RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali)

21.11.2013 - (COM(2012)0011 – C7‑0025/2012 – 2012/0011(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Jan Philipp Albrecht


Proċedura : 2012/0011(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0402/2013

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali)

(COM(2012)0011 – C7‑0025/2012 – 2012/0011(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 16(2) u 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0162/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ​​mressqa mill-Kamra tar-Rappreżentanti Belġjana, il-Bundesrat Ġermaniż, is-Senat Franċiż, il-Kamra tad-Deputati tal-Italja u l-Parlament Svediż, skont il-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2012[1],

–   wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-7 ta' Marzu 2012 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tal-1 ta' Ottubru 2012,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0402/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda                      1

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Dan ir-Regolament la jindirizza kwistjonijiet ta’ protezzjoni ta’ libertajiet u drittijiet fundamentali jew il-fluss ħieles ta’ dejta relatata ma’ attivitajiet li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, u lanqas ikopri l-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, li huma soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 45/200144, jew l-ipproċessar tad-dejta personali mill-Istati Membri meta jitwettqu attivitajiet fir-rigward tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-Unjoni.

(14) Dan ir-Regolament la jindirizza kwistjonijiet ta’ protezzjoni ta’ libertajiet u drittijiet fundamentali jew il-fluss ħieles ta’ dejta relatata ma’ attivitajiet li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 għandu jiġi allinjat ma' dan ir-Regolament u applikat bi qbil ma' dan ir-Regolament.

____________

______________

44 ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

1 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-ipproċessar ta-dejta personali minn persuna fiżika, li hija esklussivament personali jew domestika, bħall-korrispondenza u l-pussess ta’ indirizzi, u mingħajr l-ebda interess bi qligħ u b’hekk mingħajr l-ebda rabta ma’ attività professjonali jew kummerċjali. L-eżenzjoni m’għandhiex tapplika wkoll għal kontrolluri u proċessuri li jipprovdu l-mezzi għall-ipproċessar tad-dejta personali għal dawn l-attivitajiet domestiċi jew personali.

(15) Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali minn persuna fiżika, li hija esklussivament personali, relatata mal-familja, jew domestika, bħall-korrispondenza u l-pussess ta’ indirizzi jew il-bejgħ privat u mingħajr l-ebda rabta ma’ attività professjonali jew kummerċjali. Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal kontrolluri u proċessuri li jagħtu l-mezzi għall-ipproċessar tad-dejta personali għal tali attivitajiet personali jew domestiċi.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Dan ir-Regolament jippermetti li jiġi meqjus il-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

(18) Dan ir-Regolament jippermetti li jiġi meqjus il-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament. Id-dejta personali f’dokumenti li jinżammu minn awtorità pubblika jew korp pubbliku tista’ tiġi żvelata minn dik l-awtorità jew dak il-korp skont il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru fir-rigward tal-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali, għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta mad-dritt tal-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali u tikkostitwixxi bilanċ ġust tad-diversi interessi involuti.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Sabiex ikun assigurat li l-individwi ma jkunux imċaħħda mill-protezzjoni li huma intitolati għaliha taħt dan ir-Regolament, l-ipproċessar ta’ dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, għandu jkun soġġett għal dan ir-Regolament meta l-attivitajiet ta’ pproċessar huma relatati mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil dawn is-suġġetti tad-dejta, jew mal-monitoraġġ tal-imġiba ta’ dawn is-suġġetti tad-dejta.

(20) Sabiex ikun assigurat li l-individwi ma jkunux imċaħħda mill-protezzjoni li huma intitolati għaliha taħt dan ir-Regolament, l-ipproċessar ta’ dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, għandu jkun soġġett għal dan ir-Regolament meta l-attivitajiet ta’ pproċessar huma relatati mal-offerta ta’ prodotti jew servizz lil dawn is-suġġetti tad-dejta, irrispettivament mir-rabta jew le ma' pagament, jew mal-monitoraġġ ta’ dawn is-suġġetti tad-dejta. Sabiex jiġi determinat jekk tali kontrollur ikunx qiegħed joffri prodotti jew servizzi lil tali suġġetti tad-dejta fl-Unjoni, għandu jiġi aċċertat jekk ikunx jidher li l-kontrollur ikun qiegħed jipprevedi l-offerta ta' servizzi lil suġġetti tad-dejta li jgħixu fi Stat Membru wieħed jew aktar fl-Unjoni.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex ikun iddeterminat jekk attività ta’ pproċessar tistax titqies li ‘tissorvelja l-imġiba’ tas-suġġetti tad-dejta, għandu jkun aċċertat jekk l-individwi humiex segwiti fuq l-internet b’tekniki ta’ pproċessar tad-dejta li jikkonsistu mill-applikazzjoni ta’ ‘profil’ lil individwu, b’mod partikolari sabiex jittieħdu deċiżjonijiet li jirrigwardawh/a jew għall-analiżi jew it-tbassir tal-preferenzi, l-imġiba, l-attitudnijiet personali tiegħu/tagħha.

(21) Sabiex ikun iddeterminat jekk attività ta’ pproċessar tistax titqies li ‘tissorvelja’ s-suġġetti tad-dejta, għandu jkun aċċertat jekk l-individwi humiex segwiti, tkun xi tkun l-oriġini tad-dejta, jew jekk dejta oħra dwarhom tinġabar, inkluż minn reġistri pubbliċi u avviżi fl-Unjoni li huma aċċessibbli minn barra l-Unjoni, inkluż bl-intenzjoni li tintuża , jew il-potenzjal ta' użu sussegwenti ta’ tekniki ta’ pproċessar tad-dejta li jikkonsistu mill-applikazzjoni ta’ ‘profil’, b’mod partikolari sabiex jittieħdu deċiżjonijiet li jirrigwardawh/a jew għall-analiżi jew it-tbassir tal-preferenzi, l-imġiba, l-attitudnijiet personali tiegħu/tagħha.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-prinċipji tal-protezzjoni għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna hijiex identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra sabiex tidentifika lill-individwu. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta ma għandhomx japplikaw għal dejta li tku saret anonima b’mod li s-suġġett tad-dejta ma jibqax identifikabbli.

(23) Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna hijiex identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment x'aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra sabiex individwu jiġi identifikat jew magħżul direttament jew indirettament. Sabiex jiġi aċċertat liema mezzi raġonevolment x'aktarx jintużaw għall-identifikazzjoni ta' individwu, għandu jittieħed kont tal-fatturi oġġettivi kollha, bħall-ispejjeż tal-identifikazzjoni u l-ammont ta' żmien meħtieġ għaliha, b'kont meħud kemm tat-teknoloġija disponibbli fil-mument tal-ipproċessar kif ukoll tal-iżvilupp teknoloġiku. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta ma għandhomx japplikaw, għalhekk, għal deta anonima, li hija informazzjoni li mhijiex marbuta ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma jikkonċernax l-ipproċessar ta' tali dejta anonima, inkluż għal finijiet ta' statistika jew riċerka.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Meta jużaw is-servizzi onlajn, l-individwi jistgħu jiġu assoċjati ma’ identifikaturi onlajn ipprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli tagħhom, bħal indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew identifikaturi tal-cookies. Dan jista’ jħalli traċċi li, flimkien ma’ identifikaturi uniċi u informazzjoni oħra li jirċievu s-servers, jistgħu jintużaw sabiex jinħolqu profili tal-individwi u jidentifikawhom, dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar li jinvolvi dejta bħal din. Minn dan isegwi li n-numri ta’ identifikazzjoni, id-dejta ta’ lokazzjoni, l-identifikaturi onlajn jew fatturi speċifiċi oħra bħala tali ma għandhomx bżonn neċessajament li jiġu kkunsidrati bħala dejta personali fiċ-ċirkostanzi kollha.

(24) Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli għall-ipproċessar li jinvolvi identifikaturi pprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli, bħal indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew identifikaturi tal-cookies u t-tags tal-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju, sakemm dawk l-identifikaturi ma jkunux marbuta ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-kunsens għandu jingħata b’mod espliċitu permezz ta’ kwalunkwe metodu xieraq li jippermetti indikazzjoni speċifika u informata mogħtija liberament ta’ dak li jixtieq is-suġġett tad-dejta, jew fuq dikjarazzjoni jew minn azzjoni affermattiva mis-suġġett tad-dejta, li jassigura li l-individwi huma konxji li qegħdin jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta’ dejta personali, inkluż billi jimmarkaw kaxxa meta jżuru sit elettroniku tal-Internet jew kwalunkwe dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f’dan il-kuntest tindika b’mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-dejta tal-ipproċessar propost tad-dejta personali tiegħu. Is-silenzju jew in-nuqqas ta’ attività għaldaqstant ma għandhomx jitqiesu bħala kunsens. Il-kunsens għandu jkopri l-attivitajiet ta’ pproċessar kollu li jsir għall-istess għan jew għanijiet. Jekk il-kunsens tas-suġġett għandu jingħata wara talba elettronika, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li qegħda tiġi pprovduta għalih.

(25) Il-kunsens għandu jingħata b’mod espliċitu permezz ta’ kwalunkwe metodu xieraq li jippermetti indikazzjoni speċifika u informata mogħtija liberament ta’ dak li jixtieq is-suġġett tad-dejta, jew fuq dikjarazzjoni jew minn azzjoni affermattiva li tirriżulta mill-għażla tas-suġġett tad-dejta, li jassigura li l-individwi huma konxji li qegħdin jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta’ dejta personali. Azzjoni affermattiva ċara tista' tinkludi l-immarkar ta' kaxxa meta jżuru sit elettroniku tal-Internet jew kwalunkwe dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f’dan il-kuntest tindika b’mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-dejta tal-ipproċessar propost tad-dejta personali tiegħu. Is-silenzju, l-użu sempliċi ta' servizz jew in-nuqqas ta’ attività għaldaqstant ma għandhomx jitqiesu bħala kunsens. Il-kunsens għandu jkopri l-attivitajiet ta’ pproċessar kollu li jsir għall-istess għan jew għanijiet. Jekk il-kunsens tas-suġġett għandu jingħata wara talba elettronika, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li qegħda tiġi pprovduta għalih.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) It-tfal jixirqilhom protezzjoni speċifika tad-dejta personali tagħhom, minħabba li dawn jistgħu jkunu inqas konxji tar-riskji, il-konsegwenzi, is-salvagwardji u d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali. Sabiex ikun stabbilit jekk individwu huwiex minorenni, dan ir-Regolament għandu jassumi d-definizzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti.

(29) It-tfal jixirqilhom protezzjoni speċifika tad-dejta personali tagħhom, minħabba li dawn jistgħu jkunu inqas konxji tar-riskji, il-konsegwenzi, is-salvagwardji u d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali. Fejn l-ipproċessar ta' dejta jkun ibbażat fuq il-kunsens tas-soġġett tad-dejta b'rabta mal-offerta ta' prodotti jew servizzi direttament lil tifel, il-kunsens għandu jingħata jew awtorizzat mill-ġenitur jew gwardjan legali tat-tifel fil-każijiet fejn it-tifel ikun taħt l-età ta' 13-il sena. Lingwaċċ xieraq għall-età għandu jintuża fejn it-tfal ikunu fl-udjenza fil-mira. Raġunijiet oħrajn għall-ipproċessar legali bħal raġunijiet ta' interess pubbliku għandhom jibqgħu applikabbli, bħal għall-ipproċessar fil-kuntest ta' servizzi preventivi jew ta' konsulenza offruti direttament lil tifel.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Sabiex l-ipproċessar ikun legali, id-dejta personali għandha tkun ipproċessata fuq il-bażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew xi bażi leġittima oħra, stabbilita mil-liġi, jew f’dan ir-Regolament jew f’liġi oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru kif imsemmi f’dan ir-Regolament.

(31) Sabiex l-ipproċessar ikun legali, id-dejta personali għandha tkun ipproċessata fuq il-bażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew xi bażi leġittima oħra, stabbilita mil-liġi, jew f’dan ir-Regolament jew f’liġi oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru kif imsemmi f’dan ir-Regolament. Fil-każ li tifel jew persuna li nieqes/nieqsa mill-kapaċità legali, il-liġi tal-Unjoni jew l-Istat Membru rilevanti għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet skont liema l-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat minn dik il-persuna.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jkollu l-oneru li jipprova li s-suġġett tad-dejta ta l-kunsens tiegħu għall-operazzjoni ta’ pproċessar. B’mod partikolari fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub fuq kwistjoni oħra, is-salvagwardji għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-dejta huwa konxju dwar u sa liema punt ta l-kunsens.

(32) Meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jkollu l-oneru li jipprova li s-suġġett tad-dejta ta l-kunsens tiegħu għall-operazzjoni ta’ pproċessar. B’mod partikolari fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub fuq kwistjoni oħra, is-salvagwardji għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-dejta huwa konxju dwar u sa liema punt ta l-kunsens. Biex jikkonforma mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-dejta, l-oneru m’għandux jinftiehem li jirrikjedi l-identifikazzjoni pożittiva tas-suġġetti tad-dejta sakemm dan ma jkunx meħtieġ. B'mod simili għat-termini tal-liġi ċivili (eż id-Direttiva 93/13/KEE1), il-politiki tal-protezzjoni tad-dejta għandhom ikunu ċari u trasparenti kemm jista' jkun. M'għandhomx ikun fihom klawżoli moħbijin jew żvantaġġużi. Il-kunsens ma jistax jingħata għall-ipproċessar ta' dejta personali ta' persuni terzi.

 

1 Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Sabiex ikun żgurat kunsens liberu, għandu jkun iċċarat li l-kunsens ma jipprovdix bażi legali valida meta l-individwu ma jkollu l-ebda għażla ġenwina u libera u sussegwentement ma jkunx jista’ jirrifjuta jew jirtira l-kunsens mingħajr ħsara.

(33) Sabiex ikun żgurat kunsens liberu, għandu jkun iċċarat li l-kunsens ma jipprovdix bażi legali valida meta l-individwu ma jkollu l-ebda għażla ġenwina u libera u sussegwentement ma jkunx jista’ jirrifjuta jew jirtira l-kunsens mingħajr ħsara. B'mod speċjali dan hu l-każ jekk il-kontrollur ikun awtorità pubblika li tista' timponi obbligu permezz tas-setgħat pubbliċi rilevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li jkun ingħata b'mod liberu. L-użu ta’ opzjonijiet awtomatiċi li s-suġġett tad-dejta huwa meħtieġ li jimmodifika biex joġġezzjona għall-ipproċessar, bħal kaxxi diġà mmarkati, ma jesprimix kunsens liberu. Il-kunsens għall-ipproċessar ta' dejta personali addizzjonali li mhijiex meħtieġa għall-għoti ta' servizz m'għandux ikun rikjest għall-użu tas-servizz. Meta jiġi rtirat il-kunsens, dan jista' jippermetti l-waqfien jew in-nuqqas ta' twettiq ta' servizz li jiddependi fuq id-dejta. Fejn il-konklużjoni tal-għan maħsub ma tkunx ċara, il-kontrollur għandu, b'intervalli regolari, jagħti l-informazzjoni dwar l-ipproċessar lis-suġġett tad-dejta u jitlob affermazzjoni mill-ġdid tal-kunsens tiegħu.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-kunsens m’għandhux jipprovdi raġuni legali valida għall-ipproċessar tad-dejta personali, meta jkun hemm żbilanċ ċar bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur. Dan huwa speċjalment il-każ fejn is-suġġett tad-data jinsab f’sitwazzjoni ta’ dipendenza mill-kontrollur, fost oħrajn, fejn id-dejta personali hija pproċessata mill-impjegatur tad-dejta personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg. Fejn il-kontrullur huwa awtorità pubblika, jkun hemm żbilanċ biss fl-operazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta fejn l-awtorità pubblika tista' timponi obbligu permezz tas-setgħat pubbliċi relevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li ġie mogħti awtomatikament, filwaqt li jittiieħed kont tal-interessi tas-suġġett tad-dejta.

imħassar

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Meta l-ipproċessar isir f’konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur jew meta l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali fil-liġi tal-Unjoni, jew fil-liġi ta’ Stat Membru li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għal kwalunkwe limitazzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet. Hija wkoll il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk il-kontrollur li qed iwettaq il-kompitu fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali għandux ikun amministrazzjoni pubblika jew xi persuna fiżika jew ġuridika oħra rregolata mil-liġi pubblika, jew mil-liġi privata bħal assoċjazzjoni professjonali.

(36) Meta l-ipproċessar isir f’konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur jew meta l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali fil-liġi tal-Unjoni, jew fil-liġi ta’ Stat Membru li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għal kwalunkwe limitazzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet. Dan għandu jinkludi wkoll ftehimiet kollettivi li jistgħu jiġu rikonoxxuti skont il-liġi nazzjonali bħala ġeneralment validi. Hija wkoll il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk il-kontrollur li qed iwettaq il-kompitu fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali għandux ikun amministrazzjoni pubblika jew xi persuna fiżika jew ġuridika oħra rregolata mil-liġi pubblika, jew mil-liġi privata bħal assoċjazzjoni professjonali.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) L-interessi leġittimi ta’ kontrollur jistgħu jipprovdu bażi legali għall-ipproċessar, diment li l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jkunux aktar importanti. Dan ikun jeħtieġ evalwazzjoni attenta b’mod partikolari fejn is-suġġett tad-dejta jkun minorenni, minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar, għal raġunijiet li huma relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom u mingħajr ħlas. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, il-kontrollur għandu jkun obbligat li jinforma espliċitament lis-suġġett tad-dejta dwar l-interessi leġittimi segwiti u dwar id-dritt li joġġezzjona, u jkun obbligat ukoll li jiddokumenta dawn l-interessi leġittimi. Minħabba li hija r-responsabbiltà tal-leġiżlatur li jipprovdi bil-liġi l-bażi legali għall-awtoritajiet pubbliċi sabiex jipproċessaw id-dejta, din il-bażi legali ma għandhiex tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(38) L-interessi leġittimi tal-kontrollur, jew fil-każ ta' żvelar, tal-parti terza lil min id-dejta tiġi żvelata, jistgħu jipprovdu bażi legali għall-ipproċessar, diment li jissodisfaw l-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-dejta abbażi tar-relazzjoni tiegħu mal-kontrollur u li l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jkunux aktar importanti. Dan ikun jeħtieġ evalwazzjoni attenta b’mod partikolari fejn is-suġġett tad-dejta jkun minorenni, minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika. Sakemm l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jkunux iktar importanti, l-ipproċessar limitat għad-dejta psewdonima għandu jkun maħsub li jissodisfa l-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-dejta abbażi tar-relazzjoni tiegħu mal-kontrollur. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar mingħajr ħlas. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, il-kontrollur għandu jkun obbligat li jinforma espliċitament lis-suġġett tad-dejta dwar l-interessi leġittimi segwiti u dwar id-dritt li joġġezzjona, u jkun obbligat ukoll li jiddokumenta dawn l-interessi leġittimi. L-interessi u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta jistgħu, b'mod partikolari, isiru iktar importanti mill-interess tal-kontrollur tad-dejta fejn tkun ipproċessata dejta personali f'ċirkostanzi fejn is-suġġetti tad-dejta ma jistennewx b'mod raġonevoli iktar proċessar. Minħabba li hija r-responsabbiltà tal-leġiżlatur li jipprovdi bil-liġi l-bażi legali għall-awtoritajiet pubbliċi sabiex jipproċessaw id-dejta, din il-bażi legali ma għandhiex tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) L-ipproċessar tad-dejta sal-punt li huwa strettament meħtieġ għall-finijiet li tiġi żgurata s-sigurtà tal-informazzjoni u n-netwerk, jiġifieri l-kapaċità ta’ netwerk jew ta’ sistema ta’ informazzjoni li tirreżisti, b’ċertu livell ta’ fiduċja, għal avvenimenti aċċidentali jew azzjonijiet illegali jew malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta maħżuna jew trażmessa, u s-sigurtà tas-servizzi relatati offruti minn, jew aċċessibbli permezz ta’ dawn in-netwerks u s-sistemi, mill-awtoritajiet pubbliċi, Skwadri ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters - CERTs, Skwadri ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters - CSIRTs, fornituri ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u minn fornituri ta’ teknoloġiji u servizzi għas-sigurtà, jikkostitwixxi interess leġittimu tal-kontrollur tad-dejta kkonċernat. Dan jista’, pereżempju, jinkludi l-prevenzjoni ta’ aċċess mhux awtorizzat għal netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika u d-distribuzzjoni ta’ kodiċi malizzjuż u l-waqfien ta’ attakki ta’ “ċaħda mis-servizz” u l-ħsara lill-kompjuter u lil sistemi ta’ komunikazzjoni elettronika.

(39) L-ipproċessar tad-dejta sal-punt li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat għall-finijiet li tiġi żgurata s-sigurtà tal-informazzjoni u n-netwerk, jiġifieri l-kapaċità ta’ netwerk jew ta’ sistema ta’ informazzjoni li tirreżisti għal avvenimenti aċċidentali jew azzjonijiet illegali jew malizzjużi li jikkompromettu d-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-dejta maħżuna jew trażmessa, u s-sigurtà tas-servizzi relatati offruti minn, jew aċċessibbli permezz ta’ dawn in-netwerks u s-sistemi, mill-awtoritajiet pubbliċi, Skwadri ta’ Rispons f’Emerġenza relatata mal-Kompjuters - CERTs, Skwadri ta’ Rispons għal Inċidenti relatati mas-Sigurtà tal-Kompjuters - CSIRTs, fornituri ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u minn fornituri ta’ teknoloġiji u servizzi għas-sigurtà jikkostitwixxi interess leġittimu tal-kontrollur tad-dejta kkonċernat. Dan jista’, pereżempju, jinkludi l-prevenzjoni ta’ aċċess mhux awtorizzat għal netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika u d-distribuzzjoni ta’ kodiċi malizzjuż u l-waqfien ta’ attakki ta’ “ċaħda mis-servizz” u l-ħsara lill-kompjuter u lil sistemi ta’ komunikazzjoni elettronika. Dan il-prinċipju japplika wkoll għall-ipproċessar ta' dejta personali għar-restrizzjoni ta' aċċess abbużiv għal u użu ta' sistemi ta' netwerk jew informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, bħall-projbizzjoni ta' identifikaturi elettroniċi.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a) Sakemm l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jkunux iktar importanti, il-prevenzjoni jew il-limitazzjoni tal-ħsara fuq in-naħa tal-kontrollur tad-dejta għandhom jitqiesu bħala mwettqa fl-interess leġittimu tal-kontrollur tad-dejta jew, fil-każ ta' żvelar, tal-parti terza lil min tiġi żvelata id-dejta, u bħala li jissodisfaw l-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-dejta abbażi tar-relazzjoni tiegħu mal-kontrollur. L-istess prinċipju japplika wkoll għall-infurzar ta' talbiet legali kontra suġġett tad-dejta, bħall-ġbir ta' dejn jew danni u rimedji ċivili.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 39b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39b) Sakemm l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jkunux iktar importanti, l-ipproċessar tad-dejta personali għall-finijiet tal-kummerċjalizzazzjoni diretta għal prodotti u servizzi proprji jew simili jew għall-finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta postali għandu jitqies bħala mwettaq fl-interess leġittimu tal-kontrollur, jew fil-każ ta' żvelar, tal-parti terza lil min tiġi żvelata d-dejta, u bħala li jissodisfa l-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-dejta abbażi tar-relazzjoni tiegħu mal-kontrollur jekk tingħata informazzjoni viżibbli ħafna dwar id-dritt tal-oġġezzjonar u dwar is-sors tad-dejta personali. L-ipproċessar tad-dettalji ta' kuntatt ta' negozju ġeneralment għandhom jitqiesu bħala mwettqa fl-interess leġittimu tal-kontrollur, jew fil-każ ta' żvelar, tal-parti terza lil min tiġi żvelata d-dejta, u bħala sodisfaċenti għall-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-dejta abbażi tar-relazzjoni tiegħu mal-kontrollur. L-istess għandu japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali li jsir b'mod ċar għall-pubbliku mis-suġġett tad-dejta.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) L-ipproċessar ta’ dejta personali għal finijiet oħra għandu jkun permess biss meta l-ipproċessar ikun kompatibbli ma’ dawk l-għanijiet li għalihom id-dejta nġabret inizjalment, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar huwa meħtieġ għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika. Meta l-għan l-ieħor mhuwiex kompatibbli ma’ dak inizjali li għalih inġabret id-dejta, il-kontrollur għandu jikseb il-kunsens tas-suġġett tad-dejta għal dan l-għan ieħor jew għandu jibbaża l-ipproċessar fuq bażi leġittima oħra għall-ipproċessar legali, b’mod partikolari fejn ipprovdut mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li l-kontrollur huwa soġġett għalih. Fi kwalunkwe każ, l-applikazzjoni b’mod partikolari tal-prinċipji stabbiliti minn dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta dwar dawk l-għanijiet ulterjuri għandhom ikunu żgurati.

imħassar

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Dejta personali li, min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva u vulnerabbli fir-rigward ta’ drittijiet fundamentali jew privatezza, tixirqilha protezzjoni speċifika. Din id-dejta ma għandhiex tiġi pproċessata, sakemm is-suġġett tad-dejta ma jagħtix il-kunsens espliċitu tiegħu. Madankollu, għandhom jiġu pprovduti derogi minn din il-projbizzjoni b’mod espliċitu fir-rigward ta’ ħtiġijiet speċifiċi, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar isir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jippermettu l-eżerċizzju ta’ libertajiet fundamentali.

imħassar

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Id-deroga mill-projbizzjoni fuq l-ipproċessar ta’ kategoriji sensittivi ta’ dejta għandha tkun permessa wkoll jekk issir bil-liġi, u soġġett għal salvagwardji xierqa, sabiex tkun protetta dejta personali u drittijiet fundamentali oħra, fejn raġunijiet ta’ interess pubbliku hekk jiġġustifikaw u b’mod partikolari għal għanijiet ta’ saħħa, inkluża s-saħħa pubblika u l-protezzjoni soċjali u l-ġestjoni ta’ servizzi ta’ kura tas-saħħa, speċjalment sabiex tkun żgurata l-kwalità u l-kost-effikaċja tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta’ talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jew għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika.

(42) Id-deroga mill-projbizzjoni fuq l-ipproċessar ta’ kategoriji sensittivi ta’ dejta għandha tkun permessa wkoll jekk issir bil-liġi, u soġġett għal salvagwardji xierqa, sabiex tkun protetta dejta personali u drittijiet fundamentali oħra, fejn raġunijiet ta’ interess pubbliku hekk jiġġustifikaw u b’mod partikolari għal għanijiet ta’ saħħa, inkluża s-saħħa pubblika u l-protezzjoni soċjali u l-ġestjoni ta’ servizzi ta’ kura tas-saħħa, speċjalment sabiex tkun żgurata l-kwalità u l-kost-effikaċja tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta’ talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa, għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika, jew għal servizzi ta' arkivji.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika, il-kontrollur tad-dejta m’għandux ikun obbligat li jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-għan waħdieni li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ talba għall-access, il-kontrollur għandu jkun intitolat li jitlob aktar informazzjoni mingħand is-suġġett biex b’hekk ikun jista’ jsib id-dejta personali li dik il-persuna qiegħda tfittex.

(45) Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika, il-kontrollur tad-dejta m’għandux ikun obbligat li jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-għan waħdieni li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ talba għall-access, il-kontrollur għandu jkun intitolat li jitlob aktar informazzjoni mingħand is-suġġett biex b’hekk ikun jista’ jsib id-dejta personali li dik il-persuna qiegħda tfittex. Jekk ikun possibbli għas-suġġett tad-dejta li jipprovdi din id-dejta, il-kontrolluri ma għandhomx ikunu jistgħu jużaw skuża ta’ nuqqas ta’ informazzjoni biex jirrifjutaw talba għal aċċess.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) Għandhom jiġu pprovduti modalitajiet għall-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tas-suġġett tad-dejta tad-drittijiet tiegħu pprovduti minn dan ir-Regolament, inklużi mekkaniżmi sabiex wieħed jitlob, bla ħlas, b’mod partikolari aċċess għad-dejta, rettifika, tħassir u sabiex wieħed jeżerċita d-dritt għall-oġġezzjoni. Il-kontrollur għandu jkun obbligat iwieġeb għal talbiet tas-suġġett tad-dejta fi żmien skadenza fissa u jagħti raġunijiet, f’każ li ma jikkonformax mat-talba tas-suġġett tad-dejta.

(47) Għandhom jiġu pprovduti modalitajiet għall-faċilitazzjoni tal-eżerċizzju tas-suġġett tad-dejta tad-drittijiet tiegħu pprovduti minn dan ir-Regolament, inklużi mekkaniżmi sabiex wieħed jikseb, bla ħlas, b’mod partikolari aċċess għad-dejta, rettifika, tħassir u sabiex wieħed jeżerċita d-dritt għall-oġġezzjoni. Il-kontrollur għandu jkun obbligat iwieġeb għal talbiet tas-suġġett tad-dejta fi żmien skadenza raġonevoli u jagħti raġunijiet, f’każ li ma jikkonformax mat-talba tas-suġġett tad-dejta.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Il-prinċipji ta’ pproċessar ġust u trasparenti jitolbu li s-suġġett tad-dejta għandu jkun informat b’mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta’ pproċessar u l-objettivi tagħha, iż-żmien kemm se ddum maħżuna d-dejta, dwar l-eżistenza tad-dritt ta’ aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressqu lment. Fejn id-dejta tinġabar mis-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat ukoll jekk humiex obbligati li jipprovdu d-dejta u dwar il-konsegwenzi, f’każijiet li ma jipprovdux dik id-dejta.

(48) Il-prinċipji ta’ pproċessar ġust u trasparenti jitolbu li s-suġġett tad-dejta għandu jkun informat b’mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta’ pproċessar u l-objettivi tagħha, iż-żmien kemm aktarx se ddum maħżuna d-dejta għal kull objettiv, jekk id-dejta se tiġix ittrasferita lil partijiet terzi jew lil pajjiżi terzi, dwar l-eżistenza ta' miżuri għall-oġġezzjoni u tad-dritt ta’ aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressqu lment. Fejn id-dejta tinġabar mis-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat ukoll jekk humiex obbligati li jipprovdu d-dejta u dwar il-konsegwenzi, f’każijiet li ma jipprovdux dik id-dejta. Din l-informazzjoni għandha tingħata, li jista' jfisser ukoll li ssir disponibbli mill-ewwel, lis-suġġett tad-dejta wara li tingħata informazzjoni simplifikata fil-forma ta' stampi standardizzati. Dan għandu jfisser ukoll li d-dejta personali tiġi proċessata b'mod li jippermetti effettivament lis-suġġett tad-dejta biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu jew tagħha.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Madankollu, mhuwiex neċessarju li jiġi impost dan l-obbligu meta s-suġġett tad-dejta diġà jkollu din l-informazzjoni, jew fejn ir-reġistrazzjoni jew l-iżvelar tad-dejta hija espressament stabbilita bil-liġi, jew fejn l-għoti tal-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta tirriżulta impossibbli jew tinvolvi sforzi sproporzjonati. Dan tal-aħħar jista’ jkun partikolarment il-każ meta l-ipproċessar ikun għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika; f’dan ir-rigward, l-għadd ta’ suġġetti tad-dejta, l-età tad-dejta, u kwalunkwe miżura ta’ kumpens adottata tista’ tiġi kkunsidrata.

(50) Madankollu, mhuwiex neċessarju li jiġi impost dan l-obbligu meta s-suġġett tad-dejta diġà jaf din l-informazzjoni, jew fejn ir-reġistrazzjoni jew l-iżvelar tad-dejta hija espressament stabbilita bil-liġi, jew fejn l-għoti tal-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta tirriżulta impossibbli jew tinvolvi sforzi sproporzjonati.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal dejta li tinġabar dwarhom, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b’mod partikolari rigward għal liema għanijiet id-dejta tkun qiegħda tiġi pproċessata, għal liema perjodu, liema riċevituri jirċievu d-dejta, x’inhi l-loġika tad-dejta li għaddejja mill-ipproċessar u x’jistgħu jkunu, għallinqas meta bbażata fuq it-tfassil ta’ profili, il-konsegwenzi ta’ dan l-ipproċessar. Dan id-dritt ma għandux jaffettwa ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, inklużi sigrieti tan-negozju jew proprjetà intellettwali u b’mod partikolari d-dritt tal-awtur li jipproteġi s-softwer. Madankollu, ir-riżultat ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet m’għandux ikun li l-informazzjoni kollha tiġi rrifjutata lis-suġġett tad-dejta.

(51) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal dejta li tinġabar dwarhom, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b’mod partikolari rigward għal liema għanijiet id-dejta tkun qiegħda tiġi pproċessata, għal liema perjodu stmat, liema riċevituri jirċievu d-dejta, x’inhi l-loġika ġenerali tad-dejta li għaddejja mill-ipproċessar u x’jistgħu jkunu, il-konsegwenzi ta’ dan l-ipproċessar. Dan id-dritt ma għandux jaffettwa ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, inklużi sigrieti tan-negozju jew proprjetà intellettwali, bħal fir-rigward tad-dritt tal-awtur li jipproteġi s-softwer. Madankollu, ir-riżultat ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet m’għandux ikun li l-informazzjoni kollha tiġi rrifjutata lis-suġġett tad-dejta.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li jkollha dejta personali li tirrigwardaha rettifikata u ‘dritt li tkun minsija’ meta ż-żamma ta’ dejta bħal din ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li d-dejta personali tagħhom titħassar u ma tiġix ipproċessata aktar, meta d-dejta ma tkunx meħtieġa aktar fir-rigward tal-finijiet li għalihom id-dejta tinġabar jew inkella tiġi pproċessata, fejn is-suġġetti tad-dejta jkunu rtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar jew fejn joġġezzjonaw għall-ipproċessar ta’ dejta personali li tirrigwardahom jew inkella meta l-ipproċessar tad-dejta personali ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament. Dan id-dritt huwa partikolarment rilevanti, meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu meta kien tifel, meta ma jkunx għal kollox konxju dwar ir-riskji involuti fl-ipproċessar, u aktar tard jixtieq ineħħi din id-dejta personali b’mod speċjali fuq l-Internet. Madankollu, iż-żamma ulterjuri tad-dejta għandha tkun permessa fejn din tkun meħtieġa għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, meta jkun meħtieġ mil-liġi jew fejn ikun hemm raġuni li jkun ristrett l-ipproċessar tad-dejta minflok titħassar.

(53) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li jkollha dejta personali li tirrigwardaha rettifikata u ‘dritt għat-tħassir’ meta ż-żamma ta’ dejta bħal din ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li d-dejta personali tagħhom titħassar u ma tiġix ipproċessata aktar, meta d-dejta ma tkunx meħtieġa aktar fir-rigward tal-finijiet li għalihom id-dejta tinġabar jew inkella tiġi pproċessata, fejn is-suġġetti tad-dejta jkunu rtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar jew fejn joġġezzjonaw għall-ipproċessar ta’ dejta personali li tirrigwardahom jew inkella meta l-ipproċessar tad-dejta personali ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament. Madankollu, iż-żamma ulterjuri tad-dejta għandha tkun permessa fejn din tkun meħtieġa għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, meta jkun meħtieġ mil-liġi jew fejn ikun hemm raġuni li jkun ristrett l-ipproċessar tad-dejta minflok titħassar. Barra minn hekk, id-dritt għat-tħassir m’għandux japplika meta ż-żamma ta’ dejta personali hija neċessarja għat-twettiq ta’ kuntratt mas-suġġett tad-dejta, jew meta jkun hemm obbligu legali biex tinżamm din id-dejta.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54) Sabiex jissaħħaħ id-dritt li tkun minsi’ fl-ambjent onlajn, id-dritt għat-tħassir għandu jkun estiż ukoll b’mod li kontrollur li jkun għamel id-dejta personali pubblika, għandu jkun obbligat li jinforma lil partijiet terzi li qegħdin jipproċessaw din id-dejta li s-suġġett tad-dejta jitolbu jħassar kwalunkwe rabta ma’, jew kopji jew replika ta’ dik id-dejta personali. Biex jiżgura din l-informazzjoni, il-kontrollur għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, fir-rigward tad-dejta għall-pubblikazzjoni li għaliha l-kontrollur huwa responsabbli. Fir-rigward ta’ pubblikazzjoni ta’ dejta personali ta’ parti terza, il-kontrollur għandu jkun ikkunsidrat bħala responsabbli għall-pubblikazzjoni, meta l-kontrollur ikun awtorizza l-pubblikazzjoni mill-parti terza.

(54) Sabiex jissaħħaħ id-'dritt għat-tħassir' fl-ambjent onlajn, id-dritt għat-tħassir għandu jkun estiż ukoll b’mod li kontrollur li jkun għamel id-dejta personali pubblika mingħajr ġustifikazzjoni legali, għandu jkun obbligat li jieħu l-passi kollha meħtieġa biex titħassar id-dejta, inkluż minn partijiet terzi, mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jitlob kumpens.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 54a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(54a) Dejta miċħuda mis-suġġett tad-dejta, li l-verità jew il-falsità tagħha ma tistax tiġi stabbilita għandha tiġi mblokkata sakemm il-kwistjoni tiġi ċċarata.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55) Sabiex isaħħu aktar il-kontroll fuq id-dejta tagħhom u d-dritt tagħhom għall-aċċess, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt, fejn id-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi elettroniċi u f’format strutturat u użat b’mod komuni, li jiksbu kopja tad-dejta dwarhom f’format elettroniku użat komunement. Is-suġġett tad-dejta għandu jitħalla wkoll jittrasmetti dik id-dejta, li kien ipprovda, minn applikazzjoni awtomatizzata, bħal netwerk soċjali, għal oħra. Dan għandu japplika meta s-suġġett tad-dejta pprovda d-dejta lis-sistema ta’ pproċessar awtomatizzata, abbażi tal-kunsens tiegħu jew fit-twettiq ta’ kuntratt.

