetti li l-bidla kollha jew parti minnha fil-valur ma tintweriex fir-rapport tal-introjtu; or

(b) il-bidla fil-valur tirrigwarda differenza fil-kambju b’riżultat ta’ entrata monetarja li tifforma parti mill-investiment nett ta’ impriża f’entità barranija.

(b) il-bidla fil-valur tirrigwarda differenza fil-kambju b’riżultat ta’ entrata monetarja li tifforma parti mill-investiment nett ta’ impriża f’entità barranija.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu li bidla fil-valur ta’ assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ, minbarra strument finanzjarju derivattiv, tiġi inkluża direttament fir-riżerva ta’ valur ġust. Ir-riżerva ta’ valur ġust għandha tiġi aġġustata meta l-ammonti li jidhru fiha ma jkunux aktar meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-punti (a) u (b).

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu li bidla fil-valur ta’ assi finanzjarju disponibbli għall-bejgħ, minbarra strument finanzjarju derivattiv, tiġi inkluża direttament fir-riżerva ta’ valur ġust. Ir-riżerva ta’ valur ġust għandha tiġi aġġustata meta l-ammonti li jidhru fiha ma jkunux aktar meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-punti (a) u (b).

9. Minkejja l-Artikolu 5(1)(c), l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu li fir-rigward tal-impriżi kollha jew ta’ xi klassijiet ta’ impriżi, meta assi għajr l-istrumenti finanzjarji jitkejlu bil-valur ġust, il-bidla fil-valur għandha tiġi inkluża fir-rapport tal-introjtu.

 

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fir-rigward ta’ impriża assoċjata:

6. Fir-rigward ta’ interess ta’ parteċipazzjoni:

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li impriża assoċjata tiġi kkontobilizzata fir-rapporti finanzjarji annwali permezz tal-metodu tal-ekwità kif dispost fl-Artikolu 27(2) sa (8), billi jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali b’riżultat tal-karatteristiċi partikolari tar-rapporti finanzjarji annwali meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji konsolidati.

(a) L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li interess ta’ parteċipazzjoni jiġi kkontabilizzat fir-rapporti finanzjarji annwali permezz tal-metodu tal-ekwità kif dispost fl-Artikolu 27(2) sa (8), billi jittieħed kont tal-aġġustamenti essenzjali b’riżultat tal-karatteristiċi partikolari tar-rapporti finanzjarji annwali meta mqabbla mar-rapporti finanzjarji konsolidati.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-proporzjon tal-profitt jew tat-telf attribwit lill-impriża assoċjata jiġi rikonoxxut fir-rapport tal-introjtu biss sal-limitu tal-ammont li jikkorrispondi ma’ dividendi diġà riċevuti jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab lura.

(b) L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu li l-proporzjon tal-profitt jew tat-telf attribwit lill-interess ta’ parteċipazzjoni jiġi rikonoxxut fir-rapport tal-introjtu biss sal-limitu tal-ammont li jikkorrispondi ma’ dividendi diġà riċevuti jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab lura.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Meta l-profitt jew it-telf attribwibbli lill-impriża assoċjata rikonoxxuta fir-rapport tal-introjtu jaqbeż l-ammont ta’ dividendi diġà riċevut jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab lura, l-ammont tad-differenza jitpoġġa f’riżerva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti .

(c) Meta l-profitt jew it-telf attribwibbli lill-interess ta’ parteċipazzjoni rikonoxxut fir-rapport tal-introjtu jaqbeż l-ammont ta’ dividendi diġà riċevut jew li l-ħlas tagħhom jista’ jintalab lura, l-ammont tad-differenza jitpoġġa f’riżerva li ma tistax titqassam lill-azzjonisti .

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 8a

 

Il-format tal-karta bilanċjali

 

Għall-preżentazzjoni tal-karta bilanċjali, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu format wieħed jew iż-żewġ formati stabbiliti fl-Artikoli 9 u 9a. Jekk Stat Membru jippermetti ż-żewġ formati, huwa għandu jħalli l-impriżi jagħżlu liema wieħed mill-formati preskritti se jadottaw.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – Assi – punt B – punt I – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kostijiet għar-riċerka u l-żvilupp, safejn id-dritt nazzjonali jippermettilhom li jidhru bħala assi.

1. Kostijiet għall-iżvilupp, safejn id-dritt nazzjonali jippermettilhom li jidhru bħala assi.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – Assi – punt B – punt III – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Ishma proprji (b’indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur par kontabilistiku tagħhom) sakemm id-dritt nazzjonali jippermettilhom li jintwerew fuq il-karta bilanċjali .

imħassar

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

L-istruttura tal-karta bilanċjali

 

A. Kapital sottoskritt mhux imħallas

 

li minnu ġie eżerċitat

 

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li kapital miġbur għandu jidher taħt L. F'dak il-każ, il-parti tal-kapital imsejjaħ iżda għad mhux imħallas għandu jidher jew f'A jew jew f'D (II) (5)).

 

B. Spejjeż ta' formazzjoni

 

kif imfissra mil-liġi nazzjonali, u safejn il-liġi nazzjonali tħallihom li jidhru bħala attiv. Il-liġi nazzjonali tista' wkoll tiddisponi li spejjeż ta' formazzjoni għandhom jidhru bħala l-ewwel entrata taħt “Attiv mhux tanġibbli”.

 

C. Assi fissi

 

I. Assi intanġibbli

 

1. Kostijiet għall-iżvilupp, safejn id-dritt nazzjonali jippermettilhom li jidhru bħala assi.

 

2. Konċessjonijiet, privattivi, liċenzji, marki kummerċjali u drittijiet u assi simili, jekk kienu:

 

(a) miksuba għal korrispettiv ta’ valur u ma jkunx hemm bżonn li jintwerew taħt C (I) (3); jew

 

(b) inħolqu mill-impriża innifisha, safejn id-dritt nazzjonali jippermettilhom li jintwerew bħala assi.

 

3. Avvjament, sakemm kien inkiseb għal korrispettiv ta’ valur.

 

4. Pagamenti akkont.

 

II. Assi tanġibbli

 

1. Art u binjiet.

 

2. Impjant u makkinarju.

 

3. Strutturi u aċċessorji, għodda u tagħmir.

 

4. Pagamenti akkont u assi tanġibbli waqt il-kostruzzjoni.

 

III. Assi finanzjarji

 

1. Ishma f’impriżi affiljati.

 

2. Selfiet lil impriżi assoċjati.

 

3. Parteċipazzjonijiet.

 

4. Self lil impriżi li l-kumpanija hi konnessa magħhom permezz ta' interessi parteċipanti.

 

5. Investimenti miżmuma bħala assi fissi.

 

6. Selfiet ieħor.

 

D. Assi kurrenti

 

I. Azzjonijiet

 

1. Materja prima u konsumabbli.

 

2. Xogħol fl-idejn.

 

3. Oġġetti lesti u oġġetti għal rivendita.

 

4. Pagamenti akkont.

 

II. Debituri

 

(L-ammonti li jkunu dovuti u li għandhom jitħallsu wara aktar minn sena għandhom jintwerew b’mod separat għal kull entrata.)

 

1. Debituri kummerċjali.

 

2. Ammonti dovuti minn impriżi affiljati.

 

3. Ammonti li għandhom jingħataw minn impriżi konnessi mal-kumpanija permezz ta' interessi parteċipanti.

 

4. Debituri oħra.

 

5. Kapital sottoskritt eżerċitat iżda mhux imħallas (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li kapital eżerċitat għandu jidher taħt A).

 

6. Ħlasijiet minn qabel u dħul akkumulat (kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-entrati għandhom jidhru taħt E).

 

III. Investimenti

 

1. Ishma f’impriżi affiljati.

 

2. Ishma proprji (b’indikazzjoni tal-valur nominali tagħhom jew, fin-nuqqas ta’ valur nominali, il-valur par kontabilistiku tagħhom) sakemm id-dritt nazzjonali jippermettilhom li jintwerew fuq il-karta bilanċjali .

 

3. Investimenti oħra.

 

IV. Flus il-bank u fl-idejn

 

E. Prepagamenti u introjtu dovut

 

(kemm-il darba l-liġi nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-entrati għandhom jidhru taħt D (II) (6)).

 

F. Kredituri: ammonti li jridu jitħallsu u li għandhom jitħallsu fi żmien sena

 

1. Selfiet obbligazzjonarji, li juru selfiet konvertibbli b’mod separat.

 

2. Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu.

 

3. Pagamenti riċevuti akkont ta’ ordnijiet sakemm ma jintwerewx b’mod separat bħala tnaqqisiet mill-inventarji.

 

4. Kredituri kummerċjali.

 

5. Kambjali pagabbli.

 

6. Ammonti dovuti lil impriżi affiljati.

 

7. Ammonti li għandhom jingħataw lil impriżi li l-kumpanija għandha konnessjoni magħhom permezz ta' interessi parteċipanti.

 

8. Kredituri oħra inklużi t-taxxa u s-sigurtà soċjali.

 

9. Akkumulazzjonijiet ta' imgħax u dħul imħolli għal iżjed tard (kemm-il darba d-dritt nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-entrati għandhom jidhru taħt K).

 

G. Attiv/passiv kurrenti u netti (billi jittieħdu in-konsiderazzjoni ħlasijiet minn qabel u kapital akkumulat meta jidhru taħt E u akkumulazzjonijiet u dħul imħolli għal iżjed tard meta jidhru taħt K).

 

H. L-attiv totali bil-passiv kurrenti mnaqqas

 

I. Kredituri: ammonti li għandhom jitħallsu u li għandhom jitħallsu wara iktar minn sena

 

1. Selfiet obbligazzjonarji, li juru selfiet konvertibbli b’mod separat.

 

2. Ammonti dovuti lil istituzzjonijiet ta’ kreditu.

 

3. Pagamenti riċevuti akkont ta’ ordnijiet sakemm ma jintwerewx b’mod separat bħala tnaqqisiet mill-inventarji.

 

4. Kredituri kummerċjali.

 

5. Kambjali pagabbli.

 

6. Ammonti dovuti lil impriżi affiljati.

 

7. Ammonti li għandhom jingħataw lil impriżi li l-kumpanija għandha konnessjoni magħhom permezz ta' interessi parteċipanti.

 

8. Kredituri oħra inklużi t-taxxa u s-sigurtà soċjali.

 

9. Akkumulazzjonijiet ta' imgħax u dħul imħolli għal iżjed tard (kemm-il darba d-dritt nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-entrati għandhom jidhru taħt K).

 

J. Provvedimenti

 

1. Provvedimenti għall-pensjonijiet u obbligi simili.

 

2. Provvedimenti għat-tassazzjoni.

 

3. Provvedimenti oħra.

 

K. Akkumulazzjonijiet ta' imgħax u dħul imħolli (kemm-il darba d-dritt nazzjonali ma tiddisponix li dawk l-entrati għandhom jidhru taħt F(9) jew I(9) jew fit-tnejn).

 

L. Kapital u riżervi

 

I. Kapital Sottoskritt

 

(sakemm id-dritt nazzjonali ma jipprovdix li l-kapital eżerċitat jintwera taħt din l-entrata. F'dak il-każ, l-ammonti tal-kapital sottoskritt u l-kapital imħallas għandhom jintwerew separatement).

 

II. Kont ta' laġġju tal-ishma

 

III. Riżerva ta’ rivalwazzjoni

 

IV. Riżervi

 

1. Riżerva legali, safejn id-dritt nazzjonali jitlob tali riżerva.

 

2. Riżerva għall-ishma proprji, safejn id-dritt nazzjonali jitlob tali riżerva, mingħajr ħsara għall-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 77/91/KEE.

 

3. Riżervi li hemm dispost għalihom fl-istatut.

 

4. Riżervi oħra.

 

V. Il-Profitt jew it-telf miġjuba 'l quddiem

 

VI. Profitt jew telf għas-sena finanzjarja.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Preżentazzjoni alternattiva tal-karta bilanċjali

Preżentazzjoni alternattiva tal-karta bilanċjali

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu li l-impriżi, jew li ċerti klassijiet ta’ impriżi, jippreżentaw entrati fuq bażi ta’ distinzjoni bejn entrati kurrenti u entrati mhux kurrenti f’format differenti minn dak preskritt fl-Artikolu 9, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni li tingħata tkun mill-anqas ekwivalenti għal dik li kieku tkun meħtieġa mill-Artikolu 9.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu li l-impriżi, jew li ċerti klassijiet ta’ impriżi, jippreżentaw entrati fuq bażi ta’ distinzjoni bejn entrati kurrenti u entrati mhux kurrenti f’format differenti minn dak preskritt fl-Artikolu 9 u l-Artikolu 9a, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni li tingħata tkun mill-anqas ekwivalenti għal dik li kieku tkun meħtieġa mill-Artikolu 9 u l-Artikolu 9a.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni ta’ inventarji ta’ oġġetti tal-istess kategorija u l-entrati funġibbli kollha inklużi l-investimenti jiġu kkalkulati jew fuq il-bażi ta’ prezzijiet medji peżati jew fuq il-bażi tal-metodu ‘joħroġ li daħal l-ewwel’ (FIFO), jew metodu simili.

8. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni ta’ inventarji ta’ oġġetti tal-istess kategorija u l-entrati funġibbli kollha inklużi l-investimenti jiġu kkalkulati jew fuq il-bażi ta’ prezzijiet medji peżati jew fuq il-bażi tal-metodu ‘joħroġ li daħal l-ewwel’ (FIFO), jew abbażi tal-metodu 'l-ewwel tal-aħħar' (LIFO), jew metodu simili li jirrifletti l-aqwa prattika attwali.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Meta l-ammont li jista' jerġa' jitħallas akkont ta' debitu jkun ikbar mill-ammont riċevut, id-differenza tista' tintwera bħala attiv. Hi għandha tintwera separatament fil-karta bilanċjali jew fin-noti tal-kontijiet. L-ammont ta' din id-differenza għandu jiġi mħassar b'ammont raġonevoli f'kull sena u kompletament imħassar mhux iktar tard miż-żmien tal-ħlas lura tad-dejn.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 9 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-liġi nazzjonali tawtorizza l-inklużjoni tal-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp taħt ‘Assi’, dawn jitħassru wara perjodu massimu ta’ ħames snin. Sakemm l-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp ma jkunux tħassru kompletament, ma ssir l-ebda distribuzzjoni ta’ profitti sakemm l-ammont tar-riżervi disponibbli għad-distribuzzjoni u l-profitti riportati ma jkunux tal-anqas daqs dak tal-kostijiet mhux imħassra.

Meta l-liġi nazzjonali tawtorizza l-inklużjoni tal-kostijiet tal-iżvilupp taħt ‘Assi’, dawn jitħassru wara perjodu massimu ta’ ħames snin. Sakemm l-kostijiet tal-iżvilupp ma jkunux tħassru kompletament, ma ssir l-ebda distribuzzjoni ta’ profitti sakemm l-ammont tar-riżervi disponibbli għad-distribuzzjoni u l-profitti riportati ma jkunux tal-anqas daqs dak tal-kostijiet mhux imħassra.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. L-avvjament jitħassar b’mod sistematiku matul il-ħajja utli tiegħu. Meta l-ħajja utli tiegħu ma tkunx tista’ tiġi stmata b’mod affidabbli jitħassar fuq perjodu massimu ta’ 5 snin. Spjegazzjoni tal-perjodu/i li fuqu jkun tħassar l-avvjament tiġi pprovduta fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

10. L-avvjament jitħassar b’mod sistematiku matul il-ħajja utli tiegħu. F’każijiet eċċezzjonali kif definit mill-Istati Membri, fejn il-ħajja utli tiegħu ma tkunx tista’ tiġi stmata b’mod affidabbli jitħassar fuq perjodu massimu stabbilit mill-Istat Membru li m’għandux ikun inqas minn 5 snin u m’għandux jaqbeż l-10 snin. Spjegazzjoni tal-perjodu/i li fuqu jkun tħassar l-avvjament tiġi pprovduta fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 11 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Provvediment jirrappreżenta l-aqwa stima tal-ispejjeż li jkunu probabbli li jiġġarrbu, jew fil-każ ta’ obbligazzjoni, l-ammont meħtieġ biex jissaldaha fid-data tal-karta bilanċjali.

Il-proviżjonijiet jitkejlu f’ammont raġonevoli kkalkulat fuq bażi oġġettiva biex jitħallas l-ammon pendenti, jew fil-każ ta’ obbligazzjoni, fl-ammont meħtieġ biex jissaldaha fid-data tal-karta bilanċjali.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 11 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-proviżjonijiet ma jistgħux jintuzaw sabiex jiġu aġġustati l-valuri tal-assi.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

imħassar

Dispożizzjoni speċjali fir-rigward tar-rapport tal-introjtu

 

Meta entrati individwali ta’ introjtu jew nefqa ikunu ta’ daqs jew inċidenza eċċezzjonali, impriża tiddivulgahom b’mod separat fir-rapport tal-introjtu u tipprovdi spjegazzjonijiet għall-ammonti u n-natura tagħhom fin-noti għar-rapporti finanzjarji.

 

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jippermettu lill-impriżi ż-żgħar li jfasslu karti tal-bilanċi mqassra fejn juru biss dawk l-entrati wara l-ittri u n-numri Rumani fl-Artikolu 9, u jiddivulgaw b’mod separat l-informazzjoni mitluba f’parentesi f’C (II) taħt ‘Assi’ u C taħt ‘Kapital , riżervi u obbligazzjonijiet’, imma bħala total għal kull wieħed.

1. L-Istati Membri għandom jippermettu lill-impriżi ż-żgħar li jfasslu karti tal-bilanċi mqassra fejn juru biss dawk l-entrati preċeduti mill-ittri u n-numri Rumani fl-Artikoli 9 u 9a, u jiddivulgaw b’mod separat:

 

(a) l-informazzjoni mitluba fl-Artikolu 9 f’parentesi f’C (II) taħt ‘Assi’ u C taħt ‘Kapital , riżervi u obbligazzjonijiet’, imma f'forma aggregata għal kull wieħed; jew

 

(b) l-informazzjoni mitluba fl-Artikolu 9a fil-parentesi f'D(II).

