RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999

19.6.2013 - (17427/1/2012 – C7-0051/2013– 2006/0084(COD)) - ***II

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Ingeborg Gräßle


Proċedura : 2006/0084(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0225/2013

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999

(17427/1/2012 – C7-0051/2013 – 2006/0084(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

-    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17427/1/2012 –C7-0051/2013),

–    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-12 ta' Lulju 2011[1]

-    wara li kkunsdira l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[2] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0244),

–    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni emendata (COM (2011)0135),

-    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

-    wara li kkunsidra r-Regola 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

-    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0225/2013),

1.   Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.   Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.   Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.   Jinnota li l-att ġie adottat skont il-pożizzjoni tal-Kunsill;

5.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

6.   Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, wara li jkun ġie verifikat li l-proċeduri kollha jkunu saru kif dovut, u, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jippubblikah fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u l-Parlamenti nazzjonali.

  • [1]  ĠU C 254, 30.8.2011, p. 1.
  • [2]  ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 201.

ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

"Kull darba li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaħtru membri ġodda tal-tal-Kumitat Superviżorju ġdid għandhom jinnominaw wkoll lil dawn il-membri biex jieħdu kariga fis-sostituzzjoni parzjali li jmiss."

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

"Il-Kummissjoni tikkonferma li l-Uffiċċju ddikjara li se jaġixxi dejjem f'konformità mal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew, u jirrispetta bis-sħiħ il-libertà u l-indipendenza tal-Membri kif previst fl-Artikolu 2 tal-Istatut."

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

"Il-Kummissjoni beħsiebha żżomm is-setgħat attwali tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi biex jiġu stabbiliti t-termini u l-arranġamenti dettaljati għar-reklutaġġ fl-Uffiċċju, b'mod partikolari fir-rigward tat-tul tal-kuntratti u t-tiġdid tagħhom."

NOTA SPJEGATTIVA

Objettiv tal-proposta tal-Kummissjoni

1.   Il-proposta emendata tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (KE) 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi tiffoka fuq it-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali tal-persuni kkonċernati fl-investigazzjonijiet tal-OLAF u fuq it-titjib fl-effiċjenza tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, kif ukoll fuq it-titjib fil-kooperazzjoni mas-sħab tiegħu (istituzzjonijiet u korpi tal-UE, l-Istati Membri, organizzazzjonijiet internazzjonali). Il-proposta timmira wkoll li tikkjarifika l-irwol tal-Kumitat Superviżorju tal-OLAF u tistabbilixxi skambju ta' fehmiet mal-istituzzjonijiet fil-livell politiku sabiex jiġu diskussi l-prijoritajiet politiċi ta' OLAF'

Kummenti addizzjonali dwar avvenimenti riċenti relatati mal-attivitajiet investigattivi ta' OLAF

Ir-rapporteur,

2.   Tesprimi l-apprezzament tagħha għall-kooperazzjoni kostruttiva bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament fit-tħejjija tar-riforma ta' OLAF;

3.   Tenfasizza li wara l-konklużjoni b'suċċess tal-laqgħat tat-trijalogu, informazzjoni ġdida saret evidenti;

4.   Tinnota li safrattant il-Kumitat Superviżorju ta' OLAF (OLAF-SC) għandu dubji dwar jekk id-dritt ta' superviżjoni tiegħu ġie rispettat u jekk id-drittijiet tal-persuni taħt investigazzjoni amministrattiva ġewx ippreservati;

5.   Tiddeplora l-fatt li l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit ma ngħatax aċċess għar-rapport ta' OLAF-SC abbozzat skont l-Artikolu 11 tar-regolament OLAF, li ntbagħat lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fid-29 ta' Jannar 2013 u li preżumibbilment jikkummenta dwar il-proċeduri investigattivi ta' OLAF;

6.   Titlob lill-President tiegħu jagħti aċċess għal dan ir-rapport lill-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-forma xierqa, mingħajr dewmien;

7.   Tiġbed l-attenzjoni għad-dikjarazzjoni pubblika li saret minn Herbert Bösch, Membru tal-OLAF-SC, matul il-laqgħa tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fid-19 ta' Marzu 2013, fejn wissa kontra ksur tad-drittijiet fundamentali matul investigazzjonijiet amministrattivi tal-OLAF u fejn talab lill-Membri jikkonsultaw ir-rapport ippreżentat minn OLAF-SC lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fid-29 ta' Jannar 2013[1]

8.   Tilqa' l-pubblikazzjoni, fit-22 ta' April 2013, tar-Rapport ta' Attività Annwali ta' OLAF-SC għall-2012;

9.   Tiġbed l-attenzjoni għal-laqgħa tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tat-23 ta' April 2013, li matulha dan ir-rapport ġie ppreżentat minn OLAF -SC lill-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, fil-preżenza tad-Direttur-Ġenerali ta' OLAF;

10. Tfakkar it-tħassib espress mill-membri ta' OLAF-SC f'din il-laqgħa fir-rigward tal-ħidma investigattiva ta' OLAF, li ġew ukoll imfissra fil-qosor fl-Anness 3 tar-Rapport ta' Attività Annwali ta' OLAF-SC għall-2012, billi tirreferi, fost affarijiet oħra:

a.    għall-miżuri investigattivi li OLAF huwa intitolat li jwettaq;

b.   għar-rispett tal-garanziji proċedurali u għad-drittijiet fundamentali kif ukoll għar-rwol ta' OLAF-SC f'dan ir-rigward;

c.    għall-kontroll tal-legalità tal-investigazzjonijiet ta' OLAF u r-rispett għad-dritt nazzjonali tal-Istati Membri;

d.   għall-parteċipazzjoni diretta tad-Direttorat-Ġenerali ta' OLAF fl-attivitajiet investigattivi;