(55) Sabiex isaħħu aktar il-kontroll fuq id-dejta tagħhom u d-dritt tagħhom għall-aċċess, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt, fejn id-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi elettroniċi u f’format strutturat u użat b’mod komuni, li jiksbu kopja tad-dejta dwarhom f’format elettroniku użat komunement. Is-suġġett tad-dejta għandu jitħalla wkoll jittrasmetti dik id-dejta, li kien ipprovda, minn applikazzjoni awtomatizzata, bħal netwerk soċjali, għal oħra. Kontrolluri tad-dejta għandhom jiġu inkoraġġuti jiżviluppaw formats interoperabbli li jippermettu l-portabbiltà tad-dejta. Dan għandu japplika meta s-suġġett tad-dejta pprovda d-dejta lis-sistema ta’ pproċessar awtomatizzata, abbażi tal-kunsens tiegħu jew fit-twettiq ta’ kuntratt. Fornituri ta’ servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni ma għandhomx jirrikjedu li t-trasferiment ta’ dik id-dejta jkun obbligatorju sabiex huma jipprovdu s-servizzi tagħhom.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56) F’każijiet fejn id-dejta personali tista’ tkun ipproċessata legalment sabiex tipproteġi l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta, jew għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, awtorità uffiċjali jew l-interessi leġittimi ta’ kontrollur, kwalunkwe suġġett tad-dejta għandu madankollu jkun intitolat joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ kull dejta li tirrigwardah. L-oneru tal-prova għandu jkun f’idejn il-kontrollur li juri li l-interessi leġittimi tiegħu jistgħu jegħlbu l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta.

(56) F’każijiet fejn id-dejta personali tista’ tkun ipproċessata legalment sabiex tipproteġi l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta, jew għal raġunijiet ta’ interess pubbliku, awtorità uffiċjali jew l-interessi leġittimi ta’ kontrollur, kwalunkwe suġġett tad-dejta għandu madankollu jkun intitolat joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ kull dejta li tirrigwardah, mingħajr ħlas u b'mod li jista' jintuża faċilment u b'mod effettiv. L-oneru tal-prova għandu jkun f’idejn il-kontrollur li juri li l-interessi leġittimi tiegħu jistgħu jegħlbu l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57) Meta d-data personali tkun ipproċessata għall-għanijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta, is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għal dan l-ipproċessar mingħajr ħlas u b’mod li jkun jista’ jiġi invokat faċilment u b'mod effettiv.

(57) Meta s-suġġett tad-dejta jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar, il-kontrollur għandu, b'mod espliċitu, joffrih lis-suġġett tad-dejta b'mod u forma li jintgħarfu, bl-użu ta' lingwaċċ ċar u sempliċi u għandu jiddistingwih b'mod ċar minn informazzjoni oħra.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58) Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li hija bbażata fuq it-tfassil ta profili permezz ta’ pproċessar awtomatizzat. Madankollu, din il-miżura għandha tkun permessa meta tkun espressament awtorizzata mil-liġi, imwettqa waqt id-dħul fi jew it-twettiq ta’ kuntratt, jew meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens. Fi kwalunkwe każ, dan l-ipproċessar għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, inkluża informazzjoni speċifika tas-suġġett tad-dejta u d-dritt li jikseb intervent uman u li miżura bħal din ma għandhiex tirrigwarda tfal.

(58) Mingħajr preġudizzju għal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li toġġezzjona għat-tfassil ta' profili. It-tfassil ta' profili li jwassal għal miżuri b'effetti legali li jirrigwardaw s-suġġett tad-dejta jew li jaffettwa b'mod simili u sinifikanti l-interessi, id-drittijiet jew il-libertajiet tas-suġġett tad-dejta kkonċernat għandu jkun permess biss meta jkun espressament awtorizzat mil-liġi, imwettaq waqt id-dħul fi jew it-twettiq ta’ kuntratt, jew meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens. Fi kwalunkwe każ, dan l-ipproċessar għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, inkluża informazzjoni speċifika tas-suġġett tad-dejta u d-dritt li jikseb valutazzjoni umana u li miżura bħal din ma għandhiex tirrigwarda tfal. Tali miżuri m'għandhomx iwasslu għal diskriminazzjoni kontra individwi abbażi tar-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija ma' trejdjunjin, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 58a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(58a) It-tfassil ta' profili bbażat biss fuq l-ipproċessar ta' data psewdonima għandu jitqies li ma jaffettwax b'mod sinifikanti l-interessi, id-drittijiet jew il-libertajiet tas-suġġett tad-dejta. Fejn it-tfassil ta' profili, ibbażat fuq sors uniku ta' dejta psewdonima jew fuq l-aggregazzjoni ta' dejta psewdonima minn diversi sorsi, jippermetti lill-kontrollur jattribwixxi dejta psewdonoma għal suġġett tad-dejta speċifika, id-dejta proċessata m'għandhiex tibqa' titqies bħala psewdonoma.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59) Ir-restrizzjonijiet fuq prinċipji speċifiċi u fuq id-drittijiet ta’ informazzjoni, aċċess, rettifika u tħassir jew fuq id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta, id-dritt għall-oġġezzjoni, il-miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili, kif ukoll fuq il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lil suġġett tad-dejta u dwar ċerti obbligi relatati tal-kontrolluri jistgħu jiġu imposti mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, sa fejn ikun meħtieġ u proporzjonat f’soċjetà demokratika biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà pubblika, inkluża l-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem speċjalment fir-rispons għal diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew ksur ta’ etika għal professjonijiet regolati, interessi pubbliċi oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn. Dawk ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

(59) Ir-restrizzjonijiet fuq prinċipji speċifiċi u fuq id-drittijiet ta’ informazzjoni, rettifika u tħassir jew fuq id-dritt għall-aċċess u għall-kisba ta' dejta, id-dritt għall-oġġezzjoni, it-tfassil ta’ profili, kif ukoll fuq il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lil suġġett tad-dejta u dwar ċerti obbligi relatati tal-kontrolluri jistgħu jiġu imposti mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, sa fejn ikun meħtieġ u proporzjonat f’soċjetà demokratika biex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà pubblika, inkluża l-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem speċjalment b'reazzjoni għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew ksur ta’ etika għal professjonijiet regolati, interessi pubbliċi speċifiċi u definiti sew oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, jew il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħrajn. Dawk ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60) Għandha tiġi stabbiliti r-responsabbiltà komprensiva tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f’isem il-kontrollur. B’mod partikolari, il-kontrollur għandu jiżgura u jkun obbligat li juri l-konformità ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ma’ dan ir-Regolament.

(60) Għandha tiġi stabbiliti r-responsabbiltà komprensiva tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f’isem il-kontrollur, b'mod partikolari fir-rigward tad-dokumentazzjoni, is-sigurtà tad-dejta, il-valutazzjonijiet tal-impatt, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta u s-sorveljanza mill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta. B’mod partikolari, il-kontrollur għandu jiżgura u jkun jista’ juri l-konformità ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ma’ dan ir-Regolament. Dan għandu jiġi vverifikat minn awdituri interni jew esterni indipendenti.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(61) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali teħtieġ li jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, kemm fiż-żmien tad-disinn tal-ipproċessar u fiż-żmien tal-ipproċessar innifsu, sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Sabiex jassigura u juri konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur għandu jadotta politiki interni u jimplimenta miżuri xierqa, li b’mod partikolari jissodisfaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku.

(61) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali teħtieġ li jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, kemm fiż-żmien tad-disinn tal-ipproċessar u fiż-żmien tal-ipproċessar innifsu, sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati.

Sabiex jassigura u juri konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur għandu jadotta politiki interni u jimplimenta miżuri xierqa, li b’mod partikolari jissodisfaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku. Il-prinċipju tal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn jeħtieġ li l-protezzjoni tad-dejta tkun inkorporata fiċ-ċiklu kollu tal-ħajja tat-teknoloġija, mill-istadju bikri tad-disinn, sal-iskjerament, l-użu u r-rimi finali tagħha. Dan għandu jinkludi wkoll ir-responsabbiltà għall-prodotti u s-servizzi użati mill-kontrollur jew il-proċessur. Il-prinċipju tal-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku jeħtieġ li settings tal-privatezza fuq servizzi u prodotti li għandhom awtomatikament jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-dejta, bħalma huma l-minimizzazzjoni tad-dejta u l-limitazzjoni tal-iskop.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri, ukoll fir-rigward tas-sorveljanza minn u l-miżuri ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni, titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt dan ir-Regolament, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma’ kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta’ pproċessar titwettaq f’isem kontrollur

(62) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri, ukoll fir-rigward tas-sorveljanza minn u l-miżuri ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni, titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt dan ir-Regolament, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-objettivi tal-ipproċessar flimkien ma’ kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta’ pproċessar titwettaq f’isem kontrollur. L-arranġament bejn il-kontrolluri konġunti għandu jirrifletti r-rwoli u r-relazzjonijiet effettivi tal-kontrolluri. L-ipproċessar ta' dejta personali taħt dan ir-Regolament għandu jinkludi l-permess biex kontrollur jibgħat id-dejta lil kontrollur konġunt jew lil proċessur għall-ipproċessar tad-dejta f'isimhom.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Premessa 63

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(63) Meta kontrollur, li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni jipproċessa dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta li jgħix fl-Unjoni li l-attivitajiet ta’ pproċessar tiegħu huma relatati mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil dawn is-suġġetti tad-dejta, jew mal-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom, il-kontrollur għandu jaħtar rappreżentant, sakemm il-kontrollur ma jkunx stabbilit f’pajjiż terz li jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni, jew il-kontrollur ikun impriża żgħira jew ta’ daqs medju jew awtorità jew korp pubbliku jew meta l-kontrollur ikun qiegħed joffri prodotti jew servizzi okkażjonalment biss lil dawn is-suġġetti tad-dejta. Ir-rappreżentant għandu jaġixxi f’isem il-kontrollur u li jista’ jkun indirizzat minn kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni.

(63) Meta kontrollur, li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni jipproċessa dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta fl-Unjoni, sakemm il-kontrollur ma jkunx stabbilit f’pajjiż terz li jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni, jew l-ipproċessar jirrigwarda inqas minn 5000 suġġetti tad-dejta waqt kwalunkwe perjodu ta' 12-il xahar u ma jitwettaqx fuq kategoriji speċjali ta' dejta personali, jew ikun awtorità jew korp pubbliku jew meta l-kontrollur ikun qiegħed joffri prodotti jew servizzi okkażjonalment biss lil dawn is-suġġetti tad-dejta. Ir-rappreżentant għandu jaġixxi f’isem il-kontrollur u li jista’ jkun indirizzat minn kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Premessa 64

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(64) Sabiex jiġi ddeterminat jekk kontrollur ikunx qiegħed joffri prodotti jew servizzi okkażjonalment biss lil dawn is-suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni, għandu jiġi vverifikat jekk jirriżultax mill-attivitajiet ġenerali tal-kontrollur li l-offerta ta’ prodotti u servizzi lil dawn is-suġġetti hijiex anċillari għal dawk l-attivitajiet prinċipali.

(64) Sabiex jiġi ddeterminat jekk kontrollur ikunx qiegħed joffri prodotti jew servizzi okkażjonalment biss lil dawn is-suġġetti tad-dejta fl-Unjoni, għandu jiġi vverifikat jekk jirriżultax mill-attivitajiet ġenerali tal-kontrollur li l-offerta ta’ prodotti u servizzi lil dawn is-suġġetti hijiex anċillari għal dawk l-attivitajiet prinċipali.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65) Sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiddokumenta kull operazzjoni ta’ pproċessar. Kull kontrollur u proċessur għandu jkun obbligat li jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni u jagħmel din id-dokumentazzjoni disponibbli meta tintalab, sabiex tkun tista’ sservi għas-sorveljanza ta’ dawn l-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

(65) Sabiex ikun jista' juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jżomm id-dokumentazzjoni meħtieġa sabiex jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Kull kontrollur u proċessur għandu jkun obbligat li jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni u jagħmel din id-dokumentazzjoni disponibbli meta tintalab, sabiex tkun tista’ sservi għall-evalwazzjoni tal-konformità ma' dan ir-Regolament. Madankollu, għandha ssir enfasi fuq u tingħata importanza wkoll lill-prattika tajba u l-konformità u mhux biss l-ikkompletar tad-dokumentazzjoni.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Premessa 66

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(66) Sabiex iżomm is-sigurtà u jipprevjeni l-ipproċessar li jikser dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jevalwa r-riskji inerenti għall-ipproċessar u jimplimenta miżuri sabiex itaffi dawk ir-riskji. Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell xieraq ta’ sigurtà, filwaqt li jikkunsidraw it-teknoloġija u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom b’konnessjoni mar-riskji u n-natura tad-dejta personali li għandha tkun protetta. Meta tistabbilixxi standards tekniċi u miżuri ta’ organizzazzjoni biex tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar, il-Kummissjoni għandha tippromwovi n-newtralità teknoloġika, l-interoperabbiltà u l-innovazzjoni u fejn adatt tikkoopera ma’ pajjiżi terzi.

(66) Sabiex iżomm is-sigurtà u jipprevjeni l-ipproċessar li jikser dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jevalwa r-riskji inerenti għall-ipproċessar u jimplimenta miżuri sabiex itaffi dawk ir-riskji. Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell xieraq ta’ sigurtà, filwaqt li jikkunsidraw it-teknoloġija u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom b’konnessjoni mar-riskji u n-natura tad-dejta personali li għandha tkun protetta. Meta tistabbilixxi standards tekniċi u miżuri ta’ organizzazzjoni biex tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar, għandhom ikunu promossi n-newtralità teknoloġika, l-interoperabbiltà u l-innovazzjoni u fejn adatt għandha titħeġġeġ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67) Ksur ta’ dejta personali, jekk ma jiġix indirizzat b’mod adegwat u fil-ħin, jista’ jirriżulta f’telf ekonomiku sostanzjali u ħsara soċjali, inkluża l-frodi tal-identità, għall-individwu kkonċernat. Għaldaqstant, malli l-kontrollur isir konxju li sar ksur bħal dan, il-kontrollur għandu jinnotifika l-ksur lill-awtorità ta’ superviżjoni mingħajr dewmien żejjed u, fejn possibbli, fi żmien 24 siegħa. Meta dan ma jkunx jista’ jinkiseb fi żmien 24 siegħa, in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni għar-raġunijiet tad-dewmien. L-individwi li d-dejta personali tagħhom tista’ tkun affettwata ħażin mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Ksur għandu jitqies li jaffettwa ħażin id-dejta personali jew il-privatezza ta’ suġġett tad-dejta meta dan ikun jista’ jwassal, pereżempju, għal serq ta’ identità jew frodi , ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni. In-notifika għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-individwu kkonċernat biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. In-notifiki lis-suġġetti tad-dejta għandhom jsiru malajr kemm jista’ jkun raġonevolment fattibbli, u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ superviżjoni u b’mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra (eż. awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi). Pereżempju, l-opportunità għal suġġetti tad-dejta li jnaqqsu riskju immedjat ta’ ħsara, issejjaħ għal notifika immedjata tas-suġġetti tad-dejta filwaqt li l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri xierqa kontra ksur simili jew kontinwu tista’ tiġġustifika dewmien itwal.

(67) Ksur ta’ dejta personali, jekk ma jiġix indirizzat b’mod adegwat u fil-ħin, jista’ jirriżulta f’telf ekonomiku sostanzjali u ħsara soċjali, inkluża l-frodi tal-identità, għall-individwu kkonċernat. Għaldaqstant, il-kontrollur għandu jinnotifika l-ksur lill-awtorità ta’ superviżjoni mingħajr dewmien żejjed, li għandu jitqies bħala mhux iktar tard minn 72 siegħa. Jekk applikabbli, in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni għar-raġunijiet tad-dewmien L-individwi li d-dejta personali tagħhom tista’ tkun affettwata ħażin mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Ksur għandu jitqies li jaffettwa ħażin id-dejta personali jew il-privatezza ta’ suġġett tad-dejta meta dan ikun jista’ jwassal, pereżempju, għal serq ta’ identità jew frodi , ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni. In-notifika għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-individwu kkonċernat biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. In-notifiki lis-suġġetti tad-dejta għandhom jsiru malajr kemm jista’ jkun raġonevolment fattibbli, u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ superviżjoni u b’mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra (eż. awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi). Pereżempju, l-opportunità għal suġġetti tad-dejta li jnaqqsu riskju immedjat ta’ ħsara, issejjaħ għal notifika immedjata tas-suġġetti tad-dejta filwaqt li l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri xierqa kontra ksur simili jew kontinwu tista’ tiġġustifika dewmien itwal.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Premessa 71a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(71a) Il-valutazzjonijiet tal-impatt huma l-qalba essenzjali ta’ kull qafas ta’ protezzjoni tad-dejta sostenibbli, li jiżgura li l-impriżi jkunu konxji mill-bidu tal-konsegwenzi kollha possibbli tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ dejta tagħhom. Jekk il-valutazzjonijiet tal-impatt isiru bir-reqqa, iċ-ċans ta’ kwalunkwe ksur tad-dejta jew operazzjoni intrużivi għall-privatezza jista’ jkun fundamentalment limitat. Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta għandhom konsegwentement jikkunsidraw il-ġestjoni sħiħa taċ-ċiklu tal-ħajja tad-dejta personali mill-ġbir sal-ipproċessar sat-tħassir, filwaqt illi jiddeskrivu fid-dettall l-operazzjonijiet tal-ipproċessar previsti, ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta, il-miżuri previsti sabiex jiġu indirizzati r-riskji, is-salvagwardji, il-miżuri ta’ sigurtà u l-mekkaniżmi sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Premessa 71b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(71b) Il-kontrolluri għandhom jiffukaw fuq il-protezzjoni tad-dejta personali matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tad-dejta mill-ġbir għall-ipproċessar sat-tħassir billi jsir investiment mill-bidu f’qafas tal-ġestjoni tad-dejta sostenibbli u billi dan jiġi segwit minn mekkaniżmu ta’ konformità komprensiv.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Premessa 73

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(73) Il-valutazzjonijiet tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jitwettqu minn awtorità pubblika jew korp pubbliku jekk din il-valutazzjoni ma tkunx diġà ġiet ippreżentata fil-kuntest tal-adozzjoni tal-liġi nazzjonali li l-eżekuzzjoni tal-kompiti tal-awtorità pubblika jew tal-entità pubblika hija bbażata fuqhom u li tirregola l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifiku jew sett ta’ operazzjonijiet in kwistjoni.

imħassar

Emenda  47

Proposta għal regolament

Premessa 74

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(74) Fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jinvolvu grad għoli ta’ riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta, bħall-esklużjoni tal-individwi mid-dritt tagħhom, jew bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda speċifiċi, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun ikkonsultata, qabel jinbdew l-operazzjonijiet, dwar ipproċessar riskjuż li jista’ ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, u li tagħmel proposti sabiex tirrimedja sitwazzjoni bħal din. Din il-konsultazzjoni għandha sseħħ ukoll matul it-tħejjija kemm ta’ miżura mill-parlament nazzjonali kif ukoll ta’ miżura bbażata fuq miżura leġiżlattiva li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar u tistabbilixxi salvagwardji xierqa.

(74) Fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jinvolvu grad għoli ta’ riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta, bħall-esklużjoni tal-individwi mid-dritt tagħhom, jew bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda speċifiċi, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jew l-awtorità ta’ superviżjoni għandhom ikunu ikkonsultati, qabel jinbdew l-operazzjonijiet, dwar ipproċessar riskjuż li jista’ ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, u li jagħmlu proposti sabiex jirrimedjaw sitwazzjoni bħal din. Konsultazzjoni mal-awtorità ta' superviżjoni għandha sseħħ ukoll matul it-tħejjija kemm ta’ miżura mill-parlament nazzjonali kif ukoll ta’ miżura bbażata fuq miżura leġiżlattiva li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar u tistabbilixxi salvagwardji xierqa.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Premessa 74a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(74a) Il-valutazzjonijiet tal-impatt jistgħu jkunu ta’ għajnuna biss, jekk il-kontrolluri jiżguraw li jikkonformaw mal-wegħdiet oriġinarjament stabbiliti fihom. Il-kontrolluri tad-dejta għandhom għalhekk iwettqu reviżjonijiet perjodiċi tal-konformità mal-protezzjoni tad-dejta li juru li l-mekkaniżmi tal-ipproċessar tad-dejta fis-seħħ jikkonformaw ma’ assigurazzjonijiet magħmula fil-valutazzjoni tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta. Għandhom juru wkoll l-abilità tal-kontrollur tad-dejta li jikkonforma mal-għażliet awtonomi tas-suġġetti tad-dejta. Barra minn hekk, f’każ li r-reviżjoni ssib inkonsistenzi fil-konformità, għandha tenfasizzahom u tippreżenta rakkomandazzjonijiet dwar kif tinkiseb konformità sħiħa.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Premessa 75

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75) Meta l-ipproċessar isir fis-settur pubbliku jew meta, fis-settur privat, l-ipproċessar isir minn impriża kbira, irrispettivament mid-daqs tal-impriża, jinvolvu operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku, persuna għandha tgħin lill-kontrollur jew lill-proċessur jissorvelja l-konformità interna ma’ dan ir-Regolament. Dan l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, kemm jekk ikun impjegat tal-kontrollur kif ukoll jekk ma jkunx, għandu jkun f’pożizzjoni li jwettaq id-dmirijiet u l-kompiti tiegħu b’mod indipendenti.

(75) Meta l-ipproċessar isir fis-settur pubbliku jew meta, fis-settur privat, l-ipproċessar ikollu x’jaqsam ma’ aktar minn 5000 suġġett tad-dejta fi żmien 12-il xahar, jew fejn l-attivitajiet ewlenin tiegħu, irrispettivament mid-daqs tal-impriża, jinvolvu operazzjonijiet ta’ pproċessar dwar dejta sensittiva, jew operazzjonijiet ta' pproċessar li jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku, persuna għandha tgħin lill-kontrollur jew lill-proċessur jissorvelja l-konformità interna ma’ dan ir-Regolament. Meta jistabbilixxu jekk id-dejta dwar numru kbir ta’ suġġetti tad-dejta hux jiġu pproċessati, din m’għandhiex tittieħed f’kunsiderazzjoni jekk id-dejta arkivjata hija ristretta b’tali mod li ma jkunux soġġetti għall-aċċess għad-dejta normali u operazzjonijiet ta’ pproċessar tal-kontrollur u ma jistgħux jiġu mibdula. Dan l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, kemm jekk ikun impjegat tal-kontrollur u jekk qed iwettaq dak il-kompitu full time jew le, kif ukoll jekk ma jkunx, għandu jkun f’pożizzjoni li jwettaq id-dmirijiet u l-kompiti tiegħu b’mod indipendenti u jgawdi minn protezzjoni speċjali kontra t-tkeċċija. Ir-responsabbiltà finali għandha tibqa’ tal-maniġment ta’ organizzazzjoni. L-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta għandu b’mod partikolari jiġi kkonsultat qabel ma jsiru d-disinn, l-akkwist, l-iżvilupp u t-twaqqif ta’ sistemi għall-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta personali, sabiex jiġi żgurat l-prinċipji tal-privatezza fid-disinn u l-privatezza awtomatika.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Premessa 75a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(75a) L-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta għandu jkollu mill-inqas il-kwalifiki li ġejjin: għarfien estensiv tal-kontenut u l-applikazzjoni tal-liġi ta’ protezzjoni tad-dejta, inklużi l-miżuri tekniċi u organizzattivi u l-proċeduri; ħakma ta’ rekwiżiti tekniċi għall-privatezza fid-disinn, il-privatezza awtomatika u sigurtà tad-dejta; għarfien speċifiku għall-industrija skont id-daqs tal-kontrollur jew tal-proċessur u s-sensittività tad-dejta li għandha tiġi pproċessata; il-kapaċità li jwettaq spezzjonijiet, konsultazzjoni, dokumentazzjoni, u l-analiżi tal-log fajl; u l-abilità li jaħdem ma’ rappreżentanza tal-impjegati. Il-kontrollur għandu jippermetti lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta biex jieħu sehem fil-miżuri ta’ taħriġ avvanzati biex iżomm l-għarfien speċjalizzat meħtieġ biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu jew tagħha. Il-ħatra bħala uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta ma tirrikjedix neċessarjament l-impjieg full-time tal-impjegat rispettiv.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Premessa 76

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(76) Assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri għandhom ikunu mħeġġa li jfasslu kodiċijiet ta’ kondotta, fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-ipproċessar li jsir f’ċerti setturi.

(76) Assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri għandhom ikunu mħeġġa, wara konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-impjegati, li jfasslu kodiċijiet ta’ kondotta, fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-ipproċessar li jsir f’ċerti setturi. Kodiċijiet bħal dawn għandhom jiffaċilitaw għall-industrija l-konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Premessa 77

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(77) Sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-konformità ma’ dan ir-Regolament, għandu jiġi mħeġġeġ l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni, siġilli u marki ta’ protezzjoni tad-dejta, sabiex jippermettu lis-suġġetti tad-dejta jevalwaw malajr il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta ta’ prodotti u servizzi rilevanti.

(77) Sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-konformità ma’ dan ir-Regolament, għandu jiġi mħeġġeġ l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni, siġilli u marki standardizzati ta’ protezzjoni tad-dejta, sabiex jippermettu lis-suġġetti tad-dejta jevalwaw malajr, b’mod affidabbli u verifikabbli, il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta ta’ prodotti u servizzi rilevanti. Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi stabbilit fil-livell Ewropew biex tinħoloq fiduċja fost is-suġġetti tad-dejta, ċertezza legali għall-kontrolluri, u fl-istess ħin jesporta l-istandards Ewropej għall-protezzjoni tad-dejta billi jippermetti li l-kumpaniji mhux Ewropej jidħlu fis-swieq Ewropej billi jiġu ċċertifikati.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Premessa 79

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(79) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi li jirregolaw it-trasferiment ta’ dejta personali inklużi s-salvagwardji xierqa għas-suġġetti tad-dejta.

(79) Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għal ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi li jirregolaw it-trasferiment ta’ dejta personali inklużi s-salvagwardji xierqa għas-suġġetti tad-dejta filwaqt li jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni għad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Premessa 80

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(80) Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi b’effett għall-Unjoni kollha li ċerti pajjiżi terzi, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, joffru livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta, u b’hekk jipprovdu ċertezza legali u uniformità madwar l-Unjoni rigward il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma kkunsidrati li jipprovdu dan il-livell ta’ protezzjoni. F’dawn il-każijiet, it-trasferimenti ta’ dejta personali lil dawn il-pajjiżi jistgħu isiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni ulterjuri.

(80) Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi b’effett għall-Unjoni kollha li ċerti pajjiżi terzi, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, joffru livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta, u b’hekk jipprovdu ċertezza legali u uniformità madwar l-Unjoni rigward il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma kkunsidrati li jipprovdu dan il-livell ta’ protezzjoni. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi wkoll, meta tkun tat notifika u ġustifikazzjoni sħiħa lill-pajjiż terz, li tirrevoka deċiżjoni bħal din.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Premessa 82

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(82) Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi wkoll li pajjiż terz, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, ma joffrux livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta. Għaldaqstant, it-trasferiment tad-dejta personali lejn dak il-pajjiż terz ma għandux ikun permess. F’dak il-każ, għandu jsir provvediment għal konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali bħal dawn.

(82) Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi wkoll li pajjiż terz, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, ma joffrux livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta. Kwalunkwe leġiżlazzjoni li tagħti aċċess barra mit-territorju għal dejta personali pproċessata fl-Unjoni mingħajr awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru għandha titqies bħala indikazzjoni ta' nuqqas ta' adegwatezza. Għaldaqstant, it-trasferiment tad-dejta personali lejn dak il-pajjiż terz ma għandux ikun permess. F’dak il-każ, għandu jsir provvediment għal konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali bħal dawn.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Premessa 83

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(83) Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jieħu miżuri sabiex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ protezzjoni tad-dejta f’pajjiż terz permezz ta’ salvagwardji xierqa għas-suġġett tad-dejta. Dawn is-salvagwardji xierqa jistgħu jikkonsistu mill-użu ta’ regoli korporattivi vinkolanti, klawżoli tal-protezzjoni tad-dejta standard adottati mill-Kummissjoni, klawżoli ta’ protezzjoni tad-dejta standard adottati minn awtorità ta’ superviżjoni jew klawżoli kuntrattwali awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni, jew miżuri xierqa u proporzjonati oħra ġġustifikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha madwar operazzjoni tat-trasferiment tad-dejta jew sett ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment tad-dejta u meta awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni.

(83) Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jieħu miżuri sabiex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ protezzjoni tad-dejta f’pajjiż terz permezz ta’ salvagwardji xierqa għas-suġġett tad-dejta. Dawn is-salvagwardji xierqa jistgħu jikkonsistu mill-użu ta’ regoli korporattivi vinkolanti, klawżoli tal-protezzjoni tad-dejta standard adottati mill-Kummissjoni, klawżoli ta’ protezzjoni tad-dejta standard adottati minn awtorità ta’ superviżjoni jew klawżoli kuntrattwali awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni. Dawk is-salvagwardji xierqa għandhom iħaddnu rispett tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta adegwat għall-ipproċessar intra-UE, b’mod partikolari fir-rigward ta’ limitazzjoni tal-għan, dritt għall-aċċess, rettifika, tħassir u li jitlob kumpens. Dawk is-salvagwardji għandhom, b'mod partikolari, jiggarantixxu l-osservanza tal-prinċipji tal-ipproċessar tad-dejta personali, jissalvagwardjaw id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta u jipprovdu mekkaniżmi ta' rimedju effettiv, jiżguraw l-osservanza tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta fid-disinn u b'mod awtomatiku, jiggarantixxu l-eżistenza ta' uffiċjali tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Premessa 84

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(84) Il-possibbiltà għall-kontrollur jew għall-proċessur li juża klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità ta’ superviżjoni la għandha tipprevjeni l-possibbiltà għall-kontrolluri jew il-proċessuri li jinkludu l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta f’kuntratt usa’ u lanqas li jżidu klawżoli oħrajn sakemm ma jikkontradixxux, b’mod dirett jew indirett, il-klawżoli kuntrattwali standard adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità ta’ superviżjoni jew jippreġudikaw id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-dejta.

(84) Il-possibbiltà għall-kontrollur jew għall-proċessur li juża klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità ta’ superviżjoni la għandha tipprevjeni l-possibbiltà għall-kontrolluri jew il-proċessuri li jinkludu l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta f’kuntratt usa’ u lanqas li jżidu klawżoli oħrajn jew salvagwardji supplementari sakemm ma jikkontradixxux, b’mod dirett jew indirett, il-klawżoli kuntrattwali standard adottati minn awtorità ta’ superviżjoni jew jippreġudikaw id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-dejta. Il-klawżoli tal-protezzjoni tad-dejta standard adottati mill-Kummissjoni jistgħu jkopru sitwazzjonijiet differenti, bħal trasferimenti minn kontrolluri stabbiliti fl-Unjoni Ewropea għal kontrolluri stabbiliti barra mill-Unjoni Ewropea u minn kontrolluri stabbiliti fl-Unjoni Ewropea għal kontrolluri, inklużi sub-proċessuri, stabbiliti barra l-Unjoni Ewropea.Il-kontrolluri u l-proċessuri għandhom jiġu mħeġġa jipprovdu salvagwardji saħansitra iktar sobusti permezz ta' impenji kuntrattwali addizzjonali li jissupplementaw il-klawżoli ta' protezzjoni standard.

 

Emenda  58

Proposta għal regolament

Premessa 85

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(85) Grupp korporattiv għandu jkun jista’ juża regoli korporattivi vinkolanti approvati għat-trasferiment internazzjonali tiegħu mill-Unjoni lejn organizzazzjonijiet fl-istess grupp korporattiv ta’ impriżi, sakemm dawn ir-regoli korporattivi jinkludu prinċipji essenzjali u drittijiet infurzabbli li jassiguraw salvagwardji xierqa għat-trasferimenti jew għal kategoriji ta’ trasferimenti ta’ dejta personali.

(85) Grupp korporattiv għandu jkun jista’ juża regoli korporattivi vinkolanti approvati għat-trasferiment internazzjonali tiegħu mill-Unjoni lejn organizzazzjonijiet fl-istess grupp korporattiv ta’ impriżi, sakemm dawn ir-regoli korporattivi jinkludu l-prinċipji essenzjali u d-drittijiet infurzabbli kollha li jassiguraw salvagwardji xierqa għat-trasferimenti jew għal kategoriji ta’ trasferimenti ta’ dejta personali.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Premessa 86

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(86) Għandhom isiru provvedimenti għall-possibbiltà ta’ trasferimenti f’ċerti ċirkostanzi fejn is-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu, fejn it-trasferiment huwa meħtieġ minħabba xi kuntratt jew talba legali, fejn raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku stabbilit mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru hekk jeħtieġu, jew fejn it-trasferiment isir minn reġistru stabbilit mil-liġi u maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew persuni li jkollhom interess leġittimu. F’dan l-aħħar każ dan it-trasferiment ma għandux jinvolvi d-dejta kollha jew kategoriji sħaħ tad-dejta li tinsab fir-reġistru u, meta r-reġistru huwa maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew persuni li jkollhom interess leġittimu, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta’ dawk il-persuni jew jekk sejrin ikunu r-riċevituri.

(86) Għandhom isiru provvedimenti għall-possibbiltà ta’ trasferimenti f’ċerti ċirkostanzi fejn is-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu, fejn it-trasferiment huwa meħtieġ minħabba xi kuntratt jew talba legali, fejn raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku stabbilit mil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru hekk jeħtieġu, jew fejn it-trasferiment isir minn reġistru stabbilit mil-liġi u maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew persuni li jkollhom interess leġittimu. F’dan l-aħħar każ dan it-trasferiment ma għandux jinvolvi d-dejta kollha jew kategoriji sħaħ tad-dejta li tinsab fir-reġistru u, meta r-reġistru huwa maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew persuni li jkollhom interess leġittimu, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta’ dawk il-persuni jew jekk sejrin ikunu r-riċevituri, filwaqt illi jitqiesu għalkollox l-interessi u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Premessa 87

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(87) Dawn id-derogi għandhom b’mod partikolari japplikaw għal trasferimenti tad-dejta meħtieġa u neċessarji għall-protezzjoni ta’ raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, pereżempju f’każijiet ta’ trasferimenti internazzjonali ta’ dejta bejn awtoritajiet tal-kompetizzjoni, amministrazzjonijiet tad-dwana jew tat-taxxa, awtoritajiet superviżorji finanzjarji, bejn servizzi li huma kompetenti għal kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali jew għal awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali..

(87) Dawn id-derogi għandhom b’mod partikolari japplikaw għal trasferimenti tad-dejta meħtieġa u neċessarji għall-protezzjoni ta’ raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, pereżempju f’każijiet ta’ trasferimenti internazzjonali ta’ dejta bejn awtoritajiet tal-kompetizzjoni, amministrazzjonijiet tad-dwana jew tat-taxxa, awtoritajiet superviżorji finanzjarji, bejn servizzi li huma kompetenti għal kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali jew għas-saħħa pubblika, jew għal awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, inkluż għall-prevenzjoni ta' ħasil ta' flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroristi. It-trasferiment ta' dejta personali għandu bl-istess mod jitqies bħala legali fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni ta' interess li hu essenzjali għas-suġġett tad-dejta jew il-ħajja ta' persuna oħra, jekk is-suġġett tad-dejta ma jkunx jista' jagħti l-kunsens. It-trasferiment ta’ dejta personali għal dawn ir-raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku għandu jintuża biss għal trasferimenti li ma jsirux ta' sikwit. F’kull każ, għandha ssir evalwazzjoni attenta taċ-ċirkostanzi kollha tat-trasferiment.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Premessa 88

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(88) It-trasferimenti, li ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala frekwenti jew kbar, jistgħu jkunu possibbli wkoll għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew il-proċessur, meta jkunu vvalutaw iċ-ċirkostanzi kollha madwar it-trasferiment tad-dejta. Għall-finijiet ta’ pproċessar għal skopijiet ta’ riċerka storika, xjentifika u tal-istatistika, għandu jittieħed kont tal-aspettattivi leġittimi tas-soċjetà għal żieda tal-għarfien.

Għall-finijiet ta’ pproċessar għal skopijiet ta’ riċerka storika, xjentifika u tal-istatistika, għandu jittieħed kont tal-aspettattivi leġittimi tas-soċjetà għal żieda tal-għarfien.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Premessa 89

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(89) Fi kwalunkwe każ, meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni dwar il-livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta f’pajjiż terz, il-kontrollur jew il-proċessur għandu juża soluzzjonijiet li jipprovdu lis-suġġetti tad-dejta b’garanzija li sejrin ikomplu jgawdu mid-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta tagħhom fl-Unjoni ladarba din id-dejta tkun trasferita.

(89) Fi kwalunkwe każ, meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni dwar il-livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta f’pajjiż terz, il-kontrollur jew il-proċessur għandu juża soluzzjonijiet li jipprovdu lis-suġġetti tad-dejta b’garanzija legalment vinkolanti li sejrin ikomplu jgawdu mid-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta tagħhom fl-Unjoni ladarba din id-dejta tkun trasferita, sal-punt li l-ipproċessar ma jkunx kbir, ripetittiv u strutturali. Dik il-garanzija għandha tinkludi indemnifikazzjoni finanzjarja f’każijiet ta’ telf jew aċċess mhux awtorizzat jew ipproċessar tad-dejta u obbligu, irrispettivament mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jiġu provduti dettalji sħaħ ta’ kull aċċess għad-dejta minn awtoritajiet pubbliċi fil-pajjiż terz.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Premessa 90

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(90) Xi pajjiżi terzi jattwaw liġijiet, regolamenti u strumenti leġiżlattivi oħra li jkunu intenzjonati sabiex jirregolaw direttament l-attivitajiet ta’ pproċessar tad-dejta ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri. L-applikazzjoni ekstraterritorjali ta’ dawn il-liġijiet, regolamenti u strumenti leġiżlattivi oħra tista’ tikser il-liġi internazzjonali u tista’ xxekkel il-kisba tal-protezzjoni ta’ individwi ggarantita fl-Unjoni b’dan ir-Regolament. . It-trasferimenti għandhom ikunu permessi biss fejn ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għal trasferiment lejn pajjiż terz. Dan jista’ jkun il-każ fost l-oħrajn fejn l-iżvelar huwa meħtieġ għal raġuni importanti ta’ interess pubbliku rikonoxxuta fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi ta’ Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur. Il-kundizzjonijiet li taħthom teżisti raġuni importanti ta’ interess pubbliku għandhom ikunu speċifikati aktar f’att delegat tal-Kummissjoni.