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-ammont totali ta’ kwalunkwe impenn finanzjarju, garanzija jew kontinġenza li ma jkunux inklużi fil-karta bilanċjali, u indikazzjoni tan-natura u l-forma ta’ kwalunkwe garanzija ta’ valur li ġiet ipprovduta; kwalunkwe impenn li jirrigwarda pensjonijiet u impriżi affiljati jew assoċjati jiġi ddivulgat separatament;

(d) l-ammont totali ta’ kwalunkwe impenn finanzjarju, garanzija jew kontinġenza li ma jkunux inklużi fil-karta bilanċjali, u indikazzjoni tan-natura u l-forma ta’ kwalunkwe garanzija ta’ valur li ġiet ipprovduta; kwalunkwe impenn li jirrigwarda pensjonijiet u impriżi affiljati jew assoċjati jiġi ddivulgat separatament jew fil-qiegħ tal-karta bilanċjali;

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-ammont ta’ pagamenti akkont bil-quddiem u krediti mogħtija lill-membri ta’ korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, b’indikazzjonijiet tar-rati tal-imgħax, il-kundizzjonijiet ewlenin u kull ammont ripagat jew maħfur jew imnaqqas, kif ukoll impenji li saru għan-nom tagħhom permezz ta’ garanziji ta’ kwalunkwe tip, b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija fil-qiegħ tal-karta bilanċjali;

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) l-ammont u n-natura ta’ punti individwali ta’ dħul jew infiq li huma ta’ daqs jew inċidenza eċċezzjonali;

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) in-natura u l-għan kummerċjali tal-arranġamenti tal-impriża li ma jkunux inklużi fil-karta bilanċjali u l-impatt finanzjarju ta’ dawk l-arranġamenti fuq l-impriża;

imħassar

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) in-natura ta’ avvenimenti materjali li jseħħu wara t-tmiem tas-sena li jkunux riflessi fir-rapport tal-introjtu jew fil-karta bilanċjali, u l-effett finanzjarju ta’ dawk l-avvenimenti.

imħassar

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) tranżazzjonijiet mill-impriża li jkunu saru ma’ partijiet relatati, inkluż l-ammont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, in-natura tar-relazzjoni tal-parti relatata u informazzjoni oħra dwar it-tranżazzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jifhem il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża, jekk dawn it-tranżazzjonijiet ma jkunux ġew konklużi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. L-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet individwali tista’ tiġi aggregata skont in-natura tagħhom ħlief meta tkun meħtieġa informazzjoni separata sabiex wieħed jifhem l-effetti ta’ tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża.

imħassar

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) l-għadd medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja, inkluż persunal ta’ sottokuntratturi:

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) in-natura u l-iskop tan-negozju tal-arranġamenti tal-impriża li ma jkunux inklużi fil-karta bilanċjali, sakemm ir-riskji jew benefiċċji minn tali arranġamenti jkunu sostanzjali u sa fejn l-iżvelar ta' tali riskji jew benefiċċji jkun meħtieġ sabiex tiġi vvalutata l-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża;

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-ammont ta’ pagamenti akkont bil-quddiem u krediti mogħtija lill-membri ta’ korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji, b’indikazzjonijiet tar-rati tal-imgħax, il-kundizzjonijiet ewlenin u kull ammont ripagat jew imħassar jew irrinunzjat, kif ukoll impenji li saru għan-nom tagħhom permezz ta’ garanziji ta’ kwalunkwe tip, b’indikazzjoni tat-total għal kull kategorija;

imħassar

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) tranżazzjonijiet mill-impriża li jkunu saru ma’ partijiet relatati, inkluż l-ammont ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, in-natura tar-relazzjoni tal-parti relatata u informazzjoni oħra dwar it-tranżazzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jifhem il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża, jekk dawn it-tranżazzjonijiet ma jkunux ġew konklużi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. L-informazzjoni dwar tranżazzjonijiet individwali tista’ tiġi aggregata skont in-natura tagħhom ħlief meta tkun meħtieġa informazzjoni separata sabiex wieħed jifhem l-effetti ta’ tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-impriża.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-paragrafu 1(b) ma japplikax fejn il-kumpannija tkun inkluża fil-kontijiet konsolidati meħtieġa li jitfasslu taħt l-Artikolu 23, sakemm tali informazzjoni tingħata fin-noti mal-kontijiet konsolidati.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw it-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (ba) tal-paragrafu 1 li daħlu fihom żewġ membri jew aktar ta’ grupp, sakemm is-sussidjarji, li huma parti għat-tranżazzjoni inkwestjoni, jkunu kollha kemm huma beni ta’ tali membru.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi medji mill-obbligu stabilit fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 safejn dan jirrigwarda informazzjoni mhux finanzjarja.

4. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi żgħar u medji mill-obbligu stabilit fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 safejn dan jirrigwarda informazzjoni mhux finanzjarja.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta dan il-Kapitolu, impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha ikunu impriżi li jiġu kkonsolidati meta l-impriża prinċipali jew waħda jew aktar mis-sussidjarji tal-impriżi tkun stabilita bħala waħda mit-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II.

Għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, impriża prinċipali u l-impriżi sussidjarji tagħha kollha ikunu impriżi li jiġu kkonsolidati meta l-impriża prinċipali tikkonforma mad-dispożizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 1(1).

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Stat Membru jesiġi li kull impriża rregolata bid-dritt nazzjonali tiegħu tipprepara rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat jekk dik l-impriża (impriża prinċipali) tikkontrolla impriża waħda jew aktar (impriża/i sussidjarja/i) oħra f’xi waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

1. Stat Membru għandu jesiġi li kull impriża rregolata bid-dritt nazzjonali tiegħu tipprepara rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat jekk dik l-impriża (impriża prinċipali):

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ikollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri fl-impriża/i l-oħra;

(a) ikollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'impriża/i oħra (impriża/i sussidjarja/i);

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża/i l-oħra u fl-istess ħin tkun azzjonista jew membru tagħhom;

(b) ikollha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta' impriża/i oħra u fl-istess ħin tkun azzjonista jew membru tagħhom;

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ikollha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq l-impriża/i l-oħra li tagħhom tkun azzjonista jew membru, skont kuntratt li tkun daħlet fih mal- impriża/i jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew fl-istatut tagħha, meta l-liġi li tirregola l-impriża/i l-oħra tippermetti tali kuntratti jew dispożizzjonijiet.

(c) ikollha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq impriża/i oħra li tagħhom tkun azzjonista jew membru, skont kuntratt li tkun daħlet fih mal- impriża/i jew skont dispożizzjoni fil-memorandum jew fl-istatut tagħha, meta l-liġi li tirregola l-impriża/i l-oħra tippermetti tali kuntratti jew dispożizzjonijiet. Stat Membru ma għandux għalfejn jippreskrivi li impriża ewlenija għandha tkun azzjonista jew membru tal-impriża/i sussidjarja/i tagħha. Dawk l-Istati Membri li l-liġijiet tagħhom ma jiddisponux għal tali kuntratti jew klawsoli ma għandhomx jintalbu japplikaw din id-dispożizzjoni;

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ikollha s-setgħa li teżerċita, jew fil-fatt teżerċita, influwenza dominanti jew kontroll fuq l-impriża/i l-oħra;

imħassar

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) hija u l-impriża/i l-oħra jkunu mmaniġjati fuq bażi unifikata mill-impriża prinċipali;

imħassar

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt f – sottopunt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) tikkontrolla waħedha, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri tal-impriża/i l-oħra, il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri.

(ii) tikkontrolla waħedha, skont ftehim ma’ azzjonisti oħra fi jew membri tal-impriża/i l-oħra, il-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu iktar dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-forma u kontenut ta' ftehim bħal dan.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt f – subparagrafu -1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu għall-inqas l-arranġamenti msemmija fil-punt (ii) hawn fuq.

 

Huma jistgħu jagħmlu l-applikazzjoni tal-punt (i) ta' hawn fuq suġġett għall-kundizzjoni li l-holdings jirrappreżentaw 20 % jew iżjed tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew membri

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Barra mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li kull impriża regolata bil-liġijiet nazzjonali tagħhom tħejji rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat jekk:

 

(a) din l-impriża jkollha s-setgħa li teżerċita, jew fil-fatt teżerċita, influwenza dominanti jew kontroll fuq l-impriża/i l-oħra;

 

(b) dik l-impriza u l-impriża/i l-oħra jkunu mmaniġjati fuq bażi unifikata mill-impriża prinċipali;

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni mill-obbligu ta' tfassil ta' rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat meta l-impriża prinċipali ma tkunx kostitwita bħala waħda mit-tipi ta’ impriżi elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II.

imħassar

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta dan l-Artikolu jiġi applikat għall-ewwel darba, l-impriża assoċjata tintwera fil-karta bilanċjali konsolidata u f’ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon tal-kapital u tar-riżervi tal-impriża assoċjata rappreżentata bil-parteċipazzjoni. Id-differenza bejn dak l-ammont u l-valur imniżżel fil-kotba kkalkulat skont il-Kapitoli 2 u 3 tiġi ddivulgata separatament fil-karta bilanċjali konsolidata jew fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati. Dik id-differenza tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba.

2. Meta dan l-Artikolu jiġi applikat għall-ewwel darba, l-impriża assoċjata tintwera fil-karta bilanċjali konsolidata jew:

 

(a) fil-valur tiegħu kif jidher fil-kotba ikkalkolat skont il-Kapitoli 2 u 3. Id-differenza bejn dak il-valur u l-ammont f'ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon ta' kapital u riżervi rappreżentati b'dak l-interess parteċipanti hija divulgata separatament fil-karta bilanċjali konsolidata jew fin-noti għar-rapport finanzjarji konsolidati. Dik id-differenza tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba; jew

 

(b) f’ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon tal-kapital u tar-riżervi tal-impriża assoċjata rappreżentata bil-parteċipazzjoni. Id-differenza bejn dak l-ammont u l-valur imniżżel fil-kotba kkalkulat skont il-Kapitoli 2 u 3 tiġi ddivulgata separatament fil-karta bilanċjali konsolidata jew fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati. Dik id-differenza tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba.

 

Stat Membru jista' jippreskrivi l-applikazzjoni ta' wieħed jew iktar tal-ittra (a) u tal-ittra (b) ta' hawn fuq. Il-karta bilanċjali konsolidata jew in-noti tal-kontijiet iridu jindikaw liema ittra ntużat.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu l-kalkolu tad-differenza fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-ishma jew, meta l-ishma jkunu nkisbu f’żewġ stadji jew aktar, fid-data li fiha l-impriża saret impriża assoċjata.

Barra minn hekk, għall-finijiet tal-ittra (a) u tal-ittra (b) ta' hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu l-kalkolu tad-differenza fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-ishma jew, meta l-ishma jkunu nkisbu f'żewġ stadji jew aktar, fid-data li fiha l-impriża saret impriża assoċjata.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-impriżi jippubblikaw ir-rapporti finanzjarji annwali u r-rapport maniġerjali approvati, flimkien mal-opinjoni sottomessa mill-awditur statutorju msemmi fl-Artikolu 34, kif stabilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-impriżi jippubblikaw, fi żmien raġonevoli li m’għandux jaqbeż 12-il xahar, ir-rapporti finanzjarji annwali u r-rapport maniġerjali approvati, flimkien mal-opinjoni sottomessa mill-awditur statutorju msemmi fl-Artikolu 34, kif stabilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jeżentaw impriżi mill-obbligu li jippubblikaw ir-rapport maniġerjali. F’dan il-każ jkun possibbli li tinkiseb kopja tar-rapport kollu jew parti minnu meta jintalbu. Il-prezz tal-kopja ma jaqbiżx il-kost amministrattiv tagħha.

L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jeżentaw impriżi mill-obbligu li jippubblikaw ir-rapport maniġerjali, fejn kopja tar-rapport kollu jew parti minnu jistgħut jinkisbu meta jintalbu u meta l-prezz tal-kopja ma jaqbiżx il-kost amministrattiv tagħha.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) karti tal-bilanċi mqassra fejn juru biss dawk l-entrati wara l-ittri u n-numri Rumani fl-Artikolu 9 u jiddivulgawhom b’mod separat, jew fil-karta bilanċjali jew fin-noti għar-rapporti finanzjarji:

(a) karti tal-bilanċi mqassra fejn juru biss dawk l-entrati wara l-ittri u n-numri Rumani fl-Artikoli 9 u 9a u jiddivulgawhom b’mod separat, jew fil-karta bilanċjali jew fin-noti għar-rapporti finanzjarji:

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awditur statutorju wkoll jesprimi opinjoni dwar il-konsistenza tar-rapport maniġerjali mar-rapporti finanzjarji għall-istess sena finanzjarja.

L-awditur statutorju wkoll jesprimi opinjoni dwar:

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a) il-konsistenza tar-rapport maniġerjali mar-rapporti finanzjarji għall-istess sena finanzjarja,

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) jekk ir-rapport maniġerjali ġiex ippreparat skont ir-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, u

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) jekk skont l-għarfien u l-fehim tal-awditur tal-impriża u l-ambjent miksub tul l-awditjar, ir-rapport ta’ ġestjoni sħiħ juri b’mod xieraq il-pożizzjoni tal-impriża, l-opportunitajiet u r-riskji prinċipali u l-inċertezzi tal-iżvilupp probabbli fil-futur.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontenut tar-rapport tal-awditur

Il-kontenut tar-rapport tal-awditur

 

L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’hekk jiġi emendat kif ġej:

 

Il-paragrafi (1) u (2) huma sostitwiti b'dan li ġej:

1. Ir-rapport tal-awditur statutorju jinkludi:

1. Ir-rapport tal-awditjar għandu jinkludi:

(a) introduzzjoni li mill-anqas tidentifika r-rapporti finanzjarji li jkunu s-soġġett tal-awditjar statutorju, flimkien mal-qafas għar-rappurtar finanzjarju li ġie applikat fit-tħejjija tagħhom;

(a) introduzzjoni li mill-anqas tidentifika r-rapporti finanzjarji li jkunu s-soġġett tal-awditjar statutorju, flimkien mal-qafas għar-rappurtar finanzjarju li ġie applikat fit-tħejjija tagħhom;

(b) deskrizzjoni tal-ambitu tal-awditu statutorju li mill-anqas jidentifika l-istandards tal-awditjar skont liema awditu statutorju jkun twettaq;

(b) deskrizzjoni tal-ambitu tal-awditu statutorju li mill-anqas jidentifika l-istandards tal-awditjar skont liema awditu statutorju jkun twettaq;

(c) opinjoni tal-awditjar li tiddikjara b’mod ċar l-opinjoni tal-awditur statutorju dwar jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta skont il-qafas rilevanti għar-rapportar finanzjarju u, fejn xieraq, jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jkunux konformi mar-rekwiżiti statutorji; l-opinjoni tal-awditjar jew tkun opinjoni mhux kwalifikata, kwalifikata, jew negattiva jew, jekk l-awditur statutorju ma jkunx kapaċi jesprimi opinjoni tal-awditjar, ċaħda tal-opinjoni;

(c) opinjoni tal-awditjar, li għandha tkun jew mhux kwalifikata, kwalifikata jew opinjoni negattiva u għandha tiddikjara b’mod ċar l-opinjoni tal-awditur statutorju dwar:

 

(i) jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta skont il-qafas rilevanti għar-rapportar finanzjarju u,

 

(ii) fejn xieraq, jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jkunux konformi mar-rekwiżiti statutorji,

 

Jekk l-awditur statutorju ma jkunx kapaċi jesprimi opinjoni tal-awditjar, ċaħda tal-opinjoni;

(d) referenza għal kwalunkwe kwistjoni li l-awditur statutorju jiġbed l-attenzjoni għaliha permezz ta’ enfasi mingħajr ma jikkwalifika l-opinjoni tal-awditjar;

(d) referenza għal kwalunkwe kwistjoni li l-awditur statutorju jiġbed l-attenzjoni għaliha permezz ta’ enfasi mingħajr ma jikkwalifika l-opinjoni tal-awditjar;

(e) opinjoni dwar il-konsistenza tar-rapport maniġerjali mar-rapporti finanzjarji annwali għall-istess sena finanzjarja.

(e) l-opinjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva (.../..../KE).

2. Ir-rapport jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju.

2. Ir-rapport jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju. Fejn ditta tal-awditjar twettaq l-awditjar statutorju, ir-rapport tal-awditjar irid tal-anqas jiġi ffirmat mil-awditur(i) statutorju/i li wettaq/wettqu l-awditjar statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. F'ċirkustanzi eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li tali firma(em) m'għandhiex għalfejn tiġi żvelata lill-pubbliku jekk tali kxif jista' jwassal għal theddida imminenti u sinifikanti lis-sigurtà personali ta' kwalunkwe persuna. Fi kwalunkwe każ l-isem (ismijiet) tal-persuna (i) involuti għandhom ikunu mgħarrfa lill-awtoritajiet kompetenti relevanti.

3. Ir-rapport tal-awditur statutorju dwar ir-rapporti finanzjarji konsolidati jkun konformi mar-rekwiżiti stabiliti fil-paragrafi 1 u 2. Fir-rapportar dwar il-konsistenza tar-rapport maniġerjali u r-rapporti finanzjarji kif meħtieġ skont il-paragrafu 1(e), l-awditur statutorju jikkunsidra r-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapport maniġerjali konsolidat. Meta r-rapporti finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali jkunu mehmuża mar-rapporti finanzjarji konsolidati, ir-rapporti tal-awdituri statutorji meħtieġa minn dan l-Artikolu jistgħu jiġu kkombinati.