11. Bi ħsiebha tassigura ruħha li r-regolament rieżaminat ta' OLAF jinkludi l-proċeduri amministrattivi u l-mekkaniżmi ta' salvagwardja kollha meħtieġa għall-ħarsien tar-rwol ta' OLAF-SC u tad-drittijiet tal-individwi taħt investigazzjoni amministrattiva;

12. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jikkooperaw mal-Parlament sabiex jiġi żgurat l-aħjar riżultat possibbli, għar-riforma tal-OLAF;

Informazzjoni ta' sfond

13. Fl-4 ta' Lulju 2006, il-Kummissjoni ressqet lill-Parlament u lill-Kunsill il-proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet li saru mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)[2]

14. Fl-20 ta' Novembru 2008, il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u r-riżoluzzjoni leġiżlattiva li jakkumpanjaha[3]

15. Fis-6 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni ħarġet dokument ta' riflessjoni dwar ir-riforma ta' OLAF[4] bil-għan li jiġu identifikati punti konverġenti u diverġenti fil-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar il-proposta inizjali tal-Kummissjoni, u biex jintlaħaq kunsens dwar il-kwistjonijiet prinċipali involuti;

16. Bħala riżultat tad-diskussjonijiet intensivi fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Ġlieda Kontra l-Frodi, il-Kunsill ressaq, fis-6 ta' Diċembru 2010, konklużjonijiet dwar il-karta ta' riflessjoni tal-Kummissjoni[5];

17. Wara dan il-proċess ta' riflessjoni, il-Kummissjoni ressqet proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet li saru mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 fit-18 ta' Marzu 2011[6]

18. Il-Parlament Ewropew stabbilixxa il-mandat ta' negozjar tiegħu fuq il-proposta emendata tal-Kummissjoni billi afferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fuq il-proposta inizjali tal-Kummissjoni;

19. Opinijiet tressqu mill-Qorti tal-Awdituri Ewropea fit-12 ta' Lulju 2011[7] u mis-Superviżur tal-Protezzjoni tad-Data fl-1 ta' Ġunju 2011[8];

20. Skont il-paragrafi 16 sa 18 tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar Arranġamenti Prattiċi għall-Proċedura Kodeċiżjonali[9] il-Presidenza tal-Kunsill, li topera taħt mandat mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti[10] innegozjat mal-Parlament Ewropew, fil-kuntest ta' diskussjonijiet tripartitiċi informali li seħħew minn Ottubru 2011 sa Ġunju 2012, bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim fl-istadju tal-ewwel qari tal-Kunsill;

21. Il-laqgħat tat-trijalogu ġew konklużi b'suċċess fit-8 ta' Ġunju 2012;

22. Fil-25 ta' Lulju 2012, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti approva t-test ta' kompromess miftiehem fl-aħħar trijalogu informali tat-8 ta' Ġunju 2012; dan il-ftehim ġie kkonfermat mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Kontroll tal-Baġit (CONT) fit-8 ta' Ottubru 2012, u bħala segwitu il-President tiegħu bagħat ittra lill-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti fejn ikkonferma li, fil-każ li l-Kunsill jadotta it-test, kien se jirrakkomanda lill-Plenarja taċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi;

23. Sussegwentement, matul il-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Diċembru 2012, il-Kunsill ikkonferma l-ftehim politiku dwar it-test miftiehem kif stipulat fid-dokument 16546/12 u 12735/12 ADD1;

24. Il-Kunsill adotta l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata fil-25 ta' Frar 2013 flimkien ma' żewġ dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni u dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni;

25. Il-Kummissjoni aċċettat l-emendi għall-proposta tagħha fil-komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2013[11];

26. L-eżitu tal-ewwel qari tal-Kunsill tħabbar lil CONT matul il-laqgħa tiegħu tad-18/19 ta' Marzu 2013.

  • [1]           http://www.europarl.europa.eu/ep-live/en/committees/video?event=20130319-0900-COMMITTEE-CONT
  • [2]           COM(2006)0244.
  • [3]           ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 201.
  • [4]        SEC(2010)0859.
  • [5]           Dokument 16833/10.
  • [6]           COM(2011)0135.
  • [7]           ĠU C 254, 30.8.2011, p. 1.
  • [8]          ĠU C 279, 23.9.2011, p. 11.
  • [9]          ĠU C 145, 30.6.2007, p. 5.
  • [10]          Dokument 12140/11 ADD1.
  • [11]          COM(2013)0140.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)

Referenzi

17427/1/2012 – C7-0051/2013 – 2006/0084(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

20.11.2008                     T6-0553/2008

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2006)0244 - C6-0228/2006

Proposta emendata tal-Kummissjoni

COM(2011)0135

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

14.3.2013

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

14.3.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ingeborg Gräßle

27.3.2007

 

 

 

Data tal-adozzjoni

18.6.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Zuzana Brzobohatá, Martin Ehrenhauser, Ingeborg Gräßle, Jan Mulder, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Michael Theurer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelis de Jong, Esther de Lange, Karin Kadenbach, Ivailo Kalfin

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vasilica Viorica Dăncilă, Verónica Lope Fontagné, Janusz Władysław Zemke

Data tat-tressiq

19.6.2013