(90) Xi pajjiżi terzi jattwaw liġijiet, regolamenti u strumenti leġiżlattivi oħra li jkunu intenzjonati sabiex jirregolaw direttament l-attivitajiet ta’ pproċessar tad-dejta ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri. L-applikazzjoni ekstraterritorjali ta’ dawn il-liġijiet, regolamenti u strumenti leġiżlattivi oħra tista’ tikser il-liġi internazzjonali u tista’ xxekkel il-kisba tal-protezzjoni ta’ individwi ggarantita fl-Unjoni b’dan ir-Regolament. It-trasferimenti għandhom ikunu permessi biss fejn ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għal trasferiment lejn pajjiż terz. Dan jista’ jkun il-każ fost l-oħrajn fejn l-iżvelar huwa meħtieġ għal raġuni importanti ta’ interess pubbliku rikonoxxuta fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi ta’ Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur. Il-kundizzjonijiet li taħthom teżisti raġuni importanti ta’ interess pubbliku għandhom ikunu speċifikati aktar f’att delegat tal-Kummissjoni. F’każijiet fejn il-kontrolluri jew il-proċessuri jiġu kkonfrontati b’rekwiżiti ta’ konformità konfliġġenti bejn il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni min-naħa waħda, u dik ta’ pajjiż terz min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-liġi tal-Unjoni tieħu preċedenza f’kull ħin. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida u għajnuna għall-kontrollur u l-proċessur, u għandha tfittex li tirriżolvi l-kunflitt ġurisdizzjonali mal-pajjiż terz inkwistjoni.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Premessa 92

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(92) L-istabbiliment ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni fl-Istati Membri, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda, sabiex jirriflettu l-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom.

(92) L-istabbiliment ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni fl-Istati Membri, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda, sabiex jirriflettu l-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom. Awtorità għandu jkollha riżorsi finanzjarji u personali adegwati sabiex twettaq bis-sħiħ ir-rwol tagħha, filwaqt illi jitqies id-daqs tal-popolazzjoni u l-ammont tal-ipproċessar tad-dejta personali.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Premessa 94

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(94) Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata riżorsi finanzjarji u umani, bini u infrastruttura adegwati, li huwa meħtieġ għat-twettiq effettiva tal-kompiti tagħhom, inklużi għall-kompiti relatati mal-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni oħrajn fl-Unjoni kollha.

(94) Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata riżorsi finanzjarji u umani adegwati, filwaqt illi tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar ta’ ħiliet tekniċi u legali adegwati tal-persunal, bini u infrastruttura, li huma meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom, inklużi għall-kompiti relatati mal-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni oħrajn fl-Unjoni kollha.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Premessa 95

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(95) Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-liġi f’kull Stat Membru u b’mod partikolari għandhom jipprovdu li dawk il-membri għandhom jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru, u jinkludu regoli dwar il-kwalifiki personali tal-membri u l-pożizzjoni ta’ dawk il-membri.

(95) Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-liġi f’kull Stat Membru u b’mod partikolari għandhom jipprovdu li dawk il-membri għandhom jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru b’attenzjoni biex tkun minimizzata l-possibbiltà ta’ interferenza politika, u jinkludu regoli dwar il-kwalifiki personali tal-membri, l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess u l-pożizzjoni ta’ dawk il-membri.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Premessa 97

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(97) Fejn l-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni jseħħ f’aktar minn Stat Membru wieħed, awtorità superviżorja waħda għandha tkun kompetenti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-Unjoni kollha, sabiex tiżdied l-applikazzjoni konsistenti, tkun ipprovduta ċertezza legali u jonqos il-piż amministrattiv għal dawn il-kontrolluri u l-proċessuri.

(97) Fejn l-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni jseħħ f’aktar minn Stat Membru wieħed, awtorità ta’ superviżjoni waħda għandha taġixxi bħala punt ta’ kuntatt uniku u bħala l-awtorità responsabbli ewlenija biex tissorvelja lill-kontollur jew lill-proċessur fl-Unjoni, sabiex tiżdied l-applikazzjoni konsistenti, tipprovdi ċertezza legali u tnaqqas il-piż amministrattiv għal dawn il-kontrolluri u l-proċessuri.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Premessa 98

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(98) L-awtorità kompetenti, li tipprovdi dan il-punt uniku ta’ servizz, għandha tkun l-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru li fiha l-kontrollur jew il-proċessur għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu.

(98) L-awtorità ewlenija, li tipprovdi dan il-punt uniku ta’ servizz, għandha tkun l-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru li fiha l-kontrollur jew il-proċessur għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu jew ir-rappreżentant tiegħu. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jista’ jaħtar lill-awtorità ewlenija permezz ta' mekkaniżmu ta' konsistenza f’ċerti każijiet fuq it-talba ta’ awtorità kompetenti.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Premessa 98a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(98a) Suġġetti tad-dejta li d-dejta personali tagħhom hija pproċessata minn kontrollur tad-dejta jew proċessur fi Stat Membru ieħor għandhom ikunu jistgħu jilmentaw lill-awtorità ta' superviżjoni tal-għażla tagħhom. L-awtorità ta' protezzjoni tad-dejta ewlenija għandha tikkoordina l-ħidma tagħha ma' dik tal-awtoritajiet involuti l-oħrajn.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Premessa 101

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(101) Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-dejta u għandha tinvestiga l-każ. L-investigazzjoni wara lment għandha titwettaq, soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja, safejn ikun xieraq fil-każ speċifiku. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli. Jekk il-każ ikun jeħtieġ aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, għandha tingħata informazzjoni intermedja lis-suġġett tad-dejta.

(101) Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-dejta jew assoċjazzjoni li qed taġixxi fl-interess pubbliku u għandha tinvestiga l-każ. L-investigazzjoni wara lment għandha titwettaq, soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja, safejn ikun xieraq fil-każ speċifiku. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta jew l-assoċjazzjoni dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli. Jekk il-każ ikun jeħtieġ aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, għandha tingħata informazzjoni intermedja lis-suġġett tad-dejta.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Premessa 105

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(105) Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, għandu jkun stabbilit mekkaniżmu ta’ konsistenza għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nnifishom u l-Kummissjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika b’mod partikolari fejn awtorità ta’ superviżjoni jkollha l-ħsieb li tieħu miżura fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma relatati mal-offerta ta’ prodotti, jew servizzi għal suġġetti tad-dejta f’bosta Stati Membri, jew għall-monitoraġġ ta’ dawn is-suġġetti tad-dejta, jew li jistgħu sostanzjalment jaffettwaw il-fluss liberu ta’ dejta personali. Dan għandu japplika wkoll meta xi awtorità ta’ superviżjoni jew il-Kummissjoni titlob li l-kwistjoni għandha tiġi trattata fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura li l-Kummissjoni tista’ tieħu fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont it-Trattati.

(105) Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, għandu jkun stabbilit mekkaniżmu ta’ konsistenza għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nnifishom u l-Kummissjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika b’mod partikolari fejn awtorità ta’ superviżjoni jkollha l-ħsieb li tieħu miżura fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma relatati mal-offerta ta’ prodotti, jew servizzi għal suġġetti tad-dejta f’bosta Stati Membri, jew għall-monitoraġġ ta’ dawn is-suġġetti tad-dejta, jew li jistgħu sostanzjalment jaffettwaw il-fluss liberu ta’ dejta personali. Dan għandu japplika wkoll meta xi awtorità ta’ superviżjoni jew il-Kummissjoni titlob li l-kwistjoni għandha tiġi trattata fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Barra minn hekk, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li jiksbu l-konsistenza, jekk iqisu li xi miżura mill-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Dejta ta’ xi Stat Membru ma tkunx issodisfat dan il-kriterju. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura li l-Kummissjoni tista’ tieħu fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont it-Trattati.

Emenda                      72

Proposta għal regolament

Premessa 106a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(106a) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jista’, f'każijiet individwali jadotta deċiżjoni vinkolanti għall-awtoritajiet ta' superviżjoni kompetenti.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Premessa 107

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(107) Sabiex tassigura l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tadotta opinjoni dwar din il-kwistjoni, jew deċiżjoni, li titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni tissospendi l-abbozz ta’ miżura tagħha.

imħassar

Emenda  74

Proposta għal regolament

Premessa 110

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(110) Fil-livell tal-Unjoni, għandu jkun stabbilit Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Dan għandu jieħu post il-Grupp ta’ Ħidma għall-Protezzjoni ta’ Individwi fl-Ipproċessar ta’ Dejta Personali stabbilit bid-Direttiva 95/46/KE. Għandu jkun magħmul minn kap ta’ awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull Stat Membru u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa fl-attivitajiet tiegħu. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament madwar l-Unjoni, inkluż billi jagħti pariri lill-Kummissjoni u jippromwovi l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji madwar l-Unjoni. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jaġixxi b’mod indipendenti meta jeżerċita l-kompiti tiegħu.

(110) Fil-livell tal-Unjoni, għandu jkun stabbilit Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Dan għandu jieħu post il-Grupp ta’ Ħidma għall-Protezzjoni ta’ Individwi fl-Ipproċessar ta’ Dejta Personali stabbilit bid-Direttiva 95/46/KE. Għandu jkun magħmul minn kap ta’ awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull Stat Membru u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament madwar l-Unjoni, inkluż billi jagħti pariri lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jippromwovi l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni madwar l-Unjoni, inkluża l-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jaġixxi b’mod indipendenti meta jeżerċita l-kompiti tiegħu. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jsaħħaħ id-djalogu mal-partijiet interessati konċernati bħall-assoċjazzjonijiet tas-suġġetti tad-dejta, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, il-kontrolluri tad-dejta u l-partijiet interessati u l-esperti rilevanti oħra.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Premessa 111

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(111) Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru u jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju jekk iħoss li d-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament ikunu miksura jew fejn l-awtorità ta’ superviżjoni ma tirreaġixxix għal ilment jew ma tiħux azzjoni meta dik l-azzjoni tkun neċessarja sabiex ikunu protetti id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

(111) Is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom d-dritt li jressqu lment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru u jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jekk iħossu li d-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament ikunu miksura jew fejn l-awtorità ta’ superviżjoni ma tirreaġixxix għal ilment jew ma tiħux azzjoni meta dik l-azzjoni tkun neċessarja sabiex ikunu protetti id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Premessa 112

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(112) Kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tipproteġi d-drittijiet u l-interessi ta’ suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta tagħhom u li tkun kostitwita skont il-liġi ta’ Stat Membru għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni jew teżerċita d-dritt għal rimedju ġudizzjarju f’isem is-suġġetti tad-dejta, jew li tressaq, indipendentement mill-ilment ta’ suġġett tad-dejta, ilment hi stess meta tqis li kien hemm xi ksur ta’ dejta personali.

(112) Kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li taġixxi fl-interess pubbliku u li tkun kostitwita skont il-liġi ta’ Stat Membru għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni f'isem suġġetti tad-dejta bil-kunsens tagħhom jew teżerċita d-dritt għal rimedju ġudizzjarju jekk tiġi awtorizzata mis-suġġetti tad-dejta, jew li tressaq, indipendentement mill-ilment ta’ suġġett tad-dejta, ilment hi stess meta tqis li kien hemm xi ksur ta’ dan ir-Regolament.

Emenda                      77

Proposta għal regolament

Premessa 114

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(114) Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni ġudizzjarja tas-suġġett tad-dejta fis-sitwazzjonijiet fejn l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti hija stabbilita fi Stat Membru ieħor minn dak fejn jgħix is-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta jista’ jitlob kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li għandha l-għan li tipproteġi d-drittijiet u l-interessi ta’ suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta tagħhom biex tressaq ’il quddiem il-proċedimenti f’isem is-suġġett tad-dejta kontra l-awtorità ta’ superviżjoni lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor.

(114) Sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni ġudizzjarja tas-suġġett tad-dejta fis-sitwazzjonijiet fejn l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti hija stabbilita fi Stat Membru ieħor minn dak fejn jgħix is-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta jista’ jawtorizza kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li qed taġixxi fl-interess pubbliku biex tressaq il-proċedimenti kontra l-awtorità ta’ superviżjoni lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Premessa 115

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(115) F’sitwazzjonijiet fejn l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti li tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor ma taġixxix jew tkun ħadet miżuri insuffiċjenti fir-rigward ta’ lment, is-suġġett tad-dejta jista’ titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu jew tagħha sabiex tressaq proċeduri kontra dik l-awtorità ta’ superviżjoni lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor. L-awtorità ta’ superviżjoni mitluba tista’ tiddeċiedi, soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju, jekk huwiex xieraq li tiġi segwita t-talba jew le.

(115) F’sitwazzjonijiet fejn l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti li tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor ma taġixxix jew tkun ħadet miżuri insuffiċjenti fir-rigward ta’ lment, is-suġġett tad-dejta jista’ titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu jew tagħha sabiex tressaq proċeduri kontra dik l-awtorità ta’ superviżjoni lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor. Dan ma japplikax għall-persuni li mhumiex residenti fl-UE. L-awtorità ta’ superviżjoni mitluba tista’ tiddeċiedi, soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju, jekk huwiex xieraq li tiġi segwita t-talba jew le.

Emenda                      79

Proposta għal regolament

Premessa 116

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(116) Għal proċedimenti kontra kontrollur jew proċessur, ir-rikorrent għandu jkollu l-għażla li jagħmel rikors fil-qrati tal-Istati Membri fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbiliment jew fejn jgħix is-suġġett tad-data, dment li l-kontrollur ma jkunx awtorità pubblika li qiegħda taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħha.

(116) Għal proċedimenti kontra kontrollur jew proċessur, ir-rikorrent għandu jkollu l-għażla li jagħmel rikors fil-qrati tal-Istati Membri fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbiliment jew, fil-każ ta' residenza fl-UE, fejn jgħix is-suġġett tad-dejta, sakemm il-kontrollur ma jkunx awtorità pubblika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li qiegħda taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħha.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Premessa 118

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(118) Kwalunkwe ħsara li tista’ ssofri persuna b’riżultat tal-ipproċessar illegali għandha tiġi kkumpensata mill-kontrollur jew mill-proċessur, li jista' jiġi eżentat mir-responsabbiltà jekk jippreżenta provi li huwa mhuwiex responsabbli għall-ħsara, b’mod partikolari meta jistabbilixxi tort min-naħa tas-suġġett tad-data jew f’każ ta’ force majeure.

(118) Kwalunkwe ħsara, kemm jekk hi ta’ flus jew le, li tista’ ssofri persuna b’riżultat ta’ pproċessar illegali għandha tiġi kkumpensata mill-kontrollur jew mill-proċessur, li jista' jiġi eżentat mir-responsabbiltà biss jekk iġib provi li ma jkunx responsabbli għall-ħsara, b’mod partikolari meta hu jistabbilixxi nuqqas min-naħa tas-suġġett tad-dejta jew f’każ ta’ forza maġġuri.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Premessa 119

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(119) Għandhom jiġu imposti pieni fuq kwalunkwe persuna, sew jekk regolati b’liġi privata kif ukoll jekk bil-liġi pubblika, li tonqos li tikkonforma ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-pieni jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom jrisu l-miżuri kollha sabiex jimplimentaw il-pieni

(119) Għandhom jiġu imposti pieni fuq kwalunkwe persuna, sew jekk regolati b’liġi privata kif ukoll jekk bil-liġi pubblika, li tonqos li tikkonforma ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-pieni jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom jrisu l-miżuri kollha sabiex jimplimentaw il-pieni Ir-regoli dwar il-pieni għandhom ikunu suġġetti għal salvagwardji proċedurali xierqa f'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-dritt tal-Unjoni u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, inklużi dawk li jirrigwardaw id-dritt ta' rimedju ġudizzjarju effettiv, proċess dovut u l-prinċipju ta' ne bis in idem.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Premessa 119a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(119a) Fl-applikazzjoni ta' pieni, l-Istati Membri għandhom juru rispett sħiħ lejn is-salvagwardji proċedurali xierqa, inkluż id-dritt ta' rimedju ġudizzjarju effettiv, proċess dovut u l-prinċipju ta' ne bis in idem.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Premessa 121

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(121) L-ipproċessar tad-dejta personali għal skopijiet ġurnalistiċi biss, jew għal skopijiet ta’ espressjoni artistika jew letterarja għandu jikkwalifika għall-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sabiex ikun irrikonċiljat id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali mad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, u l-aktar id-dritt li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, kif garantit b’mod partikolari mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika b’mod partikolari għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-qasam awdjoviżiv u fl-arkivji tal-aħbarijiet u l-libreriji tal-istampa. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi, li għandhom jistabbilixxu l-eżenzjonijiet u d-derogi li huma meħtieġa għall-fini tal-bilanċ ta’ dawn id-drittijiet fundamentali. Dawn l-eżenzjonijiet u derogi għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri fuq prinċipji ġenerali, fuq id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, fuq il-kontrollur u l-proċessur, fuq it-trasferiment ta’ dejta lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fuq l-awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti u fuq il-kooperazzjoni u l-konsistenza. Dan ma għandux iwassal, madankollu, sabiex l-Istati Membri jistabbilixxu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jittieħed kont tal-importanza tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni f’kull soċjetà demokratika, huwa neċessarju li jiġu interpretati kunċetti relatati b'mod wiesa’ mal-libertà, bħall-ġurnaliżmu. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw l-attivitajiet bħala "ġurnalistiċi" għall-fini tal-eżenzjonijiet u d-derogi li jridu jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament jekk l-għan ta’ dawn l-attivitajiet huwa l-iżvelar lill-pubbliku tal-informazzjoni, opinjonijiet jew ideat, irrispettivament mill-medium li jintuża biex jiġu trażmessi. Dawn m’għandhomx ikunu limitati għal impriżi tal-medja u jistgħu jintużaw għall-fini ta’ profitt jew bla profitt.

(121) Kull meta jkun meħtieġ, eżenzjonijiet jew derogi mir-rekwiżiti ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għall-ipproċessar tad-dejta personali għandhom ikunu possibbli sabiex ikun irrikonċiljat id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali mad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, u l-aktar id-dritt li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, kif garantit b’mod partikolari mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi, li għandhom jistabbilixxu l-eżenzjonijiet u d-derogi li huma meħtieġa għall-fini tal-bilanċ ta’ dawn id-drittijiet fundamentali. Dawn l-eżenzjonijiet u derogi għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri fuq prinċipji ġenerali, fuq id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, fuq il-kontrollur u l-proċessur, fuq it-trasferiment ta’ dejta lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fuq l-awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti, fuq il-kooperazzjoni u l-konsistenza u fuq sitwazzjonijiet speċifiċi ta' pproċessar ta' dejta. Dan ma għandux iwassal, madankollu, sabiex l-Istati Membri jistabbilixxu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jittieħed kont tal-importanza tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni f’kull soċjetà demokratika, huwa neċessarju li jiġu interpretati kunċetti relatati b'mod wiesa’ mal-libertà, biex jiġu koperti l-attivitajiet li jimmiraw lejn l-iżvelar lill-pubbliku tal-informazzjoni, opinjonijiet jew ideat, irrispettivament mill-medium li jintuża biex jiġu trażmessi, filwaqt li jiġi kkunsidrat wkoll l-iżvilupp teknoloġiku. Dawn m’għandhomx ikunu limitati għal impriżi tal-medja u jistgħu jintużaw għall-fini ta’ profitt jew bla profitt.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Premessa 122a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(122a) Professjonist li jipproċessa dejta personali li tikkonċerna s-saħħa għandu jirċievi, jekk ikun possibbli, dejta anonima jew bi psewdonimu, li tħalli l-għarfien tal-identità biss għat-Tabib Ġeneriku jew għall-Ispeċjalista li jkun talab dak l-ipproċessar tad-dejta.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Premessa 123

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(123) L-ipproċessar ta’ data personali dwar is-saħħa jista’ jkun meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fl-oqsma tas-saħħa pubblika, mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data. F’dak il-kuntest, is-‘saħħa pubblika’ għandha tiġi interpretata kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika tal-Komunità dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, li jfisser l-elementi kollha relatati mas-saħħa, l-aktar l-istat ta’ saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabilità, il-fatturi determinanti li għandhom effett fuq l-istat ta’ saħħa, il-bżonnijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-provvediment ta’, u l-aċċess universali għal, kura tas-saħħa kif ukoll l-ispiża u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u l-kawżi ta’ mortalità. Tali proċessar tad-dejta personali li jikkonċerna saħħa għal raġunijiet ta' interess pubbliku m'għandux jirriżulta f'li d-dejta personali tiġi proċessata għal skopijiet oħra minn partijiet terzi bħal minn min jimpjega, kumpaniji tal-assigurazzjoni u banek.

(123) L-ipproċessar ta’ data personali dwar is-saħħa jista’ jkun meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fl-oqsma tas-saħħa pubblika, mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data. F’dak il-kuntest, is-‘saħħa pubblika’ għandha tiġi interpretata kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 , li jfisser l-elementi kollha relatati mas-saħħa, l-aktar l-istat ta’ saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabilità, il-fatturi determinanti li għandhom effett fuq l-istat ta’ saħħa, il-bżonnijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-provvediment ta’, u l-aċċess universali għal, kura tas-saħħa kif ukoll l-ispiża u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u l-kawżi ta’ mortalità.

 

1Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70)

Emenda  86

Proposta għal regolament

Premessa 123a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(123a) L-ipproċessar tad-dejta personali li tikkonċerna s-saħħa, bħala kategorija speċjali ta’ dejta, jista’ jkun neċessarju għal raġunijiet ta’ riċerka storika, statistika jew xjentifika. Għalhekk, dan ir-Regolament jipprovdi eżenzjoni mir-rekwiżit ta' approvazzjoni f'każijiet ta' riċerka li jservi ta' interess pubbliku kbir.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Premessa 124

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(124) Il-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-kuntest tal-impjieg. Għaldaqstant, sabiex jiġi rregolat l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg, l-Istati Membri fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu jistgħu, jadottaw bil-liġi regoli speċifiċi għall-ipproċessar ta’ dejta personali fis-settur tal-impjieg.

(124) Il-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-kuntest tal-impjieg u tas-sigurtà soċjali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali fis-settur tal-impjieg u l-ipproċessar ta' dejta personali fil-kuntest tas-sigurtà soċjali, skont ir-regoli u l-istandards minimi stipulati f’dan ir-Regolament. Fejn hija prevista bażi statutorja fl-Istat Membru inkwistjoni għar-regolazzjoni ta' kwistjonijiet ta' impjiegi bi ftehim bejn rappreżentanti tal-impjegat u l-ġestjoni tal-impriża jew ta' impriża li tikkontrolla grupp ta' impriżi (ftehim kollettiv) jew skont id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1, l-ipproċessar ta' dejta personali f'kuntest ta' impjiegi jista' jiġi regolat ukoll permezz ta' tali ftehim.

 

1Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).

Emenda  88

Proposta għal regolament

Premessa 125a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(125a) Dejta personali tista' tiġi pproċessata wkoll sussegwentement minn istituzzjonijiet tal-arkivji li l-kompitu ewlieni jew mandatorju tagħhom huwa li jiġbru , iżommu, jipprovdu informazzjoni dwar arkivji, jisfruttaw dawn l-arkivji u jxerrdu t-tagħrif tagħhom fl-interess pubbliku. Il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri għandha tirrikonċilja d-dritt tal-protezzjoni ta' dejta personali ma' regoli dwar arkivji u dwar aċċess pubbliku għal informazzjoni amministrattiva. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu t-tfassil, partikolarment mill-Grupp Ewropew tal-Arkivji, ta' regoli biex tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità ta' dejta vis-à-vis partijiet terzi u l-awtentiċità, l-integrità u ż-żamma ta' data b'mod xieraq.

Emenda                      89

Proposta għal regolament

Premessa 126

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(126) Ir-riċerka xjentifika għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandha tinkludi riċerka fundamentali, riċerka applikata u riċerka finanzjata privatament u barra dan għandha tieħu kont ukoll tal-għan tal-Unjoni taħt l-Artikolu 179(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jikseb iż-Żona Ewropea ta' Riċerka.

(126) Ir-riċerka xjentifika għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandha tinkludi riċerka fundamentali, riċerka applikata u riċerka finanzjata privatament u barra dan għandha tieħu kont ukoll tal-għan tal-Unjoni taħt l-Artikolu 179(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jikseb iż-Żona Ewropea ta' Riċerka. L-ipproċessar ta' dejta perosnali għal skopijiet ta' riċerka storika, statistika u xjentifika ma għandhiex tirriżulta f'dejta personali li tiġi proċessata għal skopijiet oħra, sakemm mhux bl-approvazzjoni tas-suġġett tad-dejta jew fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Premessa 128

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(128) Dan ir-Regolament jirrispetta u ma jippreġudikax l-istatus skont il-liġi nazzjonali ta’ knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi fl-Istati Membri, kif rikonoxxut fl-Artikolu 17 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Bħala konsegwenza, meta knisja fi Stat Membru matul id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tapplika regoli komprensivi rigward l-ipproċessar tad-dejta personali, dawn ir-regoli eżistenti għandhom ikomplu japplikaw jekk jinġiebu konformi ma’ dan ir-Regolament. Tali knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi għandhom ikunu obbligati li jipprovdu għat-twaqqif ta’ awtorità ta’ superviżjoni li hija indipendenti għal kollox.

(128) Dan ir-Regolament jirrispetta u ma jippreġudikax l-istatus skont il-liġi nazzjonali ta’ knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi fl-Istati Membri, kif rikonoxxut fl-Artikolu 17 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Bħala konsegwenza, meta knisja fi Stat Membru matul id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tapplika regoli adegwati rigward l-ipproċessar tad-dejta personali, dawn ir-regoli eżistenti għandhom ikomplu japplikaw jekk jinġiebu konformi ma’ dan ir-Regolament u jiġu rikonoxxuti bħala konformi.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Premessa 129

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(129) Sabiex jiġu sodisfatti l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali u biex ikun żgurat il-moviment liberu ta’ data personali fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun iddelegata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, għandhom ikunu adottati atti delegati fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet rigward il-kunsens ta’ minorenni; l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet għal talbiet u drittijiet eċċessivi b’mod ċar għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta u fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt li wieħed ikun minsi u għat-tħassir; il-miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili; il-kriterji u r-rekwiżiti fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur u għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku; proċessur; il-kriterji u rrekwiżiti għad-dokumentazzjoni u s-sigurtà tal-ipproċessar; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta’ notifika ta’ ksur ta’ dejta personali u għan-notifika tagħha lill-awtorità ta’ superviżjoni, u f’cirkostanzi fejn ksur ta’ dejtapersonali x’aktarx li jaffettwa ħażin lis-suġġett tad-dejta; il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta’ grad għoli ta’ riskji speċifiċi li jeħtieġu l-konsultazzjoni minn qabel; il-ħatra u l-kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta; il-kodiċijiet ta’ kondotta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni; il-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferimenti permezz ta’ regoli korporattivi vinkolanti; id-derogi ta’ trasferiment; is-sanzjonijiet amministrattivi; l-ipproċessar għal finijiet ta’ saħħa; l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg u l-ipproċessar għal skopijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż ma’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tassigura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(129) Sabiex jiġu sodisfatti l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali u biex ikun żgurat il-moviment liberu ta’ data personali fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tkun iddelegata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, għandhom ikunu adottati atti delegati fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni ta' kundizzjonijiet ta' mezz ibbażat fuq ikoni għall-għoti ta' informazzjoni; id-dritt għat-tħassir; id-dikjarazzjoni li l-kodiċijiet ta' kodotta huma konformi mar-Regolament; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta’ protezzjoni li pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali huma kapaċi jassumu; il-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferimenti permezz ta’ regoli korporattivi vinkolanti; is-sanzjonijiet amministrattivi; l-ipproċessar għal finijiet ta’ saħħa u l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg; Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, b’mod partikolari mal-Bord Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Premessa 130

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(130) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet unformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi għal; l-ispeċifikazzjoni tal-forom standard fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni; proċeduri u forom standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta; forom standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; forom u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta; forom standard fir-rigward għar-responsabbiltà tal-kontrollur għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku u għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; forom u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta’ protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(130) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet unformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi għal; l-ispeċifikazzjoni tal-formoli standard għal metodi speċifiċi biex tinkiseb approvazzjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni; formoli standard għall-komunikazzjoni lis-suġġetti tad-dejta dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom; forom standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; formoli standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess, inkluż għall-komunikazzjoni ta' dejta personali lis-suġġett tad-dejta; formoli standard fir-rigward tad-dokumentazzjoni li għandha tinżamm mill-kontrollur u l-proċessur; il-formola standard għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u għad-dokumentazzjoni ta' ksur ta' dejta personali; formoli għal konsultazzjoni minn qabel u informazzjoni lill-awtorità ta' superviżjoni; Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

 

1Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Premessa 131

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(131) Il-proċedura ta' analiżi għandha tintuża għall-adozzjoni ta' formoli standard ta' speċifikazzjoni fir-rigward tal-kunsens ta' minorenni; proċeduri u forom standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta; forom standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; forom u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta; forom standard fir-rigward għar-responsabbiltà tal-kontrollur għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku u għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; forom u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta’ protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza, minħabba li dawk l-atti huma ta’ ambitu ġenerali.

(131) Il-proċedura ta' analiżi għandha tintuża għall-adozzjoni ta' formoli standard ta' speċifikazzjoni; l-ispeċifikazzjoni tal-formoli standard għal metodi speċifiċi biex tinkiseb approvazzjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni; formoli standard għall-komunikazzjoni lis-suġġetti tad-dejta dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom; formoli standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; formoli standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess, inkluż għall-komunikazzjoni tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta; formoli standard fir-rigward tad-dokumentazzjoni li għandha tinżamm mill-kontrollur u l-proċessur; il-formola standard għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u għad-dokumentazzjoni ta' ksur ta' dejta personali; formoli għall-konsultazzjoni minn qabel lill-awtorità ta' superviżjoni, minħabba li dawk l-atti huma ta’ ambitu ġenerali.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Premessa 132

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(132) Il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli fejn dan jintalab minn raġunijiet imperattivi ta’ urġenza, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li ma tiżgurax livell adegwat ta’ protezzjoni u relatati ma’ kwistjonijiet ikkomunikati minn awtoritajiet superviżorji taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

imħassar

Emenda                      95

Proposta għal regolament

Premessa 134

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(134) Id-Direttiva 95/46/KE għandha tiġi rrevokata minn dan ir-Regolament. Madankollu, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni u l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni bbażati fuq id-Direttiva 95/46/KE għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(134) Id-Direttiva 95/46/KE għandha tiġi rrevokata minn dan ir-Regolament. Madankollu, id-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni u l-awtorizzazzjonijiet mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni bbażati fuq id-Direttiva 95/46/KE għandhom jibqgħu fis-seħħ. Deċiżjonijiet u awtorizzazzjonijiet mill-Kummissjoni permezz ta' awtoritajiet ta' superviżjoni relatati ma' trasferimenti ta' dejta personali lil pajjiżi terzi skont l-Article 41(8) għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' tranżizzjoni ta' ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm mhux emendat, sostitwit jew revokat mill-Kummissjoni qabel tmiem dan il-perjodu.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kamp ta’ applikazzjoni materjali

Kamp ta’ applikazzjoni materjali

1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ dejta personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.

1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, irrispettivament mill-metodu ta' pproċessar, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ dejta personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta’ dejta personali:

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta’ dejta personali:

(a) fil-kors ta’ attività li ma tkunx skont il-finijiet ta’ liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali;

(a) matul attività li ma tkunx skont il-finijiet ta’ liġi tal-Unjoni;

(b) mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;

 

(c) mill-Istati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-Kapitolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(c) mill-Istati Membri meta jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

(d) minn persuna fiżika mingħajr ebda interess ta’ qligħ matul l-attività esklussivament personali jew domestika tagħha;

(d) minn persuna fiżika matul attività esklussivament personali jew domestika. Din l-eżenzjoni għandha tapplika wkoll għal pubblikazzjoni ta' dejta personali fejn wieħed jista' jistenna b'mod raġonevoli li jsir aċċess għaliha biss minn numru limitat ta' persuni;

(e) minn awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, detezzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.

(e) minn awtoritajiet pubbliċi kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, detezzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.

3. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli ta’ responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva.

3. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli ta’ responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kamp ta’ applikazzjoni territorjali

Kamp ta’ applikazzjoni territorjali

1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntesti tal-attivitajiet ta’ stabbilment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni.

1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, kemm jekk l-ipproċessar isir fl-Unjoni u anke jekk le.

2. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessat tad-dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, meta l-attivitajiet ta’ pproċessar huma relatati ma’:

2. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni, meta l-attivitajiet ta’ pproċessar huma relatati ma’:

(a) l-offerta ta’ prodotti u servizzi lil dawn is-suġġetti tad-dejta fl-Unjoni; jew

(a) l-offerta ta' prodotti jew servizzi, irrispettivament jekk ikunx meħtieġ ħlas mis-suġġett tad-data, lil dawn is-suġġetti tad-data fl-Unjoni; jew

 

(b) il-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom.

(b) il-monitoraġġ ta’ tali suġġetti tad-dejta.

3. Dan ir-Regolamet japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, iżda f’post fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tapplika permezz tal-liġi internazzjonali pubblika.

3. Dan ir-Regolamet japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, iżda f’post fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tapplika permezz tal-liġi internazzjonali pubblika.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1) ‘suġġett tad-dejta’ tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista’ tkun identifikata, direttament jew indirettament, b’mezzi li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni, dejta dwar il-lok, identifikatur onlajn jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna;

 

(2) ‘dejta personali’ tfisser kull informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ suġġett tad-dejta;

(2) "dejta personali" tfisser kull informazzjoni li jkollha x'taqsam ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-dejta”); persuna identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur, bħall-isem, numru ta’ identifikazzjoni, dejta dwar il-post, identifikatur uniku jew għal xi fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali jew tal-ġeneru ta’ dik il-persuna;

 

(2a) 'dejta psewdonima' tfisser dejta personali li ma tkunx tista’ tiġi attribwita għal suġġett tad-dejta speċifiku mingħajr l-użu ta’ informazzjoni addizzjonali, dment li tali informazzjoni addizzjonali tinżamm separatament u suġġett għal miżuri tekniċi u organizzattivi biex jiġi żgurat li d-dejta ma tkunx tista' tiġi attribwita;

 

(2b) ‘dejta kriptata’ tfisser dejta personali, li permezz ta’ miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika ma tinftihem minn ebda persuna li mhijiex awtorizzata li jkollha aċċess għaliha;

(3) ‘ipproċessar’ tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq dejta personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allinjament jew taħlita, tħassir jew distruzzjoni;

(3) ‘ipproċessar’ tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq dejta personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allinjament jew taħlita, tħassir jew distruzzjoni;

 

(3a) 'it-tfassil ta’ profili' tfisser kwalunkwe forma ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsuba biex tevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika jew biex tanalizza jew tipprevedi b’mod partikolari l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-lokalità, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba ta’ dik il-persuna fiżika;

(4) ‘sistema ta’ arkivjar’ tfisser kwalunkwe sett strutturat ta’ dejta personali li jkun aċċessibbli skont kriterji speċifiċi, kemm jekk ċentralizzat, deċentralizzat jew mifrux fuq bażi funzjonali jew ġeografika;

(4) ‘sistema ta’ arkivjar’ tfisser kwalunkwe sett strutturat ta’ dejta personali li jkun aċċessibbli skont kriterji speċifiċi, kemm jekk ċentralizzat, deċentralizzat jew mifrux fuq bażi funzjonali jew ġeografika;

(5) ‘kontrollur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali; meta l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi tal-ħatra tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru;

(5) "kontrollur" tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma' oħrajn jiddetermina l-objettivi u l-mezzi ta' l-ipproċessar ta' dejta personali; meta l-objettivi u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istati Membri, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għan-nomina tiegħu jistgħu jiġu stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew bil-liġi ta’ Stat Membru;

(6) ‘proċessur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa dejta personali f’isem il-kontrollur;

(6) ‘proċessur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa dejta personali f’isem il-kontrollur;

(7) ‘riċevitur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li lilu tiġi żvelata d-dejta;

(7) ‘riċevitur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li lilu tiġi żvelata d-dejta;

 

(7a) ‘parti terza’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor għajr is-suġġett tad-dejta, il-kontrollur, il-proċessur u l-persuni li, taħt l-awtorità diretta tal-kontrollur jew tal-proċessur, ikunu awtorizzati li jipproċessaw id-dejta;

(8) ‘il-kunsens tas-suġġett tad-dejta’ tfisser indikazzjoni speċifika, infurmata u espliċita tax-xewqa tiegħu mogħtija liberament li biha s-suġġett tad-dejta, jew permezz ta’ dikjarazzjoni jew permezz ta’ azzjoni affermattiva ċara, jaqbel li jsir l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru;

(8) ‘il-kunsens tas-suġġett tad-dejta’ tfisser indikazzjoni speċifika, infurmata u espliċita tax-xewqa tiegħu mogħtija liberament li biha s-suġġett tad-dejta, jew permezz ta’ dikjarazzjoni jew permezz ta’ azzjoni affermattiva ċara, jaqbel li jsir l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru;

(9) 'ksur ta’ dejta personali' tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bdil, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, dejta personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata mod ieħor;

(9) 'ksur ta’ dejta personali' tfisser il-qerda aċċidentali jew illegali, telf, bdil, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, dejta personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata mod ieħor;

(10) ‘dejta ġenetika’ tfisser id-dejta kollha, ta’ kwalunkwe tip, li tirrigwarda l-karatteristiċi ta’ individwu li jintirtu jew jinkisbu waqt l-iżvilupp bikri ta’ qabel it-twelid;

(10) ‘dejta ġenetika’ tfisser id-dejta personali kollha, relatata mal-karatteristiċi ġenetiċi ta’ individwu li ntirtet jew inkisbet b’riżultat ta’ analiżi ta’ kampjun bioloġiku mill-individwu kkonċernat, b’mod partikolari l-analiżi kromosomika, l-analiżi tal-aċidu deossiribonuklejku (DNA) jew tal-aċidu ribonuklejku (RNA) jew mill-analiżi ta’ kwalunkwe element ieħor li jippermetti li tinkiseb informazzjoni ekwivalenti;

(11) ‘dejta bijometrika’ tfisser kwalunkwe dejta relatata mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew tal-imġiba ta’ individwu li tippermetti l-identifikazzjoni unika tiegħu, bħal immaġni tal-wiċċ, jew dejta dattiloskopika;

(11) ‘dejta bijometrika’ tfisser kwalunkwe dejta personali relatata mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew tal-imġiba ta’ individwu li tippermetti l-identifikazzjoni unika tiegħu, bħall-immaġni tal-wiċċ, jew dejta dattiloskopika;

(12) ‘dejta dwar is-saħħa’ tfisser kwalunkwe informazzjoni li għandha x’taqsam mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ individwu, jew mal-għoti ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu;

(12) ‘dejta dwar is-saħħa’ tfisser kwalunkwe dejta personali li għandha x’taqsam mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ individwu, jew mal-għoti ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu;

(13) ‘stabbiliment ewlieni’ tfisser fir-rigward tal-kontrollur, il-post tal-istabbilment tiegħu fl-Unjoni fejn id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali huma meħuda; jekk fl-Unjoni ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali, l-istabbilment ewlieni huwa l-post fejn isiru l-attivitajiet ta’ pproċessar ewlenin fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbilment ta’ kontrollur fl-Unjoni. Fir-rigward tal-proċessur, ‘stabbilment ewlieni’ tfisser il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu fl-Unjoni;

(13) 'stabbiliment ewlieni' tfisser il-post tal-istabbilment tal-impriża jew tal-grupp ta' impriżi fl-Unjoni, sew jekk kontrollur sew jekk proċessur, fejn id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali huma meħuda. Il-kriterji oġġettivi li ġejjin jistgħu jitqiesu fost oħrajn: il-post tas-sede tal-kontrollur jew tal-proċessur; il-post tal-entità fi ħdan grupp ta' impriżi li tinsab fl-aħjar pożizzjoni f'termini ta' funzjonijiet maniġerjali u responsabbiltajiet amministrattivi biex tittratta u tinforza r-regoli kif stabbiliti f'dan ir-Regolament; il-post fejn attivitajiet maniġerjali effettivi u reali huma eżerċitati, u li jiddeterminaw l-ipproċessar tad-dejta permezz ta’ arranġamenti stabbli.