3. Ir-rapport tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar dwar ir-rapporti finanzjarji konsolidati għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2. Fir-rapportar dwar il-konsistenza tar-rapport maniġerjali u r-rapporti finanzjarji kif meħtieġ skont il-paragrafu 1(e), l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jikkunsidra r-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapport maniġerjali konsolidat. Meta r-rapporti finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali jkunu mehmuża mar-rapporti finanzjarji konsolidati, ir-rapporti tal-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar meħtieġa minn dan l-Artikolu jistgħu jiġu kkombinati.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. "Impriża attiva fl-industrija estrattiva" tfisser impriża b'attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, skoperta, l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta' minerali, żejd u depożiti ta' gass naturali, kif imsemmi fit-Taqsima B-Diviżjoni 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

1. "Impriża attiva fl-industrija estrattiva" tfisser impriża b'attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, studju preliminari ta’ previżjoni, skoperta, l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta' minerali, żejd u depożiti ta' gass naturali, kif imsemmi fit-Taqsima B-Diviżjoni 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. "Gvern" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa (6) ta' din id-Direttiva.

3. "Gvern" tfisser kwalunkwe awtorità federali jew nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa (6) ta' din id-Direttiva.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. "Proġett" hija ekwivalenti għal unità operazzjonali relatriċi speċifika fl-aktar livell minuri fl-impriża fejn jitħejjew rapporti maniġerjali interni regolari biex jiġi mmonitorjat l-operat tagħha.

4. "Proġett" hija ekwivalenti għal attivitajiet koperti b'kuntratt uniku, liċenzja, kera, konċessjoni jew ftehimiet legali simili ma’ gvern li jagħti lok għal obbligu li jsiru pagamenti. Meta xi obbligi ta' pagament jiġġarbu fuq bażi differenti, ir-rappurtaġġ għandu jsir fuq dik il-bażi.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. ’Pagamenti‘ tfisser l-intitolamenti kollha ta’ produzzjoni, it-taxxa fuq il-profitti, drittijiet monetarji, dividendi, bonusijiet ta’ sigla, skopertura jew produzzjoni, drittijiet ta’ liċenzja, kirjiet, tariffi ta' tranżitu ta' pipeline, titjib tal-infrastruttura, tariffi ta’ dħul u benefiċċji diretti oħrajn, inklużi pagamenti lill-forzi tas-sigurtà tal-gvern marbuta mal-attivitajiet industrijali speċifiċi.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jeħtieġu impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku kollha attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsar ta’ foresti primarji biex iħejju u jippubblikaw rapport dwar il-pagamenti li jsiru lill-gvernijiet fuq bażi annwali.

1. L-Istati Membri jeħtieġu impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku kollha attivi fl-industrija estrattiva, fil-ħsar ta’ foresti primarji, fis-settur bankarju, fil-bini jew it-telekomunikazzjoni biex iħejju u jippubblikaw rapport dwar il-pagamenti li jsiru lill-gvernijiet fuq bażi annwali. Il-bords ta' kumpaniji għandhom jaċċettaw ir-rapport bħala li qed jiġi ppreparat bi ħsieb u attenzjoni xierqa u bl-għarfien u kapaċità tal-awtur.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-rapport jispeċifika li ġej f'każ ta' materjalità għall-gvern riċevent:

1. Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 37 għandu jispeċifika li ġej:

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-ammont totali tal-pagamenti, inkluż pagamenti in natura, magħmula lil kull gvern f'sena finanzjarja;

(a) l-ammont għal kull tip u l-ammont totali ta’ kull pagament individwali magħmula lil kull livell ta’ gvern f'sena finanzjarja;

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ammont totali kull tip ta’ pagament, inkluż pagamenti in natura, magħmula lil kull gvern f'sena finanzjarja;

imħassar

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fejn dawk il-pagamenti jkunu attribwiti għal proġett speċifiku, l-ammont kull tip ta’ pagament, inkluż pagamenti in natura, magħmula għal kull tali proġett matul sena finanzjarja, u l-ammont totali ta’ pagamenti għal kull tali proġett.

(c) fejn dawk il-pagamenti jkunu attribwiti għal proġett speċifiku, l-ammont skont it-tip u l-ammont ta’ kull pagament individwali magħmul għal kull tali proġett matul sena finanzjarja.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

.

Il-punt (C) għandu japplika biss għal impriżi attivi fl-industrija tal-estrazzjoni u fil-qtugħ tas-siġar ta’ foresti primarji.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jiġu rrapportati t-tipi ta’ pagamenti li ġejjin:

imħassar

(a) produzzjoni ta’ intitolamenti;

 

(b) taxxi fuq il-profitti;

 

(c) royalties;

 

(d) dividendi;

 

(e) bonusijiet ta’ sigla, skopertura jew produzzjoni;

 

(f) drittijiet ta’ liċenzja, tariffi ta’ kera, tariffi tad-dħul u korrispettivi oħra għall-liċenzji u/jew konċessjonijiet;

 

(g) benefiċċji diretti oħra lill-gvern konċernat.

 

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn isiru pagamenti in natura lil gvern, dawn jiġu rapportati fil-valur u fil-volum. Fejn dawn jiġu rrapportati f'termini ta’ valur, jiġu pprovduti noti ta’ sostenn li jispjegaw kif ikun ġie ddeterminat il-valur tagħhom.

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 sabiex tispeċifika l-kunċett tal-materjalità tal-pagamenti.

4. M’għandux ikun meħtieġ li l-pagamenti jiġu divulgati jekk pagament uniku jew multiplu marbut ma’ pagamenti ma jaqbiżx EUR 80,000.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni addizzjonali dwar l-għadd totali ta’ persuni impjegati minn pajjiż, inkluż il-persunal tas-sottokuntratturi, u l-ammont totali ta’ sanzjonijiet pekunarji għall-ksur ta’ liġijiet ambjentali u ta’ rimedju minn pajjiż.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Ir-rapport jeskludi kwalunkwe tip ta’ pagamenti li jsiru lil gvern f'pajjiż fejn id-divulgazzjoni pubblika ta’ dan it-tip ta’ pagament tkun ċarament projbita mil-leġiżlazzjoni kriminali ta' dak il-pajjiż. F'tali każijiet l-impriża tiddikkjara li ma tkunx irrapportat il-pagamenti skont il-paragrafi 1 sa 3, u tiddivulga l-isem tal-gvern konċernat.

imħassar

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Stat Membru jeħtieġ li kwalunkwe impriża kbira jew entità ta’ interess pubbliku attiva fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad ta' foresti primarji u rregolati bid-dritt nazzjonali rispettiva biex ifasslu rapport konsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet skont l-Artikoli 37 u 38 jekk dik l-impriża prinċipali tkun taħt l-obbligu li tħejji rapporti finanzjarji konsolidati kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa 23(6) ta’ din id-Direttiva.

1. Stat Membru jeħtieġ li kwalunkwe impriża kbira jew entità ta’ interess pubbliku attiva fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad ta' foresti primarji u rregolati bid-dritt nazzjonali rispettiva biex ifasslu rapport konsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet skont l-Artikoli 37 u 38 jekk dik l-impriża prinċipali tkun taħt l-obbligu li tħejji rapporti finanzjarji konsolidati kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa 23(6) ta’ din id-Direttiva.

 

Dak ir-rapport konsolidat għandu jinkludi pagamenti magħmula minn impriża attivi fl-industrija tal-estrazzjoni u tal-qtugħ ta’ siġar, is-settur bankarju, tal-bini jew it-telekomunikazzjoni li huma sussidjarji jew fergħat.

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 37 u r-rapport konsolidat imsemmi fl-Artikolu 39 dwar il-pagamenti lil gvern jiġu ppubblikati kif stabilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.

Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 37 u r-rapport konsolidat imsemmi fl-Artikolu 39 dwar il-pagamenti lil gvern jiġu ppubblikati kif stabilit mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE.

 

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar l-ekwivalenza ta’ rekwiżiti ta’ rapportar mandatorju oħrajn, b’attenzjoni xierqa lid-definizzjonijiet fl-Artikolu 36 u l-miżuri ta’ konformità.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligu tar-rapportar u l-modalitajiet tar-rapportar abbażi tal-proġett. Ir-rieżami għandu jqis ukoll l-iżviluppi internazzjonali u jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan għandu jitlesta mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.

Il-Kummissjoni tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligu tar-rapportar u l-modalitajiet tar-rapportar abbażi tal-proġett. Ir-rieżami għandu jqis ukoll l-iżviluppi internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tat-titjib tat-trasparenza tal-pagamaneti lill-gvernijiet, u jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan għandu jitlesta mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, possibbilment bl-estensjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar għas-setturi addizzjonali tal-industrija u l-iżgurar li r-rapport jiġi awditjat, fejn xieraq.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2), fl-Artikolu 3(10) u l-Artikolu 38(4) tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 50.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 40 għandha tiġi kkonferita għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 50.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2), fl-Artikolu 3(10) u fl-Artikolu 38(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Dan ma jaffettwax il-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 40 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Dan ma jaffettwax il-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(10) u l-Artikolu 38(4) jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill t-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 40 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill t-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż b'tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 42a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 42a

 

Eżenzjonijiet għal mikroimpriżi

 

1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-impriżi msemmija fl-Artikolu 3(-1) minn kwalunkwe jew kull obbligu minn dawn li ġejjin:

 

(a) l-obbligu li jippreżentaw ‘Ħlasijiet minn qabel u dħul akkumulat’ u ‘Akkumulazzjonijet u dħul imħolli għal iżjed tard’;

 

(b) fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, huwa jista' jippermetti lil dawk l-impriżi, fir-rigward biss ta' spejjeż oħra skont it-termini tal-punt (b)(vi) tal-paragrafu 2, li jitbiegħdu mill-punt (d) tal-Artikolu 5(1) fir-rigward tar-rikonoxximent ta' ‘Ħlasijiet minn qabel u dħul akkumulat’ u ‘Akkumulazzjonijet u dħul imħolli għal iżjed tard’, bil-kondizzjoni li dan il-fatt jingħata fin-noti dwar ir-rapporti finanzjarji jew, skont it-termini tal-punt (c) ta' dan il-paragrafu, f'qiegħ il-karta bilanċjali;

 

(c) l-obbligu li jħejju noti dwar ir-rapporti finanzjarji skont it-termini tal-Artikolu 17, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni meħtieġa mill-punt (d) tal-Artikolu 17(1) ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 77/91/KEE tingħata f'qiegħ il-karta bilanċjali;

 

(d) l-obbligu li jħejju rapport maniġerjali skont it-termini tal-Kapitolu 5, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni rikjesti mill-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 77/91/KEE tiġi divulgata fin-noti dwar ir-rapporti finanzjarji jew, skont it-termini tal-punt (c) ta' dan il-paragrafu, f'qiegħ il-karta bilanċjali;

 

(e) l-obbligu li jippubblikaw rapporti finanzjarji annwali skont it-termini tal-Kapitolu 7, bil-kondizzjoni li l-informazzjoni fuq il-karta bilanċjali li tinsab fihom tiddaħħal debitament, skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, ma' mill-anqas awtorità kompetenti waħda maħtura mill-Istat Membru kkonċernat. Kull meta l-awtorità kompetenti ma tkunx ir-reġistru ċentrali, ir-reġistru kummerċjali, jew ir-reġistru tal-kumpaniji, kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/101/KE, l-awtorità kompetenti hija meħtieġa li tagħti reġistru bl-informazzjoni mdaħħla.

 

2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-impriżi msemmija fl-Artikolu 3(-1):

 

(a) li jħejju biss karta bilanċjali mqassra li turi b'mod separat tal-anqas dawk l-entrati preċeduti minn ittri fl-Artikoli 9 jew 10, fejn applikabbli. Fil-każijiet li għalihom japplika l-punt (a) tal-paragrafu 1, l-entrati D taħt 'Assi' u D taħt 'Kapital, riżervi u obbligazzjonijiet’ fl-Artikolu 9 għandhom jiġu esklużi mill-karta bilanċjali;

 

(b) li jħejju biss kont ta' qligħ u telf imqassar li juri b'mod separat tal-anqas l-entrati li ġejjin, fejn applikabbli:

 

(i) fatturat nett;

 

(ii) dħul ieħor;

 

(iii) spiża għall-materja prima u l-oġġetti tal-konsum;

 

(iv) spejjeż tal-persunal;

 

(v) aġġustamenti tal-valur;

 

(vi) spejjeż oħra;

 

(vii) taxxa;

 

(viii) qligħ jew telf.

 

3. L-Istati Membri m'għandhomx jippermettu jew jeħtieġu l-applikazzjoni tal-Artikolu 7 għal kull mikroimpriża li tagħmel użu minn waħda mill-eżenzjonijiet li hemm dispost għalihom fil-paragrafi 1 u 2.

 

4. Fir-rigward tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 3(-1), ir-rapporti finanzjarji annwali mfassla f'konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jitqiesu bħala li jagħtu l-istampa vera u ġusta meħtieġa mill-Artikolu 4(3), u konsegwentement, l-Artikolu 4(4) ma japplikax għal rapporti finanzjarji bħal dawn.

 

5. It-totali tal-karta bilanċjali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(-1) għandha tikkonsisti mill-assi msemmija fl-entrati A sa D taħt ‘Assi’ fl-Artikolu 9. Jekk japplika l-punt (a) tal-paragrafu 1, it-totali tal-karta bilanċjali msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 3(‑1) għandha tikkonsisti mill-assi msemmija fl-entrati A sa C taħt ‘Assi’ fl-Artikolu 9.

 

6. L-Istati Membri ma jagħmlux disponibbli d-derogi li hemm dispost għalihom fil-paragrafi 1, 2 u 3 fir-rigward ta’ impriżi tal-investiment jew impriżi azzjonarji finanzjarji.

 

7. Mhux aktar tard minn ...* , il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar is-sitwazzjoni tal-mikroimpriżi li jqis b’mod partikolari s-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali rigward in-numru ta’ impriżi koperti bil-kriterji tad-daqs u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-pubblikazzjoni.

 

8. L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-punt (e) tal-paragrafu 1 għal impriżi żgħar.

 

__________________

 

* ĠU: Daħħal id-data: ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sakemm ma jkunx espressament dispost f’din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jagħmlux s-simplifikazzjonijiet u l-eżenzjonijiet stabiliti f’din id-Direttiva disponibbli għall-entitajiet ta’ interess pubbliku.

Sakemm ma jkunx espressament dispost f’din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jagħmlux s-simplifikazzjonijiet u l-eżenzjonijiet stabiliti f’din id-Direttiva disponibbli għall-entitajiet ta’ interess pubbliku. Entità ta’ interess pubbliku titqies impriża ta’ daqs kbir, irrispettivament mill-fatturat nett, it-totali tal-karta bilanċjali jew l-għadd medju ta’ impjegati fis-sena finanzjarja.

  • [1]  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 84.
  • [2]  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 171.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (25.6.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi
(COM(2011)0684 – C7‑0393/2011 – 2011/0308(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Franziska Katharina Brantner

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-preżentazzjoni u l-kontenut tar-rapporti finanzjarji annwali u tar-rapporti maniġerjali, il-bażijiet ta’ kejl, użati fihom u l-pubblikazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ ċerti impriżi b’responsabilità limitata huma ta’ importanza speċjali għall-protezzjoni tal-azzjonisti, tal-membri u tal-partijiet terzi. F’dawk l-oqsma hija neċessarja koordinazzjoni simultanja għal dawk il-forom ta’ impriżi għaliex, minn naħa, xi impriżi joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed u, min-naħa l-oħra, ma joffru l-ebda salvagwardji lil partijiet terzi lil hinn mill-ammonti tal-assi netti tagħhom.

(3) Il-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw il-preżentazzjoni u l-kontenut tar-rapporti finanzjarji annwali u tar-rapporti maniġerjali, il-bażijiet ta’ kejl, użati fihom u l-pubblikazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ ċerti impriżi b’responsabilità limitata huma ta’ importanza speċjali għall-protezzjoni tal-azzjonisti, tal-membri u tal-partijiet terzi. F’dawk l-oqsma hija neċessarja koordinazzjoni simultanja għal dawk il-forom ta’ impriżi għaliex, minn naħa, xi impriżi joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed u, min-naħa l-oħra, jistgħu jaffettwaw lil partijiet terzi lil hinn mill-ammonti tal-assi netti tagħhom.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Sabiex ikun dispost għal trasparenza mtejba tal-pagamenti magħmula lill-gvernijiet, impriżi kbar u entitajiet ta’ interess pubbliku li jkunu attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad tal-foresti primarji għandhom jiddivulgaw f'rapport separat fuq bażi annwali pagamenti materjali magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw. Tali impriżi jkunu attivi f'pajjiżi rikki fir-riżorsi naturali, partikolarment minerali, żejt, gass naturali kif ukoll foresti primarji. Ir-rapport għandu jinkludi t-tipi ta’ pagamenti komparabbli għal dawk divulgati minn impriża li tipparteċipa fl-Inizjattiva tal-Industriji Estrattivi (Extractive Industry Transparency Initiative, EITI). L-inizjattiva hija wkoll komplimentari għall-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT tal-UE (l-Infurzar, Governanza u Kummerċ tal-Liġi Forestali) u r-Regolament tal-Injam li jeħtieġ il-kummerċjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw diliġenzadovuta sabiex jiġi pprevenut li jidħol injam illegali fis-suq tal-UE.