(14) ‘rappreżentant’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li, maħtura b’mod espliċitu mill-kontrollur, taġixxi u tista’ tkun indirizzata minn kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni u korpi oħrajn fl-Unjoni minflok il-kontrollur, fir-rigward tal-obbligi tal-kontrollur taħt dan ir-Regolament;

(14) ‘rappreżentant’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li, maħtura b’mod espliċitu mill-kontrollur, tirrappreżenta lill-kontrollur, fir-rigward tal-obbligi tal-kontrollur taħt dan ir-Regolament;

(15) ‘impriża’ tfisser kull entità impenjata f’attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha, u b’hekk tinkludi, b’mod partikolari, persuni fiżiċi u ġuridiċi, sħubiji jew assoċjazzjonijiet regolarment impenjati f’attività ekonomika;

(15) ‘impriża’ tfisser kull entità impenjata f’attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha, u b’hekk tinkludi, b’mod partikolari, persuni fiżiċi u ġuridiċi, sħubiji jew assoċjazzjonijiet regolarment impenjati f’attività ekonomika;

(16) ‘grupp ta’ impriżi’ tfisser impriża li tikkontrolla u l-impriżi kkontrollati minnha;

(16) ‘grupp ta’ impriżi’ tfisser impriża li tikkontrolla u l-impriżi kkontrollati minnha;

(17) ‘regoli korporattivi vinkolanti’ tfisser politiki ta’ protezzjoni tad-dejta personali osservati minn kontrollur jew proċessur stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni għat-trasferimenti jew sett ta’ trasferimenti ta’ dejta personali lil kontrollur jew proċessur f’pajjiż terz wieħed jew aktar fi grupp ta’ impriżi;

(17) ‘regoli korporattivi vinkolanti’ tfisser politiki ta’ protezzjoni tad-dejta personali osservati minn kontrollur jew proċessur stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni għat-trasferimenti jew sett ta’ trasferimenti ta’ dejta personali lil kontrollur jew proċessur f’pajjiż terz wieħed jew aktar fi grupp ta’ impriżi;

(18) ‘minorenni’ tfisser kull persuna taħt it-18-il sena;

(18) ‘minorenni’ tfisser kull persuna taħt it-18-il sena;

(19) ‘awtorità ta’ superviżjoni’ tfisser awtorità pubblika stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 46.

(19) ‘awtorità ta’ superviżjoni’ tfisser awtorità pubblika stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 46.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prinċipji relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali

Prinċipji relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali

1. Id-dejta personali għandha tkun:

1. Id-dejta personali għandha tkun:

(a) ipproċessata legalment, ġustament u b’mod trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-dejta;

(a) ipproċessata legalment, ġustament u b’mod trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-dejta (legalità, ġustizzja u trasparenza);

(b) miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessata ulterjorment b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk il-finijiet;

(b) miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessata ulterjorment b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk il-finijiet (limitazzjoni tal-iskop);

(c) adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

(c) adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali (minimizzazzjoni tad-dejta);

(d) eżatta u miżmuma aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx eżatta, meħud kont tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien;

(d) eżatta u, meta jkun meħtieġ, miżmuma aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx eżatta, meħud kont tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien (eżattezza);

(e) miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali ; id-dejta personali tista’ tinħażen għal perjodi itwal sakemm id-dejta tiġi pproċessata unikament għal għanijiet ta’ riċerka storika, xjentifika jew ta’ statistika skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 83 u jekk titwettaq reviżjoni perjodika biex tiġi vvalutata l-ħtieġa li titkompla l-ħażna;

(e) miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni diretta jew indiretta tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali; id-dejta personali tista’ tinħażen għal perjodi itwal sakemm id-dejta tiġi pproċessata unikament għal għanijiet ta’ riċerka storika, xjentifika jew ta’ statistika jew għal skopijiet ta' arkivju skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 83 u 83a u jekk titwettaq reviżjoni perjodika biex tiġi vvalutata l-ħtieġa li titkompla l-ħażna, u, jekk xieraq, miżuri tekniċi u organizzattivi jiġu implimentati biex jiġi limitat l-aċċess għad-dejta għal dawn l-iskopijiet biss (minimizzazzjoni tal-ħżin);

 

(ea) ipproċessata b'mod li effettivament tippermetti li s-suġġett tad-dejta jeżerċita d-drittijiet tiegħu (effettività);

 

(eb) ipproċessata b'mod li tipproteġi mill-ipproċessar mhux awtorizzat jew illeċitu u mit-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta’ miżuri tekniċi jew organizzativi xierqa (integrità);

(f) ipproċessata taħt ir-responsabbiltà u l-obbligu tal-kontrollur, li għandu jiżgura u juri għal kull operazzjoni ta’ pproċessar il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(f) ipproċessata taħt ir-responsabbiltà u l-obbligu tal-kontrollur, li għandu jiżgura u jkun jista' juri l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament (responsabilità).

––Emenda                  100

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Legalità tal-ipproċessar

Legalità tal-ipproċessar

1. L-ipproċessar tad-dejta personali għandu jkun legali biss jekk u sal-punt li tapplika mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

1. L-ipproċessar tad-dejta personali għandu jkun legali biss jekk u sal-punt li tapplika mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

(a) is-suġġett tad-dejta ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal għan speċifiku wieħed jew aktar;

(a) is-suġġett tad-dejta ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal għan speċifiku wieħed jew aktar;

(b) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt li għalih is-suġġett tad-dejta huwa parti jew sabiex jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett tad-dejta qabel ma jidħol f’kuntratt;

(b) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt li għalih is-suġġett tad-dejta huwa parti jew sabiex jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett tad-dejta qabel ma jidħol f’kuntratt;

(c) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur;

(c) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur;

(d) l-ipproċessar huwa meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta;

(d) l-ipproċessar huwa meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta;

(e) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur;

(e) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur;

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet tal-interessi leġittimi segwiti minn kontrollur, ħlief meta dawn l-interessi huma megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta li jeħtieġu l-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari meta s-suġġett tad-dejta ijkun minorenni. Dan m’għandux japplika għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew, fil-każ ta' żvelar, mit-terza parti li lilha tiġi żvelata d-dejta, u li jissodisfaw l-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-dejta abbażi tar-relazzjoni tiegħu mal-kontrollur, ħlief meta dawn l-interessi huma megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta li jeħtieġu l-protezzjoni tad-dejta personali. Dan m’għandux japplika għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

2. L-ipproċessar ta’ dejta personali li huwa neċessarju għall-fini ta’ riċerka storika, statistika jew xjentifika għandu jkun legali soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83.

2. L-ipproċessar ta’ dejta personali li huwa neċessarju għall-fini ta’ riċerka storika, statistika jew xjentifika għandu jkun legali soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83.

3. Il-bażi tal-ipproċessar imsemmi fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1 għandu jkun ipprovdut:

3. Il-bażi tal-ipproċessar imsemmi fil-punti (c) u (e) tal-paragrafu 1 għandu jkun ipprovdut:

(a) fil-liġi tal-Unjoni, jew

(a) fil-liġi tal-Unjoni, jew

(b) fil-liġi tal-Istat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur.

(b) fil-liġi tal-Istat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur.

Il-liġi tal-Istat Membru għandha tissodisfa għan ta’ interess pubbliku jew għandha tkun meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u tkun proporzjonata mal-għan leġittimu segwit.

Il-liġi tal-Istat Membru għandha tissodisfa għan ta’ interess pubbliku jew għandha tkun meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u tkun proporzjonata mal-għan leġittimu segwit. Fil-limiti ta' dan ir-Regolament, il-liġi tal-Istat Membru tista' tipprevedi dettalji tal-legalità tal-ipproċessar, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontrollur tad-dejta, l-iskop tal-ipproċessar u l-limitazzjoni tal-iskop, in-natura tad-dejta u s-suġġett tad-dejta, il-miżuri u l-proċeduri tal-ipproċessar, ir-riċevituri u l-perjodu ta’ ħżin.

4. Fejn l-għan tal-ipproċessar ulterjuri mhuwiex kompatibbli ma’ dak li għalih inġabret id-dejta personali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali tal-inqas f’waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1. Dan għandu japplika b’mod speċjali għal kwalunkwe bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt.

 

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għal diversi setturi u sitwazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali li tirrigwarda lil minorenni.

 

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kundizzjonijiet għall-kunsens

Kundizzjonijiet għall-kunsens

1. Il-kontrollur għandu jġorr l-oneru tal-prova għall-kunsens tas-suġġett tad-dejta għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal għanijiet speċifikati.

1. Meta l-ipproċessar huwa bbażat fuq il-kunsens, il-kontrollur għandu jġorr l-oneru tal-prova għall-kunsens tas-suġġett tad-dejta għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal għanijiet speċifikati.

2. Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-dejta għandu jingħata fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub li tirrigwarda wkoll kwistjoni oħra, ir-rekwiżit biex jingħata kunsensgħandu jiġi ppreżentat b’mod li jintgħaraf fid-dehra tiegħu minn din il-kwistjoni l-oħra.

2. Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-dejta għandu jingħata fil-kuntest ta' dikjarazzjoni bil-miktub li tirrigwarda wkoll kwistjoni oħra, ir-rekwiżit biex jingħata kunsens għandu jiġi ppreżentat b'mod li jintgħaraf ċar fid-dehra tiegħu minn din il-kwistjoni l-oħra. Dispożizzjonijiet dwar il-kunsens tas-suġġett tad-dejta li huma parzjalment bi vjolazzjoni ta' dan ir-Regolament huma għalkollox nulli.

3. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin. L-irtirar tal-kunsens ma għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq kunsens qabel l-irtirar tiegħu.

3. Minkejja bażijiet legali oħra għall-ipproċessar, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin. L-irtirar tal-kunsens ma għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq kunsens qabel l-irtirar tiegħu. Għandu jkun faċli li jiġi rtirat kunsens daqkemm li jingħata. Is-suġġett tad-dejta għandhu jkun infurmat mill-kontrollur jekk l-irtirar tal-kunsens jistax jirriżulta fit-terminazzjoni tas-servizzi pprovduti jew tar-relazzjoni mal-kontrollur.

4. Il-kunsens ma għandux jipprovdi bażi legali għall-ipproċessar, meta jkun hemm nuqqas ta’ bilanċ sinifikanti bejn il-pożizzjoni tas-suġġett tad-dejta u l-kontrollur.

4. Il-kunsens għandu jkun limitat fl-iskop u għandu jitlef il-validità tiegħu meta l-iskop ma jibqax jeżisti jew malli l-ipproċessar ta' dejta personali ma jibqax meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop li għalih ġiet miġbura oriġinarjament. L-eżekuzzjoni ta’ kuntratt jew il-provvediment ta’ servizz ma għandux ikun magħmul dipendenti fuq il-kunsens għall-ipproċessar tad-dejta li mhix neċessarja għat-twettiq tal-kuntratt jew il-provvediment tas-servizz skont l-Artikolu 6(1)(b).

–Emenda                    102

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni

Ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-offerta ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni direttament lil minorenni, l-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni taħt it-13-il sena għandu jkun legali biss jekk u sal-punt li l-kunsens jingħata mill-ġenitur jew il-kustodju tal-minorenni. Il-kontrollur għandu jagħmel kull sforz raġonevoli sabiex jikseb il-kunsens verifikabbli, filwaqt li jieħu in konsiderazzjoni t-teknoloġija disponibbli.

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-offerta ta’ prodotti jew servizzi direttament lil minorenni, l-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni taħt it-13-il sena għandu jkun legali biss jekk u sal-punt li l-kunsens jingħata mill-ġenitur jew il-gwardjan legali tal-minorenni. Il-kontrollur għandu jagħmel kull sforz raġonevoli sabiex jivverifika tali kunsens, filwaqt li jieħu in konsiderazzjoni t-teknoloġija disponibbli mingħajr ma jikkawża pproċessar ta’ dejta personali li altrimenti ma jkunx neċessarju.

 

1a. Informazzjoni pprovduta lil minorenni, lill-ġenituri u lill-gwardjani legali sabiex jiġi espress kunsens, inkluż dwar il-kollezzjoni tal-kontrollur u l-użu ta' dejta personali, għandha tingħata b'lingwa ċara u xierqa lir-riċevituri intenzjonati.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux jaffettwa l-kuntratt legali ġenerali tal-Istati Membri bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta’ kuntratt fir-rigward ta’ minorenni.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux jaffettwa l-kuntratt legali ġenerali tal-Istati Membri bħar-regoli dwar il-validità, il-formazzjoni jew l-effett ta’ kuntratt fir-rigward ta’ minorenni.

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 86 għall-finijiet li tispeċifika ulterjorment il-kriterji u r-rekwiżitigħall-metodi biex jinkiseb il-kunsens verifikabbli msemmi fil-paragrafu 1. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-miżuri speċifiċi, għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

3. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-metodi biex jiġi verifikat il-kunsens imsemmi fil-paragrafu 1, f'konformità mal-Artikolu 66.

4. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixi forom standard għal metodi speċifiċi biex jinkiseb il-kunsens verifikabbli msemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta personali

Kategoriji speċjali ta’ data

1. L-ipproċessar ta’ dejta personali, li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija fi trejdjunjins, u l-ipproċessar ta’ dejta ġenetika jew dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew sentenzi kriminali jew miżuri relatati ta’ sigurtà għandu jkun ipprojbit.

1. L-ipproċessar ta’ dejta personali, li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, is-sħubija u l-attivitajiet fi trejdjunjins, u l-ipproċessar ta’ dejta ġenetika jew bijometrika jew dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali, sanzjonijiet amministrattivi, sentenzi tal-qorti jew offiżi kriminali jew suspettati jew miżuri relatati ta’ sigurtà għandu jkun ipprojbit.

 

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn:

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk japplika wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) is-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta personali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8, għajr meta l-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta’ Stat Membru tipprovdi li l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tistax titneħħa mis-suġġett tad-dejta; jew

(a) is-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta personali għal skop speċifiku wieħed jew aktar, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8, għajr meta l-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta’ Stat Membru tipprovdi li l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tistax titneħħa mis-suġġett tad-dejta.

 

(aa) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq jew l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt li għalih is-suġġett tat-dejta huwa parti jew sabiex jittieħdu passi fuq it-talba tas-suġġett tad-dejta qabel ma jidħol f’kuntratt;

(b) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ twettiq tal-obbligi u l-eżerċitar ta’ drittijiet speċifiċi tal-kontrollur fil-qasam tal-liġi tax-xogħol safejn dan ikun awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru li tipprovdi għal salvagwardji adegwati; jew

(b) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ twettiq tal-obbligi u l-eżerċitar ta’ drittijiet speċifiċi tal-kontrollur fil-qasam tal-liġi tax-xogħol safejn dan ikun awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru jew minn ftehimiet kollettivi bil-provvediment ta' salvagwardji adegwati għad-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-dejta bħad-dritt għan-nondiskriminazzjoni suġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 82; jew

(c) l-ipproċessar huwa meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra meta s-suġġett tad-dejta ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens; jew

(c) l-ipproċessar huwa meħtieġ sabiex ikunu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra meta s-suġġett tad-dejta ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens; jew

(d) l-ipproċessar isir waqt l-attivitajiet leġittimi tagħha b’salvagwardji xierqa minn fondazzjoni, assoċjazzjoni jew kwalunkwe korp ieħor mingħajr skop ta’ qligħ b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew trejdjunjonistiku u bil-kundizzjoni li l-ipproċessar huwa relatat biss mal-membri jew ex-membri tal-korp jew ma’ persuni li għandhom kuntatt regolari miegħu b’konnessjoni mal-għanijiet tiegħu u li d-dejta ma tkunx żvelata barra dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-dejta; jew

(d) l-ipproċessar isir waqt l-attivitajiet leġittimi tagħha b’salvagwardji xierqa minn fondazzjoni, assoċjazzjoni jew kwalunkwe korp ieħor mingħajr skop ta’ qligħ b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew trejdjunjonistiku u bil-kundizzjoni li l-ipproċessar huwa relatat biss mal-membri jew ex-membri tal-korp jew ma’ persuni li għandhom kuntatt regolari miegħu b’konnessjoni mal-għanijiet tiegħu u li d-dejta ma tkunx żvelata barra dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-dejta; jew

(e) l-ipproċessar huwa relatat ma’ dejta personali li b’mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-dejta; jew

(e) l-ipproċessar huwa relatat ma’ dejta personali li b’mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-dejta; jew

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali; jew

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali; jew

(g) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni, jew tal-liġi tal-Istat Membru, li għandha tipprovdi miżuri xierqa sabiex tissalvagwardja l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; jew

(g) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku għal raġunijiet ta' interess pubbliku kbir, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni, jew tal-liġi tal-Istat Membru, li għandha tkun proporzjonata mal-għan segwit, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta u tipprovdi miżuri xierqa sabiex tissalvagwardja d-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-dejta; jew

(h) l-ipproċessar ta’ dejta li tirrigwarda s-saħħa huwa meħtieġ għal skopijiet ta’ saħħa u soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 81; jew

(h) l-ipproċessar ta’ dejta li tirrigwarda s-saħħa huwa meħtieġ għal skopijiet ta’ saħħa u soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 81; jew

(i) l-ipproċessar huwa meħtieġ għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83; jew

(i) l-ipproċessar huwa meħtieġ għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83; jew

 

(ia) l-ipproċessar huwa meħtieġ għal serviizi ta' arkivju soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83a. jew

(j) l-ipproċessar ta’ dejta relatata ma’ kundanni kriminali jew miżuri ta’ sigurtà relatati għandu jsir taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali jew fejn l-ipproċessar ikun neċessarju għal konformità ma’ obbligu legali jew regolatorju li jkun soġġett għalih il-kontrollur, jew għat-twettiq ta’ ħidma mwettqa għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, u sakemm jiġi awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li qiegħed jipprovdi għas-salvagwardji xierqa. Reġistru komplet ta’ kundanni kriminali għandu jinżamm biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali.

(j) l-ipproċessar ta’ dejta relatata ma’ sanzjonijiet amministrattivi, sentenzi, offiżi kriminali, kundanni jew miżuri ta’ sigurtà relatati għandu jsir taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali jew fejn l-ipproċessar ikun neċessarju għal konformità ma’ obbligu legali jew regolatorju li jkun soġġett għalih il-kontrollur, jew għat-twettiq ta’ ħidma mwettqa għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, u sakemm jiġi awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li qiegħed jipprovdi għas-salvagwardji xierqa għad-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-dejta. Kwalunkwe reġistru ta’ kundanni kriminali għandu jinżamm biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji, il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-ipproċessar tal-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fil-paragrafu 1 u l-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

3. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-ipproċessar tal-kategoriji speċjali ta' dejta personali msemmija fil-paragrafu 1 u l-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, f'konformità mal-Artikolu 66.

–––Emenda                104

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix lill-kontrollur jidentifika persuna fiżika, il-kontrollur m’għandux ikun obbligat li jakkwista informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-iskop uniku li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni minn dan ir-Regolament.

1. Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix lill-kontrollur jew lill-proċessur jidentifika direttament jew indirettament persuna fiżika, jew tikkonsisti biss minn dejta relatata ma’ psewdonomi, il-kontrollur m’għandux jipproċessa jew jakkwista informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-iskop uniku li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni minn dan ir-Regolament.

 

2. Fejn il-kontrollur tad-dejta ma jkunx kapaċi jkun konformi ma' dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament minħabba l-paragrafu 1, il-kontrollur ma għandux ikun obbligat ikun konformi ma' dik id-dispożizzjoni partikolari ta' dan ir-Regolament. Fejn bħala konsegwenza l-kontrollur tad-dejta ma jkunx kapaċi jkun konformi ma' talba tas-suġġett tad-dejta, huwa għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar dan.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Prinċipji ġenerali għad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta

 

1. Il-bażi tal-protezzjoni tad-dejta hija drittijiet ċari u mhux ambigwi għas-suġġett tad-dejta fir-rigward tal-kontrollur tad-dejta. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom l-għan li jsaħħu, jiċċaraw, jiggarantixxu u fejn xieraq, jikkodifikaw, dawn id-drittijiet.

 

2. Tali drittijiet jinkludu, fost oħrajn, il-provvediment ta’ informazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment dwar l-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu, id-dritt għall-aċċess, rettifika u tħassir tad-dejta tiegħu, id-dritt għall-ksib ta' dejta, id-dritt ta’ oġġezzjoni għall-klassifikazzjoni tad-dejta skont profili mfassla, id-dritt li jressaq ilment mal-awtorità kompetenti tal-protezzjoni tad-dejta u li jibda proċedimenti legali kif ukoll id-dritt għal kumpens u d-danni li jirriżultaw minn operazzjoni ta' pproċessar illegali. Tali drittijiet għandhom, b'mod ġenerali, jiġu eżerċitati mingħajr ħlas. Il-kontrollur tad-dejta għandu jwieġeb għal talbiet mis-suġġett tad-dejta fi żmien raġonevoli.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur għandu jkollu politiki trasparenti u aċċessibbli faċilment fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

1. Il-kontrollur għandu jkollu politiki konċiżi, trasparenti, ċari u aċċessibbli faċilment fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

2. Il-kontrollur għandu jipprovdi kull informazzjoni u kull komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta f’forma li tinftiehem, permezz ta’ lingwaġġ ċar u ħafif, adattat għas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari għal informazzjoni indirizzata speċifikament lil minorenni.

2. Il-kontrollur għandu jipprovdi kull informazzjoni u kull komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta f’forma li tinftiehem, permezz ta’ lingwaġġ ċar u ħafif, b’mod partikolari għal informazzjoni indirizzata speċifikament lil minorenni.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta msemmija fl-Artikou 13 u l-Artikoli15 sa 19. Il-kontrollur għandu jipprovdi b’mod partikolari mekkaniżmi li jiffaċilitaw it-talba għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi awtomatizzati, il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll mezzi sabiex it-talbiet isiru b’mod elettroniku.

1. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi awtomatizzati, il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll mezzi sabiex it-talbiet isiru b’mod elettroniku, fejn ikun possibbli.

2. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien u, sa mhux aktar minn xahar minn meta jirċievi t-talba, jekk ittieħdetx jew le xi azzjoni skont l-Artikoliu 13 u l-Artikoli 15 sa 19 u biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Dan il-perjodu jista’ jittawwal b’xahar ieħor, jekk diversi suġġetti tad-dejta jeżerċitaw id-dritt tagħhom u l-kooperazzjoni tagħhom hija meħtieġa sa punt raġonevoli biex jiġi evitat sforz sproporzjonat u mhux meħtieġ min-naħa tal-kontrollur. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta.

2. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien żejjed u, sa mhux aktar minn 40 jum minn meta jirċievi t-talba, jekk itteħdetx jew le xi azzjoni skont l-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19 u biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Dan il-perjodu jista’ jittawwal b’xahar ieħor, jekk diversi suġġetti tad-dejta jeżerċitaw id-dritt tagħhom u l-kooperazzjoni tagħhom hija meħtieġa sa punt raġonevoli biex jiġi evitat sforz sproporzjonat u mhux meħtieġ min-naħa tal-kontrollur. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub u, fejn possibbli, il-kontrollur jista’ jipprovdi aċċess mill-bogħod (remote access) għal sistema sikura li tipprovdi lis-suġġett tad-dejta b’aċċess dirett għad-dejta personali tiegħu. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika, fejn ikun possibbli, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta.

3. Jekk il-kontrollur jirrifjuta li jieħu azzjoni fuq it-talba tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jressaq ilment lill-awtorità ta’ superviżjoni u li jfittex rimedju ġudizzjarju.

3. Jekk il-kontrollur ma jiħux azzjoni fuq it-talba tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' azzjoni u dwar il-possibbiltajiet li jressaq ilment lill-awtorità ta’ superviżjoni u li jfittex rimedju ġudizzjarju.

4. L-informazzjoni u l-azzjonijiet meħuda fuq talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bla ħlas. Meta t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba l-karattru ripetittiv tagħhom, il-kontrollur jista’ jitlob ħlas talli jipprovdi l-informazzjoni jew jieħu l-azzjoni mitluba, jew il-kontrollur jista’ ma jiħux l-azzjoni mitluba, jew il-kontrollur jista’ ma jiħux l-azzjoni mitluba. F’dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li jagħti prova tan-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

4. L-informazzjoni u l-azzjonijiet meħuda fuq talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bla ħlas. Meta t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba l-karattru ripetittiv tagħhom, il-kontrollur jista’ jitlob ħlas raġonevoli waqt li jqis l-ispejjeż amministrattivi talli jipprovdi l-informazzjoni jew jieħu l-azzjoni mitluba. F’dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li jagħti prova tan-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għat-talbiet manifestament eċċessivi u l-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

 

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard u proċeduri standard ta’ speċifika għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż il-format elettroniku. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa għal mikroimpriżi impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

–––Emenda                108

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Drittijiet relatati mar-riċevituri

L-obbligu ta’ notifika f’każijiet ta’ korrezzjonijiet u tħassir

Il-kontrollur għandu jikkomunika kull rettifika jew tħassir li jkun sar skont l-Artikolu 16 jew 17 lil kull riċevitur li lilu tkun ġiet żvelata d-dejtasakemm din ma tkunx possibbli jew meta tkun tinvolvi sforz sproporzjonat.

Il-kontrollur għandu jikkomunika kull rettifika jew tħassir li jkun sar skont l-Artikolu 16 jew 17 lil kull riċevitur li lilu tkun ġiet trasferita d-dejta sakemm din ma tkunx possibbli jew meta tkun tinvolvi sforz sproporzjonat. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar dawk ir-riċevituri jekk is-suġġett tad-dejta jitlob dan.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Politiki standardizzati ta’ informazzjoni

 

1. Fejn tinġabar dejta personali relatata ma’ suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jipprovdi d-dettalji li ġejjin lis-suġġett tad-dejta qabel jipprovdi informazzjoni skont l-Artikolu 14:

 

(a) jekk inġabritx dejta personali aktar mill-minimu neċessarju għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar;

 

(b) jekk inżammitx dejta personali aktar mill-minimu neċessarju għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar;

 

(c) jekk ġietx ipproċessata dejta personali għal għanijiet oħra barra l-għanijiet li għalihom inġabret;

 

(d) jekk dejta personali tqassmitx lil partijiet terzi kummerċjali;

 

(e) jekk inbigħetx jew inkrietx dejta personali;

 

(f) jekk dejta personali ġietx miżmuma f’forma kriptata.

 

2. Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppreżentati skont l-Anness X f’format tabulari allinjat, bl-użu ta’ test u simboli, fit-tliet kolonni li ġejjin:

 

(a) l-ewwel kolonna turi forom grafiċi li jissimbolizzaw dawk id-dettalji;

 

(b) it-tieni kolonna fiha informazzjoni essenzjali li tiddeskrivi dawk id-dettalji;

 

(c) it-tielet kolonna turi forom grafiċi li jindikaw jekk ġiex sodisfatt dettall speċifiku.

 

3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi ppreżentata b’mod viżibbli faċilment u li tinqara b’mod ċar u għandha tidher b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumaturi tal-Istati Membri li lilhom qed tiġi pprovduta l-informazzjoni. Meta d-dettalji jiġu ppreżentati b’mod elettroniku, għandhom ikunu jistgħu jinqraw minn magna.

 

4. M’għandhomx jiġu pprovduti dettalji addizzjonali. Spjegazzjonijiet dettaljati jew rimarki ulterjuri dwar id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu pprovduti flimkien mar-rekwiżiti l-oħra għal informazzjoni skont l-Artikolu 14.

 

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, atti delegati skont l-Artikolu 86 bl-għan li tispeċifika aktar id-dettalji msemmija fil-paragrafu 1 u l-preżentazzjoni tagħhom msemmija fil-paragrafu 2 u l-Anness X.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni lis-suġġett tad-dejta

Informazzjoni lis-suġġett tad-dejta

1. Fejn tinġabar dejta personali relatata ma’ suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jipprovdi mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja lis-suġġett tad-dejta:

1. Fejn tinġabar dejta personali relatata ma’ suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jipprovdi d-dettalji li ġejjin lis-suġġett tad-dejta, wara li d-dettalji skont l-Artikolu 13a jkunu ġew ipprovduti:

(a) l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta;

(a) l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta;

(b) l-għanijiet tal-ipproċessar li għalihom hija maħsuba d-dejta personali, inklużi t-termini tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet ġenerali meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

(b) l-għanijiet tal-ipproċessar li għalihom hija maħsuba d-dejta personali, kif ukoll l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-ipproċessar tad-dejta personali, inklużi t-termini tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet ġenerali meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u, fejn applikabbli, informazzjoni dwar kif jimplimentaw u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

(c) il-perjodu li matulu sejra tkun maħżuna d-dejta personali;

(c) il-perjodu li matulu sejra tkun maħżuna d-dejta personali, jew jekk dan ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi ddeterminat dan il-perjodu;

(d) l-eżistenza tad-dritt li wieħed jitlob mingħand il-kontrollur l-aċċess għal u r-rettifika jew it-tħassir tad-dejta personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-dejta jew li joġġezzjona kontra l-ipproċessar ta’ din id-dejta personali;

(d) l-eżistenza tad-dritt li wieħed jitlob mingħand il-kontrollur l-aċċess għal u r-rettifika jew it-tħassir tad-dejta personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-dejta, li joġġezzjona kontra l-ipproċessar ta’ din id-dejta personali, jew li jikseb dejta;

(e) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(e) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(f) ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri tad-dejta personali;

(f) ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri tad-dejta personali;

(g) fejn japplika, li l-kontrollur għandu l-ħsieb li jittrasferixxi lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u l-livell ta’ protezzjoni mogħti minn dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali permezz ta’ referenza għal deċiżjoni xierqa mill-Kummissjoni;

(g) fejn japplika, li l-kontrollur għandu l-ħsieb li jittrasferixxi d-dejta lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u l-eżistenza jew l-assenza ta' deċiżjoni xierqa mill-Kummissjoni, jew fil-każ ta’ trasferimenti msemmija fl-Artikolu 42, l-Artikolu 43, jew punt (h) tal-Artikolu 44(1), b’referenza għas-salvagwardji xierqa u l-mezzi biex tinkiseb kopja tagħhom;

 

(ga) fejn applikabbli, l-informazzjoni dwar l-eżistenza tat-tfassil ta’ profili, tal-miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili, u tal-effetti tat-tfassil ta' profili dwar is-suġġett tad-dejta;

 

(gb) informazzjoni sinifikanti dwar il-loġika involuta fi kwalunkwe pproċessar awtomatiku;

(h) kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa sabiex tiggarantixxi pproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-dejta, billi jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tinġabar id-dejta personali.

(h) kwalunkwe informazzjoni oħra li hija meħtieġa sabiex tiggarantixxi pproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-dejta, billi jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tinġabar jew tiġi proċessata dejta personali, b'mod partikolari l-eżistenza ta' ċerti attivitajiet u operazzjonijiet li għalihom valutazzjoni tal-impatt tad-dejta personali jkun indika li jista' jkun hemm riskju kbir;

 

(ha) fejn applikabbli, informazzjoni dwar jekk id-dejta personali ġietx ipprovduta lill-awtoritajiet pubbliċi waqt l-aħħar perjodu ta' tnax-il xahar konsekuttivi.

2. Fejn d-dejta personali tinġabar mis-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dwar jekk l-għoti tad-dejta personali jkunx obbligatorju jew volontarju, kif ukoll il-konsegwenzi possibbli jekk ma tingħatax dik id-dejta.

2. Fejn d-dejta personali tinġabar mis-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dwar jekk l-għoti tad-dejta personali jkunx mandatorju jew b'għażla, kif ukoll il-konsegwenzi possibbli jekk ma tingħatax dik id-dejta.

 

2a. Meta jiddeċiedu dwar informazzjoni oħra li hija meħtieġa biex l-ipproċessar ikun ġust skont il-punt (h) tal-paragrafu 1, il-kontrolluri għandhom iqisu kwalunkwe gwida rilevanti skont l-Artikolu 38.

3. Meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, minn liema sors ġejja d-dejta personali.

3. Meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, minn liema sors ġejja d-dejta personali speċifika. Jekk id-dejta personali toriġina minn sorsi pubbliċi disponibbli pubblikament, tista' tingħata indikazzjoni ġenerali.

4. Il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3:

4. Il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3:

(a) fil-ħin meta tinkiseb id-dejta personali mingħand is-suġġett tad-dejta; jew

(a) fil-ħin meta tinkiseb id-dejta personali mingħand is-suġġett tad-dejta jew mingħajr dewmien żejjed fejn dan ta' hawn fuq ma jkunx fattibbli; jew

 

(aa) talba minn korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 73;

(b) meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, meta ssir ir-reġistrazzjoni jew fi żmien perjodu raġonevoli wara l-ġbir, wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom inġabret id-dejta jew ġiet ipproċessata mod ieħor, jew, jekk hemm il-ħsieb ta’ xi żvelar lil xi riċevitur ieħor, u sa mhux aktar tard minn meta d-dejta tiġi żvelata għall-ewwel darba.

(b) meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, meta ssir ir-reġistrazzjoni jew fi żmien perjodu raġonevoli wara l-ġbir, wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom inġabret id-dejta jew ġiet ipproċessata mod ieħor, jew, jekk hemm il-ħsieb ta’ trasferiment lil xi riċevitur ieħor, u sa mhux aktar tard minn meta d-dejta tiġi trażmessa għall-ewwel darba, jew, jekk id-dejta għandha tintuża għal komunikazzjoni mas-suġġett tad-dejta kkonċernata, l-aktar tard fiż-żmien tal-ewwel komunikazzjoni lil dak is-suġġett tad-dejta. jew

 

(ba) fuq talba fejn id-dejta hija pproċessata minn impriża żgħira jew mikroimpriża biss, u li tipproċessa dejta personali bħala attività anċillari biss.

5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw, meta:

5. Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw, meta:

(a) is-suġġett tad-dejta diġà jkollu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1,2 u 3; jew

(a) is-suġġett tad-dejta diġà jkollu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1,2 u 3; jew

(b) id-dejta ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta u l-provvediment ta’ din l-informazzjoni jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat; jew

(b) id-dejta tiġi proċessata għal skopijiet storiċi, xjentifiċi u ta' riċerka suġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikoli 81 u 83, ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta u l-provvediment ta’ din l-informazzjoni jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat u l-kontrollur ippubblika l-informazzjoni li tkun tista' tinkiseb minn kwalunkwe persuna; jew

(c) id-dejta ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta u r-reġistrazzjoni jew l-iżvelar huma espressament stabbiliti bil-liġi; or

(c) id-dejta ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta u r-reġistrazzjoni jew l-iżvelar huma espressament stabbiliti bil-liġi li l-kontrollur huwa soġġett għaliha, u li tipprovdi miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, jekk jitqiesu r-riskji li ġejjin mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta personali; jew

(d) id-dejta ma tinġabarx mis-suġġett tad-dejta u l-provvediment ta’ tali informazzjoni jaffettwa d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, kif definit fil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru skont l-Artikolu 21.

(d) id-dejta ma tinġabarx mis-suġġett tad-dejta u l-provvediment ta’ tali informazzjoni jaffettwa d-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni fiżiċi oħra, kif definit fil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru skont l-Artikolu 21;

 

(da) id-dejta tiġi pproċessata fl-eżerċizzju tal-professjoni tiegħu minn persuna, jew fdata lilha jew saret magħrufa minnha, u din il-persuna hija suġġetta għall-obbligu tas-segretezza tal-professjoni regolata mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru jew l-obbligu statutorju tas-segretezza, sakemm id-dejta ma tinġabarx direttament mis-suġġett tad-dejta.

6. Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 5, il-kontrollur għandu jipprovdi miżuri xierqa sabiex jipproteġi l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta.

6. Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 5, il-kontrollur għandu jipprovdi miżuri xierqa sabiex jipproteġi d-drittijiet jew l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta.

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji għall-kategoriji ta’ riċevituri msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, ir-rekwiżiti għan-notifika ta’ aċċess potenzjali msemmi fil-punt (g) tal-paragrafu 1, il-kriterji għall-informazzjoni ulterjuri meħtieġa li hi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għal setturi u sitwazzjonijiet speċifiċi, u l-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 5. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa għal mikroimpriżi impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

 

8. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3, filwaqt li tikkunsidra l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ diversi setturi u s-sitwazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta fejn ikun meħtieġ. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt ta’ aċċess għas-suġġett tad-dejta

Dritt għall-aċċess u kisba ta' dejta għas-suġġett tad-dejta

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur fi kwalunkwe ħin, fuq talba, il-konferma ta’ jekk dejta personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-dejta hijiex qiegħda tiġi pproċessata jew le. Fejn dejta personali bħal din tkun qed tiġi pproċessata, il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1. Suġġett għall-Artikolu 12(4), is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur fi kwalunkwe ħin, fuq talba, b’lingwaġġ ċar u sempliċi, l-informazzjoni li ġejja.

(a) l-objettivi tal-ipproċessar;

(a) l-objettivi tal-ipproċessar għal kull kategorija ta' dejta personali;

(b) il-kategoriji ta’ dejta personali inkwistjoni;

(b) il-kategoriji ta’ dejta personali inkwistjoni;

(c) ir-riċevituri jew kategoriji ta’ riċevituri li lilhom sejra tkun żvelata jew ġiet żvelata d-dejta personali, b’mod partikolari r-riċevituri f’pajjiżi terzi;

(c) ir-riċevituri li lilhom sejra tkun żvelata jew ġiet żvelata d-dejta personali, inkluż ir-riċevituri f’pajjiżi terzi;

(d) il-perjodu li matulu sejra tkun maħżuna d-dejta personali;

(d) il-perjodu li matulu sejra tkun maħżuna d-dejta personali, jew jekk dan ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi ddeterminat dan il-perjodu;

(e) l-eżistenza tad-dritt li wieħed jitlob mingħand il-kontrollur ir-rettifika jew it-tħassir tad-dejta personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-dejta jew li joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta personali;

(e) l-eżistenza tad-dritt li wieħed jitlob mingħand il-kontrollur ir-rettifika jew it-tħassir tad-dejta personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-dejta jew li joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta personali;

(f) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(f) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(g) komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qed tiġi pproċessata u ta’ kull informazzjoni disponibbli dwar l-oriġini tagħha;

 

(h) is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti ta’ dan l-ipproċessar, għall-inqas fil-każ ta’ miżuri msemmija fl-Artikolu 20.

(h) is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti ta’ dan l-ipproċessar.

 

(ha) informazzjoni sinifikanti dwar il-loġika involuta fi kwalunkwe pproċessar awtomatizzat;

 

(hb) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, fl-eventwalità ta' żvelar ta' dejta personali lil awtorità pubblika bħala riżultat ta' talba minn awtorità pubblika, konferma tal-fatt li tali talba tkun saret.

2. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur, komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta.

2. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur, komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata. Meta s-suġġett tad-data jagħmel it-talba f'forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f'format elettroniku u strutturat, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-data. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, il-kontrollur għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jivverifika li l-persuna li titlob aċċess għad-dejta tkun is-suġġett tad-dejta.

 

2a. Meta s-suġġett tad-dejta jkun ipprovda d-dejta personali fejn id-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi elettroniċi, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur kopja tad-dejta personali pprovduta f’format elettroniku u interoperabbli li jintuża normalment u li jippermetti użu ulterjuri mis-suġġett tad-dejta, mingħajr xkiel min-naħa tal-kontrollur li mingħandu tkun ġiet irtirata d-dejta personali. Fejn ikun teknikament fattibbli u disponibbli, id-dejta għandha tiġi ttrasferita direttament mill-konrollur fuq talba tas-suġġett tad-dejta.

 

2b. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligu li titħassar id-dejta meta ma tkunx għadha meħtieġa skont il-punt (e) tal-Artikolu 5(1).

 

2c. M'għandu jkun hemm l-ebda dritt ta' aċċess f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' dejta skont it-tifsira tal-punt (da) tal-Artikolu 14(5), ħlief jekk is-suġġett tad-dejta jkollu s-setgħa li jneħħi s-segretezza inkwistjoni u jaġixxi kif meħtieġ.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta dwar il-kontenut tad-dejta personali msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1.

 

4. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika formoli u proċeduri standard għat-talbiet u l-għoti ta’ aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż għall-verifika tal-identità tas-suġġett tad-dejta u l-komunikazzjoni tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta, filwaqt li tikkunsidra l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ diversi setturi u sitwazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt li jkun minsi u għal tħassir

Dritt għal tħassir

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ dejta personali li tirrigwardah u l-astensjoni minn aktar tixrid ta’ din id-dejta, b’mod speċjali fir-rigward ta’ dejta personali li titqiegħed għad-dispożizzjoni mis-suġġett tad-dejta meta hu kien għadu minorenni, meta tapplika waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ dejta personali li tirrigwardah u l-astensjoni minn aktar tixrid ta’ din id-dejta, u li jikseb minn partijiet terzi t-tħassir ta' kull kopja, replika jew links għal dik id-dejta, meta tapplika waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) id-dejta ma tkunx aktar meħtieġa fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun inġabret jew ġiet ipproċessata mod ieħor id-dejta;

(a) id-dejta ma tkunx aktar meħtieġa fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun inġabret jew ġiet ipproċessata mod ieħor id-dejta;

(b) is-suġġett tad-dejta jirtira l-kunsens li fuqu huwa bbażat l-ipproċessar skont l-punt (a) tal-Artikolu 6(1), jew meta l-perjodu ta’ ħażna li jkun ta l-kunsens għalih ikun skada, u meta ma jkun hemm l-ebda raġuni legali għall-ipproċessar tad-dejta;

(b) is-suġġett tad-dejta jirtira l-kunsens li fuqu huwa bbażat l-ipproċessar skont l-punt (a) tal-Artikolu 6(1), jew meta l-perjodu ta’ ħażna li jkun ta l-kunsens għalih ikun skada, u meta ma jkun hemm l-ebda raġuni legali għall-ipproċessar tad-dejta;

(c) is-suġġett tad-dejta joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ dejta personali skont l-Artikolu 19;

(c) is-suġġett tad-dejta joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ dejta personali skont l-Artikolu 19;

 

(ca) qorti jew awtorità regolatorja bbażata fl-Unjoni tkun ordnat, b’deċiżjoni finali u assoluta, li d-dejta kkonċernata jkollha titħassar;

(d) l-ipproċessar tad-dejta ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament għal raġunijiet oħra.

(d) id-dejta tkun ġiet ipproċessata illegalment.

 

1a. L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tiddependi fuq il-ħila tal-kontrollur tad-dejta li jivverifika li l-persuna li titlob it-tħassir tkun is-suġġett tad-dejta.

2. Meta l-kontrollur imsemmi fil-paragrafu 1 ikun għamel id-dejta personali pubblika, huwa għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, fir-rigward tad-dejta li l-kontrollur huwa responsabbli għall-pubblikazzjoni tagħha, sabiex jinforma lil partijiet terzi li li qegħdin jipproċessaw din id-dejta, li suġġett tad-dejta jitlobhom biex iħassru kwalunkwe rabta ma’, jew kopja jew replika ta’ dik id-dejta personali. Meta l-kontrollur ikun awtorizza pubblikazzjoni ta’ parti terza ta’ dejta personali, il-kontrollur għandu jitqies bħala responsabbli għal dik il-pubblikazzjoni.

2. Meta l-kontrollur imsemmi fil-paragrafu 1 ikun għamel id-dejta personali pubblika, mingħajr ġustifikazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 6(1), huwa għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli biex titħassar id-dejta, inkluż minn partijiet terzi, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 77. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, fejn ikun possibbli, dwar l-azzjoni meħuda mill-partijiet terzi rilevanti.

3. Il-kontrollur għandu jagħmel dan it-tħassir mingħajr dewmien, ħlief sakemm iż-żamma tad-dejta personali tkun meħtieġa:

3. Il-kontrollur u, meta applikabbli, il-parti terza għandu jagħmel dan it-tħassir mingħajr dewmien, ħlief sakemm iż-żamma tad-dejta personali tkun meħtieġa:

(a) għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni skont l-Artikolu 80;

(a) għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni skont l-Artikolu 80;

(b) għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika skont l-Artikolu 81;

(b) għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika skont l-Artikolu 81;

(c) għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika skont l-Artikolu 83;

(c) għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika skont l-Artikolu 83;

(d) għall-konformità ma’ obbligu legali li tinżamm id-dejta personali bil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur; il-liġijiet tal-Istat Membru għandhom jissodisfaw għan ta’ interess pubbliku, jirrispettaw l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali u jkunu proporzjonati għall-għan leġittimu segwit;

(d) għall-konformità ma’ obbligu legali li tinżamm id-dejta personali bil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur; il-liġijiet tal-Istat Membru għandhom jissodisfaw għan ta' interess pubbliku, jirrispettaw id-dritt għall-protezzjoni ta' dejta personali u jkunu proporzjonati għall-għan leġittimu segwit;

(e) fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

(e) fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

4. Minflok it-tħassir, il-kontrollur għandu jillimita l-ipproċessar ta’ dejta personali meta:

4. Minflok it-tħassir, il-kontrollur għandu jillimita l-ipproċessar ta’ dejta personali b’tali mod li ma jkunx soġġett għall-operazzjonijiet normali tal-aċċess għad-dejta u l-ipproċessar u ma jistax jinbidel aktar, meta:

(a) l-preċiżjoni tagħha tiġi kkontestata mis-suġġett tad-dejta, għal perjodu li jippermetti lill-kontrollur jivverifika l-preċiżjoni tad-dejta;

(a) l-preċiżjoni tagħha tiġi kkontestata mis-suġġett tad-dejta, għal perjodu li jippermetti lill-kontrollur jivverifika l-preċiżjoni tad-dejta;

(b) il-kontrollur ma jkunx għad fadallu aktar il-ħtieġa tad-dejta personali għat-twettiq tal-kompitu tiegħu iżda jkollha tinżamm għal finijiet ta’ provi;

(b) il-kontrollur ma jkunx għad fadallu aktar il-ħtieġa tad-dejta personali għat-twettiq tal-kompitu tiegħu iżda jkollha tinżamm għal finijiet ta’ provi;

(c) l-ipproċessar huwa illegali u s-suġġett tad-dejta jopponi t-tħassir tagħha u jitlob minflok ir-restrizzjoni tal-użu tagħha;

(c) l-ipproċessar huwa illegali u s-suġġett tad-dejta jopponi t-tħassir tagħha u jitlob minflok ir-restrizzjoni tal-użu tagħha;

 

(ca) qorti jew awtorità regolatorja bbażata fl-Unjoni tkun ordnat, b’deċiżjoni finali u assoluta, li d-dejta kkonċernata jkollha tiġi ristretta;

(d) is-suġġett tad-dejta jitlob li jittrasmetti d-dejta personali f’sistema ta’ pproċessar awtomatizzata oħra skont l-Artikolu 18(2).

(d) is-suġġett tad-dejta jitlob li jittrasmetti d-dejta personali f’sistema ta’ pproċessar awtomatizzata oħra skont il-paragrafu 2a tal-Artikolu 15;

 

(da) it-tip partikolari ta' teknoloġija ta' ħżin ma tippermettix tħassir u ġiet installata qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

5. Id-dejta personali msemmija fil-paragrafu 4 tista’, bl-eċċezzjoni tal-ħażna, tkun ipproċessata biss għal finijiet ta’ provi, jew bil-kunsens tas-suġġett tad-dejta, jew għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuna fiżika jew ġuridika oħra jew għal għan ta’ interess pubbliku.

5. Id-dejta personali msemmija fil-paragrafu 4 tista’, bl-eċċezzjoni tal-ħażna, tkun ipproċessata biss għal finijiet ta’ provi, jew bil-kunsens tas-suġġett tad-dejta, jew għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuna fiżika jew ġuridika oħra jew għal għan ta’ interess pubbliku.

6. Meta l-ipproċessar ta’ dejta personali jkun ristrett skont il-paragrafu 4, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta qabel ineħħi r-restrizzjoni fuq l-ipproċessar.

6. Meta l-ipproċessar ta’ dejta personali jkun ristrett skont il-paragrafu 4, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta qabel ineħħi r-restrizzjoni fuq l-ipproċessar.

7. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jassigura li l-limiti ta’ żmien stabbiliti għat-tħassir ta’ dejta personali u/jew għal reviżjoni perjodika tal-ħtieġa tal-ħażna tad-dejta jiġu osservati.

 

8. Meta jsir it-tħassir, il-kontrollur ma għandux jipproċessa din id-dejta personali mod ieħor.

8. Meta jsir it-tħassir, il-kontrollur ma għandux jipproċessa din id-dejta personali mod ieħor.

 

8a. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jiżgura li l-limiti ta’ żmien stabbiliti għat-tħassir ta’ dejta personali u/jew għal reviżjoni perjodika tal-ħtieġa tal-ħżin tad-dejta jiġu osservati.

9. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar:

9. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-protezzjoni tad-Dejta, atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar:

(a) il-kriterji u r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għal setturi speċifiċi u f’sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ dejta;

(a) il-kriterji u r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għal setturi speċifiċi u f’sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ dejta;

(b) il-kundizzjonijiet għat-tħassir ta’ konnessjonijiet, kopji jew repliki ta’ dejta personali minn servizzi ta’ komunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(b) il-kundizzjonijiet għat-tħassir ta’ konnessjonijiet, kopji jew repliki ta’ dejta personali minn servizzi ta’ komunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(c) il-kriterji u l-kundizzjonijiet għar-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali msemmija fil-paragrafu 4.

(c) il-kriterji u l-kundizzjonijiet għar-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali msemmija fil-paragrafu 4.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt għall-portabbiltà tad-dejta

imħassar

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt, meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi elettroniċi u b’format strutturat u użat b’mod komuni, li jikseb mingħand il-kontrollur kopja tad-dejta li tkun qiegħda tiġi pproċessata f’format elettroniku u strutturat li jintuża normalment u li jippermetti l-użu ulterjuri mis-suġġett tad-dejta.

 

2. Meta s-suġġett tad-dejta jkun ipprovda d-dejta personali u l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens jew fuq kuntratt, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jittrasmetti dik id-dejta personali u kull informazzjoni oħra pprovduta mis-suġġett tad-dejta u miżmuma minn sistema ta’ pproċessar awtomatizzata, f’oħra, f’format elettroniku li jintuża normalment, mingħajr xkiel min-naħa tal-kontrollur li mingħandu tkun ġiet irtirata d-dejta personali.

 

3. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-format elettroniku msemmi fil-paragrafu 1 u l-istandards tekniċi, il-modalitajiet u l-proċeduri għat-trasmissjoni ta’ dejta personali skont il-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt għall-oġġezzjoni

Dritt għall-oġġezzjoni

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona, fuq raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari li jinsab fiha, fi kwalunkwe ħin għall-ipproċessar ta’ dejta personali li jkun ibbażat fuq il-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1), sakemm il-kontrollur ma jagħtix raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta.

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona fi kwalunkwe ħin għall-ipproċessar ta’ dejta personali li jkun ibbażat fuq il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 6(1), sakemm il-kontrollur ma jagħtix raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta.

2. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata għal marketing dirett, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal dan il-marketing. Dan id-dritt għandu jiġi offrut b’mod espliċitu lis-suġġett tad-dejta u b’mod li jintgħaraf u għandu jkun separat minn informazzjoni oħra.

2. Meta l-ipproċessar ta' dejta personali ikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1), is-suġġett tad-dejta għandu jkollu, fi kwalunkwe ħin u mingħajr ġustifikazzjoni ulterjuri, id-dritt li joġġezzjona mingħajr ħlas b'mod ġenerali jew għal kwalunkwe skop partikolari għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu.

 

2a. Id-dritt imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi offrut b’mod espliċitu lis-suġġett tad-dejta u b’mod u f'forma li jintgħarfu, bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi, b’mod partikolari jekk ikun indirizzat b’mod speċifiku lejn it-tfal, u għandu jkun distingwibbli minn informazzjoni oħra.

 

2b. Fil-kuntest tal-użu ta' servizzi ta' soċjetà tal-informazzjoni, u minkejja d-Direttiva 2002/58/KE, id-dritt għal oġġezzjoni jista' jiġi eżerċitat b'mezzi awtomatizzati bl-użu ta' standard tekniku li jippermetti lis-suġġett tad-dejta jesprimi x-xewqat tiegħu b'mod ċar.

3. Meta tintlaqa’ oġġezzjoni skont il-paragrafi 1 u 2, il-kontrollur ma għandux juża aktar jew jipproċessa mod ieħor id-dejta personali kkonċernata.

3. Meta tintlaqa’ oġġezzjoni skont il-paragrafi 1 u 2, il-kontrollur ma għandux juża aktar jew jipproċessa mod ieħor id-dejta personali kkonċernata għall-għanijiet iddeterminati fl-oġġezzjoni.

(L-aħħar sentenza tal-paragrafu 2 fit-test tal-Kummissjoni saret il-paragrafu 2a fl-emenda tal-Parlament).

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili

Tfassil ta’ profili

1. Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li tipproduċi effetti legali rigward din il-persuna fiżika jew taffettwa b’mod sinifikanti lil din il-persuna fiżika, u li tkun ibbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ din il-persuna fiżika jew janalizza jew ibassar b’mod partikolari l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tal-persuna fiżika.

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 6, kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li toġġezzjoni għat-tfassil ta' profili f'konformità mal-Artikolu 19. Is-suġġett tad-dejta għandu jiġi infurmat dwar id-dritt għal oġġezzjoni għat-tfassil ta' profili b'mod viżibbli ħafna.

2. Soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament, persuna tista’ tkun soġġetta biss għal miżura tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1 jekk l-ipproċessar:

2. Soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament, persuna tista’ tkun soġġetta għal tfassil ta' profili li jwassal għal miżuri li jipproduċu effetti legali rigward is-suġġett tad-dejta jew jaffettwaw similarment b'mod sinifikanti l-interessi, id-drittijiet jew il-libertajiet tas-suġġett tad-dejta kkonċernat biss jekk l-ipproċessar:

(a) isir matul id-dħul f’kuntratt jew waqt it-twettiq tiegħu, meta t-talba għad-dħul fil-kuntratt jew it-twettiq tiegħu, magħmula mis-suġġett tad-dejta, tkun ġiet issodisfata jew meta jkunu ġew ippreżentati miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, bħad-dritt li jinkiseb l-intervent tal-bniedem; jew

(a) huwa meħtieġ għad-dħul f’kuntratt jew għat-twettiq tiegħu, meta t-talba għad-dħul fil-kuntratt jew it-twettiq tiegħu, magħmula mis-suġġett tad-dejta, tkun ġiet issodisfata, sakemm ikunu ġew ippreżentati miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; jew

(b) ikun awtorizzat espressament minn liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li tistabbilixxi wkoll miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; or

(b) ikun awtorizzat espressament minn liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li tistabbilixxi wkoll miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta;

(c) ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-dejta, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u għal salvagwardji xierqa.

(c) ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-dejta, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u għal salvagwardji xierqa.

3. L-ipproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika ma għandux ikun ibbażat unikament fuq il-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fl-Artikolu 9.

3. It-tfassil ta’ profili li għandu l-effett li jiddiskrimina kontra individwi abbażi ta’ razza jew oriġini etnika, opinjonijiet politiċi, reliġjon jew twemmin, sħubija fi tredjunjins, orjentazzjoni sesswali jew identità tal-ġeneru, jew li jirriżulta f’miżuri li għandhom tali effett, għandu jiġi pprojbit. Il-kontrollur għandu jimplimenta protezzjoni effettiva kontra diskriminazzjoni possibbli li tirriżulta mit-tfassil ta' profili. It-tfassil ta' profili ma għandux ikun ibbażat unikament fuq il-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fl-Artikolu 9.

4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-kontrollur taħt l-Artikolu 14 għandha tinkludi informazzjoni dwar l-eżistenza tal-ipproċessar għal miżura tat-tip imsemmija fil-paragrafu 1 u l-effetti previsti ta’ dan l-ipproċessar fuq is-suġġett tad-dejta.

 

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għal miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2.

5. Tfassil ta' profili li jwassal għal miżuri li jipproduċu effetti legali rigward is-suġġett tad-dejta jew jaffettwaw similarment b'mod sinifikanti l-interessi, id-drittijiet jew il-libertajiet tas-suġġett tad-dejta kkonċernat ma għandhom ikunu bbażati biss jew b'mod predominanti fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż spjegazzjoni tad-deċiżjoni li wieħed jasal għaliha wara tali valutazzjoni. Il-miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jinkludu d-dritt li tinkiseb valutazzjoni umana u spjegazzjoni tad-deċiżjoni li wieħed jasal għaliha wara tali valutazzjoni.

 

 

5a. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 66(1) għall-ispeċifikar ulterjuri tal-kriterji u l-kundizzjonijiet għat-tfassil tal-profili skont il-paragrafu 2.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Restrizzjonijiet

Restrizzjonijiet

1. Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista’ tirrestrinġi permezz ta’ miżura leġiżlattiva, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet ipprovduti fl-Artikoli 11 sa 20 u l-Artikolu 32, meta din ir-restrizzjoni tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex tissalvagwardja:

1. Il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tista’ tirrestrinġi permezz ta’ miżura leġiżlattiva, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet fl-Artikoli 11 sa 19 u l-Artikolu 32, meta din ir-restrizzjoni tilħaq objettiv definit b’mod ċar ta' interess pubbliku, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, tkun proporzjonata mal-għan leġittimu segwit u tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-dejta u hija miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika sabiex tissalvagwardja:

(a) is-sigurtà pubblika;

(a) is-sigurtà pubblika;

(b) il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.

(b) il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.

(c) interessi pubbliċi oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, b’mod partikolari interess finanzjarju jew ekonomiku importanti tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru, inklużi kwistjonijiet baġitarji, monetarji u fiskali u l-protezzjoni tal-istabbiltà u l-integrità tas-suq

(c) kwistjonijiet fiskali;

(d) il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ ksur ta’ etika għal professjonijiet regolati;

(d) il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien u l-prosekuzzjoni ta’ ksur ta’ etika għal professjonijiet regolati;

(e) funzjoni regolatorja ta’ spezzjoni jew ta’ superviżjoni marbuta, anki jekk okkażjonalment, mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali f’każijiet imsemmija f’(a), (b), (c) u (d);

(e) funzjoni regolatorja ta’ spezzjoni jew ta’ superviżjoni fil-qafas tal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika kompetenti f’każijiet imsemmija f’(a), (b), (c) u (d);

(f) il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

(f) il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

2. B’mod partikolari, kull miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas dwar: l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti mill-ipproċessar; u d-determinazzjoni tal-kontrollur;

2. B’mod partikolari, kull miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika u għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas dwar:

 

(a) l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti mill-ipproċessar;

 

(b) id-determinazzjoni tal-kontrollur;

 

(c) l-iskopijiet speċifiċi u l-mezzi tal-ipproċessar;

 

(d) is-salvagwardji għall-prevenzjoni tal-abbuż jew aċċess jew trasferiment illegali

 

(e) id-dritt tas-suġġetti tad-dejta li jkunu infurmati dwar ir-restrizzjoni.

 

2a. Il-miżuri leġiżlattivi msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jippermettu jew jobbligaw kontrolluri privati sabiex iżommu dejta addizzjonali ħlief dik strettament meħtieġa għall-għan oriġinali.

(L-aħħar kliem tal-paragrafu 2 fit-test tal-Kummissjoni sar il-punti (a) u (b) fl-emenda tal-Parlament).

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Responsabbiltà tal-kontrollur

Responsabbiltà u obbligu ta’ rendikont tal-kontrollur

1. Il-kontrollur għandu jadotta politiki u jimplimenta miżuri adattati sabiex jassigura u jkun jista’ juri li l-ipproċessar ta’ dejta personali jsir skont dan ir-Regolament.

1. Il-kontrollur għandu jadotta politiki xierqa u jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi adattati u dimostrabbli sabiex jassigura u jkun jista’ juri b'mod trasparenti li l-ipproċessar ta’ dejta personali jsir skont dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sitwazzjoni tat-teknoloġija moderna, in-natura tal-ipproċessar tad-dejta personali, il-kuntest, l-ambitu u l-iskopijiet tal-ipproċessar, ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta u t-tip ta' organizzazzjoni, kemm fil-mument tad-determinazzjoni tal-mezzi għall-ipproċessar u fil-mument tal-ipproċessar innifsu.

 

1a. Waqt li jikkunsidra l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni, il-kontrollur għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jimplimenta l-politiki u l-proċeduri ta’ konformità li b’mod persistenti jirrispettaw l-għażliet awtonomi tas-suġġetti tad-dejta. Dawn il-politiki ta’ konformità għandhom jiġu riveduti tal-inqas kull sentejn u aġġornati fejn meħtieġ.

2. Il-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu b’mod partikolari:

 

(a) iż-żamma tad-dokumenti skont l-Artikolu 28;

 

(b) l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tad-dejta stabbiliti fl-Artikolu 30,

 

(c) it-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 33;

 

(d) il-konformità mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni minn qabel jew il-konsultazzjoni minn qabel tal-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 34(1) u (2);

 

(e) il-ħatra ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 35(1).

 

3. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jassigura l-verifika tal-effikaċja tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Jekk tkun proporzjonata, din il-verifika għandha ssir minn awdituri interni jew esterni indipendenti.

3. The controller shall be able to demonstrate the adequacy and effectiveness of the measures referred to in paragraphs 1 and 2. Any regular general reports of the activities of the controller, such as the obligatory reports by publicly traded companies, shall contain a summary description of the policies and measures referred to in paragraph 1.

 

3a. The controller shall have the right to transmit personal data inside the Union within the group of undertakings the controller is part of, where such processing is necessary for legitimate internal administrative purposes between connected business areas of the group of undertakings and an adequate level of data protection as well as the interests of the data subjects are safeguarded by internal data protection provisions or equivalent codes of conduct as referred to in Article 38.

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika kwalunkwe kriterju u rekwiżit ieħor għal miżuri adattati msemmija fil-paragrafu 1 minbarra dawk diġà msemmija fil-paragrafu 2, il-kundizzjonijiet għall-mekkaniżmi ta’ verifika u awditjar imsemmija fil-paragrafu 3 u rigward il-kriterji għall-proporzjonalità taħt il-paragrafu 3, u meta wieħed jikkunsidra miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

 

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku

Il-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku

1. Wara li jikkunsidra l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni, il-kontrollur għandu, kemm meta jiddetermina l-mezzi għall-ipproċessar u waqt l-ipproċessar innifsu, jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

1. Wara li jikkunsidraw l-aħħar żviluppi, l-għarfien tekniku attwali, l-aħjar prattiki internazzjonali u r-riskji rappreżentati mill-ipproċessar tad-dejta, il-kontrollur u l-proċessur, jekk ikun hemm, għandhom, kemm meta jiddeterminaw l-għanijiet u l-mezzi għall-ipproċessar u waqt l-ipproċessar innifsu, jimplimentaw miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa u proporzjonali b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 5. Il-protezzjoni tad-dejta b’intenzjoni għandha tikkunsidra b’mod partikolari l-ġestjoni taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tad-dejta personali mill-ġbir sal-ipproċessar għat-tħassir, li b’mod sistematiku tiffoka fuq is-salvagwardji proċedurali komprensivi fir-rigward tal-preċiżjoni, il-konfidenzjalità, l-integrità, is-sigurtà fiżika u t-tħassir ta’ dejta personali. Meta l-kontrollur ikun wettaq valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 33, għandhom jitqiesu r-riżultati meta jiġu żviluppati dawk il-miżuri u l-proċeduri.

 

1a. Sabiex tiġi mrawma l-implimentazzjoni mifruxa tagħha f’setturi ekonomiċi differenti, il-protezzjoni tad-dejta b’intenzjoni għandha tkun prerekwiżit għall-offerti ta’ akkwist pubbliku skont id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 kif ukoll id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2 (Id-Direttiva tal-Utilitajiet).

2. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jassigura li, b’mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar u li partikolarment ma għandhiex tinġabar jew tinżamm aktar minn kemm huwa meħtieġ għal dawk l-għanijiet, kemm f’dak li jirrigwarda l-ammont tad-dejta kif ukoll iż-żmien tal-ħażna tagħha. B’mod partikolari, dawk il-mekkaniżmi għandhom jassiguraw li b’mod awtomatiku d-dejta personali ma tkunx aċċessibbli għal numru mhux definit ta’ individwi.

2. Il-kontrollur għandu jassigura li, b’mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar u li partikolarment ma għandhiex tinġabar, tinżamm jew tiġi mxerrda aktar minn kemm huwa meħtieġ għal dawk l-għanijiet, kemm f’dak li jirrigwarda l-ammont tad-dejta kif ukoll iż-żmien tal-ħażna tagħha. B’mod partikolari, dawk il-mekkaniżmi għandhom jassiguraw li b’mod awtomatiku d-dejta personali ma tkunx aċċessibbli għal numru mhux definit ta’ individwi u li s-suġġetti tad-dejta jistgħu jikkontrollaw id-distribuzzjoni tad-dejta personali tagħhom.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika kwalunkwe kriterju u rekwiżit ieħor għall-miżuri u l-mekkaniżmi xierqa msemmija fil-paragrafu 1 u 2, b’mod partikolari għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn applikabbli fis-setturi, il-prodotti u s-servizzi kollha.

 

4. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi standards tekniċi għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

 

1 Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 dwar koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).

2 Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kontrolluri konġunti

Kontrolluri konġunti

Meta kontrollur jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali flimkien ma’ oħrajn, il-kontrolluri konġunti jridu jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi għall-konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, permezz ta’ arranġament bejniethom.

Meta diversi kontrolluri jiddeterminaw b'mod konġunt l-objettivi u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali, il-kontrolluri konġunti jridu jiddeterminaw ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom għall-konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, permezz ta’ arranġament bejniethom. L-arranġamenti għandhom jirriflettu kif xieraq ir-rwoli effettivi rispettivi tal-kontrolluri konġunti u r-relazzjonijiet b'rabta mas-suġġetti tad-dejta, u l-elementi ewlenin tal-arranġament għandhom ikunu disponibbli għas-suġġett tad-dejta. F'każ li r-rsponsabilitajiet ma jkunux ċari, il-kontrolluri għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt u in solidum.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rappreżentanti ta’ kontrolluri mhux stabbiliti fl-Unjoni

Rappreżentanti ta’ kontrolluri mhux stabbiliti fl-Unjoni

1. Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2), il-kontrollur għandu jaħtar rappreżentant fl-Unjoni.

 

1. Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2), il-kontrollur għandu jaħtar rappreżentant fl-Unjoni.

2. Dan l-obbligu m’għandux japplika għal:

2. Dan l-obbligu m’għandux japplika għal:

(a) kontrollur stabbilit f’pajjiż terz meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li l-pajjiż terz jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 41; jew

(a) kontrollur stabbilit f’pajjiż terz meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li l-pajjiż terz jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 41; jew

(b) impriża li timpjega inqas minn 250 persuna; jew

(b) Kontrollur li jipproċessa dejta personali b'rabta ma' inqas minn 5000 suġġett tad-dejta fi kwalunkwe 12-il xahar konsekuttiv u li ma jipproċessax kategoriji speċjali ta' dejta personali kif imsemmija fl-Artikolu 9(1), dejta dwar il-lokazzjoni jew dejta dwar tfal jew impjegati f'sistemi ta' arkivjar fuq skala kbira; jew

(c) awtorità jew korp pubbliku; jew

(c) awtorità jew korp pubbliku; jew

(d) kontrollur li joffri prodotti u servizzi okkażjonalment biss lil suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni.

(d) kontrollur li joffri oġġetti jew servizzi fuq bażi okkażjonali lil suġġetti tad-dejta fl-Unjoni, sakemm l-ipproċessar ta' dejta personali jikkonċerna kategoriji speċjali ta' dejta personali kif imsemmija fl-Artikolu 9(1), dejta dwar il-lokazzjoni jew dejta dwar tfal jew impjegati f'sistemi ta' arkivjar fuq skala kbira.

3. Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f’wieħed minn dawk l-Istati Membri fejn jgħixu s-suġġetti li d-dejta personali tagħhom hija pproċessata fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi offruti lilhom, jew li l-imġiba tagħhom tkun issorveljata.

3. Ir-rappreżentant għandu jkun stabbilit f’wieħed minn dawk l-Istati Membri fejn isseħħ l-offerta ta' prodotti u servizzi lis-suġġetti tad-dejta, jew il-monitoraġġ tagħhom.

4. Il-ħatra ta’ rappreżentant mill-kontrollur għandha tkun mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet legali li jistgħu jinbdew kontra l-kontrollur innifsu.

4. Il-ħatra ta’ rappreżentant mill-kontrollur għandha tkun mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet legali li jistgħu jinbdew kontra l-kontrollur innifsu.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proċessur

Proċessur

1. Meta operazzjoni ta’ pproċessar tkun sejra ssir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jipprovdi biżżejjed garanziji sabiex jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u l-miżuri organizzattivi li jirregolaw l-ipproċessar li għandu jsir u għandu jassigura l-konformità ma’ dawk il-miżuri.

1. Meta l-ipproċessar ikun ser isir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jipprovdi biżżejjed garanziji sabiex jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzazzjonali xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u l-miżuri organizzattivi li jirregolaw l-ipproċessar li għandu jsir u għandu jassigura l-konformità ma’ dawk il-miżuri.

2. It-twettiq tal-ipproċessar minn proċessur għandu jkun regolat minn kuntratt jew att legali ieħor li jorbot lill-proċessur mal-kontrollur u li jistipula b’mod partikolari li l-proċessur għandu:

2. It-twettiq tal-ipproċessar minn proċessur għandu jkun regolat minn kuntratt jew att legali ieħor li jorbot lill-proċessur mal-kontrollur. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom ikunu ħielsa li jiddeterminaw ir-rwoli u l-kompiti rispettivi fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jipprovdu li l-proċessur għandu:

(a) jaġixxi biss fuq struzzjonijiet mingħand il-kontrollur, b’mod partikolari, meta t-trasferiment tad-dejta personali użata jkun ipprojbit;

(a) Jipproċessa dejta personali biss fuq istruzzjonijiet mill-kontrollur, sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru;

(b) jimpjega biss persunal li jkun impenja ruħu li jżomm il-kunfidenzjalità jew li jkun taħt obbligu statutorju ta’ kunfidenzjalità;

(b) jimpjega biss persunal li jkun impenja ruħu li jżomm il-kunfidenzjalità jew li jkun taħt obbligu statutorju ta’ kunfidenzjalità;

(c) jieħu l-miżuri kollha meħtieġa skont l-Artikolu 30;

(c) jieħu l-miżuri kollha meħtieġa skont l-Artikolu 30;

(d) jimpjega proċessur ieħor biss bil-permess minn qabel tal-kontrollur;

(d) Jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-impjegar ta' proċessur ieħor biss bil-permess minn qabel tal-kontrollur, sakemm ma jiġix determinat mod ieħor;

(e) safejn dan ikun possibbli minħabba n-natura tal-ipproċessar, joħloq bi ftehim mal-kontrollur ir-rekwiżiti tekniċi u organizzattivi meħtieġa għat-twettiq tal-obbligu tal-kontrollur li jwieġeb għat-talbiet tal-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta stabbiliti fil-Kapitolu III;

(e) safejn dan ikun possibbli minħabba n-natura tal-ipproċessar, joħloq bi ftehim mal-kontrollur ir-rekwiżiti tekniċi u organizzattivi adegwati u rilevanti għat-twettiq tal-obbligu tal-kontrollur li jwieġeb għat-talbiet tal-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta stabbiliti fil-Kapitolu III;

(f) jgħin lill-kontrollur sabiex jassigura l-konformità mal-obbligi skont l-Artikoli 30 sa 34;

(f) jgħin lill-kontrollur sabiex jassigura l-konformità mal-obbligi skont l-Artikoli 30 sa 34, billi titqies in-natura tal-ipproċessar u l-informazzjoni disponibbli lill-proċessur;

(g) jgħaddi r-riżultati kollha lill-kontrollur wara li jintemm l-ipproċessar u ma jipproċessax id-dejta personali mod ieħor;

(g) jirritorna r-riżultati kollha lill-kontrollur wara li jintemm l-ipproċessar, ma jipproċessax id-dejta personali mod ieħor u jħassar kopji eżistenti sakemm il-liġijiet tal-Unjoni jew tal-Istati Membri ma tirrikjedix il-ħżin tad-dejta;

(h) jagħmel disponibbli għall-kontrollur u għall-awtorità ta’ superviżjoni kull informazzjoni meħtieġa għall-kontroll tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu.

(h) jagħmel disponibbli għall-kontrollur kull informazzjoni meħtieġa għall-prova tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu u jippermetti spezzjonijiet fuq il-post;

3. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jiddokumentaw bil-miktub l-istruzzjonijiet tal- kontrollur u l-obbligi tal-proċessur imsemmija fil-paragrafu 2.

3. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jiddokumentaw bil-miktub l-istruzzjonijiet tal- kontrollur u l-obbligi tal-proċessur imsemmija fil-paragrafu 2.

 

3a. Il-garanziji suffiċjenti msemmija fl-ewwel paragrafu jistgħu jintwerew b'konformità mal-kodiċi ta' kondotta jew mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni skont l-Artikoli 38 jew 39 ta' dan ir-Regolament.

4. Jekk proċessur jipproċessa dejta personali għajr kif ordnat mill-kontrollur, il-proċessur għandu jitqies li huwa kontrollur fir-rigward ta’ dak l-ipproċessar u għandu jkun soġġett għar-regoli dwar il-kontrolluri konġunti stipulati fl-Artikolu 24.

4. Jekk proċessur jipproċessa dejta personali għajr kif ordnat mill-kontrollur jew isir il-parti determinanti b'rabta mal-iskopijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta, il-proċessur għandu jitqies bħala kontrollur fir-rigward ta’ dak l-ipproċessar u għandu jkun soġġett għar-regoli dwar il-kontrolluri konġunti stipulati fl-Artikolu 24.