(32) Sabiex ikun dispost għal trasparenza mtejba tal-pagamenti magħmula lill-gvernijiet, impriżi kbar u entitajiet ta’ interess pubbliku li jkunu attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad tal-foresti primarji għandhom jiddivulgaw f'rapport separat fuq bażi annwali pagamenti magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw. Tali impriżi jkunu attivi f'pajjiżi rikki fir-riżorsi naturali, partikolarment minerali, żejt, gass naturali kif ukoll foresti primarji. Ir-rapport għandu jinkludi t-tipi ta’ pagamenti komparabbli għal dawk divulgati minn impriża li tipparteċipa fl-Inizjattiva tal-Industriji Estrattivi (Extractive Industry Transparency Initiative, EITI). L-inizjattiva hija wkoll komplimentari għall-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT tal-UE (l-Infurzar, Governanza u Kummerċ tal-Liġi Forestali) u r-Regolament tal-Injam li jeħtieġ il-kummerċjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw diliġenzadovuta sabiex jiġi pprevenut li jidħol injam illegali fis-suq tal-UE.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Ir-rapporti għandhom iservu biex jiffaċilitaw lill-gvernijiet ta’ pajjiżi rikki fir-riżorsi fl-implimentazzjoni tal-Prinċipji u Kriterji tal-EITI u jirrapportaw liċ-ċittadini tagħhom il-pagamenti li tali gvernijiet jirċievu mill-impriżi attivi fl-industrija estrattiva jew ħassada ta' foresti primarji li joperaw fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jinkorpora d-divulgazzjonijiet abbażi tal-pajjiż u tal-proġett, fejn proġett jitqies fil-livell l-aktar baxx ta’ unità ta’ rapportar operazzjonali li fih l-impriża tħejji rapporti maniġerjali interni regolari, bħal konċessjoni, baċin ġeografiku, eċċ, u fejn il-pagamenti jkunu attribwiti għal tali proġetti. Fid-dawl tal-objettiv kumplessiv tal-promozzjoni ta' governanza tajba f'dawn il-pajjiżi, il-materjalità tal-pagamenti li jiġu rrapportati għandha tiġi vvalutata b'rabta mal-gvern riċevent. Jistgħu jinħasbu kriterji varji dwar il-materjalità, bħal pagamenti ta’ ammont assolut, jew livell limitu ta’ persentaġġ (bħal pagamenti f'eċċess fuq persentaġġ tal-PDG tal-pajjiż) u dawn jistgħu jiġu ddefiniti permezz ta’ att delegat. Ir-reġim ta’ rapportar għandu jkun soġġett għal rieżami u rappport mill-Kummissjoni fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Ir-rieżami għanu jqis l-effikaċja tar-reġim u jqis l-iżviluppi internazzjonali inkluż kwistjonijiet ta’ kompetittività u sigurtà tal-enerġija. Ir-rieżami għandu wkoll iqis l-esperjenza tal-fassala u l-utenti tal-informazzjoni dwar il-pagamenti u jqis jekk ikunx xieraq li tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali dwar il-pagament bħar-rati ta’ taxxa effettivi u d-dettalji tar-riċevent, bħal informazzjoni dwar il-kont bankarju.

(33) Ir-rapporti għandhom iservu biex jiffaċilitaw lill-gvernijiet ta’ pajjiżi rikki fir-riżorsi fl-implimentazzjoni tal-Prinċipji u Kriterji tal-EITI u jirrapportaw liċ-ċittadini tagħhom il-pagamenti li tali gvernijiet jirċievu mill-impriżi attivi fl-industrija estrattiva jew ħassada ta' foresti primarji li joperaw fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jinkorpora d-divulgazzjonijiet abbażi tal-pajjiż u tal-proġett, fejn proġett jitqies fil-livell l-aktar baxx ta’ unità ta’ rapportar operazzjonali li fih l-impriża tħejji rapporti maniġerjali interni regolari, bħal konċessjoni, baċin ġeografiku, eċċ, u fejn il-pagamenti jkunu attribwiti għal tali proġetti. M'għandhiex tkun meħtieġa t-tħejjija ta' rapport jekk ir-rekwiżiti ekwivalenti ta' rappurtar ikunu osservati. Il-pagamenti m'għandhomx għalfejn ikunu żvelati jekk l-ammont totali mħallas lil gvern ma jaqbiżx EUR 1 000 000 jew jekk l-ammont totali ta' pagamenti għal proġett ma jaqbiżx EUR 200 000. Ir-reġim ta’ rapportar għandu jkun soġġett għal rieżami u rappport mill-Kummissjoni fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Ir-rieżami għanu jqis l-effikaċja tar-reġim u jqis l-iżviluppi internazzjonali inkluż kwistjonijiet ta’ kompetittività u sigurtà tal-enerġija. Ir-rieżami għandu wkoll iqis l-esperjenza tal-fassala u l-utenti tal-informazzjoni dwar il-pagamenti u jqis jekk ikunx xieraq li tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali dwar il-pagament bħar-rati ta’ taxxa effettivi u d-dettalji tar-riċevent, bħal informazzjoni dwar il-kont bankarju.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)Ir-reġim ta’ rappurtar dwar pagamenti lill-gvernijiet għandu jkun soġġett għal rieżami u rapport mill-Kummissjoni fi żmien erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Ir-rieżami għandu jqis l-effikaċja tar-reġim u jikkunsidra l-iżviluppi internazzjonali, inkluż kwistjonijiet ta’ kompetittività u sigurtà tal-enerġija.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw limiti iktar baxxi minn dawk stipulati fil-paragrafi 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu. It-tnaqqis ta' dawn il-valuri għandu jżomm il-proporzjon eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Fi Stati Membri varji tal-UE l-limiti stabbiliti ma jikkorrispondux maċ-ċirkustanzi ekonomiċi, ladarba l-valuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-artikolu jkunu jfissru li, f'termini assoluti, il-maġġoranza tal-impriżi kollha fl-Istati Membri kkonċernati jitqiesu bħala 'żgħar' għall-finijiet ta' din id-direttiva. Dan ikun ta' ħsara għas-sistema ta' ġbir tat-taxxa ta' dawn il-pajjiżi.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. "Impriża attiva fl-industrija estrattiva" tfisser impriża b'attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, skoperta, l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta' minerali, żejd u depożiti ta' gass naturali, kif imsemmi fit-Taqsima B-Diviżjoni 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

1. "Impriża attiva fl-industrija estrattiva" tfisser il-kumpanija possedenti tal-ogħla livell li tippubblika kontijiet fl-Unjoni, fejn il-grupp ta' kumpaniji li għalihom il-kumpanija possedenti tipprepara d-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati jinkludi kumpaniji sussidjarji, fergħat, stabbilimenti permanenti, impriżi konġunti u impriżi assoċjati impenjati fi kwalunkwe attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, l-iskoperta, l-iżvilupp, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, l-esportazzjoni jew it-trasport ta', jew kwalunkwe attività sinifikanti marbuta ma', minerali, żejt u depożiti ta' gass naturali, kif imsemmi fit-Taqsima B-Diviżjoni 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. "Gvern" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa (6) ta' din id-Direttiva.

3. "Gvern" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa (6) ta' din id-Direttiva, jew kwalunkwe entità governattiva li tirċievi kwalunkwe pagament tat-tip imsemmi fl-Artikolu 38 minn kwalunkwe entità kostitwenti ta' impriża.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. "Proġett" hija ekwivalenti għal unità operazzjonali relatriċi speċifika fl-aktar livell minuri fl-impriża fejn jitħejjew rapporti maniġerjali interni regolari biex jiġi mmonitorjat l-operat tagħha.

4. "Proġett" hija ekwivalenti għal unità operazzjonali relatriċi speċifika fl-aktar livell minuri fl-impriża fejn jitħejjew rapporti maniġerjali interni regolari biex jiġi mmonitorjat l-operat tagħha. Dan jinkludi kwalunkwe kuntratt, liċenzja, kera jew ftehim legali ieħor li taħtu topera kumpanija, u li minnu joriġinaw l-obbligi fiskali tagħha.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jeħtieġu impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku kollha attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsar ta’ foresti primarji biex iħejju u jippubblikaw rapport dwar il-pagamenti li jsiru lill-gvernijiet fuq bażi annwali.

1. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku kollha attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad ta’ foresti primarji jħejju u jippubblikaw rapport dwar il-pagamenti, inklużi pagamenti in natura, li jsiru lill-gvernijiet b'rabta mal-industrija estrattiva u l-attivitajiet forestrali ddefiniti fl-Artikolu 36, fuq bażi annwali.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-ammont totali tal-pagamenti, inkluż pagamenti in natura, magħmula lil kull gvern f'sena finanzjarja;

(a) l-ammont totali b’rispett tat-tip u l-ammont totali tal-pagamenti, inkluż pagamenti in natura, magħmula lil kull gvern f'sena finanzjarja;

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ammont totali kull tip ta’ pagament, inkluż pagamenti in natura, magħmula lil kull gvern f'sena finanzjarja;

imħassar

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fejn dawk il-pagamenti jkunu attribwiti għal proġett speċifiku, l-ammont kull tip ta’ pagament, inkluż pagamenti in natura, magħmula għal kull tali proġett matul sena finanzjarja, u l-ammont totali ta’ pagamenti għal kull tali proġett.

(c) fejn dawk il-pagamenti jkunu attribwiti għal proġett speċifiku, l-ammont kull tip u l-ammont totali ta' pagament magħmula għal kull tali proġett matul sena finanzjarja.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) drittijiet ta’ liċenzja, tariffi ta’ kera, tariffi tad-dħul u korrispettivi oħra għall-liċenzji u/jew konċessjonijiet;

(f) drittijiet ta’ liċenzja, tariffi ta’ kera, tariffi ta' tranżitu ta' pipeline, tariffi tad-dħul u korrispettivi oħra għal-liċenzji u/jew konċessjonijiet;

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) benefiċċji diretti oħra lill-gvern konċernat.

(g) pagamenti oħra lill-gvernijiet li jagħmlu parti mill-fluss ta' dħul rikonoxxut b'mod komuni għall-iżvilupp kummerċjali taż-żejt, il-gass naturali, il-minerali jew il-foresti primarji.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-pagamenti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 m'hemmx għalfejn jiġu żvelati jekk l-ammont totali ta' pagamenti lil gvern f'pajjiż speċifiku ma jaqbiżx EUR 100 000. Il-pagamenti msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 m'hemmx għalfejn jiġu żvelati jekk l-ammont totali ta' pagamenti għal proġett ma jaqbiżx EUR 200 000.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Stat Membru jeħtieġ li kwalunkwe impriża kbira jew entità ta’ interess pubbliku attiva fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad ta' foresti primarji u rregolati bid-dritt nazzjonali rispettiva biex ifasslu rapport konsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet skont l-Artikoli 37 u 38 jekk dik l-impriża prinċipali tkun taħt l-obbligu li tħejji rapporti finanzjarji konsolidati kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa 23(6) ta’ din id-Direttiva.

1. Stat Membru għandu jitlob li kwalunkwe impriża kbira jew entità ta’ interess pubbliku attiva fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad ta' foresti primarji u rregolata bid-dritt nazzjonali rispettiv biex tfassal rapport konsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet minn tali impriża jew entità ta’ interess pubbliku u/jew sussidjarji jew entitajiet ikkontrollati minn tali impriża jew entità ta’ interess pubbliku skont l-Artikoli 37 u 38 jekk dik l-impriża prinċipali tkun taħt l-obbligu li tħejji rapporti finanzjarji konsolidati kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa 23(6) ta’ din id-Direttiva.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligu tar-rapportar u l-modalitajiet tar-rapportar abbażi tal-proġett. Ir-rieżami għandu jqis ukoll l-iżviluppi internazzjonali u jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan għandu jitlesta mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.

Il-Kummissjoni tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligu tar-rapportar u l-modalitajiet tar-rapportar abbażi tal-proġett. Ir-rieżami għandu jqis ukoll l-iżviluppi internazzjonali, b’mod partikolari fl-Istati Uniti, jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u jikkunsidra l-impatt potenzjali ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-iżvelar ta’ pagamenti lill-gvernijiet. Għandu jikkunsidra wkoll jekk l-obbligi tar-rappurtar għall-impriżi li huma attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad ta’ foresti primarji għandhomx jiġu estiżi għal ċerti industriji oħra, inkluż b’mod partikolari dawk tas-sajd, il-produzzjoni tal-enerġija fuq skala kbira u l-kostruzzjoni. Ir-rieżami għandu jitlesta mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.

PROĊEDURA

Titolu

Ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi

Referenzi

COM(2011)0684 – C7-0393/2011 – 2011/0308(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.11.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Franziska Katharina Brantner

14.11.2011

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

26

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bastiaan Belder, Franziska Katharina Brantner, Elmar Brok, Jerzy Buzek, Tarja Cronberg, Michael Gahler, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Takis Hadjigeorgiou, Anna Ibrisagic, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Paweł Robert Kowal, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Ryszard Antoni Legutko, Sabine Lösing, Mario Mauro, Francisco José Millán Mon, Alexander Mirsky, María Muñiz De Urquiza, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Justas Vincas Paleckis, Ioan Mircea Paşcu, Bernd Posselt, Tokia Saïfi, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Nikolaos Salavrakos, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Werner Schulz, Charles Tannock, Inese Vaidere, Sir Graham Watson, Boris Zala

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marije Cornelissen, Kinga Gál, Barbara Lochbihler, Helmut Scholz, Traian Ungureanu, Ivo Vajgl, Alejo Vidal-Quadras, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jolanta Emilia Hibner, Horst Schnellhardt

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (20.6.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi
(COM(2011)0684 – C7‑0393/2011 – 2011/0308(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Fiona Hall

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-Direttiva dwar il-Kontabilità tittratta firxa ta' kwistjonijiet li jirrigwardaw id-dikjarazzjonijiet annwali u konsolidati tal-kumpaniji b’responsabilità limitata fl-Ewropa.

Il-qasam ta' interess partikulari għall-Kumitat għall-Iżvilupp hu l-Kapitolu 9, li jirrigwarda r-rappurtar dwar il-pagamenti lill-gvernijiet. Il-leġiżlazzjoni tal-UE attwalment ma tirrikjedix li l-kumpaniji jirrappurtaw il-ħlasijiet li jagħmlu lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw, allovalja l-pagamenti ta' dan it-tip, b'mod partikulari fis-setturi tal-industrija estrattiva jew tal-qtugħ tas-siġar, jistgħu jirrappreżentaw proporzjon sinifikattiv tad-dħul ta' pajjiż, b'mod partikulari fil-pajjiżi rikki fir-riżorsi. Il-Parlament Ewropew ilu mill-2007 jitlob li jsiru proposti għal divulgazzjoni estensiva u komprensiva ta' informazzjoni ta' dan it-tip.

Permezz ta' reviżjonijiet ta' kemm id-Direttiva dwar it-Trasparenza, kif ukoll tad-Direttiva dwar il-Kontabilità, f'Ottubru 2011, il-Kummissjoni pproponiet li l-kumpaniji li huma attivi fl-industrija estrattiva jew fil-qtugħ tas-siġar fil-foresti primarji jiddivulgaw fuq bażi annwali l-pagamenti li jagħmlu lill-gvernijiet f'kull pajjiż, meta l-pagament ikun ġie attribwit għal ċertu proġett u l-materjal mogħti lill-gvern destinatarju. Dan ir-rekwiżit ikun limitat għall-kumpaniji kbar u l-entitajiet kollha ta' interess pubbliku.

Il-proposti mill-Kummissjoni jsegwu l-Att Dodd Frank tal-Istati Uniti, li ġie adottat f'Lulju 2010 u li jirrikjedi li l-kumpaniji tal-industriji estrattivi (kumpaniji taż-żejt, tal-gass u tal-minjieri) irreġistrati mal-Kummissjoni għat-Titoli u l-Kambju (SEC - Securities and Exchange Commission) jirrappurtaw pubblikament il-pagamenti lill-gvernijiet fuq bażi speċifika għall-pajjiż u għall-proġett. Il-proposta se tibni wkoll fuq l-Inizjattiva volontarja ezistenti għat-Trasparenza tal-Industrija Estrattiva.

Id-divulgazzjoni ta' pagamenti ta' dan it-tip lill-gvernijiet tista' tipprovdi informazzjoni kruċjali dwar il-fluss tad-dħul biex l-atturi tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini, l-aktar fil-pajjiżi rikki fir-riżorsi però fqar, ikunu jistgħu jitolbu rendikont mill-gvernijiet tagħhom ta' għemilhom. Trasparenza aħjar tista' tippromwovi governanza aħjar, tiskoraġġixxi l-korruzzjoni, ittejjeb ir-responsabilità tal-kumpaniji waqt li tippermetti wkoll li l-investituri jieħdu deċiżjonijiet informati aħjar.

Ir-Rapporteur tilqa' bil-qawwa l-proposta tal-Kummissjoni bħala pass kbir 'il quddiem għat-trasparenza u r-responsabilità imma tikkunsidra li ċerti punti huma ta' importanza partikulari fil-kuntest tal-iżvilupp. Għaldaqstant, ir-Rapporteur qed tipproponi emendi biex tinbidel id-definizzjoni ta' proġett, jitneħħew l-eżenzjonijiet u jiġi inkluż limitu minimu ta' materjalità.

Barra minn hekk, waqt li r-Rapporteur tirrikonoxxi l-importanza kruċjali tat-trasparenza fl-industrija estrattiva u l-qtugħ tas-siġar fil-foresti primarji, hija temmen li l-ambitu tad-direttiva għandu jitwessa' peress li hemm bżonn ta' responsabilità aħjar fis-setturi kollha. Għalhekk ipproponiet li s-setturi industrijali kollha għandhom jirrapportaw dwar il-pagamenti, għal kull pajjiż b'mod individwali, u li tiġi ddivulgata data finanzjarja addizzjonali sabiex kemm l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu megħjuna jnaqqsu l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fis-setturi kollha. Dan hu konsistenti mal-pożizzjoni adottata mill-Parlament f'Marzu 2011 fir-rapport ta' Eva Joly dwar "Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa", li ddikjarat li r-rappurtar għal kull pajjiż individwali għandu jkollu bażi estensiva, jinkludi l-qligħ qabel u wara t-taxxa u għandu jkopri s-setturi kollha. Fil-każ tal-industriji estrattivi u s-settur tal-qtugħ tas-siġar, ir-rappurtar dwar il-pagamenti mill-impriżi f'dan is-settur għandu jsir għal kull proġett fuq bażi individwali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda          1

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Sabiex ikun dispost għal trasparenza mtejba tal-pagamenti magħmula lill-gvernijiet, impriżi kbar u entitajiet ta’ interess pubbliku li jkunu attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad tal-foresti primarji għandhom jiddivulgaw f'rapport separat fuq bażi annwali pagamenti materjali magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw. Tali impriżi jkunu attivi f'pajjiżi rikki fir-riżorsi naturali, partikolarment minerali, żejt, gass naturali kif ukoll foresti primarji. Ir-rapport għandu jinkludi t-tipi ta’ pagamenti komparabbli għal dawk divulgati minn impriża li tipparteċipa fl-Inizjattiva tal-Industriji Estrattivi (Extractive Industry Transparency Initiative, EITI). L-inizjattiva hija wkoll komplimentari għall-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT tal-UE (l-Infurzar, Governanza u Kummerċ tal-Liġi Forestali) u r-Regolament tal-Injam li jeħtieġ il-kummerċjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw diliġenzadovuta sabiex jiġi pprevenut li jidħol injam illegali fis-suq tal-UE.

(32) Sabiex ikun dispost għal trasparenza mtejba tal-pagamenti magħmula lill-gvernijiet, l-impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku kollha għandhom jiddivulgaw, bħala parti mir-rapport annwali tar-rapporti finanzjarji, rapport dwar il-pagamenti materjali magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw, kif ukoll informazzjoni finanzjarja addizzjonali rigward l-attivitajiet tagħhom f'pajjiżi terzi. Id-divulgazzjoni ta' din id-data għandha l-għan li tippermetti lill-investituri jieħdu deċiżjonijiet informati aħjar, li ttejjeb il-governanza u r-responsabbiltà korporattiva u li tikkontribwixxi sabiex titrażżan l-evażjoni tat-taxxa. Ir-rapport għandu jinkorpora d-divulgazzjonijiet abbażi tal-pajjiż. Barra minn hekk, fejn it-tali impriżi jkunu attivi fl-estrazzjoni ta' riżorsi naturali, partikolarment minerali, żejt, gass naturali kif ukoll foresti primarji, ir-rappurtar għandu jispeċifika wkoll il-proġett speċifiku jew il-proġetti speċifiċi li għalihom ġew attribwiti dawk il-pagamenti. Ir-rapport għandu jibni għalhekk fuq ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni tal-Inizjattiva tat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (Extractive Industry Transparency Initiative, EITI). L-inizjattiva hija wkoll komplimentari għall-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT tal-UE (l-Infurzar, Governanza u Kummerċ tal-Liġi Forestali) u r-Regolament tal-Injam li jeħtieġ il-kummerċjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw diliġenzadovuta sabiex jiġi pprevenut li jidħol injam illegali fis-suq tal-UE.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Ir-rapporti għandhom iservu biex jiffaċilitaw lill-gvernijiet ta’ pajjiżi rikki fir-riżorsi fl-implimentazzjoni tal-Prinċipji u Kriterji tal-EITI u jirrapportaw liċ-ċittadini tagħhom il-pagamenti li tali gvernijiet jirċievu mill-impriżi attivi fl-industrija estrattiva jew ħassada ta' foresti primarji li joperaw fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jinkorpora d-divulgazzjonijiet abbażi tal-pajjiż u tal-proġett, fejn proġett jitqies fil-livell l-aktar baxx ta’ unità ta’ rapportar operazzjonali li fih l-impriża tħejji rapporti maniġerjali interni regolari, bħal konċessjoni, baċin ġeografiku, eċċ, u fejn il-pagamenti jkunu attribwiti għal tali proġetti. Fid-dawl tal-objettiv kumplessiv tal-promozzjoni ta' governanza tajba f'dawn il-pajjiżi, il-materjalità tal-pagamenti li jiġu rrapportati għandha tiġi vvalutata b'rabta mal-gvern riċevent. Jistgħu jinħasbu kriterji varji dwar il-materjalità, bħal pagamenti ta’ ammont assolut, jew livell limitu ta’ persentaġġ (bħal pagamenti f'eċċess fuq persentaġġ tal-PDG tal-pajjiż) u dawn jistgħu jiġu ddefiniti permezz ta’ att delegat. Ir-reġim ta’ rapportar għandu jkun soġġett għal rieżami u rappport mill-Kummissjoni fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Ir-rieżami għanu jqis l-effikaċja tar-reġim u jqis l-iżviluppi internazzjonali inkluż kwistjonijiet ta’ kompetittività u sigurtà tal-enerġija. Ir-rieżami għandu wkoll iqis l-esperjenza tal-fassala u l-utenti tal-informazzjoni dwar il-pagamenti u jqis jekk ikunx xieraq li tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali dwar il-pagament bħar-rati ta’ taxxa effettivi u d-dettalji tar-riċevent, bħal informazzjoni dwar il-kont bankarju.

(33) Ir-rapporti għandhom iservu biex jiffaċilitaw ir-responsabbiltà tal-gvernijiet li jagħtu rendikont liċ-ċittadini tagħhom għall-pagamenti li jirċievu mill-impriżi li joperaw fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jinkorpora d-divulgazzjonijiet abbażi tal-pajjiż u fil-każ tal-impriżi attivi fl-industriji estrattivi jew fil-qtugħ tas-siġar fil-foresti primarji, ir-rapport għandu jispeċifika wkoll il-proġett speċifiku jew il-proġetti speċifiċi li għalihom ikunu ġew attribwiti dawk il-pagamenti, bi proġett meqjus bħala ekwivalenti għal kuntratt, liċenzja, kirja, konċessjoni jew ftehim legali ieħor li joħloq l-obbligi ta' kumpanija fil-qasam tat-taxxa jew tad-dħul f'kull pajjiż fejn topera. Meta xi obbligi ta' pagament jiġġarrbu fuq bażi differenti, ir-rappurtar għandu jsir fuq dik il-bażi. Fid-dawl tal-objettiv kumplessiv tal-promozzjoni ta' governanza tajba f'dawn il-pajjiżi, il-pagamenti jiġu kkunsidrati bħala materjali jekk kwalunkwe pagament wieħed jew sett ta' pagamenti tal-istess tip jammontaw għal aktar minn EUR 15 000. Ir-reġim ta’ rapportar għandu jkun soġġett għal rieżami u rappport mill-Kummissjoni fi żmien erba’ snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Ir-rieżami għandu jqis l-effikaċja tar-reġim u jqis l-iżviluppi internazzjonali, il-progress lejn standards globali f'dan il-qasam u jirraporta dwar l-impatti ta' din il-leġiżlazzjoni fuq pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-ksib tal-objettivi ta' trasparenza akbar fil-pagamenti magħmula lill-gvernijiet. Ir-rieżami għandu wkoll iqis kwistjonijiet ta’ kompetittività u sigurtà tal-enerġija kif ukoll l-esperjenza tal-fassala u l-utenti tal-informazzjoni dwar il-pagamenti u jqis jekk ikunx xieraq li tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali dwar il-pagament.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) F’bosta postijiet fid-dinja, pereżempju fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-kunflitti armati huma marbutin mill-qrib mal-introjti li ġejjin mill-isfruttament illegali tal-minerali. Il-ksur ta' din ir-rabta jikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-inċidenza u l-intensità tal-kunflitti. Soluzzjoni waħda tista' tkun dik li l-impriżi tal-Unjoni li jakkwistaw minerali minn żoni mifnija minn kunflitti jew li jinsabu f'riskju ta' kunflitti jiġu obbligati jwettqu d-diliġenza dovuta biex jiżguraw li l-katini tal-provvista tagħhom ma jkollhom l-ebda konnessjoni mal-partijiet fil-kunflitt. Filwaqt li inizjattiva bħal din ikollha tirrispetta għalkollox l-interessi tal-partijiet interessati lokali, l-EITI kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta u l-ġestjoni responsabbli tal-katina tal-provvista jistgħu jservu bħala punti ta' riferiment utli. Biex wieħed ikollu stampa aktar ċara ta' din is-soluzzjoni potenzjali, huwa importanti li l-fattibbiltà u l-impatt mistenni tal-introduzzjoni ta' obbligu bħal dan ikunu investigati aktar fil-kuntest tal-Unjoni.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet futuri fil-liġijiet tal-Istati Membri u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward it-tipi ta’ kumpaniji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-aġġornar tal-listi ta’ impriżi li jinstabu fl-Annessi I u II. L-użu ta’ atti delegati huwa meħtieġ ukoll biex jiġu adattati l-kriterji tad-daqs tal-impriża, minħabba li biż-żmien l-inflazzjoni tnaqqar il-valur reali tagħhom.Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti. Sabiex tiġi żgurata divulgazzjoni relevanti u ta’ livell xieraq tal-pagament lill-gvernijiet mill-industriji estrattivi u ħassada tal-foresti primarji u tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kunċett ta’ materjalità tal-pagamenti.

(35) Sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet futuri fil-liġijiet tal-Istati Membri u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward it-tipi ta’ kumpaniji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-aġġornar tal-listi ta’ impriżi li jinstabu fl-Annessi I u II. L-użu ta’ atti delegati huwa meħtieġ ukoll biex jiġu adattati l-kriterji tad-daqs tal-impriża, minħabba li biż-żmien l-inflazzjoni tnaqqar il-valur reali tagħhom. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

(38) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti partikolarment mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 208 TFUE,

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. "Impriża attiva fl-industrija estrattiva" tfisser impriża b'attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, skoperta, l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta' minerali, żejd u depożiti ta' gass naturali, kif imsemmi fit-Taqsima B-Diviżjoni 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

1. "Impriża" tfisser il-kumpanija prinċipali tal-ogħla livell li tippubblika l-kontijiet fl-Unjoni Ewropea, fejn il-grupp ta' kumpaniji li għalih dik il-kumpanija prinċipali tħejji rapporti finanzjarji konsolidati jinkludi kumpaniji sussidjarji, fergħat, stabbilimenti permanenti, impriżi konġunti u impriżi assoċjati.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun ċar li d-divulgazzjoni tkopri mhux biss lill-kumpanija individwali iżda tikkonċerna stabbilimenti permanenti li jinnegozjaw f'postijiet apparti dawk fejn jinsabu inkorporati, u l-impriżi konġunti u l-assoċjati anki meta r-riżultati tagħhom ma jkunux, għal finijiet oħrajn, ikkonsolidati bis-sħiħ mal-kontijiet tal-kumpanija prinċipali.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. "Impriża attiva fl-industrija estrattiva" tfisser il-kumpanija prinċipali tal-ogħla livell li tippubblika l-kontijiet fl-Unjoni, fejn il-grupp ta' kumpaniji li għalih dik il-kumpanija prinċipali tħejji dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati jinkludi kumpaniji sussidjarji, fergħat, stabbilimenti permanenti, impriżi konġunti u impriżi assoċjati li jwettqu kwalunkwe attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, is-sejba, l-iżvilupp, l-estrazzjoni, l-ipproċessar, l-esportazzjoni u t-trasport ta' minerali, żejt u depożiti ta' gass naturali, jew kull attività sinifikanti relatata magħhom, kif imsemmi fit-Taqsima B-Diviżjoni 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. "Gvern" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa (6) ta' din id-Direttiva.

3. "Gvern" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru jew pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa (6) ta' din id-Direttiva, jew kwalunkwe entità governattiva jew impriża statali jew kumpanija li tappartjeni għal membri tal-gvern, li tirċievi kwalunkwe pagament tat-tip imsemmi fl-Artikolu 38 minn kwalunkwe membru kostitwenti ta' impriża.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. "Proġett" hija ekwivalenti għal unità operazzjonali relatriċi speċifika fl-aktar livell minuri fl-impriża fejn jitħejjew rapporti maniġerjali interni regolari biex jiġi mmonitorjat l-operat tagħha.

4. "Proġett" hija ekwivalenti għall-kuntratt, liċenzja, kirja, konċessjoni jew ftehim legali ieħor li joħloq l-obbligi ta' kumpanija fil-qasam tat-taxxa jew tad-dħul f'kull pajjiż fejn topera. Meta jiġġarrbu xi obbligi ta' pagament fuq bażi differenti, ir-rappurtar għandu jsir fuq dik il-bażi.

Ġustifikazzjoni

L-iżvantaġġ tad-definizzjoni tal-Kummissjoni hu li tista' tippermetti li l-kumpaniji jfasslu definizzjonijiet differenti ta' proġett, abbażi tal-istrutturi maniġerjali speċifiċi proprji tagħhom, li jipproduċu riżultati li ma jistgħux jitqabblu peress li jista' jkun li l-kumpaniji ma jkunux qed jirrappurtaw fuq bażi komuni. Il-formulazzjoni proposta tirrifletti l-fatt li tipikament l-industriji estrattivi u l-kumpaniji tal-qtugħ tas-siġar jakkwistaw id-drittijiet għall-isfruttament tar-riżorsi naturali f'żona ġeografika definita ta' pajjiż.

Emenda          10

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. "Entitajiet kostitwenti" tfisser dawk il-kumpaniji sussidjarji, l-impriżi assoċjati, l-impriżi konġunti, l-istabbilimenti permanent u arranġamenti kummerċjali oħra li, totalment jew parzjalment, għandhom jitqiesu membri tal-impriża sal-punt li jkunu kkonsolidati fir-rapporti finanzjarji annwali ta' dik l-impriża.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun żgurat li d-divulgazzjoni ssir ukoll għall-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati, fil-proporzjon li minnu tibbenefika l-impriża li tirrapporta.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jeħtieġu impriżi kbar u l-entitajiet ta’ interess pubbliku kollha attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsar ta’ foresti primarji biex iħejju u jippubblikaw rapport dwar il-pagamenti li jsiru lill-gvernijiet fuq bażi annwali.

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-impriżi kbar, inklużi l-impriżi konġunti, u l-entitajiet ta’ interess pubbliku kollha jħejju u jippubblikaw rapport dwar il-pagamenti, inkużi l-pagamenti in natura, li jsiru lill-gvernijiet fuq bażi annwali bħala parti mir-rapport annwali tar-rapporti finanzjarji. F'dan ir-rapport, l-impriża għandha tippubblika wkoll l-informazzjoni finanzjarja addizzjonali rigward l-attività tagħha f'pajjiżi terzi. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jinkludi l-attivitajiet ta’ kumpaniji sussidjarji, kumpaniji assoċjati, impriżi konġunti, stabbilimenti permanenti u arranġamenti kummerċjali oħra sal-punt li jkunu kkonsolidati fir-rapporti finanzjarji annwali tal-impriża jew l-entità inkwistjoni. Ir-rapport għandu jifforma parti min-noti tar-rapporti finanzjarji.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-rapport jispeċifika li ġej f'każ ta' materjalità għall-gvern riċevent:

1. Ir-rapport jispeċifika li ġej:

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) l-informazzjoni finanzjarja addizzjonali rigward l-attivitajiet f'pajjiżi terzi għal kull pajjiż individwalment kif definit fil-paragrafu 3b;

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Fil-każ ta' impriżi kbar u l-entitajiet kollha ta' interess pubbliku attivi fl-industrija estrattiva u fil-qtugħ tas-siġar fil-foresti primarji, ir-rapport għandu, meta dawk il-pagamenti jkunu ġew attribwiti għal proġett speċifiku, jispeċifika wkoll l-ammont għal kull tip ta’ pagament, inklużi l-pagamenti in natura, li jkun sar għal kull proġett ta' dan it-tip matul sena finanzjarja, u l-ammont totali ta’ pagamenti għal kull proġett ta' dan it-tip.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm in-nuqqas ta' trasparenza fil-pagamenti lill-gvernijiet hu problema fis-setturi kollha, hu l-aktar viżibbli fis-setturi tal-industriji estrattivi u tal-qtugħ tas-siġar fil-foresti primarji fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u allura l-impriżi involuti f'dawn l-industriji għandhom jirrappurtaw għal kull proġett speċifiku sabiex il-komunitajiet lokali jkunu jistgħu jitolbu rendikont mill-gvernijiet lokali u nazzjonali tagħhom.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) taxxi fuq il-profitti;

(b) taxxi fuq il-profitti u r-rata tat-taxxa effettiva applikata;

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) royalties;

(c) royalties u r-rata tat-taxxa effettiva applikata;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) drittijiet ta’ liċenzja, tariffi ta’ kera, tariffi tad-dħul u korrispettivi oħra għall-liċenzji u/jew konċessjonijiet;

(f) drittijiet ta’ liċenzja, tariffi ta’ kera, tariffi ta' tranżitu ta' pipeline, tariffi tad-dħul u korrispettivi oħra għal-liċenzji u/jew konċessjonijiet;

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) pagamenti lill-forzi tas-sigurtà tal-Istat għal servizzi tas-sigurtà;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fb) it-taxxi fuq l-art u l-bini;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt fc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fc) it-taxxi minn ras il-għajn;

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt fd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fd) id-dazji u t-taxxi ta' importazzjoni u esportazzjoni;

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt fe (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fe) it-taxxi abbażi tal-konsum;

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt ff (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ff) pagamenti għall-ksur tal-liġi, bħal obbligi ambjentali u ta' rimedju;

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) benefiċċji diretti oħra lill-gvern konċernat.

(g) benefiċċji oħra lill-gvern konċernat.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn isiru pagamenti in natura lil gvern, dawn jiġu rapportati fil-valur u fil-volum. Fejn dawn jiġu rrapportati f'termini ta’ valur, jiġu pprovduti noti ta’ sostenn li jispjegaw kif ikun ġie ddeterminat il-valur tagħhom.