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għar-responsabbiltajiet, id-dmirijiet u l-kompiti fir-rigward ta’ proċessur skont il-paragrafu 1, u l-kundizzjonijiet li jippermettu l-faċilitazzjoni tal-ipproċessar ta’ dejta personali fi grupp ta’ impriżi, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ kontroll u rappurtar.

 

–––Emenda                122

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dokumentazzjoni

Dokumentazzjoni

1. Kull kontrollur u proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom iżommu dokumenti dwar l-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

1. Kull kontrollur u proċessur għandu jżomm dokumenti aġġornati regolarment meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

2. Barra minn hekk, kull kontrollur u proċessur għandu jżomm dokumenti tal-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur, jew kwalunkwe kontrollur konġunt jew proċessur, u tar-rappreżentant, jekk ikun hemm;

(a) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur, jew kwalunkwe kontrollur konġunt jew proċessur, u tar-rappreżentant, jekk ikun hemm;

(b) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jekk ikun hemm;

(b) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jekk ikun hemm;

(c) l-objettivi tal-ipproċessar, inkluż l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

 

(d) deskrizzjoni ta’ kategoriji ta’ suġġetti tad-dejta u ta’ kategoriji ta’ dejta personali li tirrigwardahom;

 

(e) ir-riċevituri jew ikategoriji ta’ riċevituri tad-dejta personali, inklużi l-kontrolluri li lilhom tiġi żvelata dejta personali għall-interess leġittimu segwit minnhom;

(e) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrolluri li lilhom tiġi żvelata dejta personali, jekk ikun il-każ;

(f) fejn applikabbli, trasferimenti ta’ dejta lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u, f’każ ta’ trasferimenti msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 44(1), id-dokumentazzjoni ta’ salvagwardji xierqa;

 

(g) indikazzjoni ġenerali tal-limiti ta’ żmien għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta’ dejta;

 

(h) id-deskrizzjoni ta’ mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 22(3).

 

3. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità ta’ superviżjoni.

 

4. L-obbligi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għall-kontrulluri u l-proċessuri segwenti:

imħassar

(a) persuna fiżika li tipproċessa dejta personali mingħajr interess kummerċjali; jew

 

(b) impriża jew organizzazzjoni li timpjega anqas minn 250 persuna li l-ipproċessar tad-dejta personali tkun attività anċillarja mal-attivitajiet ewlenin tagħha.

 

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, sabiex tikkunsidra b’mod partikolari r-responsabbiltajiet tal-kontrollur u tal-proċessur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur. .

 

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jikkooperaw, fuq talba, mal-awtorità ta’ superviżjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 53(2) u billi jagħtu l-aċċess kif ipprovdut fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu.

1. Il-kontrollur u, jekk ikun hemm, il-proċessur u r-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jikkooperaw, fuq talba, mal-awtorità ta’ superviżjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 53(2) u billi jagħtu l-aċċess kif ipprovdut fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sigurtà tal-ipproċessar

Sigurtà tal-ipproċessar

1. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jiżguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskji rrappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta personali li trid tiġi protetta, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom.

1. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jiżguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskji rrappreżentati mill-ipproċessar, billi jitqiesu r-riżultati ta' valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 33, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom.

 

1a. Wara li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni, tali politika ta’ sigurtà għandha tinkludi:

 

(a) il-kapaċità li jiġi żgurat li l-integrità tad-dejta personali tiġi validata;

 

(b) il-kapaċità li jiġu żgurati l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u r-reżistenza kontinwi tas-sistemi u s-servizzi ta’ proċessar tad-dejta personali;

 

(c) il-kapaċità li tiġi restawrata d-disponibbiltà u l-aċċess għad-dejta fil-ħin fil-każ ta’ inċident fiżiku jew tekniku li jkollu impatt fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tas-sistemi u s-servizzi ta’ informazzjoni;

 

(d) fil-każ tal-ipproċessar ta’ dejta personali sensittiva skont l-Artikoli 8 u 9, miżuri ta’ sigurtà addizzjonali sabiex tiġi żgurata kuxjenza skont is-sitwazzjoni tar-riskji u l-kapaċità li tittieħed azzjoni ta’ prevenzjoni, korrezzjoni u mitigazzjoni f’ħin kważi reali kontra sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà jew inċidenti misjuba li jistgħu jkunu ta’ riskju għad-dejta;

 

(e) proċess sabiex tiġi ttestjata, eżaminata u valutata l-effettività tal-politiki, proċeduri u pjanijiet ta’ sigurtà stabbilit sabiex tiġi żgurata effettività kontinwa.

2. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom, wara valutazzjoni tar-riskji, jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jipproteġu dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telf aċċidentali u sabiex jipprevjenu kull forma illegali ta’ pproċessar, b’mod partikolari kull żvelar, tixrid jew aċċess mhux awtorizzat, jew it-tibdil ta’ dejta personali.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom tal-inqas:

 

(a) jassiguraw li d-data personali tkun tista’ tiġi aċċessata biss minn persunal awtorizzat u għal raġunijiet awtorizzati legalment;

 

(b) jipproteġu dejta personali maħżuna jew trażmessa jipproteġu dejta personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew it-telf jew tibdil aċċidentali, u l-ħżin, l-proċessar, l-aċċess jew l-iżvelar mhux awtorizzati jew illegali; kif ukoll

 

(c) jassiguraw l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ sigurtà fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-miżuri tekniċi u organizzattivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi d-determinazzjonijiet ta’ x’jikkostitwixxi teknoloġija avvanzata, għal setturi speċifiċi u f’sitwzzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ dejta, b’mod partikolari billi tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija u s-soluzzjonijiet għall-privatezza bid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 4.

3. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki skont l-Artikolu 66(1)(b) għall-miżuri tekniċi u organizzattivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi d-determinazzjonijiet ta’ x’jikkostitwixxi teknoloġija avvanzata, għal setturi speċifiċi u f’sitwzzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ dejta, b’mod partikolari billi tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija u s-soluzzjonijiet għall-privatezza bid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku.

4. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal diversi sitwazzjonijiet, b’mod partikolari sabiex:

 

(a) tipprevjeni kull aċċess mhux awtorizzat għal dejta personali;

 

(b) tipprevjeni kull żvelar, qari, ikkuppjar, tibdil, tħassir jew tneħħija mhux awtorizzata ta’ dejta personali;

 

 

(c) tiżgura l-verifika tal-legalità tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

(Il-paragrafu 2 fit-test tal-Kummissjoni sar punt (b) fl-emenda tal-Parlament).

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Notifika ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni

Notifika ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni

1. Fil-każ ta’ ksur ta’ dejta personali, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni. In-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun akkumpanjata b’ġustifikazzjoni motivata f’każijiet fejn ma ssirx fi żmien 24 siegħa.

1. Fil-każ ta’ ksur ta’ dejta personali, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn jinnotifika l-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni.

2. Skont il-punt (f) tal-Artikolu 26(2), il-proċessur għandu jwissi u jinforma lill-kontrollur minnufih wara l-istabbiliment ta’ ksur ta’ dejta personali.

2. Il-proċessur għandu jwissi u jinforma lill-kontrollur mingħajr dewmien bla bżonn wara l-istabbiliment ta’ ksur ta’ dejta personali.

3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:

3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:

(a) tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali inklużi l-kategoriji tas-suġġetti tad-dejta kkonċernati u l-kategoriji u n-numru ta’ rekords tad-dejta kkonċernati;

(a) tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali inklużi l-kategoriji tas-suġġetti tad-dejta kkonċernati u l-kategoriji u n-numru ta’ rekords tad-dejta kkonċernati;

(b) tagħti l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jew ta’ punt ta’ kuntatt ieħor minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni;

(b) tagħti l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jew ta’ punt ta’ kuntatt ieħor minn fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni;

(c) tirrakkomanda miżuri sabiex itaffu l-effetti ħżiena possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

(c) tirrakkomanda miżuri sabiex itaffu l-effetti ħżiena possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

(d) tiddeskrivi l-konsegwenzi tal-ksur tad-dejta personali;

(d) tiddeskrivi l-konsegwenzi tal-ksur tad-dejta personali;

(e) tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur tad-dejta personali.

(e) tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur tad-dejta personali. u ttaffi l-effetti tiegħu.

L-informazzjoni, jekk ikun meħtieġ, tista' tiġi pprovduta f'fażijiet.

4. Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, fosthom il-fatti li jirrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Din id-dokumentazzjoni trid tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni li tivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan.

4. Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, fosthom il-fatti li jirrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Din id-dokumentazzjoni għandha tkun biżżejjed biex tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni li tivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 30. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan.

 

4a. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha żżomm reġistru pubbliku tat-tipi ta’ ksur notifikati.

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbiliment tal-ksur tad-dejta msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u għaċ-ċirkostanzi partikolari li fihom kontrollur u proċessur ikunu meħtieġa jinnotifikaw il-ksur tad-dejta personali.

5. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi fdat il-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki bi qbil mal-Artikolu 66(1)(b) għall-istabbiliment tal-ksur tad-dejta u d-determinazzjoni tad-demwien mhux meħtieġ imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 u għaċ-ċirkostanzi partikolari li fihom kontrollur u proċessur ikunu meħtieġa jinnotifikaw il-ksur tad-dejta personali.

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format standard ta’ din in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni, il-proċeduri applikabbli għar-rekwiżit ta’ notifika u l-forma u l-modalitajiet għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, inklużi l-limiti ta’ żmien għat-tħassir tal-informazzjoni miżmuma fiha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Komunikazzjoni ta’ ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta

Komunikazzjoni ta’ ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta

1. Meta l-ksur tad-dejta personali aktarx li jaffettwa ħażin lill-protezzjoni tad-dejta personali jew lill-privatezza tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 31, jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn.

1. Meta l-ksur tad-dejta personali aktarx li jaffettwa ħażin lill-protezzjoni tad-dejta personali, lill-privatezza, lid-drittijiet jew lill-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 31, jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn.

2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 31(3).

Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun tinftiehem u tuża lingwaġġ ċar u sempliċi. Hija għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali u tinkludi tal-anqas l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 31(3) u informazzjoni dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, inkluż rimedju.

3. Il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta ma għandhiex tkun meħtieġa jekk il-kontrollur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta’ superviżjoni li huwa jkun implimenta miżuri ta’ protezzjoni tekonoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha.

3. Il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta ma għandhiex tkun meħtieġa jekk il-kontrollur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta’ superviżjoni li huwa jkun implimenta miżuri ta’ protezzjoni tekonoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha.

4. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kontrollur li jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta, jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta tal-ksur tad-dejta personali, l-awtorità ta’ superviżjoni, wara li tkun ikkunsidrat l-effetti avversi possibbli tal-ksur, titolbu jagħmel dan.

4. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kontrollur li jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta, jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta tal-ksur tad-dejta personali, l-awtorità ta’ superviżjoni, wara li tkun ikkunsidrat l-effetti avversi possibbli tal-ksur, titolbu jagħmel dan.

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti rigward iċ-ċirkostanzi li fihom ksur ta’ dejta personali aktarx li jaffettwa ħażin lid-dejta personali msemmija fil-paragrafu 1.

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki bi qbil mal-Artikolu 66(1)(b) rigward iċ-ċirkostanzi li fihom ksur ta’ dejta personali aktarx li jaffettwa ħażin lid-dejta personali, lill-privatezza, lid-drittijiet jew l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1.

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format tal-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 u l-proċeduri applikabbli għal dik il-komunikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 32a

 

Fir-rigward tar-riskju

 

1. Il-kontrollur, jew meta jkun applikabbli l-proċessur, għandu jwettaq analiżi tar-riskju tal-impatt potenzjali tal-ipproċessar tad-dejta ppjanat b'rabta mad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta, li tevalwa jekk l-operazzjonijiet ta' ipproċessar tiegħu jistgħux joħolqu riskji speċifiċi.

 

2. L-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar li ġejjin x'aktarx li jippresentaw riskji speċifiċi:

 

(a) l-ipproċessar ta' dejta personali ta’ aktar minn 5000 suġġett tad-dejta matul kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttivi;

 

(b) l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta personali kif imsemmijin fl-Artikolu 9(1), dejta dwar il-post jew dejta dwar it-tfal jew l-impjegati f'sistemi ta'arkivjar fuq skala kbira;

 

(c) it-tfassil ta’ profili li fuqu huma bbażati miżuri li jipproduċu effetti legali li jirrigwardaw lill-individwu jew jaffettwaw b’mod sinifikanti simili lill-individwu;

 

(d) l-ipproċessar ta' dejta personali għall-għoti ta’ kura tas-saħħa, riċerki epidemjoloġiċi, jew stħarriġ dwar mard mentali jew li jittieħed, meta d-dejta tiġi pproċessata biex tieħu miżuri jew deċiżjonijiet dwar individwi speċifiċi fuq skala kbira;

 

(e) il-monitoraġġ awtomatizzat ta’ żoni aċċessibbli għall-pubbliku fuq skala kbira;

 

(f) operazzjonijiet ta’ pproċessar oħrajn li għalihom tkun teħtieġ il-konsultazzjoni mal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jew mal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 34(2);

 

(g) Meta jkun possibbli li ksur tad-dejta personali jaffettwa b'mod negattiv il-protezzjoni tad-dejta personali, il-privatezza, id-drittijiet jew l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta;

 

(h) l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’operazzjonijiet ta’ pproċessar li, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-dejta;

 

(i) Meta d-dejta personali ssir aċċessibbli għal għadd ta' persuni li ma jkunx hemm raġuni biex jiġu limitati.

 

3. Skont ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju:

 

(a) Meta jeżistu kwalunkwe mill-operazzjonijiet ta' ipproċessar imsemmija fil-paragrafu 2(a) jew (b), kontrolluri mhux stabbiliti fl-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant fl-Unjoni skont ir-rekwiżiti u l-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25;

 

(b) Meta jeżistu kwalunkwe mill-operazzjonijiet ta' ipproċessar imsemmija fil-paragrafu 2(a), (b) jew (h), il-kontrollur għandu jaħtar uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta skont ir-rekwiżiti u l-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35;

 

(c) Meta jeżistu kwalunkwe mill-operazzjonijiet ta' ipproċessar imsemmija fil-paragrafu 2(a), (b), (c), (d), (e), (f), (g) jew (h), il-kontrollur jew il-proċessur li jaġixxi f'isem il-kontrollur għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 33;

 

(d) Meta jeżistu l-operazzjonijiet ta' ipproċessar imsemmija fil-paragrafu 2(f), il-kontrollur għandu jikkonsulta lill-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta, jew f'każ li ma jkunx inħatar uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta, lill-awtorità superviżorja skont l-Artikolu 34.

 

4. L-analiżi tar-riskju għandha tiġi riveduta mill-iktar wara sena, jew minnufih, jekk in-natura, l-ambitu jew l-iskopi tal-operazzjonijiet ta’ proċessar tad-dejta jinbidlu b’mod sinifikanti. Meta skont il-paragrafu 3(c), il-kontrollur mhuwiex obbligat iwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta, l-analiżi tar-riskju għandha tiġi dokumentata.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Kapitolu 4 – taqsima 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA U AWTORIZZAZZJONI MINN QABEL

ĠESTJONI TAĊ-ĊIKLU TAL-ĦAJJA TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta

Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta

1. Meta l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-dejta minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom u l-għanijiet tagħhom, il-kontrollur jew il-proċessur li jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti fuq id-dejta personali.

1. Meta meħtieġ skont l-Artikolu 32a (3), il-kontrollur jew il-proċessur li jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti fuq id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta, speċjalment id-dritt tagħhom għal dejta personali. Valutazzjoni waħda għandha tkun biżżejjed biex tindirizza sett ta’ operazzjonijiet tal-ipproċessar simili li jippreżentaw riskji simili.

2. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin b’mod partikolari jippreżentaw dawn ir-riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1:

 

(a) Evalwazzjoni sistematika u estensiva tal-aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika jew għall-analiżi jew it-tbassir b’mod partikolari tas--sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tal-persuna fiżika, li tkun ibbażata fuq l-ipproċessar awtomatizzat li fuqu huma bbażati miżuri li jipproduċu effetti legali li jirrigwardaw lill-individwu jew jaffettwaw b’mod sinifikanti lill-individwu;

 

(b) informazzjoni dwar il-ħajja sesswali, is-saħħa, ir-razza u l-oriġini etnika jew għall-għoti ta’ kura tas-saħħa, riċerki epidemjoloġiċi, jew stħarriġ dwar mard mentali jew li jittieħed, meta d-dejta tiġi pproċessata biex tieħu miżuri jew deċiżjonijiet dwar individwi speċifiċi fuq skala kbira;

 

(c) il-monitoraġġ ta’ żoni aċċessibbli għall-pubbliku, b’mod speċjali meta jintuża apparat ottiku-elettroniku (sorveljanza bil-vidjo) fuq skala kbira;

 

(d) dejta personali f’sistemi ta’ arkivjar fuq skala kbira dwar tfal, dejta ġenetika jew dejta bijometrika;

 

(e) operazzjonijiet ta’ pproċessar oħrajn li għalihom tkun teħtieġ il-konsultazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 34(2).

 

3. Il-valutazzjoni għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-dejta, il-miżuri previsti sabiex jindirizzaw ir-riskji, salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta’ dejta personali u li juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u persuni oħrajn ikkonċernati.

3. Il-valutazzjoni għandha tirrigwarda ċ-ċiklu ta’ ħajja sħiħ tal-ġestjoni tad-dejta personali mill-ġbir għall-ipproċessar sat-tħassir. Għall-inqas, għandu jkun fiha:

 

(a) Deskrizzjoni sistematika tal-operazzjonijiet ta' pproċessar previsti, l-iskopijiet tal-ipproċessar u, jekk applikabbli, l-interessi leġittimi tal-kontrollur;

 

(b) Valutazzjoni tal-bżonn u l-proporzjonalità tal-operazzjonijiet ta' pproċessar b'rabta mal-iskopijiet;

 

(c) Valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta, inkluż ir-riskju ta' diskriminazzjoni inerenti għall-operazzjoni jew imsaħħaħ minnha;

 

(d) Deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jindirizzaw ir-riskji u jimminimizzaw il-volum tad-dejta personali li tiġi pproċessata;

 

(e) Lista tas-salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta’ dejta personali, bħall-psewdonimizzazzjoni, u li juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u persuni oħrajn ikkonċernati;

 

(f) indikazzjoni ġenerali tal-limiti ta’ żmien għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta’ dejta;

 

(h) spjegazzjoni ta’ liema protezzjoni ta’ dejta skont id-disinn u liema prattiċi prestabbiliti skont l-Artikolu 23 ġew implimentati;

 

(i) Lista tar-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri tad-dejta personali;

 

(j) fejn japplika, lista tat-trasferimenti ta’ dejta previsti lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali u, f’każ ta’ trasferimenti msemmijin fil-punt (h) tal-Artikolu 44(1), id-dokumentazzjoni tas-salvagwardji xierqa;

 

(k) Valutazzjoni tal-kuntest tal-ipproċessar tad-dejta.

 

3a. Jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ħatar uffiċjali għall-protezzjoni tad-dejta, huwa/hija għandu/ha j/tkun involut/a fil-proċediment tal-valutazzjoni tal-impatt.

 

3b. Il-valutazzjoni għandha tiġi dokumentata u tistipula skeda ta’ reviżjonijiet perjodiċi regolari tal-konformità mal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 33a(1). Il-valutazzjoni għandha tiġi aġġornata mingħajr dewmien bla bżonn, jekk ir-riżultati tar-reviżjoni ta’ konformità tal-protezzjoni tad-dejta msemmi fl-Artikolu 33a juru inkonsistenzi fil-konformità. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jagħmlu l-valutazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità ta’ superviżjoni.

4. Il-kontrollur għandu jfittex l-opinjoni tas-suġġetti tad-dejta jew tar-rappreżentanti tagħhom dwar l-ipproċessar maħsub, mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali jew pubbliċi jew għas-sigurtà tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

 

5. Fejn il-kontrollur huwa awtorità jew korp pubbliku u fejn l-ipproċessar jirriżulta minn obbligu legali skont il-punt (c) ta’ Artikolu 6(1) li jipprovdi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-operazzjonijiet ta' proċessar u regolati mil-liġi tal-Unjoni, il-paragrafi 1 sa 4 m’għandhomx japplikaw, sakemm l-Istati Membri jidhrilhom li hu meħtieġ sabiex iwettqu valutazzjoni bħal din qabel l-attivitajiet ta’ pproċessar.

 

6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, inklużi l-kundizzjonijiet għall- modularità, il-verifika u l-awditjar. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-miżuri speċifiċi, għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

 

7. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika standards u proċeduri speċifiċi għat-twettiq u l-verifika u l-awditjar tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

(Il-paragrafu 3 fit-test tal-Kummissjoni parzjalment sar il-punti (a), (c), (d) u (e) fl-emenda tal-Parlament).

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 33a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 33a

 

Reviżjoni tal-konformità tal-protezzjoni tad-dejta

 

1. Sa sentejn wara t-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt skont l-Artikolu 33(1), il-kontrollur jew il-proċessur li jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jwettaq reviżjoni tal-konformità. Din ir-reviżjoni tal-konformità għandha turi li l-ipproċessar tad-dejta personali jsir f’konformità mal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta.

 

2. Ir-reviżjoni tal-konformità għandha titwettaq perjodikament, mill-inqas darba kull sentejn, jew minnufih meta jkun hemm tibdil fir-riskji speċifiċi ppreżentati mill-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

 

3. Meta r-riżultati tar-reviżjoni tal-konformità juru inkonsistenzi fil-konformità, ir-reviżjoni tal-konformità għandha tinkludi rakkomandazzjonijiet fuq kif għandha tinkiseb konformità sħiħa.

 

4. Ir-reviżjoni tal-konformità u r-rakkomandazzjonijiet tagħha għandhom jiġu dokumentati. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jagħmlu r-reviżjoni tal-konformità disponibbli, fuq talba, għall-awtorità ta’ superviżjoni.

 

5. Jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ħatar uffiċjali għall-protezzjoni tad-dejta, huwa/hija għandu/ha j/tkun involut/a fil-proċediment ta' reviżjoni tal-konformità.

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorizzazzjoni minn qabel u konsultazzjoni minn qabel

Konsultazzjoni minn qabel

 

1. Il-kontrollur jew proċessur jadotta klawżoli kuntrattwali kif ipprovdut fil-punt (d) tal-Artikolu 42(2) jew ma jipprovdix għas-salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti kif imsemmi fl-Artikolu 42(5) għat-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali;

 

2. Il-kontrollur jew proċessur li jkun qiegħed jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jikkonsulta lill-awtorità ta’ superviżjoni qabel l-ipproċessar ta’ dejta personali sabiex jassigura l-konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex inaqqas ir-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta meta:

2. Il-kontrollur jew proċessur li jkun qiegħed jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jikkonsulta lill-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta jew, jekk ma jkunx inħatar uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta, lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jew lill-awtorità ta’ superviżjoni qabel l-ipproċessar ta’ dejta personali sabiex jassigura l-konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex inaqqas ir-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta meta:

(a) valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta kif ipprovduta fl-Artikolu 33 tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom jew l-għanijiet tagħhom, aktarx li jippreżentaw grad għoli ta’ riskji speċifiċi; jew

(a) valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta kif ipprovduta fl-Artikolu 33 tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom jew l-għanijiet tagħhom, aktarx li jippreżentaw grad għoli ta’ riskji speċifiċi; jew

(b) l-awtorità ta’ superviżjoni tħoss li jkun meħtieġ li jkun hemm konsultazzjoni minn qabel dwar operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, u speċifikati skont il-paragrafu 4.

(b) l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jew l-awtorità ta’ superviżjoni tħoss li jkun meħtieġ li jkun hemm konsultazzjoni minn qabel dwar operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, u speċifikati skont il-paragrafu 4.

3. Meta l-awtorità ta’ superviżjoni tkun tal-fehma li l-ipproċessar maħsub ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fejn ir-riskji ma jkunux identifikati jew imnaqqsa biżżejjed, din għandha tipprojbixxi l-ipproċessar maħsub u tagħmel proposti adattati sabiex tirrimedja dan in-nuqqas ta’ konformità.

3. Meta l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti tiddetermina, skont is-setgħa tagħha, li l-ipproċessar maħsub ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fejn ir-riskji ma jkunux identifikati jew imnaqqsa biżżejjed, din għandha tipprojbixxi l-ipproċessar maħsub u tagħmel proposti adattati sabiex tirrimedja dan in-nuqqas ta’ konformità.

4. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont il-punt (b) tal-paragrafu 2. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tikkomunika dawn il-listi lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

4. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jistabbilixxi u jippubblika lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont il-paragrafu 2.

5. Meta l-lista pprovduta fil-paragrafu 4 tinvolvi attivitajiet ta’ pproċessar li huma relatati mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-dejta f’diversi Stati Membri, jew għas-sorveljanza tal-imġiba tagħhom, jew jistgħu jaffettwaw sostanzjalment il-moviment liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57 qabel l-adozzjoni tal-lista.

 

6. Il-kontrollur jew proċessur għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ superviżjoni l-valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta pprovduta fl-Artikolu 33 u, fuq talba, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni tivvaluta l-konformità tal-ipproċessar u b’mod partikolari r-riskji għall-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġett tad-dejta u s-salvagwardji relatati.

6. Fuq talba, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ superviżjoni l-valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 33 u, fuq talba, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni tivvaluta l-konformità tal-ipproċessar u b’mod partikolari r-riskji għall-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġett tad-dejta u s-salvagwardji relatati.

7. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-awtorità ta’ superviżjoni fit-tħejjija ta’ miżura leġiżlattiva li għandha tiġi adottata mill-parlament nazzjonali jew ta’ miżura bbażata fuq din il-miżura leġiżlattiva, li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar, sabiex jassiguraw il-konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex inaqqsu r-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta.

7. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-awtorità ta’ superviżjoni fit-tħejjija ta’ miżura leġiżlattiva li għandha tiġi adottata mill-parlament nazzjonali jew ta’ miżura bbażata fuq din il-miżura leġiżlattiva, li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar, sabiex jassiguraw il-konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex inaqqsu r-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta.

8. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ livell għoli ta’ riskju speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

 

9. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli u proċeduri standard għall-awtorizzazzjonijiet u konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, u formoli u proċeduri standard għall-infurmar lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

–––––Emenda            132

Proposta għal regolament

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

1. Il-kontrollur u l-proċessur għandu jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fi kwalunkwe każ meta:

1. Il-kontrollur u l-proċessur għandu jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fi kwalunkwe każ meta:

(a) l-ipproċessar isir minn awtorità pubblika jew minn korp pubbliku; jew

(a) l-ipproċessar isir minn awtorità pubblika jew minn korp pubbliku; jew

(b) l-ipproċessar isir minn impriża li timpjega 250 persuna jew aktar; jew

(b) l-ipproċessar isir minn persuna ġuridika u jirrigwarda aktar minn 5000 suġġett tad-dejta f'perjodu ta' 12-il xahar konsekuttivi; jew

(c) l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’operazzjonijiet ta’ pproċessar li, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-dejta.

(c) l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’operazzjonijiet ta’ pproċessar li, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-dejta; jew

 

(d) l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu mill-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta skont l-Artikolu 9(1), dejta dwar il-post jew dejta dwar tfal jew impjegati f'sistemi ta' arkivjar fuq skala kbira.

2. Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, grupp ta’ impriżi jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta wieħed.

2. Grupp ta’ impriżi jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta ewlieni responsabbli, sakemm jiġi żgurat li l-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta jkun faċilment aċċessibbli minn kull stabbiliment.

3. Meta l-kontrollur jew il-proċessur huwa awtorità jew korp pubbliku, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jinħatar għal diversi mill-entitajiet tagħha, filwaqt li jittieħed kont tal-istruttura organizzativa tal-awtorità jew il-korp pubbliku.

3. Meta l-kontrollur jew il-proċessur huwa awtorità jew korp pubbliku, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jinħatar għal diversi mill-entitajiet tagħha, filwaqt li jittieħed kont tal-istruttura organizzativa tal-awtorità jew il-korp pubbliku.

4. F’każijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontrollur jew il-proċessur jew assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri jew proċessur jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

4. F’każijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontrollur jew il-proċessur jew assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri jew proċessur jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

5. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 37. Il-livell meħtieġ ta’ għarfien espert għandu jkun stabbilit b’mod partikolari skont l-ipproċessar tad-dejta li jkun sar u l-protezzjoni meħtieġa għad-dejta personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur.

5. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 37. Il-livell meħtieġ ta’ għarfien espert għandu jkun stabbilit b’mod partikolari skont l-ipproċessar tad-dejta li jkun sar u l-protezzjoni meħtieġa għad-dejta personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur.

6. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li kwalunkwe dmir professjonali ieħor tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun kompatibbli mal-kompiti u d-dmirijiet tal-persuna bħala uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta u ma jirriżultax f’kunflitt ta’ interessi.

6. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li kwalunkwe dmir professjonali ieħor tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun kompatibbli mal-kompiti u d-dmirijiet tal-persuna bħala uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta u ma jirriżultax f’kunflitt ta’ interessi.

7. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jerġa’ jinħatar għal aktar mandati. Waqt il-mandat tiegħu, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jitneħħa biss mill-kariga, jekk huwa ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu.

7. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għal perjodu ta’ mill-inqas erba' snin f'każ ta' impjegat u sentejn f'każ ta' kuntrattur estern ta' servizz. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jerġa’ jinħatar għal aktar mandati. Waqt il-mandat tiegħu jew tagħha, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jitneħħa biss mill-kariga jekk huwa ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu.

8. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jkun impjegat mill-kontrollur jew mill-proċessur, jew iwettaq il-kompiti tiegħu fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ servizz.

8. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jkun impjegat mill-kontrollur jew mill-proċessur, jew iwettaq il-kompiti tiegħu fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ servizz.

9. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikkomunika l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta lill-awtorità ta’ superviżjoni u lill-pubbliku.

9. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikkomunika l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta lill-awtorità ta’ superviżjoni u lill-pubbliku.

10. Is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li jikkuntattjaw lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-dejta tas-suġġett tad-dejta u li jitolbu l-eżerċitar tad-drittijiet taħt dan ir-Regolament.

10. Is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li jikkuntattjaw lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-dejta tas-suġġett tad-dejta u li jitolbu l-eżerċitar tad-drittijiet taħt dan ir-Regolament.

11. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-kriterji għall-kwalitajiet professjonali tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 5.

 

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pożizzjoni tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

Pożizzjoni tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

1. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun involut kif xieraq u mingħajr dewmien fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-dejta personali.

1. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun involut kif xieraq u mingħajr dewmien fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-dejta personali.

2. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jwettaq id-dmirijiet u l-kompiti b’mod indipendenti u ma jingħatax istruzzjonijiet rigward l-eżerċizzju tal-funzjoni. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jirrapporta b’mod dirett lill-ġestjoni tal-kontrollur jew tal-proċessur.

2. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jwettaq id-dmirijiet u l-kompiti b’mod indipendenti u ma jingħatax istruzzjonijiet rigward l-eżerċizzju tal-funzjoni. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jirrapporta b’mod dirett lill-maniġment eżekuttiv tal-kontrollur jew tal-proċessur. Il-kontrollur jew proċessur għal dan l-għan għandhom jaħtru membru tal-maniġment eżekuttiv responsabbli mill-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

3. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jappoġġja lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u għandu jipprovdi persunal, post, tagħmir u kwalunkwe riżorsa oħra meħtieġa sabiex iwettaq id-dmirijiet u l-kompiti kif imsemmija fl-Artikolu 34.

3. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jappoġġja lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u għandu jipprovdi l-mezzi kollha, inkluż persunal, post, tagħmir u kwalunkwe riżorsa oħra meħtieġa sabiex iwettaq id-dmirijiet u l-kompiti kif imsemmija fl-Artikolu 34, u jżomm l-għarfien professjonali tiegħu.

 

4. L-uffiċjali tal-protezzjoni tad-dejta għandhom ikunu marbuta b’segretezza dwar l-identità tas-suġġetti tad-dejta u dwar iċ-ċirkustanzi li jippermettu lis-suġġetti tad-dejta jiġu identifikati, sakemm ma jinħelsux minn dak l-obbligu mis-suġġett tad-dejta.

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

Kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

1. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jafda lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta tal-anqas bil-kompiti li ġejjin:

Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jafda lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta tal-anqas bil-kompiti li ġejjin:

(a) jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament u jiddokumenta din l-attività u t-tweġibiet li jirċievi;

(a) Jissensibilizza, jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri u l-proċeduri tekniċi u organizzattivi, u jiddokumenta din l-attività u t-tweġibiet li jirċievi;

(b) jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-politiki tal-kontrollur jew tal-proċessur fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, inklużi l-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet, it-taħriġ tal-persunal involut fl-operazzjonijiet ta’ pproċessar tal-operazzjonijiet, u l-verifiki relatati;

(b) jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-politiki tal-kontrollur jew tal-proċessur fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, inklużi l-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet, it-taħriġ tal-persunal involut fl-operazzjonijiet ta’ pproċessar tal-operazzjonijiet, u l-verifiki relatati;

(c) jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward ir-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn, il-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku u s-sigurtà tad-dejta u dwar l-informazzjoni tas-suġġetti tad-dejta u t-talbiet tagħhom fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament;

(c) jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward ir-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn, il-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku u s-sigurtà tad-dejta u dwar l-informazzjoni tas-suġġetti tad-dejta u t-talbiet tagħhom fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament;

(d) jassigura li tinżamm id-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28;

(d) jassigura li tinżamm id-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28;

(e) jissorvelja d-dokumentazzjoni, in-notifika u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali skont l-Artikoli 31 u 32;

(e) jissorvelja d-dokumentazzjoni, in-notifika u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali skont l-Artikoli 31 u 32;

(f) jissorvelja t-twettiq tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta mill-kontrollur jew mill-proċessur u l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni minn qabel jew konsultazzjoni minn qabel, jekk dan ikun meħtieġ skont l-Artikoli 33 u 34;

(f) jissorvelja t-twettiq tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta mill-kontrollur jew mill-proċessur u l-applikazzjoni għal konsultazzjoni minn qabel, jekk dan ikun meħtieġ skont l-Artikoli 32a, 33 u 34;

(g) jissorvelja t-tweġibiet għat-talbiet mill-awtorità ta’ superviżjoni, u, fl-isfera tal-kompetenza tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni fuq talba ta’ din tal-aħħar jew fuq inizjattiva tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta stess;

(g) jissorvelja t-tweġibiet għat-talbiet mill-awtorità ta’ superviżjoni, u, fl-isfera tal-kompetenza tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni fuq talba ta’ din tal-aħħar jew fuq inizjattiva tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta stess;

(h) jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-awtorità ta’ superviżjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar u jikkonsulta mal-awtorità ta’ superviżjoni, jekk ikun xieraq, fuq inizjattiva tiegħu stess.

(h) jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-awtorità ta’ superviżjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar u jikkonsulta mal-awtorità ta’ superviżjoni, jekk ikun xieraq, fuq inizjattiva tiegħu stess.

 

(i) li jivverifika l-konformità ma' dan ir-Regolament taħt il-mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni stabbilit minn qabel stabbilit fl-Artikolu 34;

 

(j) Li jinforma lir-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar l-ipproċessar tad-dejta tal-ħaddiema.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-kompiti, iċ-ċertifikazzjoni, l-istatus, is-setgħat u r-riżorsi tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1.

 

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kodiċijiet ta’ kondotta

Kodiċijiet ta’ kondotta

1. L-Istati Membri, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu t-tħejjija ta’ kodiċijiet ta’ kondotta maħsuba sabiex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi tal-ipproċessar tad-dejta, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

1. L-Istati Membri, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu t-tħejjija ta’ kodiċijiet ta’ kondotta jew l-adozzjoni ta’ kodiċijiet ta’ kondotta mħejjija mill-awtorità ta’ supervżjoni maħsuba sabiex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi tal-ipproċessar tad-dejta, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a) ipproċessar ġust u trasparenti tad-dejta;

(a) ipproċessar ġust u trasparenti tad-dejta;

 

(aa) ir-rispett tad-drittijiet tal-konsumatur;

(b) il-ġbir tad-dejta;

(b) il-ġbir tad-dejta;

(c) l-informazzjoni tal-pubbliku u tas-suġġetti tad-dejta;

(c) l-informazzjoni tal-pubbliku u tas-suġġetti tad-dejta;

(d) it-talbiet tas-suġġetti tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom

(d) it-talbiet tas-suġġetti tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom

(e) informazzjoni u protezzjoni tat-tfal;

(e) informazzjoni u protezzjoni tat-tfal;

(f) trasferiment ta’ dejta lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali;

(f) trasferiment ta’ dejta lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali;

(g) mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità mal-kodiċi mill-kontrolluri marbuta miegħu;

(g) mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità mal-kodiċi mill-kontrolluri marbuta miegħu;

(h) proċeduri barra l-qorti u proċeduri oħrajn ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim għas-soluzzjoni ta’ tilwim bejn il-kontrolluri u s-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta skont l-Artikoli 73 u 75.

(h) proċeduri barra l-qorti u proċeduri oħrajn ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim għas-soluzzjoni ta’ tilwim bejn il-kontrolluri u s-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta skont l-Artikoli 73 u 75.

2. Assoċjazzjonijiet u korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri jew proċessuri fi Stat Membru wieħed li għandhom il-ħsieb li jfasslu kodiċijiet ta’ kondotta jew li jemendaw jew jestendu kodiċijiet ta’ kondotta eżistenti jistgħu jissottomettuhom għall-opinjoni tal-awtorità ta’ superviżjoni f’dak l-Istat Membru. L-awtorità ta’ superviżjoni tista’ tagħti opinjoni dwar jekk l-abbozz tal-kodiċi ta’ kondotta jew l-emenda hijiex konformi ma’ dan ir-Regolament. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tfittex il-fehmiet tas-suġġetti tad-dejta jew ir-rappreżentanti tagħhom dwar dawn l-abbozzi.

2. Assoċjazzjonijiet u korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri jew proċessuri fi Stat Membru wieħed li għandhom il-ħsieb li jfasslu kodiċijiet ta’ kondotta jew li jemendaw jew jestendu kodiċijiet ta’ kondotta eżistenti jistgħu jissottomettuhom għall-opinjoni tal-awtorità ta’ superviżjoni f’dak l-Istat Membru. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha mingħajr dewmien żejjed tagħti opinjoni dwar jekk l-ipproċessar skont l-abbozz tal-kodiċi ta’ kondotta jew l-emenda hijiex konformi ma’ dan ir-Regolament. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tfittex il-fehmiet tas-suġġetti tad-dejta jew ir-rappreżentanti tagħhom dwar dawn l-abbozzi.

3. Assoċjazzjonijiet u korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri f’diversi Stati Membri jistgħu jissottomettu abbozzi ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u emendi jew estensjonijiet ta’ kodiċijiet ta’ kondotta eżistenti lill-Kummissjoni.

3. Assoċjazzjonijiet u korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri jew proċessuri f’diversi Stati Membri jistgħu jissottomettu abbozzi ta’ kodiċijiet ta’ kondotta u emendi jew estensjonijiet ta’ kodiċijiet ta’ kondotta eżistenti lill-Kummissjoni.

4. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk il-kodiċijiet ta’ kondotta u l-emendi jew l-estensjonijiet ta’ kodiċijiet ta’ kondotta eżistenti sottomessi lilha skont il-paragrafu 3 għandhomx validità ġenerali fi ħdan l-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara talba għal opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, atti ddelegati skont l-Artikolu 86 sabiex tiddeċiedi jekk il-kodiċijiet ta’ kondotta u l-emendi jew l-estensjonijiet ta’ kodiċijiet ta’ kondotta eżistenti sottomessi lilha skont il-paragrafu 3 humiex konformi ma’ dan ir-regolament u għandhomx validità ġenerali fi ħdan l-Unjoni. Dawn l-atti delegati għandhom jagħtu drittijiet infurzabbli lis-suġġetti tad-data.

5. Il-Kummissjoni għandha tassigura r-reklamar xieraq għall-kodiċijiet li jkun ġie deċiż li għandhom validità ġenerali skont il-paragrafu 4.

5. Il-Kummissjoni għandha tassigura r-reklamar xieraq għall-kodiċijiet li jkun ġie deċiż li għandhom validità ġenerali skont il-paragrafu 4.

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ċertifikazzjoni

Ċertifikazzjoni

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu, b’mod partikolari fil-livell Ewropew, l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ protezzjoni tad-dejta u ta’ siġilli u marki tal-protezzjoni tad-dejta, li jippermettu lis-suġġetti tad-dejta jevalwaw malajr il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta pprovduta mill-kontrolluri u mill-proċessuri. Il-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi u operazzjonijiet ta’ pproċessar differenti.

 

 

1a. Kull kontrollur jew proċessur jista' jitlob lil kwalunkwe awtoritàta' superviżjoni fl-Unjoni, għal miżata raġonevoli li tkun tqis l-ispejjeż amministrattivi, biex tiċċertifika li l-ipproċessar tad-dejta personali qed isir bi qbil ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 5, 23 u 30, l-obbligi tal-kontollur u l-proċessur u d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

 

1b. Iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun volontarja, affordabbli, u disponibbli permezz ta’ proċess li huwa trasparenti u mhux ta’ piż mingħajr ħtieġa.

 

1c. L-awtoritajiet ta' superviżjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jikkooperaw taħt il-mekkaniżmu ta' konsistenza skont l-Artikolu 57 biex jiggarantixxu mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni armonizzat tal-protezzjoni tad-dejta, inklużi miżati armonizzati fi ħdan l-Unjoni.

 

1d. Matul il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni tista’ takkredita lil awdituri terzi speċjalizzati biex iwettqu l-verifika tal-kontrollur jew tal-proċessur f’isimhom. Awdituri terzi għandu jkollhom biżżejjed persunal ikkwalifikat, ikunu imparzjali u ħielsa minn kull kunflitt ta' interessi fir-rigward ta' dmirijiethom. L-awtoritajiet ta' superviżjoni għandhom jirrevokaw l-akkreditazzjoni jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-awditur ma jissodisfax dmirijietu b'mod korrett. Iċ-ċertifikazzjoni finali għandha tiġi pprovduta mill-awtorità ta’ superviżjoni.

 

1e. L-awtoritajiet ta' superviżjoni għandhom jagħtu lill-kontrolluri u l-proċessuri, li skont il-verifika jkunu ġew ċertifikati li jipproċessaw id-dejta personali skont dan ir-Regolament, il-marka standardizzata ta' protezzjoni tad-dejta bl-isem "Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta" (European Data Protection Seal).

 

1f. Is-“Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta” għandu jkun validu sakemm l-operazzjonijiet ta' pproċessar tal-kontrollur jew proċessur iċċertifikat jibqgħu kompletament konformi ma’ dan ir-Regolament.

 

1g. Minkejja l-paragrafu 1f, iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun valida għal massimu ta’ ħames snin.

 

1h. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jistabbilixxi reġistru elettroniku pubbliku li fih iċ-ċertifikati kollha validi u invalidi li nħarġu fl-Istat Membru jistgħu jiġu aċċessati mill-pubbliku.

 

1i. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jiċċertifika li standard tekniku li jżid il-protezzjoni tad-dejta jkun konformi ma' dan ir-Regolament.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-kundizzjonijiet għall-għoti, u l-irtirar, u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u tikkonsulta mal-partijiet interessati, b'mod partikolari mal-organizzazzjonijiet tal-industrija u mhux governattivi, atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1a sa 1h, inklużi rekwiżiti għall-akkreditazzjoni tal-awdituri, kundizzjonijiet għall-għoti, u l-irtirar, u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi. Dawn l-atti delegati għandhom jagħtu drittijiet infurzabbli lis-suġġetti tad-data.

3. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi standards tekniċi għall-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u għas-siġilli u l-marki ta’ protezzjoni tad-dejta u mekkaniżmi għall-promozzjoni u r-rikonoxximent ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ siġilli u marki ta’ protezzjoni tad-dejta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

 

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasferimenti b’deċiżjoni ta’ adegwatezza

Trasferimenti b’deċiżjoni ta’ adegwatezza

1. Trasferiment jista’ jseħħ jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-pajjiż terz, jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni. Trasferiment bħal dan ma għandux ikun jeħtieġ awtorizzazzjoni ulterjuri.

1. Trasferiment jista’ jseħħ jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-pajjiż terz, jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni. Trasferiment bħal dan ma għandux ikun jeħtieġ awtorizzazzjoni speċifika.

2. Meta tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni lill-elementi li ġejjin:

2. Meta tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni lill-elementi li ġejjin:

(a) l-istat tad-dritt, il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, inkluż rigward is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali, ir-regoli professjonali u l-miżuri ta’ sigurtà li huma mħarsa f’dak il-pajjiż jew minn dik l-organizzazzjoni internazzjonali; kif ukoll drittijiet effettivi u infurzabbli inkluż rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għal suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li qegħdin jgħixu fl-Unjoni, li d-dejta personali tagħhom tkun sejra tiġi ttrasferita;

(a) l-istat tad-dritt, il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, inkluż rigward is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni, ir-regoli professjonali u l-miżuri ta’ sigurtà li huma mħarsa f’dak il-pajjiż jew minn dik l-organizzazzjoni internazzjonali, preċedenti fil-każistika, kif ukoll drittijiet effettivi u infurzabbli inkluż rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għal suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li qegħdin jgħixu fl-Unjoni, li d-dejta personali tagħhom tkun sejra tiġi ttrasferita;

(b) l-eżistenza u l-funzjonament effettiv ta’ awtorità ta’ superviżjoni indipendenti waħda jew aktar fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, li tkun responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, għall-assistenza u l-għoti ta’ pariri lis-suġġetti tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom u għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri; kif ukoll

(b) l-eżistenza u l-funzjonament effettiv ta’ awtorità ta’ superviżjoni indipendenti waħda jew aktar fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, li tkun responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, inklużi setgħat suffiċjenti ta’ sanzjonar, għall-assistenza u l-għoti ta’ pariri lis-suġġetti tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom u għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri; kif ukoll

(c) l-impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni.

(c) l-impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, b’mod partikolari kwalunkwe konvenzjonijiet legalment vinkolanti jew strumenti b'rabta mal-protezzjoni tad-dejta personali.

3. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terzi, jew organizzazzjoni internazzjonali tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tiddeċiedi li pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terzi, jew organizzazzjoni internazzjonali tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2. Dawn l-atti delegati għandhom jipprevedu klawżola "sunset" jekk ikunu jikkonċernaw settur tal-ipproċessar u għandhom jiġu revokati skont il-paragrafu 5 ladarba ma jibqax jintlaħaq livell adegwat ta' protezzjoni skont dan ir-Regolament.

4. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jispeċifika l-applikazzjoni ġeografika u settorjali tiegħu u, fejn ikun applikabbli, jidentifika l-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

4. L-att delegat għandu jispeċifika l-applikazzjoni territorjali u settorjali tiegħu u, fejn ikun applikabbli, jidentifika l-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

 

4a. Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja żviluppi li jistgħu jaffettwaw it-twettiq tal-elementi elenkati fil-paragrafu 2 f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali meta jkun ġie adottat att delegat ikun skont il-paragrafu 3.

5. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li pajjż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ma tassigurax livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, li tkun fis-seħħ fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali, ma tiggarantix drittijiet effettivi u infurzabbli fosthom rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li qegħdin jgħixu fl-Unjoni, li d-dejta personali tagħhom tkun qiegħda tiġi trasferita. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2), jew, f’każijiet ta’ urġenza estrema għal individwi fir-rigward tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 87(3).

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tiddeċiedi li pajjż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ma tassigurax jew m'għadhiex tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, li tkun fis-seħħ fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali, ma tiggarantix drittijiet effettivi u infurzabbli fosthom rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li qegħdin jgħixu fl-Unjoni, li d-dejta personali tagħhom tkun qiegħda tiġi trasferita.

6. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi skont il-paragrafu 5, kull trasferiment ta’ dejta personali lill-pajjiż terz, jew lil territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni għandu jkun ipprojbit, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 42 sa 44. Fi żmien debitu, il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali bl-għan li tirrimedja s-sitwazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

6. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi skont il-paragrafu 5, kull trasferiment ta’ dejta personali lill-pajjiż terz, jew lil territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni għandu jkun ipprojbit, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 42 sa 44. Fi żmien debitu, il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali bl-għan li tirrimedja s-sitwazzjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

 

6a. Qabel l-adozzjoni ta’ att delegat skont il-paragrafu 3 u 5, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta biex jipprovdi opinjoni dwar l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa, inkluża korrispondenza mal-gvern tal-pajjiż terz, territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali.

7. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista ta’ dawk il-pajjiżi terzi, territorji u setturi tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz u organizzazzjonijiet internazzjonali fejn tkun iddeċidiet li livell adegwat ta’ protezzjoni huwa jew mhuwiex assigurat.

7. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tagħha lista ta’ dawk il-pajjiżi terzi, territorji u setturi tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz u organizzazzjonijiet internazzjonali fejn tkun iddeċidiet li livell adegwat ta’ protezzjoni huwa jew mhuwiex assigurat.

8. Id-Deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 25(6) jew tal-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 95/46/KE, għandhom jibqgħu fis-seħħ, sakemm ma jiġu emendati, mibdula jew imħassra mill-Kummissjoni.

8. Id-Deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 25(6) jew tal-Artikolu 26(4) tad-Direttiva 95/46/KE, għandhom jibqgħu fis-seħħ sa ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm ma jiġux emendati, mibdula jew imħassra mill-Kummissjoni qabel ma jintemm dan il-perjodu.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasferimenti b’ salvagwardji xierqa

Trasferimenti b’ salvagwardji xierqa

1. Meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 41, kontrollur jew proċessur jista’ jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew orgainizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ippreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali fi strument legali vinkolanti.

1. Meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 41, jew tiddeċiedi li pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ma jiżgurax livell adegwat ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 41(5), kontrollur jew proċessur ma jistax jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali sakemm il-kontrollur jew il-proċessur ikun ippreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali fi strument legali vinkolanti.

2. Is-salvagwardji xierqa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti, b’mod partikolari, permezz ta’:

2. Is-salvagwardji xierqa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti, b’mod partikolari, permezz ta’:

(a) regoli korporattivi vinkolanti skont l-Artikolu 43; jew

(a) regoli korporattivi vinkolanti skont l-Artikolu 43; jew

 

(aa) "Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta" validu għall-kontrollur u r-riċevitur bi qbil mal-Artikolu 39(1e); jew

(b) klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta adottati mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2); jew

 

(c) klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta adottati minn awtorità ta’ superviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57 meta ddikjarati ġeneralment validi mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 62(1); jew

(c) klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta adottati minn awtorità ta’ superviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57 meta ddikjarati ġeneralment validi mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 62(1); jew

(d) klawżoli kuntrattwali bejn il-kontrollur jew il-proċessur u r-riċevitur tad-dejta awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 4.

(d) klawżoli kuntrattwali bejn il-kontrollur jew il-proċessur u r-riċevitur tad-dejta awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 4.

3. Trasferiment ibbażat fuq klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta jew regoli korporattivi vinkolanti kif imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2 ma għandhomx jeħtieġu aktar awtorizzazzjoni.

3. Trasferiment ibbażat fuq klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta, "Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta" jew regoli korporattivi vinkolanti kif imsemmija fil-punti (a), (aa) jew (c) tal-paragrafu 2 ma għandhomx jeħtieġu awtorizzazzjoni speċifika.

4. Meta trasferiment ikun ibbażat fuq klawżoli kuntrattwali kif imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikseb awtorizzazzjoni minn qabel tal-klawżoli kuntrattwali skont il-punt (a) tal-Artikolu 31(1) mill-awtorità ta superviżjoni. Jekk it-trasferiment huwa relatat ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li jirrigwardaw is-suġġetti tad-dejta fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, jew jaffettwaw b’mod sostanzjali l-moviment liberu ta’ dejta personali ġewwa l-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

4. Meta trasferiment ikun ibbażat fuq klawżoli kuntrattwali kif imsemmijin fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikseb awtorizzazzjoni minn qabel tal-klawżoli kuntrattwali mill-awtorità ta' superviżjoni kompetenti. Jekk it-trasferiment huwa relatat ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li jirrigwardaw is-suġġetti tad-dejta fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, jew jaffettwaw b’mod sostanzjali l-moviment liberu ta’ dejta personali ġewwa l-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

5. Meta s-salvagwardji xierqa rigward il-protezzjoni tad-dejta personali mhumiex previsti fi strument legalment vinkolanti, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikseb awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferiment, jew sett ta’ trasferimenti, jew għal dispożizzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fl-arranġamenti amministrattivi li jipprovdu l-bażi għal dan it-trasferiment. Din l-awtorizzazzjoni mill-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun skont il-punt (a) tal-Artikolu 34(1). Jekk it-trasferiment huwa relatat ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li jirrigwardaw is-suġġetti tad-dejta fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, jew jaffettwaw b’mod sostanzjali l-moviment liberu ta’ dejta personali ġewwa l-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57. L-awtorizzazzjonijiet minn awtorità superviżorja fuq il-bażi tal-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jibqgħu validi, sakemm ma jiġu emendati, mibdula jew imħassra mill-awtorità ta’ superviżjoni.

5. L-awtorizzazzjonijiet minn awtorità superviżorja fuq il-bażi tal-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jibqgħu validi sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġux emendati, mibdula jew imħassra mill-awtorità ta’ superviżjoni qabel ma jintemm dan il-perjodu.

Emenda                      139

Proposta għal regolament

Artikolu 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasferimenti permezz ta’ regoli korporattivi vinkolanti

Trasferimenti permezz ta’ regoli korporattivi vinkolanti

1. Awtorità ta’ superviżjoni, f’konformità mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza stabbilit fl-Artikolu 58, għandha tapprova regoli korporattivi vinkolanti, sakemm dawn

1. L-awtorità ta’ superviżjoni, f’konformità mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza stabbilit fl-Artikolu 58, għandha tapprova regoli korporattivi vinkolanti, sakemm dawn

(a) ikunu legalment vinkolanti u japplikaw għal u jkunu inforzati minn kull membru fi ħdan il-grupp ta’ impriżi tal-kontrollur jew tal-ipproċessur, u jinkludu lill-impjegati tagħhom;

(a) ikunu legalment vinkolanti u japplikaw għal u jkunu inforzati minn kull membru fi ħdan il-grupp ta’ impriżi tal-kontrollur jew tal-ipproċessur u dawk is-sottokuntratturi esterni koperti mill-ambitu tar-regoli korporattivi vinkolanti, u jinkludu lill-impjegati tagħhom;

(b) espressament jagħtu drittijiet inforzabbli lis-suġġetti tad-dejta;

(b) espressament jagħtu drittijiet inforzabbli lis-suġġetti tad-dejta;

(c) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2.

(c) jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2.

 

1a. Fir-rigward tad-dejta dwar l-impjieg, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom jiġu infurmati dwar u, bi qbil mad-dritt u l-prassi tal-Unjoni u tal-Istati Membri, jiġu involuti fit-tfassil ta' regoli korporattivi vinkolanti skont l-Artikolu 43.

2. Ir-regoli korporattivi vinkolanti għandhom mill-inqas jispeċifikaw:

2. Ir-regoli korporattivi vinkolanti għandhom mill-inqas jispeċifikaw:

(a) l-istruttura u d-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ta’ impriżi u tal-membri tiegħu;

(a) l-istruttura u d-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ta’ impriżi u tal-membri tiegħu u dawk is-sottokuntratturi esterni koperti mill-ambitu tar-regoli korporattivi vinkolanti;

(b) it-trasferimenti tad-dejta jew sett ta’trasferimenti, inklużi l-kategoriji ta’ dejta personali, it-tip ta’ pproċessar u l-għanijiet tiegħu, it-tip ta’ suġġetti tad-dejta affettwati u l-identifikazzjoni tal-pajjiż terzi jew pajjiżi inkwistjoni;

(b) it-trasferimenti tad-dejta jew sett ta’trasferimenti, inklużi l-kategoriji ta’ dejta personali, it-tip ta’ pproċessar u l-għanijiet tiegħu, it-tip ta’ suġġetti tad-dejta affettwati u l-identifikazzjoni tal-pajjiż terzi jew pajjiżi inkwistjoni;

(c) in-natura legalment vinkolanti tagħhom, kemm internament kif ukoll esternament;

(c) in-natura legalment vinkolanti tagħhom, kemm internament kif ukoll esternament;

(d) il-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tad-dejta, b’mod partikolari l-limitazzjoni tal-għan, il-kwalità tad-dejta, bażi legali għall-ipproċessar, l-ipproċessar ta’ dejta personali sensittiva; miżuri sabiex tkun assigurata s-sigurtà tad-dejta; u r-rekwiżiti għal trasferimenti ulterjuri lil organizzazzjonijiet li ma jkunux marbuta bil-politiki;

(d) il-prinċipji ġenerali ta’ protezzjoni tad-dejta, b’mod partikolari l-limitazzjoni tal-għan, il-minimizzazzjoni tad-dejta, il-perjodi limitati taż-żamma, il-kwalità tad-dejta, il-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku, bażi legali għall-ipproċessar, l-ipproċessar ta’ dejta personali sensittiva; miżuri sabiex tkun assigurata s-sigurtà tad-dejta; u r-rekwiżiti għal trasferimenti ulterjuri lil organizzazzjonijiet li ma jkunux marbuta bil-politiki;

(e) id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-mezzi għall-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet, inkluż id-dritt li wieħed ma jkunx soġġett għal miżura bbażata fuq it-tfassil ta’ profili skont l-Artikolu 20, id-dritt li wieħed iressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni kompetenti u quddiem qrati kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 75, u li jikseb rimedju u, fejn xieraq, kumpens għal ksur tar-regoli korporattivi vinkolanti;

(e) id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-mezzi għall-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet, inkluż id-dritt li wieħed ma jkunx soġġett għal miżura bbażata fuq it-tfassil ta’ profili skont l-Artikolu 20, id-dritt li wieħed iressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni kompetenti u quddiem qrati kompetenti tal-Istati Membri skont l-Artikolu 75, u li jikseb rimedju u, fejn xieraq, kumpens għal ksur tar-regoli korporattivi vinkolanti;

(f) l-aċċettazzjoni mill-kontrollur jew mill-proċessur stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru tar-responsabbiltà għal kwalunkwe ksur tar-regoli korporattivi vinkolanti minn kwalunkwe membru tal-grupp ta’ impriżi mhux stabbiliti fl-Unjoni; il-kontrollur jew il-proċessur jista’ biss ikun eżenti minn din ir-responsabbiltà, b’mod sħiħ jew in parti, jekk juri li l-membru mhuwiex responsabbli għall-avvenimenti li ħolqu l-ħsara;

(f) l-aċċettazzjoni mill-kontrollur stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru tar-responsabbiltà għal kwalunkwe ksur tar-regoli korporattivi vinkolanti minn kwalunkwe membru tal-grupp ta’ impriżi li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni; il-kontrollur jista’ biss ikun eżenti minn din ir-responsabbiltà, b’mod sħiħ jew in parti, jekk juri li l-membru mhuwiex responsabbli għall-avvenimenti li ħolqu l-ħsara;

(g) kif l-informazzjoni dwar ir-regoli korporattivi vinkolanti, b’mod partikolari dwar id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (d), (e) u (f) ta’ dan il-paragrafu hija pprovduta lis-suġġetti tad-dejta skont l-Artikolu 11;

(g) kif l-informazzjoni dwar ir-regoli korporattivi vinkolanti, b’mod partikolari dwar id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti (d), (e) u (f) ta’ dan il-paragrafu hija pprovduta lis-suġġetti tad-dejta skont l-Artikolu 11;

(h) il-kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta maħtur skont l-Artikolu 35, inkluż il-monitoraġġ fil-grupp ta’ impriżi tal-konformità mar-regoli korporattivi vinkolanti, kif ukoll il-monitoraġġ tat-taħriġ u l-immaniġġjar tal-ilmenti;

(h) il-kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta maħtur skont l-Artikolu 35, inkluż il-monitoraġġ fil-grupp ta’ impriżi tal-konformità mar-regoli korporattivi vinkolanti, kif ukoll il-monitoraġġ tat-taħriġ u l-immaniġġjar tal-ilmenti;

(i) il-mekkaniżmi fil-grupp ta’ impriżi li għandhom l-għan li jiżguraw il-verifika tal-konformità mar-regoli korporattivi vinkolanti.

(i) il-mekkaniżmi fil-grupp ta’ impriżi li għandhom l-għan li jiżguraw il-verifika tal-konformità mar-regoli korporattivi vinkolanti.

(j) il-mekkaniżmi għar-rappurtar u r-reġistrazzjoni tal-bidliet fil-politiki u r-rappurtar ta’ dawn il-bidliet lill-awtorità ta’ superviżjoni;

(j) il-mekkaniżmi għar-rappurtar u r-reġistrazzjoni tal-bidliet fil-politiki u r-rappurtar ta’ dawn il-bidliet lill-awtorità ta’ superviżjoni;

(k) il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni sabiex tkun assigurata konformità minn kwalunkwe membru tal-grupp ta’ impriżi, b’mod partikolari billi jagħmel disponibbli għall-awtorità ta’ superviżjoni r-riżultati tal-verifiki tal-miżuri msemmija fil-punt (i) ta’ dan il-paragrafu.

(k) il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni sabiex tkun assigurata konformità minn kwalunkwe membru tal-grupp ta’ impriżi, b’mod partikolari billi jagħmel disponibbli għall-awtorità ta’ superviżjoni r-riżultati tal-verifiki tal-miżuri msemmija fil-punt (i) ta’ dan il-paragrafu.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għal regoli korporattivi vinkolanti fis-sens ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni tagħhom, l-applikazzjoni tal-punti (b), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 2 għar-regoli korporattivi vinkolanti osservati mill-proċessuri u dwar rekwiżiti oħrajn meħtieġa għall-iżgurar tal-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġetti tad-dejta kkonċernati.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-format, il-proċeduri, il-kriterji u r-rekwiżiti għal regoli korporattivi vinkolanti fis-sens ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni tagħhom, inkluż trasparenza għas-suġġetti tad-dejta, l-applikazzjoni tal-punti (b), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 2 għar-regoli korporattivi vinkolanti osservati mill-proċessuri u dwar rekwiżiti oħrajn meħtieġa għall-iżgurar tal-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġetti tad-dejta kkonċernati.

4. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-format u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn il-kontrolluri, il-proċessuri u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għal regoli korporattivi vinkolanti fis-sens ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

 

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 43a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 43a

 

Trasferimenti jew żvelar mhux awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni

 

1. L-ebda sentenza minn qorti jew tribunal u l-ebda deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva ta’ pajjiż terz li jkunu jeħtieġu li kontrollur jew proċessur jiżvela dejta personali ma għandhom ikunu rikonoxxuti jew infurzati bl-ebda mod, mingħajr preġudizzju għal trattat ta’ assistenza legali reċiproka jew ftehim internazzjonali fis-seħħ bejn il-pajjiż terz li jagħmel it-talba u l-Unjoni jew Stat Membru.

 

2. Fejn sentenza ta’ qorti jew tribunal jew deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva ta’ pajjiż terz teħtieġ li kontrollur jew proċessur jiżvela informazzjoni personali, il-kontrollur jew il-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandu jinnotifika lill-awtorità ta’ superviżjoni bit-talba mingħajr dewmien żejjed u għandu jikseb awtorizzazzjoni minn qabel għat-trasferiment mill-awtorità ta’ superviżjoni.

 

3. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-iżvelar mitlub mar-Regolament u b’mod partikolari jekk l-iżvelar hux neċessarju u meħtieġ legalment skont il-punti (d) u (e) tal-Artikolu 44(1) u l-Artikolu 44(5). Meta jiġu affettwati suġġetti tad-dejta minn Stati Membri oħra, l-awtorità ta' superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta' konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

 

4. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar it-talba. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jinforma wkoll lis-suġġett tad-dejta dwar it-talba u dwar l-awtorizzazzjoni mill-awtorità ta’ superviżjoni u, fejn applikabbli, jinforma lis-suġġett tad-dejta jekk ġietx provduta lill-awtoritajiet pubbliċi dejta personali fl-aħħar 12-il xahar konsekuttiv, skont l-Artikolu 14(1)(ha).

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Derogi

Derogi

1. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-adegwatezza skont l-Artikolu 41 jew ta’ salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 42, trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jseħħ biss sakemm:

1. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-adegwatezza skont l-Artikolu 41 jew ta’ salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 42, trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jseħħ biss sakemm:

(a) is-suġġett tad-dejta jkun ikkonsenta għat-trasferiment propost, wara li jkun ġie informat dwar ir-riskji ta’ trasferimenti bħala dawn minħabba n-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza u ta’ salvagwardji xierqa; jew

(a) is-suġġett tad-dejta jkun ikkonsenta għat-trasferiment propost, wara li jkun ġie informat dwar ir-riskji ta’ trasferimenti bħala dawn minħabba n-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza u ta’ salvagwardji xierqa; jew

(b) it-trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ qabel il-kuntratt meħuda fuq talba tas-suġġett tad-dejta; jew

(b) it-trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ qabel il-kuntratt meħuda fuq talba tas-suġġett tad-dejta; jew

(c) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-konklużjoni jew it-twettiq ta’ kuntratt konkluż fl-interess tas-suġġett tad-dejta bejn il-kontrollur u persuna fiżika jew ġuridika oħra; jew

(c) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-konklużjoni jew it-twettiq ta’ kuntratt konkluż fl-interess tas-suġġett tad-dejta bejn il-kontrollur u persuna fiżika jew ġuridika oħra; jew

(d) it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku; jew

(d) it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku; jew

(e) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali; jew

(e) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali; jew

(f) it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu mħarsa l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra, meta s-suġġett tad-dejta ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens tiegħu; jew

(f) it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu mħarsa l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra, meta s-suġġett tad-dejta ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti l-kunsens tiegħu; jew

(g) it-trasferiment isir minn reġistru li skont il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru huwa maħsub sabiex jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku u li huwa miftuħ għall-konsultazzjoni kemm mill-pubbliku inġenerali jew minn kwalunkwe persuna li tista’ turi interess leġittimu, safejn il-kundizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru għall-konsultazzjoni jkunu ssodisfati fil-każ partikolari; jew

(g) it-trasferiment isir minn reġistru li skont il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru huwa maħsub sabiex jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku u li huwa miftuħ għall-konsultazzjoni kemm mill-pubbliku inġenerali jew minn kwalunkwe persuna li tista’ turi interess leġittimu, safejn il-kundizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru għall-konsultazzjoni jkunu ssodisfati fil-każ partikolari.

(h) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew mill-proċessur, li ma jistax ikun ikkwalifikat bħala frekwenti jew enormi,u meta l-kontrollur jew il-proċessur evalwa ċ-ċirkostanzi kollha tal-operazzjoni ta’ trasferiment tad-dejta jew l-operazzjonijiet ta’ trasferiment tas-sett tad-dejta u abbażi ta’ din l-evalwazzjoni ppreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, fejn meħtieġ.

 

2. Trasferiment skont il-punt (g) tal-paragrafu 1 ma għandux jinvolvi t-totalità tad-dejta personali jew kategoriji sħaħ tad-dejta personali li jinsabu fir-reġistru. Meta r-reġistru huwa maħsub għall-konsultazzjoni minn persuni li jkollhom interess leġittimu, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta’ dawk il-persuni jew jekk sejrin ikunu r-riċevituri.

2. Trasferiment skont il-punt (g) tal-paragrafu 1 ma għandux jinvolvi t-totalità tad-dejta personali jew kategoriji sħaħ tad-dejta personali li jinsabu fir-reġistru. Meta r-reġistru huwa maħsub għall-konsultazzjoni minn persuni li jkollhom interess leġittimu, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta’ dawk il-persuni jew jekk sejrin ikunu r-riċevituri.

3. Meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (h) tal-paragrafu 1, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jagħti konsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-dejta, l-għan u t-tul tal-operazzjoni jew tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar proposti, kif ukoll lis-sitwazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż terz u l-pajjiż tad-destinazzjoni finali, u salvagwardji xierqa ppreżentati fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, fejn meħtieġ.

 

4. Punti (b), (c) u (h) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet imwettqa minn awtoritajiet pubbliċi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħhom.

4. Punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal attivitajiet imwettqa minn awtoritajiet pubbliċi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tagħhom.

5. L-interess pubbliku msemmi fil-punt d tal-paragrafu 1 għandu jkun rikonoxxut fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur.

5. L-interess pubbliku msemmi fil-punt d tal-paragrafu 1 għandu jkun rikonoxxut fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur.

6. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiddokumenta l-valutazzjoni kif ukoll is-salvagwardji xierqa ppreżentati msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 (h) ta’ dan l-Artikolu fid-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 u għandu jinforma lill-awtorità ta’ superviżjoni dwar it-trasferiment.

 

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar ‘raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku’ fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-paragrafu 1 kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji xierqa msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1.

7. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 66(1) għall-ispeċifikar ulterjuri tal-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferiment tad-dejta abbażi tal-paragrafu 1.

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiżviluppaw mekkaniżmi effettivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali li jiffaċilitaw l-infurzar tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ dejta personali;

(a) jiżviluppaw mekkaniżmi effettivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali li jiżguraw l-infurzar tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ dejta personali;

Emenda  143

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) tiċċara u tikkonsulta dwar konflitti ta’ ġurisdizzjoni ma' pajjiżi terzi.

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 45a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 45a

 

Rapport mill-Kummissjoni

 

Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, f'intervalli regolari, li jibdew erba’ snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 91, paragrafu 1, jew aktar tard, rapport dwar l-applikazzjoni ta’ Artikoli 40 sa 45. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni mill-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, li għandha tingħata mingħajr dewmien żejjed. Ir-rapport huwa ppubblikat.

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha taġixxi b’indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tad-dmirijiet u s-setgħat fdati lilha.

1. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha taġixxi b’indipendenza u imparzjalità sħiħa fl-eżerċizzju tad-dmirijiet u s-setgħat fdati lilha, minkejja l-arranġamenti kooperattivi u ta’ konsistenza relatati mal-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament.

Emenda  146

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità ta’ superviżjoni tagħti rendikont lill-parlament nazzjonali għal raġunijiet ta’ kontroll baġitarju.

Emenda  147

Proposta għal regolament

Artikolu 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Segretezza professjonali

Segretezza professjonali

Il-membri u l-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom ikunu soġġetti, kemm waqt kif ukoll wara t-terminu tal-ħatra tagħhom, għal dmir ta’ segretezza professjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jsiru jafu biha fil-kors tal-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom.

Il-membri u l-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom ikunu soġġetti, kemm waqt kif ukoll wara t-terminu tal-ħatra tagħhom u b'konformità mal-leġiżlazzjonil-prassi nazzjonali , għal dmir ta’ segretezza professjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jsiru jafu biha fil-kors tal-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom, filwaqt li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b’indipendenza u trasparenza kif imniżżel fir-Regolament.

–Emenda                    148

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha teżerċita, fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess, is-setgħat mogħtija lilha skont dan ir-Regolament.

1. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun kompetenti biex twettaq dmirijietha u teżerċita s-setgħat mogħtija lilha skont dan ir-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 73 u 74. L-ipproċessar ta’ dejta minn awtorità pubblika għandu jkun ikkontrollat biss mill-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru.

Emenda  149

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta l-ipproċessar ta’ dejta personali iseħħ fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew ta’ proċessur fl-Unjoni, u l-kontrollur jew il-proċessur ikun stabbilit f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità ta’ superviżjoni tal--istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur għandha tkun kompetenti għas-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ pproċessar tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijet tal-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda  150

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-dejta, jew minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil dak is-suġġett u li għandha mandat xieraq mingħandhom skont l-Artikolu 73, tinvestiga, safejn ikun xieraq, il-kwistjoni u tinforma lis-suġġett tad-dejta jew lill-assoċjazzjoni dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli, b’mod partikolari jekk tkun meħtieġa aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’ xi awtorità ta’ superviżjoni oħra;

(b) tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-dejta, jew minn assoċjazzjoni li għandha mandat xieraq mingħandhom skont l-Artikolu 73, tinvestiga, safejn ikun xieraq, il-kwistjoni u tinforma lis-suġġett tad-dejta jew lill-assoċjazzjoni dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli, b’mod partikolari jekk tkun meħtieġa aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’ xi awtorità ta’ superviżjoni oħra;

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ lment jew fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, u tinforma lis-suġġett tad-dejta kkonċernat, jekk is-suġġett tad-dejta jkun indirizza lment lil din l-awtorità ta’ superviżjoni, dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli;

(d) twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ lment jew ta’ informazzjoni speċifika u dokumentata rċevuta li tallega ipproċessar illegali jew fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, u tinforma lis-suġġett tad-dejta kkonċernat, jekk is-suġġett tad-dejta jkun indirizza lment lil din l-awtorità ta’ superviżjoni, dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli;

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) Tiċċertifika l-kontrolluri u l-proċessuri skont l-Artikolu 39.

Emenda  153

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tippromwovi s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b’rabta mal-ipproċessar tad-dejta personali. L-attivitajiet indirizzati speċifikament lejn it-tfal għandhom jingħataw attenzjoni speċifika.

2. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tippromwovi s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b’rabta mal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar miżuri xierqa għall-protezzjoni tad-dejta personali. L-attivitajiet indirizzati speċifikament lejn it-tfal għandhom jingħataw attenzjoni speċifika.

Emenda  154

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha, flimkien mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, tippromwovi l-kuxjenza għall-kontrolluri u l-proċessuri dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali. Dan jinkludi ż-żamma ta' reġistru ta’ sanzjonijiet u ksur. Ir-reġistru għandu jirreġistra kull twissija u kull sanzjoni b’mod dettaljat kemm jista’ jkun u r-riżoluzzjoni tal-ksur. Kull awtorità ta' superviżjoni għandha tipprovdi proċessuri u kontrolluri għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fuq talba b'informazzjoni ġenerali dwar ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

Emenda  155

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. F’każ li t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, l-awtorità ta’ superviżjoni tista’ titlob tariffa jew ma tiħux l-azzjoni mitluba mis-suġġett tad-dejta. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha terfa’ r-responsabbiltà li tipprova n-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

6. F’każ li t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, l-awtorità ta’ superviżjoni tista’ titlob tariffa raġonevoli jew ma tiħux l-azzjoni mitluba mis-suġġett tad-dejta. Tali tariffa m'għandhiex teċċedi l-ispejjeż tat-teħid tal-azzjoni mitluba. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha terfa’ r-responsabbiltà li tipprova n-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Setgħat

Setgħat

1. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa:

1. Kull awtorità ta’ superviżjoni, skont dan ir-Regolament, għandu jkollha s-setgħa:

(a) li tinnotifika lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar ksur allegat tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali, u, fejn xieraq, tordna lill-kontrollur jew lill-proċessur li jirrimedja dak il-ksur, b’mod speċifiku, sabiex itejjeb il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta;

(a) li tinnotifika lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar ksur allegat tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali, u, fejn xieraq, tordna lill-kontrollur jew lill-proċessur li jirrimedja dak il-ksur, b’mod speċifiku, sabiex itejjeb il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta jew tordna lill-kontrollur jikkomunika ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta;

(b) li tordna lill-kontrollur jew lill-proċessur jikkonforma mat-talbiet tas-suġġett tad-dejta li jeżerċita d-drittijiet ipprovduti minn dan ir-Regolament;

(b) li tordna lill-kontrollur jew lill-proċessur jikkonforma mat-talbiet tas-suġġett tad-dejta li jeżerċita d-drittijiet ipprovduti minn dan ir-Regolament;

(c) li tordna lill-kontrollur u lill-proċessur, u, fejn ikun applikabbli, ir-rapreżentant sabiex jipprovdi kull informazzjoni li hija rilevanti għat-twettiq tad-dmirijietha;

(c) li tordna lill-kontrollur u lill-proċessur, u, fejn ikun applikabbli, ir-rapreżentant sabiex jipprovdi kull informazzjoni li hija rilevanti għat-twettiq tad-dmirijietha;

(d) li tiżgura l-konformità mal-awtorizzazzjonijiet minn qabel u mal-konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fl-Artikolu 34;

(d) li tiżgura l-konformità mal-awtorizzazzjonijiet minn qabel u mal-konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fl-Artikolu 34;

(e) li twissi jew twiddeb lill-kontrollur jew lill-proċessur;

(e) li twissi jew twiddeb lill-kontrollur jew lill-proċessur;

(f) li tordna r-rettifika, it-tħassir jew il-qerda tad-dejta kollha meta din tkun ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u n-notifika ta’ dawn l-azzjonijiet lil partijiet terzi li lilhom tkun ġiet żvelata d-dejta;

(f) li tordna r-rettifika, it-tħassir jew il-qerda tad-dejta kollha meta din tkun ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u n-notifika ta’ dawn l-azzjonijiet lil partijiet terzi li lilhom tkun ġiet żvelata d-dejta;

(g) li timponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar;

(g) li timponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar;

(h) li tissospendi flussi ta’ dejta lil riċevitur f’pajjiż terz jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali;

(h) li tissospendi flussi ta’ dejta lil riċevitur f’pajjiż terz jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali;

(i) li toħroġ opinjonijiet dwar kull kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta personali;

(i) li toħroġ opinjonijiet dwar kull kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta personali;

 

(ia) li tiċċertifika l-kontrolluri u l-proċessuri skont l-Artikolu 39;

(j) li tinforma lill-parlamenti nazzjonal, lill-gvern jew lil istituzzjonijiet politiċi oħrajn kif ukoll lill-pubbliku dwar kull kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta personali.