3. Fejn isiru pagamenti in natura lil gvern, dawn jiġu rapportati fil-valur u fil-volum. Fejn dawn jiġu rrapportati f'termini ta’ valur, jiġu pprovduti noti ta’ sostenn li jispjegaw kif ikun ġie ddeterminat il-valur tagħhom.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Il-pagamenti għandhom jiġu divulgati jekk kwalunkwe pagament wieħed jew sett ta' pagamenti tal-istess tip jammontaw għal aktar minn EUR 15 000.

Ġustifikazzjoni

Aktar milli f'att delegat, ir-Rapporteur tqis li l-limitu minimu ta' materjalità għandu jiġi speċifikat bħala ċifra assoluta fid-direttiva. Il-pagamenti li jkunu relativament żgħar għal kumpanija multinazzjonali jistgħu jkunu ammont sinifikattiv għal pajjiż fqir li qed jiżviluppa, speċjalment fil-livell reġjonali jew ta' gvern lokali.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Ir-rapport għandu jispeċifika wkoll l-informazzjoni finanzjarja addizzjonali li ġejja għal kull pajjiż individwalment:

 

(a) il-fatturat nett imqassam skont il-kategoriji ewlenin ta’ attività;

 

(b) il-kwantitajiet prodotti, il-bejgħ jew l-iskambju;

 

(c) il-qligħ jew it-telf qabel it-tassazzjoni;

 

(d) l-għadd totali ta’ nies impjegati u r-rimunerazzjoni aggregata tagħhom;

 

(e) in-nefqa fl-investiment ta’ assi fissi matul il-perjodu.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 sabiex tispeċifika l-kunċett tal-materjalità tal-pagamenti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapporteur tqis li l-limitu minimu ta' materjalità għandu jiġi speċifikat bħala ċifra assoluta fid-direttiva, aktar milli f'att delegat.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Ir-rapport jeskludi kwalunkwe tip ta’ pagamenti li jsiru lil gvern f'pajjiż fejn id-divulgazzjoni pubblika ta’ dan it-tip ta’ pagament tkun ċarament projbita mil-leġiżlazzjoni kriminali ta' dak il-pajjiż. F'tali każijiet l-impriża tiddikkjara li ma tkunx irrapportat il-pagamenti skont il-paragrafi 1 sa 3, u tiddivulga l-isem tal-gvern konċernat.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-klawsola ta' eżenzjoni għandha titħassar peress li m'hemm l-ebda evidenza li xi pajjiż attwalment jipprojbixxi r-rappurtar ta' dan it-tip, u eżenzjoni tista' tagħti inċentiv lil xi gvernijiet biex jgħaddu leġiżlazzjoni dwar is-segretezza, u b'hekk jimminaw il-leġiżlazzjoni. L-Att Dodd Frank komparabbli tal-Istati Uniti ma jinkludi l-ebda klawsola ta' eżenzjoni ta' dan it-tip.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Stat Membru jeħtieġ li kwalunkwe impriża kbira jew entità ta’ interess pubbliku attiva fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad ta' foresti primarji u rregolati bid-dritt nazzjonali rispettiva biex ifasslu rapport konsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet skont l-Artikoli 37 u 38 jekk dik l-impriża prinċipali tkun taħt l-obbligu li tħejji rapporti finanzjarji konsolidati kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa 23(6) ta’ din id-Direttiva.

1. Stat Membru għandu jesiġi minn kwalunkwe impriża kbira jew entità ta’ interess pubbliku rregolata bid-dritt nazzjonali rispettiv biex tfassal rapport konsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet skont l-Artikoli 37 u 38 jekk dik l-impriża prinċipali tkun taħt l-obbligu li tħejji rapporti finanzjarji konsolidati kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa 23(6) ta’ din id-Direttiva.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Impriża ma teħtieġx tiġi inkluża f'rapport konsolidati dwar pagamenti lil gvern fejn tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

imħassar

(a) restrizzjonijiet severi ta’ terminu twil sostanzjalment ixekklu lill-impriża prinċipali fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fuq l-assi jew il-maniġment ta’ dik l-impriża;

 

(b) l-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ rapport konsolidat dwar il-pagamenti lil gvern skont din id-Direttiva ma tkun tista' tinkiseb mingħajr spiża sproporzjonata jew dewmien bla bżonn.

 

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligu tar-rapportar u l-modalitajiet tar-rapportar abbażi tal-proġett. Ir-rieżami għandu jqis ukoll l-iżviluppi internazzjonali u jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan għandu jitlesta mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.

Il-Kummissjoni tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta’ dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligu tar-rapportar u l-modalitajiet tar-rapportar abbażi tal-proġett. Ir-rieżami għandu jqis ukoll l-iżviluppi internazzjonali, il-progress lejn standards globali f'dan il-qasam u jirrapporta dwar l-impatt ta' din il-leġiżlazzjoni fuq il-pajjiżi terzi, b'mod partikolari fl-ilħuq tal-objettivi ta' trasparenza mtejba tal-pagamenti lill-gvernijiet. Ir-rieżami għandu jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan għandu jitlesta mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.

PROĊEDURA

Titolu

Ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi

Referenzi

COM(2011)0684 – C7-0393/2011 – 2011/0308(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

15.3.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Fiona Hall

5.12.2011

Eżami fil-kumitat

14.5.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

4.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Ricardo Cortés Lastra, Corina Creţu, Véronique De Keyser, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Charles Goerens, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Ivo Vajgl, Iva Zanicchi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Emer Costello, Enrique Guerrero Salom, Fiona Hall, Edvard Kožušník, Judith Sargentini, Horst Schnellhardt, Patrizia Toia

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marisa Matias

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (16.7.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi
(COM(2011)0684 – C7‑0393/2011 – 2011/0308(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Wolf Klinz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Kuntest

Fil-25 ta' Ottubru 2011 il-Kummissjoni ppubblikat proposta li tissostitwixxi u temenda d-Direttivi dwar il-Kontabilità (78/660/KEE u 83/349/KEE) bl-iskop speċifiku li tnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji ż-żgħar.

Iż-żewġ Direttivi dwar il-Kontabilità ilhom fis-seħħ għal dawn l-aħħar 30 sena u jipprevedu ġabra kompluta ta' regoli dwar il-preparazzjoni u l-kontenut tar-rapporti finanzjarji statutorji. Minn mindu l-kumpaniji elenkati saru soġġetti għar-regolamentazzjoni IAS, jiġifieri mill-2005, l-SMEs saru b'fatt id-destinatarji ewlenin tad-Direttivi dwar il-Kontabilità.

Il-proposta tal-Kummissjoni timmira li tissostitwixxi ż-żewġ Direttivi b'Direttiva unika aktar adatta għall-eżiġenzi tal-lum u ta' għada kemm tal-awturi kif ukoll tal-utenti tar-rapporti finanzjarji. Il-proposta inkwistjoni hija kumplementari għal dik tal-2009 dwar ir-rapporti finanzjarji tal-mikroentitajiet, adottata mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Diċembru 2011.

Wara l-valutazzjoni tal-impatt li saret fil-perjodu 2009-2011, il-Kummissjoni timmira li tnaqqas sal-2012 il-piż amministrattiv b'25 % u tipprevedi tfaddil potenzjali ta' EUR 1.5 biljun fis-sena favur il-kumpaniji kollha li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.

Ir-rapporteur biħsiebu jiġbed l-attenzjoni partikolarment dwar il-punti li ġejjin:

Kunsiderazzjonijiet

L-ewwel nett, għal dak li għandu x'jaqsam mal-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta, ir-rapporteur iqis li limitu usa', armonizzat fit-territorju kollu tal-UE, jgħin lill-kumpaniji ż-żgħar (Artikolu 3) jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ekwivalenti fl-UE kollha. Ir-rapporteur huwa favur il-limitazzjoni tal-oqsma kontabilistiċi fl-annessi u ta' ebda ħtieġa ta' awditjar statutorju.

Fir-rigward tal-kumpaniji medji u kbar ir-rapporteur jappoġġa l-proposta dwar il-limitu, iżda iqis li dawn iridu jkunu meħtieġa jħejju rapport tal-flussi tal-flus obbligatorju, li jkun jiggarantixxi, minn naħa, informazzjoni suffiċjenti u f'waqtha dwar il-qagħda ta' kumpanija u, mill-oħra, ġestjoni aħjar tal-likwidità tal-banek li jiffinanzjaw dawk il-kumpaniji. L-awditjar obbligatorju u perjodiku tar-rapport tal-flussi tal-flus aktarx ikun jikkostitwixxi, partikolarment, kollegament mal-valutazzjoni tal-flussi ta' dħul ta' flus tal-banek skont ir-Rekwiżit il-ġdid ta' Kopertura tal-Likwidità ta' Basel III / CRR.

Ir-rapporteur huwa favur ħafna l-proposti tal-Kummissjoni intiżi li jnaqqsu l-formalitajiet burokratiċi u jqis li semplifikazzjoni ulterjuri għadha possibbli. Xi proposti tal-Kummissjoni, ifformulati attwalment, għandhom l-għan li jneħħu d-diskrezzjonalità nazzjonali, imma jkunu onerużi għall-industrija fl-Istati Membri. Għalhekk ir-rapporteur jissuġġerixxi li tinżamm id-diskrezzjonalità nazzjonali, billi ma jidhirx li t-tneħħija tagħha żżid valur lill-proċess, u lanqas lir-rapporti finanzjarji stess tal-kumpaniji.

Ir-rapporteur jappoġġa d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tintroduċix l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) għall-SMEs. Id-Direttiva dwar il-Kontabilità armonizzata se tiggarantixxi li fl-Ewropa jiġi implimentat standard effikaċi għall-SMEs, li jirrifletti wkoll l-ispeċifiċità tad-dritt soċjetarju Ewropew.

Ir-rapporteur huwa favur l-introduzzjoni tal-obbligu ta' tħejjija tar-rapporti finanzjarji bl-użu tal-format elettroniku b'ħafna skopijiet: il-lingwaġġ universali għar-rappurtar finanzjarju (XBRL - eXtensible Business Reporting Language), kif il-Parlament diġà kien talab fl-imgħoddi fir-riżoluzzjonijiet dwar "Segwitu tal-proċess ta' Lamfalussy - L-istruttura futura tal-moniteraġġ (2008/2148(INI))" u dwar l-"Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (2008/2237(INI))". Jemmen li l-għadd ta' vantaġġi ta' format elettroniku armonizzat jistgħu jikkontribwixxu biex tinħoloq sistema ta' rappurtar unika użata f'oqsma oħrajn, pereżempju f'dak tat-tassazzjoni. Madankollu, l-obbligatorjetà tal-XBRL taf tkun pjuttost oneruża għal ħafna kumpaniji żgħar, għalhekk ir-rapporteur jissuġġerixxi li tiġi introdotta wara fażi adegwata ta' preparazzjoni (bl-involviment anki tal-AETS) mill-2018.

Għall-kumpaniji l-kbar u l-entitajiet ta' interess pubbliku li joperaw fis-settur tal-industrija estrattiva jew li jużaw żoni forestali primarji (Rappurtar dwar pagamenti favur il-gvernijiet), il-Kummissjoni tipproponi l-introduzzjoni ta' obbligi ġodda ta' rappurtar ibbażati fuq il-pajjiżi u fuq il-proġetti. Ir-rapporteur ġeneralment jappoġġa l-objettivi tal-Kummissjoni intiżi li jżidu t-trasparenza fl-ambitu tal-isfruttament tar-riżorsi naturali; iżda jqis li għandu jintgħażel approċċ ibbilanċjat. Għaldaqstant jissuġġerixxi li jiġi limitat l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjonijiet għall-kumpaniji u għall-entitajiet il-kbar definiti permezz ta' limitu minimu bbażat fuq l-irduppjar tal-limiti minimi normali għall-SMEs. Barra mill-proposti leġiżlattivi r-rapporteur jixtieq iqis wkoll l-Inizjattiva għat-trasparenza tal-industriji estrattivi (EITI), li attwalment hija magħmula minn 35 pajjiż, ħadd minnhom mhu Stat Membru tal-UE, u jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fuq approċċ komuni possibbli f'livell ta' UE fil-konfront ta' din l-inizjattiva.

Bl-iskop li tiżdied it-trasparenza tal-akbar kumpaniji u tal-operazzjonijiet transkonfinali tagħhom fil-qasam mhux estrattiv, ir-rapporteur jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta' rappurtar pajjiż pajjiż (CBCR - country-by-country reporting) li jkun fih dejta finanzjarja kruċjali tal-pajjiżi li fihom il-kumpaniji joperaw mingħajr sussidjarji (jew entitajiet ġuridiċi separati) jew f'impriżi konġunti. Il-kamp ta' applikazzjoni għandu jkun limitat bħal għall-kumpaniji tal-industrija estrattiva.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-rapporti finanzjarji annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' impriża, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt jew it-telf. Għal dan il-għan għandu jiġi preskritt u stabilit format obbligatorju għall-karta bilanċjali u r-rapport tal-introjtu u l-kontenut minimu tan-noti għar-rapporti finanzjarji u r-rapport maniġerjali. Skont il-prinċipju ta' "aħseb l-ewwel fiż-żgħir", ir-rekwiżiti mandatorji għall-impriżi ż-żgħar għandhom ikunu totalment armonizzati fil-leġiżlazzjoni. Sabiex jiġu evitati piżijiet sproporzjonati fuq dawn l-entitajiet, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati jeħtieġu l-preżentazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri. L-Istati Membri jistgħu madankollu jimponu aktar rekwiżiti fuq impriżi medji u kbar.

(6) Ir-rapporti finanzjarji annwali għandhom jagħtu stampa vera u ġusta tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' impriża, il-pożizzjoni finanzjarja u l-profitt jew it-telf. L-istampa veritiera u ġusta hija l-istandard minimu tal-preżentazzjoni tal-kontijiet li tippermetti l-qadi tad-dmirijiet tad-diretturi tal-kumpanija, li tinkludi li l-kumpanija tkun kapaċi żżomm kundizzjoni ta' kontinwità operattiva billi l-attiv nett fil-karta bilanċjali tagħha jkun biżżejjed biex jissodisfa l-interess tal-kredituri1. Dak it-test jitlob li l-attiv ma jkunx rappreżentat f'livell ogħla mill-ammonti realizzabbli u li jiġi inkluż il-passiv prospettiv impliċitu u kontinġenti. Għandu wkoll jiġi preskritt u stabbilit format obbligatorju għall-karta bilanċjali u r-rapport tal-introjtu u l-kontenut minimu tan-noti għar-rapporti finanzjarji u r-rapport maniġerjali. Skont il-prinċipju ta' "aħseb l-ewwel fiż-żgħir", ir-rekwiżiti mandatorji għall-impriżi ż-żgħar għandhom ikunu totalment armonizzati fil-leġiżlazzjoni. Sabiex jiġu evitati piżijiet sproporzjonati fuq dawn l-entitajiet, l-Istati Membri ma għandhomx ikunu intitolati jeħtieġu l-preżentazzjoni ta' informazzjoni ulterjuri. L-Istati Membri jistgħu madankollu jimponu aktar rekwiżiti fuq impriżi medji u kbar.

 

__________________

 

1 Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, kawża Tomberger C-234/94 tas-27 ta' Ġunju 1996, u kawża DE + ES Bauunternehmung C-275/97 tal-14 ta' Settembru 1999. Ara wkoll l-Artikolu 15 tat-Tieni Direttiva 2006/68/KE, li wkoll tistabbilixxi test biex jiġi aċċertat jekk ikunx jista' jitħallas dividend.

Ġustifikazzjoni

Tinħtieġ kjarifika fir-rigward ta' xi tfisser fid-dritt l-"istampa veritiera u ġusta" billi ddaħħlet konfużjoni f'diversi aspetti b'mod li jkunu inkonsistenti mat-tifsira attwali fid-dritt. Dawn l-inkonsistenzi huma superfluwi għar-rekwiżit tal-istampa veritiera u ġusta u jiffrustraw il-ħtiġijiet funzjonali tal-kontijiet li jiddependu fuqha. Il-Kummissjoni żbaljat meta assumiet li l-istampa veritiera u ġusta hija prodott tal-istandards li jiġu segwiti meta fil-fatt hija standard fundamentali fiha nnifisha.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-impriżi żgħar, medji u kbar għandhom jiġu ddefiniti u distinti b'referenza għall-assi totali, il-fatturat u n-numru medju ta' impjegati, minħabba li dawn l-elementi ġeneralment jipprovdu evidenza oġġettiva tad-daqs ta' impriża.

(7) L-impriżi mikro, żgħar, medji u kbar għandhom jiġu ddefiniti u distinti b'referenza għall-assi totali, il-fatturat u n-numru medju ta' impjegati, minħabba li dawn l-elementi ġeneralment jipprovdu evidenza oġġettiva tad-daqs ta' impriża.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a) L-impriżi medji u kbar għandhom jinħtieġu jippreparaw rapporti tal-flussi tal-flus, li jiggarantixxu l-għoti ta' informazzjoni suffiċjenti u f'waqtha dwar il-qagħda ta' kumpaniji u ġestjoni aħjar tal-likwidità għal dawk il-banek li jiffinanzjaw dawk il-kumpaniji.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-impriżi assoċjati għandhom jiġu inklużi fl-kontijiet konsolidati permezz tal-metodu tal-ekwità. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jippermettu jew li jesiġu li impriża b'kontroll konġunt tkun konsolidata b'mod proporzjonali fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

(24) L-impriżi assoċjati għandhom jiġu inklużi fl-kontijiet konsolidati permezz tal-metodu tal-ekwità jew permezz tal-metodu tal-valur skont il-kotba. L-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jippermettu jew li jesiġu li impriża b'kontroll konġunt tkun konsolidata b'mod proporzjonali fir-rapporti finanzjarji konsolidati.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-Istati Membri huma mħeġġa ferm li jiżviluppaw sistemi ta' pubblikazzjoni elettronika li jippermettu lill-impriżi jippreżentaw id-dejta kontabilistika, inklużi r-rapporti finanzjarji statutorji, darba waħda biss u f'forma li tippermetti li diversi utenti jaċċessaw u jużaw id-dejta b'mod faċli. Sistemi bħal dawn, madankollu, m'għandhomx ikunu onerużi għall-impriżi żgħar u medji.

(27) Format elettroniku armonizzat għar-rappurtar ikun ferm ta' benefiċċju għall-impriżi stabbiliti fl-Unjoni, billi jkun jiffaċilita l-ħolqien ta' sistema ta' rappurtar unika li tista' tintuża wkoll minn utenti f'oqsma oħrajn. Għaldaqstant, il-preparazzjoni ta' rapport finanzjarji bil-lingwaġġ universali għar-rappurtar finanzjarju (eXtensible Business Reporting Language - XBRL) għandha tkun obbligatorja mill-1 ta' Jannar 2018, wara jkun għadda perjodu ta' żmien xieraq għall-preparazzjoni u t-testjar. Il-ħolqien ta' tali sistema, madankollu, m'għandux ikun oneruż għall-impriżi żgħar u medji.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Sabiex ikun dispost għal trasparenza mtejba tal-pagamenti magħmula lill-gvernijiet, impriżi kbar u entitajiet ta' interess pubbliku li jkunu attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad tal-foresti primarji għandhom jiddivulgaw f'rapport separat fuq bażi annwali pagamenti materjali magħmula lill-gvernijiet fil-pajjiżi fejn joperaw. Tali impriżi jkunu attivi f'pajjiżi rikki fir-riżorsi naturali, partikolarment minerali, żejt, gass naturali kif ukoll foresti primarji. Ir-rapport għandu jinkludi t-tipi ta' pagamenti komparabbli għal dawk divulgati minn impriża li tipparteċipa fl-Inizjattiva tal-Industriji Estrattivi (Extractive Industry Transparency Initiative, EITI). L-inizjattiva hija wkoll komplimentari għall-Pjan ta' Azzjoni FLEGT tal-UE (l-Infurzar, Governanza u Kummerċ tal-Liġi Forestali) u r-Regolament tal-Injam li jeħtieġ il-kummerċjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw diliġenzadovuta sabiex jiġi pprevenut li jidħol injam illegali fis-suq tal-UE.

(32) Sabiex ikun dispost għal trasparenza mtejba tal-pagamenti magħmula lill-gvernijiet, l-impriżi kbar u l-entitajiet ta' interess pubbliku għandhom jirrappurtaw fuq bażi annwali l-attivitajiet f'kull pajjiż fih joperaw, inklużi pagamenti magħmula lill-gvernijiet. Il-limitu minimu li jiddetermina l-impriżi u l-entitajiet ta' interess pubbliku bħala kbar għandu jkun ibbażat fuq l-irduppjar tal-limitu minimu għall-SMEs fid-definizzjoni standard tal-UE. Ir-rapport għandu jkun suġġett għal awditjar statutorju u jinkludi t-tipi ta' pagamenti komparabbli għal dawk divulgati minn impriża li tipparteċipa fl-Inizjattiva tal-Industriji Estrattivi (Extractive Industry Transparency Initiative, EITI). L-inizjattiva hija wkoll komplimentari għall-Pjan ta' Azzjoni FLEGT tal-UE (l-Infurzar, Governanza u Kummerċ tal-Liġi Forestali) u r-Regolament tal-Injam li jeħtieġ il-kummerċjanti tal-prodotti tal-injam jeżerċitaw diliġenza dovuta sabiex jiġi pprevenut li jidħol injam illegali fis-suq tal-UE.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Ir-rapporti għandhom iservu biex jiffaċilitaw lill-gvernijiet ta' pajjiżi rikki fir-riżorsi fl-implimentazzjoni tal-Prinċipji u Kriterji tal-EITI u jirrapportaw liċ-ċittadini tagħhom il-pagamenti li tali gvernijiet jirċievu mill-impriżi attivi fl-industrija estrattiva jew ħassada ta' foresti primarji li joperaw fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Ir-rapport għandu jinkorpora d-divulgazzjonijiet abbażi tal-pajjiż u tal-proġett, fejn proġett jitqies fil-livell l-aktar baxx ta' unità ta' rapportar operazzjonali li fih l-impriża tħejji rapporti maniġerjali interni regolari, bħal konċessjoni, baċin ġeografiku, eċċ, u fejn il-pagamenti jkunu attribwiti għal tali proġetti. Fid-dawl tal-objettiv kumplessiv tal-promozzjoni ta' governanza tajba f'dawn il-pajjiżi, il-materjalità tal-pagamenti li jiġu rrapportati għandha tiġi vvalutata b'rabta mal-gvern riċevent. Jistgħu jinħasbu kriterji varji dwar il-materjalità, bħal pagamenti ta' ammont assolut, jew livell limitu ta' persentaġġ (bħal pagamenti f'eċċess fuq persentaġġ tal-PDG tal-pajjiż) u dawn jistgħu jiġu ddefiniti permezz ta' att delegat. Ir-reġim ta' rapportar għandu jkun soġġett għal rieżami u rappport mill-Kummissjoni fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Ir-rieżami għanu jqis l-effikaċja tar-reġim u jqis l-iżviluppi internazzjonali inkluż kwistjonijiet ta' kompetittività u sigurtà tal-enerġija. Ir-rieżami għandu wkoll iqis l-esperjenza tal-fassala u l-utenti tal-informazzjoni dwar il-pagamenti u jqis jekk ikunx xieraq li tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali dwar il-pagament bħar-rati ta' taxxa effettivi u d-dettalji tar-riċevent, bħal informazzjoni dwar il-kont bankarju.

(33) Ir-rapporti għandhom iservu biex jiffaċilitaw lill-gvernijiet ta' pajjiżi rikki fir-riżorsi fl-implimentazzjoni tal-Prinċipji u Kriterji tal-EITI u jirrapportaw liċ-ċittadini tagħhom il-pagamenti li tali gvernijiet jirċievu mill-impriżi li joperaw fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Fil-każ ta' impriżi attivi fl-industrija estrattiva jew tal-qtugħ ta' siġar ta' foresti primarji r-rapport għandu jinkorpora d-divulgazzjonijiet abbażi tal-pajjiż u tal-proġett, fejn proġett jitqies bħala kuntratt, liċenza, kirja jew ftehim legali ieħor li fl-ambitu tiegħu topera impriża, u li minnu l-passiv speċifiku tagħha jirriżulta u fejn il-pagamenti jkunu attribwiti għal tali proġetti. Fid-dawl tal-objettiv kumplessiv tal-promozzjoni ta' governanza tajba f'dawn il-pajjiżi, il-pagamenti lil kull gvern għandhom ikunu rappurtati meta l-ammont totali tal-pagamenti, inklużi l-pagamenti in natura, li jsiru fi ħdan sena finanzjarja, jaqbeż EUR 30 000. Ir-reġim ta' rapportar għandu jkun soġġett għal rieżami u rappport mill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Ir-rieżami għanu jqis l-effikaċja tar-reġim u jqis l-iżviluppi internazzjonali inkluż kwistjonijiet ta' kompetittività u sigurtà tal-enerġija. Ir-rieżami għandu wkoll iqis l-esperjenza tal-fassala u l-utenti tal-informazzjoni u jqis jekk ikunx xieraq li tiġi inkluża informazzjoni addizzjonali bħad-dettalji tar-riċevent tal-pagamenti, bħal informazzjoni dwar il-kont bankarju.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet futuri fil-liġijiet tal-Istati Membri u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward it-tipi ta' kumpaniji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-aġġornar tal-listi ta' impriżi li jinstabu fl-Annessi I u II. L-użu ta' atti delegati huwa meħtieġ ukoll biex jiġu adattati l-kriterji tad-daqs tal-impriża, minħabba li biż-żmien l-inflazzjoni tnaqqar il-valur reali tagħhom. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta' esperti. Sabiex tiġi żgurata divulgazzjoni relevanti u ta' livell xieraq tal-pagament lill-gvernijiet mill-industriji estrattivi u ħassada tal-foresti primarji u tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kunċett ta' materjalità tal-pagamenti.

(35) Sabiex jiġu kkunsidrati l-bidliet futuri fil-liġijiet tal-Istati Membri u fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward it-tipi ta' kumpaniji, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-adattament tal-kriterji tad-daqs tal-impriża, minħabba li biż-żmien l-inflazzjoni tnaqqar il-valur reali tagħhom. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta' esperti.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadatta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 42, il-listi ta' impriżi inklużi fl-Anness I u II imsemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) 'Kost tal-produzzjoni' tfisser il-prezz tax-xiri ta' materji primi, konsumabbli u kostijiet oħra attribwibbli direttament għall-oġġett inkwistjoni. Proporzjon raġonevoli ta' kostijiet oħra attribwibbli indirettament għall-oġġett inkwistjoni jista' jiġi inkluż sakemm ikunu jirrigwardaw il-perjodu tal-produzzjoni. Il-kostijiet tad-distribuzzjoni ma jiġux inklużi;

(7) 'Kost tal-produzzjoni' tfisser il-prezz tax-xiri ta' materji primi, konsumabbli u kostijiet oħra attribwibbli direttament għall-oġġett inkwistjoni. Proporzjon raġonevoli ta' kostijiet oħra attribwibbli indirettament għall-oġġett inkwistjoni jiġi inkluż sakemm ikunu jirrigwardaw il-perjodu tal-produzzjoni. Il-kostijiet tad-distribuzzjoni ma jiġux inklużi;

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) total tal-karta bilanċjali: EUR 5,000,000;

(a) total tal-karta bilanċjali: EUR 4,500,000;

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) dħul nett: EUR 10,000,000;

(b) fatturat nett: EUR 9,000,000;

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fil-każ ta' dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont fil-munita nazzjonali ekwivalenti għall-ammonti stabiliti fil-paragrafi 1 sa 5 għandu jinkiseb billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe Direttiva li tistabilixxi dawk l-ammonti.

7. Fil-każ ta' dawk l-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont fil-munita nazzjonali ekwivalenti għall-ammonti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 għandu jinkiseb billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' kwalunkwe Direttiva li tistabilixxi dawk l-ammonti. Il-limiti minimi fil-valuta nazzjonali jistgħu jiġi kkalkulati mill-ġdid f'każ ta' varjazzjonijiet sinifikanti u dejjiema fir-rata tal-kambju. Il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida dwar dak li għandhu jiġi kkunsidrat bħala varjazzjoni sinifikanti u dejjiema u dwar kif il-limiti minimi jistgħu jiġi kkalkulati f'ambjent ta' valuta volatili.

Ġustifikazzjoni

L-artikolu ssuġġerit jaħdem f'ambjenti ta' rati tal-kambju stabbli. Ir-rata tal-kambju tal-muniti nazzjonali mal-euro jistgħu jinbidlu b'mod sinifikanti jew minħabba għażliet ta' politika fl-Istati Membri jew minħabba pressjoni esterna mis-suq f'każ ta' żbilanċi. Għandu jkun possibbli li l-limiti minimi jiġu kkalkulati mill-ġdid. L-emenda tissuġġerixxi mod li jaħseb għas-soluzzjoni tal-problema mingħajr ma jkun hemm ftuħ għal rikalkoli kontinwi.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-rapporti finanzjarji annwali jikkostitwixxu unità waħda komposta u għall-impriżi kollha jinkludu, bħala minimu, il-karta bilanċjali, ir-rapport tal-introjtu u n-noti għar-rapporti finanzjarji.

1. Ir-rapporti finanzjarji annwali jikkostitwixxu unità waħda komposta u għall-impriżi kollha jinkludu, bħala minimu, il-karta bilanċjali, ir-rapport tal-introjtu, in-noti għar-rapporti finanzjarji u r-rapporti tal-flussi tal-flus.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4a

 

Lingwaġġ universali għar-rappurtar finanzjarju

 

1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2018 ir-rapporti finanzjarji kollha jitħejjew bil-lingwaġġ universali għar-rappurtar finanzjarju (eXtensible Business Reporting Language - XBRL).

 

2. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 bil-għan li tispeċifika l-format XBRL u l-modalità ta' implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri ta' din id-dispożizzjoni. Qabel l-adozzjoni tal-att delegat, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("AETS") toħroġ opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjoni tal-format.

 

3. Qabel l-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni, flimkien mal-AETS, twettaq valutazzjoni adegwata tal-formati XBRL possibbli u tagħmel testijiet xierqa fl-Istati Membri kollha.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) l-entrati fir-rapport tal-introjtu u fil-karta bilanċjali jiġu ppreżentati wara li tiġi kkunsidrata s-sustanza tat-tranżazzjoni jew tal-arranġament;

(h) l-entrati fir-rapport tal-introjtu u fil-karta bilanċjali jiġu kklassifikati u ppreżentati wara li tiġi kkunsidrata mhux biss il-forma ġuridika iżda anki s-sustanza tat-tranżazzjoni jew tal-arranġament;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) ir-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni, u d-divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji annwali jikkunsidraw il-materjalità tal-entrati rilevanti.

(j) il-preżentazzjoni u d-divulgazzjoni fir-rapporti finanzjarji annwali jikkunsidraw il-materjalità tal-entrati rilevanti.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1)(i), l-Istati Membri jistgħu fir-rigward ta' kwalunkwe assi u obbligazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala oġġetti iħħeġġjati taħt sistema ta' kontabilità ħħeġġjata b'valur ġust, jew ta' porzjonijiet identifikati ta' dawn l-assi jew obbligazzjonijiet, jippermettu kejl fl-ammont speċifikat meħtieġ skont dik is-sistema.

5. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1)(i), l-Istati Membri jistgħu fir-rigward ta' kwalunkwe assi u obbligazzjonijiet li jikkwalifikaw bħala oġġetti iħħeġġjati taħt sistema ta' kontabilità ħħeġġjata b'valur ġust, jew ta' porzjonijiet identifikati ta' dawn l-assi jew obbligazzjonijiet, jippermettu kejl fl-ammont speċifikat meħtieġ skont dik is-sistema, sakemm dan ikun konsistenti mal-prinċipju tal-istampa veritiera u ġusta.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-istampa veritiera u ġusta hija l-istandard minimu għall-qadi tad-dmirijiet tad-diretturi fi kwistjonijiet tal-attività kontinwa u l-legalità tad-distribuzzjonijiet, xi aspetti tal-kontabilità ta' valur ġust jistgħu jmorru kontra dan. Il-Qorti Ewropew tal-Ġustizzja stqarret li r-rekwiżiti tad-direttiva dwar il-kontabilità jistgħu biss jiġu applikati b'mod li jkun konsistenti mal-prinċipju tal-istampa veritiera u ġusta, u mhux bil-maqlub.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu r-rikonoxximent, il-kejl u d-divulgazzjoni ta' strumenti finanzjarji f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

6. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jesiġu r-rikonoxximent, il-kejl u d-divulgazzjoni ta' strumenti finanzjarji f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, sakemm dan ikun konsistenti mal-prinċipju tal-istampa veritiera u ġusta.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa għall-istess raġunijiet imressqa fl-emenda tagħna għall-Artikolu 7, paragrafu 5.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni ta' inventarji ta' oġġetti tal-istess kategorija u l-entrati funġibbli kollha inklużi l-investimenti jiġu kkalkulati jew fuq il-bażi ta' prezzijiet medji peżati jew fuq il-bażi tal-metodu 'joħroġ li daħal l-ewwel' (FIFO), jew metodu simili.

8. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prezz tax-xiri jew il-kost tal-produzzjoni ta' inventarji ta' oġġetti tal-istess kategorija u l-entrati funġibbli kollha inklużi l-investimenti jiġu kkalkulati jew fuq il-bażi ta' prezzijiet medji peżati jew fuq il-bażi tal-metodu 'l-ewwel ġewwa, l-ewwel barra' (FIFO), il-metodu 'l-ewwel tal-aħħar' (LIFO), jew metodu simili.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 11 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Provvediment jirrappreżenta l-aqwa stima tal-ispejjeż li jkunu probabbli li jiġġarrbu, jew fil-każ ta' obbligazzjoni, l-ammont meħtieġ biex jissaldaha fid-data tal-karta bilanċjali.

Provvediment jirrappreżenta l-aqwa stima oġġettiva tal-ispejjeż li jkunu probabbli li jiġġarrbu, jew fil-każ ta' obbligazzjoni, l-ammont meħtieġ biex jissaldaha fid-data tal-karta bilanċjali.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15a

 

Rapport tal-flussi tal-flus

 

1. Ir-rapporti finanzjarji jinkludu r-rapport tal-flussi tal-flus.

 

2. Ir-rapport tal-flussi tal-flus jagħti l-informazzjoni relatata mal-varjazzjonijiet tal-flus u tal-ekwivalenti tal-flus ta' entità għal perjodu ta' rappurtar, u turi separatament il-varjazzjonijiet mill-attivitajiet operattivi, l-attivitajiet ta' investiment u l-attivitajiet finanzjarji. Ir-rapport irid ikun imfassal fl-aħħar sitt xhur.

 

3. Il-paragrafu 1 ma japplikax għall-impriżi u l-gruppi ż-żgħar kif deskritti rispettivament fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(4).

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) in-numru medju ta' persuni impjegati matul is-sena finanzjarja, iddettaljati f'kategoriji u, jekk ma jkunux ġew iddivulgati b'mod separat fir-rapport tal-introjtu, l-kostijiet tal-persunal fir-rigward tas-sena finanzjarja, iddettaljati f'pagi u salarji, kostijiet tas-sigurtà soċjali u kostijiet tal-pensjonijiet;

imħassar

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) xi avvenimenti importanti li seħħew mit-tmiem tas-sena finanzjarja;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni doppja mal-Artikolu 17, paragrafu 1(f).

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi medji mill-obbligu stabilit fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 safejn dan jirrigwarda informazzjoni mhux finanzjarja.

4. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impriżi mikro, żgħar u medji mill-obbligu stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 safejn dan jirrigwarda informazzjoni mhux finanzjarja.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Gruppi żgħar ikunu eżentati mill-obbligu li jfasslu rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat, ħlief meta impriża assoċjata tkun entità ta' interess pubbliku.

1. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu eżenzjoni għall-gruppi żgħar mill-obbligu li jfasslu rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat, ħlief meta impriża assoċjata tkun entità ta' interess pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Billi l-proporzjon ta' impriżi li jidħlu fi ħdan il-kategorija ta' "impriżi żgħar" kif definit mill-Artikolu 3.1 ivarja minn Stat Membru għal Stat Membru, id-direttiva għandha tħalli daqsxejn ta' flessibilità sabiex l-Istati Membri jiddeċiedu għalihom infushom dwar livell minimu potenzjalment aktar baxx għall-eżenzjonijiet mill-obbligu li jħejju rapporti finanzjarji konsolidati.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal eżenzjoni għall-gruppi medji mill-obbligu li jfasslu rapporti finanzjarji konsolidati u rapport maniġerjali konsolidat, ħlief meta impriża assoċjata tkun entità ta' interess pubbliku.

imħassar

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Ir-rapporti finanzjarji konsolidati juru l-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjonijiet finanzjarji, il-profitt jew it-telf tal-impriżi inklużi f'konsolidament daqs li kieku kienu impriża waħda.

7. Ir-rapporti finanzjarji konsolidati juru l-assi, l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjonijiet finanzjarji, il-flussi tal-flus, il-profitt jew it-telf tal-impriżi inklużi f'konsolidament daqs li kieku kienu impriża waħda.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta dan l-Artikolu jiġi applikat għall-ewwel darba, l-impriża assoċjata tintwera fil-karta bilanċjali konsolidata u f'ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon tal-kapital u tar-riżervi tal-impriża assoċjata rappreżentata bil-parteċipazzjoni. Id-differenza bejn dak l-ammont u l-valur imniżżel fil-kotba kkalkulat skont il-Kapitoli 2 u 3 tiġi ddivulgata separatament fil-karta bilanċjali konsolidata jew fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati. Dik id-differenza tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba.

2. Meta dan l-Artikolu jiġi applikat għall-ewwel darba, l-impriża assoċjata tintwera fil-karta bilanċjali konsolidata:

 

(a) fil-valur tiegħu kif jidher fil-kotba ikkalkolat skont il-Kapitoli 2 u 3. Id-differenza bejn dak il-valur u l-ammont f'ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon ta' kapital u riżervi rappreżentati b'dak l-interess parteċipanti hija divulgata separatament fil-karta bilanċjali konsolidata jew fin-noti għar-rapport finanzjarji konsolidati. Dik id-differenza tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba; jew

 

(b) f'ammont li jikkorrispondi mal-proporzjon tal-kapital u tar-riżervi tal-impriża assoċjata rappreżentata bil-parteċipazzjoni. Id-differenza bejn dak l-ammont u l-valur imniżżel fil-kotba kkalkulat skont il-Kapitoli 2 u 3 tiġi ddivulgata separatament fil-karta bilanċjali konsolidata jew fin-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati. Dik id-differenza tiġi kkalkulata fid-data li fiha dak il-metodu jkun intuża għall-ewwel darba.

 

Stat Membru jista' jippreskrivi l-applikazzjoni ta' wieħed jew iktar tal-ittra (a) u tal-ittra (b) ta' hawn fuq. Il-karta bilanċjali konsolidata jew in-noti tal-kontijiet iridu jindikaw liema ittra ntużat.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu l-kalkolu tad-differenza fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-ishma jew, meta l-ishma jkunu nkisbu f'żewġ stadji jew aktar, fid-data li fiha l-impriża saret impriża assoċjata.

Barra minn hekk, għall-finijiet tal-ittra (a) u tal-ittra (b) ta' hawn fuq, l-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu l-kalkolu tad-differenza fid-data tal-akkwiżizzjoni tal-ishma jew, meta l-ishma jkunu nkisbu f'żewġ stadji jew aktar, fid-data li fiha l-impriża saret impriża assoċjata.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Fid-divulgazzjoni tan-numru medju ta' impjegati li kienu impjegati matul is-sena finanzjarja jkun hemm divulgazzjoni separata tan-numru medju ta' impjegati li kienu impjegati mill-impriżi li ġew konsolidati b'mod proporzjonat;

imħassar

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jiżguraw li r-rapporti finanzjarji ta' entitajiet ta' interess pubbliku, ta' impriżi medji u kbar jiġu awditjati minn persuna waħda jew aktar li jkunu approvati mill-Istati Membri biex iwettqu awditjar statutorju fuq il-bażi tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-Istati Membri jiżguraw li r-rapporti finanzjarji ta' entitajiet ta' interess pubbliku, ta' impriżi żgħar, medji u kbar jiġu awditjati minn persuna waħda jew aktar li jkunu approvati mill-Istati Membri biex iwettqu awditjar statutorju fuq il-bażi tad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Stat Membru jista' jeżenta lill-impriżi żgħar kollha, jew lil uħud minnhom, minn dan ir-rekwiżit.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju.

2. Ir-rapport jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju. Fejn ditta tal-awditjar twettaq l-awditjar statutorju, ir-rapport tal-awditjar irid tal-anqas jiġi ffirmat mil-awditur(i) statutorju/i li wettaq/wettqu l-awditjar statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni meta tkun kwistjoni ta' ditta tal-awditjar.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. "Impriża attiva fl-industrija estrattiva" tfisser impriża b'attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, skoperta, l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta' minerali, żejd u depożiti ta' gass naturali, kif imsemmi fit-Taqsima B-Diviżjoni 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

imħassar

Ġustifikazzjoni

M'għandhiex tkun limitata għal xi settur partikolari, peress li għandhom jinżammu kundizzjonijiet ugwali u r-rekwiżiti ta' trasparenza suġġetti għal dan il-kapitolu huma meħtieġa għas-setturi kollha.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. "Impriża attiva fl-industrija estrattiva" tfisser impriża b'attività li tinvolvi l-esplorazzjoni, skoperta, l-iżvilupp u l-estrazzjoni ta' minerali, żejd u depożiti ta' gass naturali, kif imsemmi fit-Taqsima B-Diviżjoni 05 sa 08 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

1. "Impriża" tfisser il-kumpanija prinċipali tal-ogħla livell li tippubblika l-kontijiet fl-Unjoni Ewropea, fejn il-grupp ta' kumpaniji li għalih dik il-kumpanija prinċipali tħejji rapporti finanzjarji konsolidati jinkludi kumpaniji sussidjarji, fergħat, stabbilimenti permanenti, impriżi konġunti u impriżi assoċjati.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun ċar li d-divulgazzjoni tikkonċerna mhux biss lill-kumpanija individwali iżda tikkonċerna stabbilimenti permanenti li jagħmlu negozju f'sedi apparti dawk fejn jinsabu inkorporati, u l-impriżi u l-assoċjati konġunti anki meta r-riżultati tagħhom ma jkunux, għal finijiet oħrajn, ikkonsolidati bis-sħiħ mal-kontijiet tal-kumpanija prinċipali.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. "Impriża attiva fil-ħsad tal-foresti primarji" tfisser impriża b'attivitajiet imsemmija fit-Taqsima B-Diviżjoni 2.2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, f'foresti primarji.

imħassar

Ġustifikazzjoni

M'għandhiex tkun limitata għal xi settur partikulari, peress li għandhom jinżammu kundizzjonijiet ugwali u r-rekwiżiti ta' trasparenza suġġetti għal dan il-kapitolu huma meħtieġa għas-setturi kollha.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. "Gvern" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta' Stat Membru jew pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa (6) ta' din id-Direttiva.

3. "Gvern" tfisser kwalunkwe amministrazzjoni internazzjonali jew kwalunkwe awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali ta' Stat Membru jew pajjiż terz. Tinkludi dipartiment, aġenzija jew impriża kkontrollata minn dik l-awtorità kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa (6) ta' din id-Direttiva, jew kwalunkwe entità tal-gvern li tirċievi kwalunkwe pagament tat-tip deskritt fl-Artikolu 38 minn kwalunkwe entità kostitwenti ta' impriża.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. "Proġett" hija ekwivalenti għal unità operazzjonali relatriċi speċifika fl-aktar livell minuri fl-impriża fejn jitħejjew rapporti maniġerjali interni regolari biex jiġi mmonitorjat l-operat tagħha.

4. "Proġett" hija ekwivalenti għal kuntratt, liċenzja, kirja jew ftehim legali ieħor skont liema kumpanija topera, u li minnhom joriġinaw il-passiv ta' dħul speċifiċi tagħha.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. "Entitajiet kostitwenti" tfisser dawk il-kumpaniji sussidjarji, il-kumpaniji assoċjati, l-impriżi konġunti, l-istabbilimenti permanent u arranġamenti kummerċjali oħra li, totalment jew parzjalment, għandhom jitqiesu membri tal-impriża sal-punt li jkunu kkonsolidati fir-rapporti finanzjarji annwali ta' dik l-impriża.

Ġustifikazzjoni

Biex ikun żgurat li d-divulgazzjoni ssir ukoll għall-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati, fil-proporzjon li minnu tibbenefika l-impriża li tirrapporta.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jeħtieġu impriżi kbar u l-entitajiet ta' interess pubbliku kollha attivi fl-industrija estrattiva jew fil-ħsar ta' foresti primarji biex iħejju u jippubblikaw rapport dwar il-pagamenti li jsiru lill-gvernijiet fuq bażi annwali.

1. L-Istati Membri jeħtieġu impriżi u entitajiet ta' interess pubbliku biex iħejju u jippubblikaw rapport dwar l-attivitajiet f'kull pajjiż li fih joperaw, inklużi l-pagamenti li jsiru lill-gvernijiet, fuq bażi annwali meta tali impriżi jew entitajiet jissodisfaw jew jaqbżu tnejn minn fost dawn il-kriterji li ġejjin:

 

(a) total tal-karta bilanċjali: EUR 100,000,000;

 

(b) fatturat nett: EUR 100,000,000;

 

(c) fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom jimpjegaw 500 ruħ jew aktar.

 

Ir-rapport irid ukoll jitħejja meta l-impriżi topera f'pajjiż fil-forma ta' impriża konġunta.

 

Ir-rapport irid ikun suġġett għal awditjar statutorju.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-rapport jispeċifika li ġej f'każ ta' materjalità għall-gvern riċevent:

1. Ir-rapport jispeċifika li ġej:

(a) l-ammont totali tal-pagamenti, inkluż pagamenti in natura, magħmula lil kull gvern f'sena finanzjarja;

(a) l-ammont totali tal-pagamenti, inkluż pagamenti in natura, magħmula lil kull gvern f'sena finanzjarja, meta tali total jaqbeż EUR 30 000;

(b) l-ammont totali kull tip ta' pagament, inkluż pagamenti in natura, magħmula lil kull gvern f'sena finanzjarja;

(b) l-ammont irrappurtat skont l-ittra (a) mqassam bejn kull tip ta' pagament, inkluż pagamenti in natura.

(c) fejn dawk il-pagamenti jkunu attribwiti għal proġett speċifiku, l-ammont kull tip ta' pagament, inkluż pagamenti in natura, magħmula għal kull tali proġett matul sena finanzjarja, u l-ammont totali ta' pagamenti għal kull tali proġett.

(c) għal impriżi attivi fl-industrija estrattiva u l-qtugħ ta' foresti primarji, fejn dawk il-pagamenti jkunu attribwiti għal proġett speċifiku, l-ammont irrappurtat skont l-ittra (a) mqassam bejn kull tip ta' pagament, inklużi pagamenti in natura, magħmula għal kull tali proġett matul sena finanzjarja, u l-ammont totali ta' pagamenti għal kull tali proġett.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d) għal kull pajjiż li fih l-impriża topera:

 

- fatturat nett;

 

- kost tal-bejgħ (inkluż l-aġġustamenti tal-valur);

 

- il-profitt jew it-telf gross;

 

- il-produzzjoni;

 

- kostijiet ta' distribuzzjoni (inkluż l-aġġustamenti tal-valur);

 

- l-ispejjeż amministrattivi (inklużi l-aġġustamenti tal-valur u r-rimunerazzjoni aggregata);

 

- introjtu operattiv ieħor;

 

- aġġustamenti tal-valur fir-rigward ta' assi finanzjarji u ta' investiment miżmuma bħala attiv kurrenti.

 

- il-profitt jew it-telf qbel it-taxxa;

 

- il-profitt jew it-telf għas-sena finanzjarja.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jiġu rrapportati t-tipi ta' pagamenti li ġejjin:

2. Jiġu rrapportati t-tipi ta' pagamenti lill-gvernijiet u l-informazzjoni li ġejjin:

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) taxxi fuq il-profitti;

(b) taxxi fuq il-profitti; ir-rapport irid isemmi r-rata tat-taxxa effettiva applikata;

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2 – punt fe (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) pagamenti għal ksur tal-liġi bħal dawk għal passiv għal interventi ta' riabilitazzjoni ambjentali;

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn isiru pagamenti in natura lil gvern, dawn jiġu rapportati fil-valur u fil-volum. Fejn dawn jiġu rrapportati f'termini ta' valur, jiġu pprovduti noti ta' sostenn li jispjegaw kif ikun ġie ddeterminat il-valur tagħhom.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 42 sabiex tispeċifika l-kunċett tal-materjalità tal-pagamenti.

imħassar

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Ir-rapport jeskludi kwalunkwe tip ta' pagamenti li jsiru lil gvern f'pajjiż fejn id-divulgazzjoni pubblika ta' dan it-tip ta' pagament tkun ċarament projbita mil-leġiżlazzjoni kriminali ta' dak il-pajjiż. F'tali każijiet l-impriża tiddikkjara li ma tkunx irrapportat il-pagamenti skont il-paragrafi 1 sa 3, u tiddivulga l-isem tal-gvern konċernat.

imħassar

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Stat Membru jeħtieġ li kwalunkwe impriża kbira jew entità ta' interess pubbliku attiva fl-industrija estrattiva jew fil-ħsad ta' foresti primarji u rregolati bid-dritt nazzjonali rispettiva biex ifasslu rapport konsolidat dwar il-pagamenti lill-gvernijiet skont l-Artikoli 37 u 38 jekk dik l-impriża prinċipali tkun taħt l-obbligu li tħejji rapporti finanzjarji konsolidati kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa 23(6) ta' din id-Direttiva.

1. Stat Membru jeħtieġ li kwalunkwe impriża kbira jew entità ta' interess pubbliku attiva rregolati bid-dritt nazzjonali rispettiva biex ifasslu rapport konsolidat skont l-Artikoli 37 u 38 jekk dik l-impriża prinċipali tkun taħt l-obbligu li tħejji rapporti finanzjarji konsolidati kif stipulat fl-Artikolu 23(1) sa 23(6) ta' din id-Direttiva u jekk l-impriża prinċipalo fuq bażi konsolidata tilħaq jew taqbeż il-limiti minimi fl-Artikolu 37(1).

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Impriża ma teħtieġx tiġi inkluża f'rapport konsolidati dwar pagamenti lil gvern fejn tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

3. Impriża ma teħtieġx tiġi inkluża f'rapport konsolidat dwar pagamenti lil gvern fejn tiġi ssodisfata tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, sakemm ir-rapporti finanzjarji tal-entità kostitwenti li tagħmel il-pagament ikunu esklużi wkoll mir-rapporti finanzjarji konsolidati għall-perjodu li jsemmi r-rapport, iżda mhux jekk ma jkunux esklużi:

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprevjeni l-fatt li ma jiġux applikati l-istess standards għal pagament li jiġi inkluż fil-kontijiet iżda mhux f'dan ir-rapport.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) restrizzjonijiet severi ta' terminu twil sostanzjalment ixekklu lill-impriża prinċipali fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fuq l-assi jew il-maniġment ta' dik l-impriża;

imħassar

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta' rapport konsolidat dwar il-pagamenti lil gvern skont din id-Direttiva ma tkun tista' tinkiseb mingħajr spiża sproporzjonata jew dewmien bla bżonn.

imħassar

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta' dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligu tar-rapportar u l-modalitajiet tar-rapportar abbażi tal-proġett. Ir-rieżami għandu jqis ukoll l-iżviluppi internazzjonali u jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan għandu jitlesta mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.

Il-Kummissjoni tirrieżamina u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja ta' dan il-Kapitolu, partikolarment fir-rigward tal-ambitu tal-obbligu tar-rapportar tal-limiti minimi fl-Artikolu 37(1) u l-Artikolu 38(1)(a) u l-modalitajiet tar-rapportar abbażi tal-proġett. Ir-rieżami għandu jqis ukoll l-iżviluppi internazzjonali u jikkunsidra l-effetti fuq il-kompetittività u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan għandu jitlesta mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq.

PROĊEDURA

Titolu

Ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi

Referenzi

COM(2011)0684 – C7-0393/2011 – 2011/0308(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.11.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Wolf Klinz

25.10.2011

Eżami fil-kumitat

20.3.2012

30.5.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Elena Băsescu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Sławomir Witold Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sari Essayah, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Sirpa Pietikäinen, Emilie Turunen

PROĊEDURA

Titolu

Ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi

Referenzi

COM(2011)0684 – C7-0393/2011 – 2011/0308(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.10.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.11.2011

DEVE

15.3.2012

INTA

15.3.2012

ECON

15.11.2011

 

EMPL

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

15.12.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Klaus-Heiner Lehne

21.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

19.12.2011

27.3.2012

18.6.2012

10.7.2012

Data tal-adozzjoni

18.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Eva Lichtenberger, Arlene McCarthy, Angelika Niebler, Dagmar Roth-Behrendt, József Szájer

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jacek Włosowicz

Data tat-tressiq

21.9.2012