(j) li tinforma lill-parlamenti nazzjonali, lill-gvern jew lil istituzzjonijiet politiċi oħrajn kif ukoll lill-pubbliku dwar kull kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta personali;

 

(ja) li tistabbilixxi mekkaniżmi effettivi biex tinkoraġġixxi r-rappurtar kunfidenzjali ta' ksur ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies il-gwida maħruġa mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta skont l-Artikolu 66(4b).

2. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa investigattiva li tikseb mingħand il-kontrollur jew il-proċessur;

2. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa investigattiva li tikseb mingħand il-kontrollur jew il-proċessur mingħajr notifika minn qabel:

(a) aċċess għad-dejta personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tagħha;

(a) aċċess għad-dejta personali kollha u għad-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet tagħha;

(b) aċċess għal kull bini tiegħu inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezz ta’ pproċessar tad-dejta, meta jkun hemm bażi raġonevoli li jiġi preżunt li hemmhekk tkun qiegħda ssir xi attività bi ksur ta’ dan ir-Regolament.

(b) aċċess għal kull bini tiegħu inkluż għal kwalunkwe tagħmir u mezz ta’ pproċessar tad-dejta.

Is-setgħat imsemmija fil-punt (b) għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi tal-Istat Membru.

Is-setgħat imsemmija fil-punt (b) għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi tal-Istat Membru.

3. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li ġġib kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u li tidħol fi proċeduri legali, b’mod partikolari skont l-Artikolu 74(4) u l-Artikolu 75(2).

3. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li ġġib kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u li tidħol fi proċeduri legali, b’mod partikolari skont l-Artikolu 74(4) u l-Artikolu 75(2).

4. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li tissanzjona reati amministrattivi, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 79(4), (5) u (6).

4. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li tissanzjona reati amministrattivi, skont l-Artikolu 79. Din is-setgħa għandha tiġi eżerċitata b'mod effettiv, proporzjonat u dissważiv.

Emenda  157

Proposta għal regolament

Artikolu 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha. Ir-rapport għandu jkun ippreżentat lill-parlament nazzjonali u għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku, għall-Kummissjoni u għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tfassal rapport dwar l-attivitajiet tagħha tal-inqas kull sentejn. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-parlament rispettiv u għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku, għall-Kummissjoni u għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Emenda  158

Proposta għal regolament

Artikolu 54a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 54a

 

Awtorità Ewlenija

 

1. Fejn l-ipproċessar ta’ dejta personali jsir fil-kuntest tal-attivitajiet tal-istabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, u l-kontrollur jew il-proċessur ikun stabbilit f’iżjed minn Stat Membru wieħed, jew fejn tiġi pproċessata d-dejta personali tar-residenti f’ħafna Stati Membri, l-awtorità ta’ superviżjoni tal-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur għandha taġixxi bħala l-awtorità ewlenija responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-ipproċessar tal-kontrollur jew il-proċessur fl-Istati Membri kollha, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament.

 

2. L-awtorità ta' superviżjoni ewlenija għandha tieħu l-miżuri xierqa għas-superviżjoni tal-attivitajiet tal-ipproċessar tal-kontrollur jew proċessur li hija responsabbli għalihom biss wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet ta' superviżjoni kompetenti kollha fit-tifsira tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 51 fi sforz biex jintlaħaq kunsens. Għal dak il-għan għandha tissottometti b’mod partikolari kwalunkwe informazzjoni rilevanti u tikkonsulta l-awtoritajiet l-oħra qabel ma tadotta miżura maħsuba li tipproduċi effetti legali vis-à-vis kontrollur jew proċessur skont it-tifsira tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 51. L-awtorità ewlenija għandha tqis bl-ikbar reqqa l-opinjonijiet tal-awtoritajiet involuti. L-awtorità ewlenija għandha tkun l-unika awtorità li jkollha s-setgħa tiddeċiedi dwar miżuri maħsuba li jipproduċu effetti legali fir-rigward tal-attivitajiet ta' pproċessar tal-kontrollur jew proċessur li hija responsabbli għalihom.

 

3. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu, fuq it-talba tal-awtorità ta' superviżjoni kompetenti, joħroġ opinjoni dwar l-identifikazzjoni tal-awtorità ewlenija responsabbli għal kontrollur jew proċessur, f'każijiet fejn:

 

(a) mhux ċar mill-fatti tal-każ fejn hu l-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew proċessur; jew

 

(b) l-awtoritajiet kompetenti ma jaqblux dwar liema awtorità ta' superviżjoni għandha taġixxi bħala awtorità ewlenija; jew

 

(c) il-kontrollur mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, u residenti ta’ Stati Membri differenti jiġu affettwati minn operazzjonijiet tal-ipproċessar fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

 

3a. Meta l-kontrollur jeżerċita wkoll attivitajiet ta' proċessur, l-awtorità ta' superviżjoni tal-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur għandha taġixxi bħala l-awtorità ewlenija għas-superviżjoni tal-attivitajiet ta' pproċessar.

 

 

4. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jista' jiddeċiedi dwar l-identifikazzjoni tal-awtorità ewlenija.

(Il-paragrafu 1 tal-emenda tal-Parlament huwa msejjes fuq l-Artikolu 51(2) tal-proposta tal-Kummissjoni.)

Emenda  159

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jipprovdu lil xulxin informazzjoni relevanti u assistenza reċiproka sabiex jimplimentaw u japplikaw dan ir-Regolament b’mod konsistenti, u għandhom jistabbilixxu miżuri għal kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin. L-assistenza reċiproka għandha tkopri, b’mod partikolari, it-talbiet ta’ informazzjoni u miżuri ta’ superviżjoni, bħal talbiet sabiex isiru awtorizzazzjonijiet u konsultazzjonijiet minn qabel, spezzjonijiet u informazzjoni immedjata dwar il-ftuħ ta' każijiet u żviluppi segwenti fejn is-suġġetti tad-dejta f’għadd ta’ Stati Membri x’aktarx li jiġu affettwati minn operazzjonijiet ta’ proċessar.

1. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jipprovdu lil xulxin informazzjoni relevanti u assistenza reċiproka sabiex jimplimentaw u japplikaw dan ir-Regolament b’mod konsistenti, u għandhom jistabbilixxu miżuri għal kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin. L-assistenza reċiproka għandha tkopri, b’mod partikolari, it-talbiet ta’ informazzjoni u miżuri ta’ superviżjoni, bħal talbiet sabiex isiru awtorizzazzjonijiet u konsultazzjonijiet minn qabel, spezzjonijiet u investigazzjonijiet u informazzjoni immedjata dwar il-ftuħ ta' każijiet u żviluppi segwenti fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbilimenti f’diversi Stati Membri jew fejn is-suġġetti tad-dejta f’għadd ta’ Stati Membri x’aktarx li jiġu affettwati minn operazzjonijiet ta’ proċessar. L-awtorità ewlenija kif iddefinita fl-Artikolu 54a għandha tiżgura l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni involuti u għandha taġixxi bħala punt ta’ kuntatt uniku għall-kontrollur jew il-proċessur.

Emenda  160

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Ma għandu jintalab l-ebda ħlas għal kwalunkwe azzjoni meħuda wara talba għal assistenza reċiproka.

7. Ma għandu jintalab l-ebda ħlas mingħand l-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba għal kwalunkwe azzjoni meħuda wara talba għal assistenza reċiproka.

Emenda  161

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Meta awtorità ta’ superviżjoni ma taġixxix fi żmien xahar fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni li jagħmlu t-talba għandhom ikunu kompetenti li jieħdu miżura provviżorja fuq it-territorju tal-Istat Membru tagħha skont l-Artikolu 51(1) u għandhom jissottomettu l-każ lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 57.

8. Meta awtorità ta’ superviżjoni ma taġixxix fi żmien xahar fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni li jagħmlu t-talba għandhom ikunu kompetenti li jieħdu miżura provviżorja fuq it-territorju tal-Istat Membru tagħha skont l-Artikolu 51(1) u għandhom jissottomettu l-każ lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 57. Meta jkun għadu mhux possibbli li tittieħed miżura definittiva minħabba li l-assistenza ma tkunx għadha tlestiet, l-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba tista’ tieħu miżuri interim skont l-Artikolu 53 fit-territorju tal-Istat Membru tagħha.

Emenda  162

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tispeċifika l-perjodu ta’ validità ta’ din il-miżura. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż it-tliet xhur. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni.

9. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tispeċifika l-perjodu ta’ validità ta’ din il-miżura. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż it-tliet xhur. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, tikkomunika mingħajr dewmien dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 57.

Emenda  163

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-format u l-proċeduri għal assistenza reċiproka msemmija f’dan l-Artikolu u l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, u bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, b’mod partikolari l-format standardizzat imsemmi fil-paragrafu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

10. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jista’ jispeċifika l-format u l-proċeduri għal assistenza reċiproka msemmija f’dan l-Artikolu u l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, u bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, b’mod partikolari l-format standardizzat imsemmi fil-paragrafu 6.

Emenda  164

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F’każijiet fejn is-suġġetti tad-dejta f’diversi Stati Membriaktarx li jkunu affettwati minn operazzjonijiet ta’ pproċessar, awtorità ta’ superviżjoni minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandu jkollu d-dritt li tipparteċipa fil-ħidmiet ta’ investigazzjoni konġunti jew fl-operazzjonijiet konġunti. L-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti għandha tistieden lill-awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull wieħed minn dawk l-Istati Membri sabiex tipparteċipa fil-ħidmiet ta' investigazzjoni konġunti jew operazzjonijiet konġunti rispettivi u twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni sabiex tipparteċipa fl-operazzjonijiet mingħajr dewmien.

2. F’każijiet fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikollu stabbilimenti f’diversi Stati Membri jew fejn is-suġġetti tad-dejta f’diversi Stati Membri aktarx li jkunu affettwati minn operazzjonijiet ta’ pproċessar, awtorità ta’ superviżjoni minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fil-ħidmiet ta’ investigazzjoni konġunti jew fl-operazzjonijiet konġunti skont kif ikun xieraq. L-awtorità ewlenija kif definita fl-Artikolu 54a għandha tinvolvi lill-awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fil-ħidmiet ta' investigazzjoni konġunti jew operazzjonijiet konġunti rispettivi u twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni sabiex tipparteċipa fl-operazzjonijiet mingħajr dewmien. L-awtorità ewlenija għandha taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt uniku għall-kontrollur jew il-proċessur.

Emenda  165

Proposta għal regolament

Artikolu 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mekkaniżmu ta’ konsistenza

Mekkaniżmu ta’ konsistenza

Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 46(1), l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni permezz tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza kif stabbilit f’din it-taqsima.

Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 46(1), l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni permezz tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' ambitu ġenerali u f'każijiet individwali skont id-dispożizzjonijiet ta' din it-taqsima.

Emenda  166

Proposta għal regolament

Artikolu 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Opinjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

Konsistenza dwar kwistjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali

1. Qabel ma awtorità ta’ superviżjoni tadotta miżura msemmija fil-paragrafu 2, din l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tikkomunika l-abbozz tal-miżura lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni.

1. Qabel ma awtorità ta’ superviżjoni tadotta miżura msemmija fil-paragrafu 2, din l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tikkomunika l-abbozz tal-miżura lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni.

2. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għal miżura maħsuba sabiex tipproduċi effetti legali u li:

2. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għal miżura maħsuba sabiex tipproduċi effetti legali u li:

(a) tkun relatata ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li għandom x’jaqsmu mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-dejta f’diversi Stati Membri, jew għas-sorveljanza tal-imġiba tagħhom; jew

 

(b) tista’ taffettwa sostanzjalment il-moviment liberu tad-dejta personali fl-Unjoni; jew

 

(c) għandha l-għan li tadotta lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 34(5); jew

 

(d) għandha l-għan li tiddetermina l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 42(2); jew

(d) għandha l-għan li tiddetermina l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 42(2); jew

(e) għandha l-għan li tawtorizza l-klawżoli kuntrattwali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 42(2)); jew

(e) għandha l-għan li tawtorizza l-klawżoli kuntrattwali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 42(2)); jew

(f) għandha l-għan li tapprova regoli korporattivi vinkolanti fis-sens tal-Artikolu 43.

(f) għandha l-għan li tapprova regoli korporattivi vinkolanti fis-sens tal-Artikolu 43.

3. Kull awtorità ta’ superviżjoni jew il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jista’ jitlob li kwalunkwe kwistjoni għandha tkun ittrattata fi ħdan il-konsistenza tal-mekkaniżmu, b’mod partikolari meta awtorità ta’ superviżjoni ma tissottomettix l-abbozz ta’ miżura msemmi fil-paragrafu 2 jew ma tikkonformax mal-obbligi ta’ assistenza reċiproka skont l-Artikolu 55 jew għal operazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 56.

3. Kull awtorità ta’ superviżjoni jew il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jista’ jitlob li kwalunkwe kwistjoni ta' applikazzjoni ġenerali għandha tkun ittrattata fi ħdan il-mekkaniżmu ta' konsistenza, b’mod partikolari meta awtorità ta’ superviżjoni ma tissottomettix l-abbozz ta’ miżura msemmi fil-paragrafu 2 jew ma tikkonformax mal-obbligi ta’ assistenza reċiproka skont l-Artikolu 55 jew għal operazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 56.

4. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u korretta ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ titlob li kwalunkwe kwistjoni għandha tkun ittrattata fi ħdan il-konsistenza tal-mekkaniżmu.

4. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u korretta ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ titlob li kwalunkwe kwistjoni ta' applikazzjoni ġenerali għandha tkun ittrattata fi ħdan il-mekkaniżmu ta' konsistenza.

5. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw b’mod elettroniku kwalunkwe informazzjoni rilevanti, inkluż skont kif ikun il-każ, sommarju tal-fatti, l-abbozz ta’ miżura, u r-raġunijiet li jagħmlu l-approvazzjoni ta’ miżura bħal din meħtieġa, permezz ta’ format standardizzat.

5. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Kummissjoni għandhom bla dewmien bla bżonn jikkomunikaw b’mod elettroniku kwalunkwe informazzjoni rilevanti, inkluż skont kif ikun il-każ, sommarju tal-fatti, l-abbozz ta’ miżura, u r-raġunijiet li jagħmlu l-approvazzjoni ta’ miżura bħal din meħtieġa, permezz ta’ format standardizzat.

6. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jinforma minnufih b’mod elettroniku lill-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tkun ġiet ikkomunikata lilu, permezz ta’ format standardizzat. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jipprovdi t-traduzzjonijiet tal-informazzjoni rilevanti, fejn ikun meħtieġ.

6. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jinforma bla ebda dewmien mhux dovut b’mod elettroniku lill-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tkun ġiet ikkomunikata lilu, permezz ta’ format standardizzat. Is-segretarjat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jipprovdi t-traduzzjonijiet tal-informazzjoni rilevanti, fejn ikun meħtieġ.

 

6a. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jadotta opinjoni dwar kwistjonijiet riferuti lilu skont il-paragrafu 2.

7. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu joħroġ opinjoni dwar il-kwistjoni, jekk il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jiddeċiedi dan b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu jew kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni jew il-Kummissjoni jitolbu dan fi żmien ġimgħa wara li l-informazzjoni rilevanti tkun ġiet ipprovduta skont il-paragrafu 5. L-opinjoni għandha tkun adottata fi żmien xahar b’maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jinforma, mingħajr dewmien żejjed, lill-awtorità ta’ superviżjoni msemmija, skont kif ikun il-każ, fil-paragrafi 1 u 3, lill-Kummissjoni u lill-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti taħt l-Artikolu 51 dwar l-opinjoni u jippubblikaha.

7. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jista' jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi jekk jadottax opinjoni dwar kwalunkwe kwistjoni ppreżentata taħt il-paragrafi 3 u 4 filwaqt li jitqies:

 

(a) jekk il-kwistjoni tippreżentax elementi ġodda, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi legali jew fattwali, b'mod partikolari fit-teknoloġija tal-informatika u fid-dawl tal-istat ta' progress fis-soċjetà tal-informatika; kif ukoll

 

(b) jekk il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta diġà ħariġx opinjoni dwar l-istess kwistjoni.

8. L-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti taħt l-Artikolu 51 għandha tikkunsidra l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u fi żmien ġimagħtejn wara l-informazzjoni dwar l-opinjoni mill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, tikkomunika b’mod elettroniku lill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni jekk tkunx sejra żżomm jew temenda l-abbozz ta’ miżura u, jekk ikun hemm, l-abbozz ta’ miżura emendat, permezz ta’ format standardizzat.

8. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jadotta opinjonijiet skont il-paragrafi 6a u 7 b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Dawn l-opinjoni għandhom ikunu magħmula pubbliċi.

–––––––Emenda                    167

Proposta għal regolament

Artikolu 58a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 58a

 

Konsistenza f'każijiet individwali

 

1. Qabel ma' tieħu miżura maħsuba biex tipproduċi effetti legali fit-tifsira tal-Artikolu 54a, l-awtorità ewlenija għandha taqsam l-informazzjoni relevanti kollha u tissottometti l-abbozz ta' miżura lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha. L-awtorità ewlenija m'għandhiex tadotta l-miżura jekk awtorità kompetenti, fi żmien tliet ġimgħat, tkun indikat li għandha oġġezzjonijiet serja għall-miżura.

 

2. Fejn awtorità kompetenti tkun indikat li għandha oġġezzjonijiet serji għal abbozz ta' miżura tal-awtorità ewlenija, jew meta l-awtorità ewlenija ma tissottomettix abbozz ta' miżura msemmi fil-paragrafu 1 jew ma tikkonformax mal-obbligi għal assistenza reċiproka skont l-Artikolu 55 jew għal operazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 56, il-kwistjoni għandha tiġi kkunsidrata mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

 

3. L-awtorità ewlenija u/jew awtoritajiet kompetenti oħra involuti u l-Kummissjoni għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jikkomunikaw elettronikament lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, bl-użu ta' format standardizzat, kwalunkwe informazzjoni relevanti, fosthom, skont il-każ, sommarju tal-fatti, l-abbozz ta' miżura, ir-raġunijiet għalfejn tali miżura hija meħtieġa, l-oġġezzjonijiet imqajma kontriha u l-fehmiet tal-awtoritajiet ta' superviżjoni oħra konċernati.

 

4. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jikkunsidra l-kwistjoni, filwaqt li jqis l-impatt tal-abbozz ta' miżura tal-awtorità ewlenija fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-dejta, u għandu jiddeċiedi b'maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu jekk joħroġx opinjoni dwar il-kwistjoni fi żmien ġimagħtejn wara li l-informazzjoni relevanti tkun ġiet provduta skont il-paragrafu 3.

 

5. Fil-każ li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jiddeċiedi li joħroġ opinjoni, hu għandu jagħmel dan fi żmien sitt ġimgħat, filwaqt li joħroġha pubblikament.

 

6. L-awtorità ewlenija għandha tikkunsidra ħafna l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u fi żmien ġimagħtejn wara l-informazzjoni dwar l-opinjoni mill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, għandha tikkomunika b’mod elettroniku lill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni jekk tkunx sejra żżomm jew temenda l-abbozz ta’ miżura u, jekk ikun hemm, l-abbozz ta’ miżura emendat, permezz ta’ format standardizzat. Meta l-awtorità ewlenija jkollha l-intenzjoni li ma ssegwix l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, għandha tipprovdi ġustifikazzjoni motivata.

 

7. F’każ li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta xorta waħda joġġezzjona għall-miżura tal-awtorità ta’ superviżjoni kif imsemmija fil-paragrafu 5, jista’ jadotta, fi żmien xahar u b’maġġoranza ta’ żewġ terzi, miżura li għandha tkun vinkolanti fuq l-awtorità ta’ superviżjoni.

Emenda  168

Proposta għal regolament

Artikolu 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 59

imħassar

Opinjoni mill-Kummissjoni

 

1. Fi żmien għaxar ġimgħat wara li tkun tqajmet kwistjoni taħt l-Artikolu 58, jew sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat fil-każ tal-Artikolu 61, il-Kummissjoni tista’ tadotta, sabiex tassigura applikazzjoni korretta u konsistenti ta’ dan ir-Regolament, opinjoni relatata ma’ kwistjonijiet imqajma skont l-Artikoli 58 jew 61.

 

2. Meta l-Kummissjoni tkun adottat opinjoni skont il-paragrafu 1, l-awtorità ta’ superviżjoni kkonċernata għandha tikkunsidra kif xieraq l-opinjoni tal-Kummissjoni u tinforma lill-Kummissjoni u lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jekk għandhiex l-intenzjoni li żżomm jew temenda l-abbozz ta’ miżura tagħha.

 

3. Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-abbozz ta’ miżura ma għandux ikun adottat mill-awtorità ta’ superviżjoni.

 

4. Meta l-awtorità ta’ superviżjoni kkonċernata jkollha l-ħsieb li ma ssegwix l-opinjoni tal-Kummissjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar dan fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 u tipprovdi ġustifikazzjoni. F’dan il-każ l-abbozz ta’ miżura ma għandux ikun adottat għal xahar ieħor.

 

Emenda  169

Proposta għal regolament

Artikolu 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 60

imħassar

Sospensjoni ta’ abbozz ta’ miżura

 

1. Fi żmien xahar wara l-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(4), u meta l-Kummissjoni jkollha dubji serji dwar jekk l-abbozz ta’ miżura jiżgurax l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament jew jirriżulta b’mod ieħor fl-applikazzjoni mhux konsistenti tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni raġunata li titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni tissospendi l-adozzjoni tal-abbozz ta’ miżura, filwaqt li tikkunsidra l-opinjoni maħruġa mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta skont l-Artikolu 58(7) u l-Artikolu 61(2), fejn jidher li jkun meħtieġ sabiex:

 

(a) tirrikonċilja l-pożizzjonijiet diverġenti tal-awtorità ta’ superviżjoni u tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, jekk dan ikun jidher li għadu possibbli; jew

 

(b) tadotta miżura skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1).

 

2. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika t-tul taż-żmien tas-sospensjoni li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar.

 

3. Matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, l-awtorità ta’ superviżjoni tista’ ma tadottax l-abbozz ta’ miżura.

 

Emenda  170

Proposta għal regolament

Artikolu 60a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 60a

 

Notifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

 

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’mod regolari, tal-inqas darba kull sitt xhur, abbażi ta’ rapport tal-President tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, dwar il-kwistjonijiet trattati fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza, filwaqt li tiddikjara l-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  171

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta awtorità ta’ superviżjoni tikkunsidra li hemm ħtieġa urġenti li taġixxi sabiex tħares l-interessi tas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari meta jkun jeżisti l-periklu li l-infurzar ta’ dritt ta’ suġġett tad-dejta jista’ jkun imfixkel b’mod konsiderevoli permezz ta’ tibdil fl-istat eżistenti jew sabiex jiġu evitati żvantaġġi kbar jew għal raġunijiet oħrajn, permezz ta’ deroga mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 58, tista’ minnufih tadotta miżuri provviżorji b’perjodu speċifikat ta’ validità. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni.

1. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta awtorità ta’ superviżjoni tikkunsidra li hemm ħtieġa urġenti li taġixxi sabiex tħares l-interessi tas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari meta jkun jeżisti l-periklu li l-infurzar ta’ dritt ta’ suġġett tad-dejta jista’ jkun imfixkel b’mod konsiderevoli permezz ta’ tibdil fl-istat eżistenti jew sabiex jiġu evitati żvantaġġi kbar jew għal raġunijiet oħrajn, permezz ta’ deroga mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 58a, tista’ minnufih tadotta miżuri provviżorji b’perjodu speċifikat ta’ validità. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni.

Emenda  172

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. B’deroga mill-Artikolu 58(7), l-opinjoni urġenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun adottata fi żmien ġimagħtejn permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

4. L-opinjoni urġenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun adottata fi żmien ġimagħtejn permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Emenda  173

Proposta għal regolament

Artikolu 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Atti ta’ implimentazzjoni

Atti ta’ implimentazzjoni

1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex:

1. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni ta' applikazzjoni ġenerali, wara li titlob opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, sabiex:

(a) tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament skont l-objettivi u r-rekwiżiti tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet ikkomunikati minn awtoritajiet ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 58 jew 61, dwar kwistjoni li fir-rigward tagħha ġiet adottata deċiżjoni motivata skont l-Artikolu 60(1), jew dwar kwistjoni li fir-rigward tagħha, awtorità ta’ superviżjoni ma tippreżentax abbozz ta’ miżura u li dwarha l-awtorità ta’ superviżjoni indikat li m’għandhiex l-intenzjoni li ssegwi l-opinjoni tal-Kummissjoni li ġiet adottata skont l-Artikolu 59;

 

(b) tiddeċiedi, fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 59(1), jekk tiddikjarax l-abbozzi ta’ klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 58(2), bħala li għandhom validità ġenerali;

(b) tiddeċiedi jekk tiddikjarax l-abbozzi ta’ klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 42(2), bħala li għandhom validità ġenerali;

(c) tispeċifika l-format u l-proċeduri għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi f’din it-taqsima;

 

(d) tispeċifika l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, u bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, b’mod partikolari l-format standardizzat imsemmi fl-Artikolu 58(5), (6) u (8).

(d) tispeċifika l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, u bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, b’mod partikolari l-format standardizzat imsemmi fl-Artikolu 58(5), (6) u (8).

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

2. Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta’ urġenza relatati mal-interessi tas-suġġetti tad-dejta fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 87(3). Dawk l-atti għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

 

3. In-nuqqas jew l-adozzjoni ta’ miżura taħt din it-taqsima ma għandux jippreġudika kwalunkwe miżura oħra mill-Kummissjoni taħt it-Trattati.

3. In-nuqqas jew l-adozzjoni ta’ miżura taħt din it-taqsima ma għandux jippreġudika kwalunkwe miżura oħra mill-Kummissjoni taħt it-Trattati.

––––

Emenda  174

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta awtorità ta’ superviżjoni ma tippreżentax abbozz ta’ miżura għall-mekkaniżmu ta’ konsistenza bi ksur tal-Artikolu 58(1) sa (5), il-miżura tal-awtorità ta’ superviżjoni ma għandhiex tkun legalment valida jew inforzabbli.

2. Meta awtorità ta’ superviżjoni ma tippreżentax abbozz ta’ miżura għall-mekkaniżmu ta’ konsistenza bi ksur tal-Artikolu 58(1) u (2) jew tadotta miżura minkejja indikazzjoni ta' oġġezzjoni serja skont l-Artikolu 58a(1), il-miżura tal-awtorità ta’ superviżjoni ma għandhiex tkun legalment valida jew inforzabbli.

Emenda  175

Proposta għal regolament

Artikolu 66

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kompiti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

Kompiti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jassigura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament. F’dan is-sens, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu, b’mod partikolari, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Kummissjoni:

1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jassigura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament. F’dan is-sens, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu, b’mod partikolari, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni:

(a) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal dan ir-Regolament;

(a) jagħti parir lill-istituzzjonijiet Ewropej dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal dan ir-Regolament;

(b) jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki indirizzati lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni sabiex jinkoraġġixxi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament;

(b) jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki indirizzati lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni sabiex jinkoraġġixxi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament, anke dwar l-użu tas-setgħat ta’ infurzar;

(c) jirrevedi l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (b) u jirrapporta b’mod regolari lill-Kummissjoni dwarhom;

(c) jirrevedi l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (b) u jirrapporta b’mod regolari lill-Kummissjoni dwarhom;

(d) joħroġ opinjonijiet dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57;

(d) joħroġ opinjonijiet dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57;

 

(da) jipprovdi opinjoni dwar liema awtorità għandha tkun l-awtorità ewlenija skont l-Artikolu 54a(3);

(e) jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni u prattiki bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni;

(e) jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni u prattiki bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, inkluża l-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti u attivitajiet konġunti oħra, fejn jiddeċiedi dan fuq it-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni waħda jew diversi;

(f) jippromwovi programmi ta’ taħriġ komuni u jiffaċilita l-iskambji ta’ persunal bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, kif ukoll, fejn ikun xieraq, mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(f) jippromwovi programmi ta’ taħriġ komuni u jiffaċilita l-iskambji ta’ persunal bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, kif ukoll, fejn ikun xieraq, mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(g) jippromwovi l-iskambju ta’ għarfien u dokumentazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-prattika dwar il-protezzjoni tad-dejta ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta fid-dinja kollha.

(g) jippromwovi l-iskambju ta’ għarfien u dokumentazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-prattika dwar il-protezzjoni tad-dejta ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta fid-dinja kollha.

 

(ga) jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq dan ir-Regolament;

 

(gb) jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kodiċijiet ta’ kondotta mfassla fil-livell tal-Unjoni skont l-Artikolu 38(4);

 

(gc) jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 39(3).

 

(gd) iżomm reġistru elettroniku pubbliku dwar ċertifikati validi u invalidi skont l-Artikolu 39(1h);

 

(ge) jipprovdi assistenza lill-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali, fuq talba tagħhom;

 

(gf) jistabbilixxi u jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma suġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 34;

 

(gg) iżomm reġistru tas-sanzjonijiet imposti fuq il-kontrolluri jew proċessuri mill-awtoritajiet ta' superviżjoni kompetenti.

2. Meta l-Kummissjoni titlob parir mingħand il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, hija tista’ tistabbilixxi limitu ta’ żmien sa meta l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jagħti dak il-parir, billi tiġi kkunsidrata l-urġenza tal-kwistjoni.

2. Meta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jitolbu parir mingħand il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, huma jistgħu jistabbilixxu limitu taż-żmien sa meta l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jagħti dak il-parir, billi tiġi kkunsidrata l-urġenza tal-kwistjoni.

3. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jipreżenta l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki tiegħu lill-Kummissjoni u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 87 u jagħmilhom pubbliċi.

3. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jippreżenta l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 87 u jagħmilhom pubbliċi.

4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta bl-azzjoni li hija tkun ħadet wara l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki maħruġa mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta bl-azzjoni li hija tkun ħadet wara l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki maħruġa mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

 

4a. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu, fejn xieraq, jikkonsulta l-partijiet interessati u jagħtihom l-opportunità li jikkummentaw f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku r-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni.

 

4b. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi fdat bil-kompitu li joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aqwa prattiki skont il-punt (b) ta' paragrafu 1 biex jiġu stabbiliti proċeduri komuni biex tintlaqa' u tiġi investigata informazzjoni li tirrigwarda allegazzjonijiet ta' pproċessar illegali u biex tkun salvagwardjata l-kunfidenzjalità u l-għejjun tal-informazzjoni riċevuta.

–––Emenda  176

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jinforma b’mod regolari u f’waqtu lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-attivitajiet tiegħu. Huwa għandu jfassal rapport annwali dwar is-sitwazzjoni rigward il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

Ir-rapport għandu jinkludi r-reviżjoni tal-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 66(1).

1.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jinforma b’mod regolari u f’waqtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-attivitajiet tiegħu. Huwa għandu jfassal rapport mill-inqas darba kull sentejn dwar is-sitwazzjoni rigward il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

Ir-rapport għandu jinkludi r-reviżjoni tal-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 66(1).

Emenda  177

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.

1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jieħu deċiżjonijiet permezz ta’ maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu, sakemm mhux previst mod ieħor fir-regoli ta’ proċedura tiegħu.

Emenda  178

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jeleġġi president u żewġ viċi-presidenti minn fost il-membri tiegħu. Viċi-president għandu jkun il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, sakemm dan ma jkunx ġie elett president.

1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jeleġġi president u mill-inqas żewġ viċi-presidenti minn fost il-membri tiegħu.

Emenda  179

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-kariga tal-president għandha tkun kariga fulltime.

Emenda  180

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta taħt id-direzzjoni tal-president.

2. Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, legali, amministrattiv u loġistiku lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data taħt id-direzzjoni tal-president.

Emenda  181

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-diskussjonijiet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom ikunu kunfidenzjali.

1. Id-diskussjonijiet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jistgħu jkunu kunfidenzjali meta jkun meħtieġ, sakemm mhux previst mod ieħor fir-regoli ta’ proċedura tiegħu. L-aġendi tal-laqgħat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom ikunu magħmula pubbliċi.

Emenda  182

Proposta għal regolament

Artikolu 73

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni

Dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni

1. Mingħajr preġudizzu għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru jekk huwa jħoss li l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

1. Mingħajr preġudizzu għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor u l-mekkaniżmu ta' konsistenza, kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru jekk huwa jħoss li l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

2. Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tħares id-drittijiet u l-interessi ta’ suġġetti tad-dejta rigward il-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom u li tkun ġiet ikkostitwita kif xieraq skont il-liġi ta’ Stat Membru għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar jekk tqis li d-drittijiet ta’ suġġett tad-dejta taħt dan ir-Regolament ikunu nkisru minħabba l-ipproċessar ta’ dejta personali.

2. Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li taġixxi fl-interess pubbliku u li tkun ġiet ikkostitwita kif xieraq skont il-liġi ta’ Stat Membru għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar jekk tqis li d-drittijiet ta’ suġġett tad-dejta taħt dan ir-Regolament ikunu nkisru minħabba l-ipproċessar ta’ dejta personali.

3. Indipendentement minn ilment ta’ suġġett tad-dejta, kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru, jekk tqis li jkun seħħ ksur ta’ dejta personali.

3. Indipendentement minn ilment ta’ suġġett tad-dejta, kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru, jekk tqis li jkun seħħ ksur ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  183

Proposta għal regolament

Artikolu 74

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra awtorità ta’ superviżjoni

Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra awtorità ta’ superviżjoni

1. Kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta’ awtorità ta’ superviżjoni li tirrigwardaha.

1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ieħor amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta' awtorità ta' superviżjoni li tirrigwardaha.

2. Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju biex jobbliga lill-awtorità ta’ superviżjoni taġixxi dwar ilment, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni li tkun neċessarja biex tipproteġi d-drittjiet tiegħu, jew meta l-awtorità ta’ superviżjoni ma tinfurmax lis-suġġett tad-dejta fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tal-ilment skont il-punt (b) tal-Artikolu 52(1).

2. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ieħor amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju biex jobbliga lill-awtorità ta’ superviżjoni taġixxi dwar ilment, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni li tkun neċessarja biex tipproteġi d-drittjiet tiegħu, jew meta l-awtorità ta’ superviżjoni ma tinfurmax lis-suġġett tad-dejta fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tal-ilment skont il-punt (b) tal-Artikolu 52(1).

3. Il-proċeduri kontra awtorità ta’ superviżjoni għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità ta’ superviżjoni.

3. Il-proċeduri kontra awtorità ta’ superviżjoni għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità ta’ superviżjoni.

4. Suġġett tad-dejta li huwa interessat minn deċiżjoni ta’ awtorità ta’ superviżjoni fi Stat Membru ieħor minn fejn is-suġġett tad-dejta għandu r-residenza abitwali tiegħu, jista’ jitlob lill-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru fejn huwa għandu r-residenza abitwali tiegħu sabiex tibda proċeduri f’ismu kontra l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor.

4. Mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu ta' konsistenza, suġġett tad-dejta li huwa interessat minn deċiżjoni ta’ awtorità ta’ superviżjoni fi Stat Membru ieħor minn fejn is-suġġett tad-dejta għandu r-residenza abitwali tiegħu, jista’ jitlob lill-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru fejn huwa għandu r-residenza abitwali tiegħu sabiex tibda proċeduri f’ismu kontra l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor.

5. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw id-deċiżjonijiet finali tal-qrati msemmija f’dan l-Artikolu.

5. L-Istati Membri għandhom jinfurzaw id-deċiżjonijiet finali tal-qrati msemmija f’dan l-Artikolu.

Emenda  184

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċeduri kontra kontrollur jew proċessur jistgħu jitressqu kemm quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbiliment. Inkella, dawn il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn is-suġġett tad-dejta jkollu r-residenza abitwali tiegħu, ħlief jekk il-kontrollur ikun awtorità pubblika li taġixxi fl-eżerċitu tas-setgħat pubbliċi tagħha.

2. Il-proċeduri kontra kontrollur jew proċessur jistgħu jitressqu kemm quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbiliment. Inkella, dawn il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn is-suġġett tad-dejta jkollu r-residenza abitwali tiegħu, ħlief jekk il-kontrollur ikun awtorità pubblika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li jaġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħat pubbliċi tiegħu.

Emenda  185

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) għandu jkollha d-dritt li teżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 74 u 75 f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar.

1. Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) għandu jkollha d-dritt li teżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 74, 75 u 77 jekk tingħata dan il-mandat minn suġġett tad-dejta wieħed jew aktar.

Emenda  186

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull persuna li tkun sofriet xi ħsara minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew azzjoni mhux kompatibbli ma’ dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li tingħata kumpens mingħand il-kontrollur jew il-proċessur għall-ħsara li tkun sofriet.

1. Kull persuna li tkun sofriet xi danni, inkluż danni mhux finanzjarji, minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew azzjoni mhux kompatibbli ma’ dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li titlob kumpens mingħand il-kontrollur jew il-proċessur għad-danni li tkun sofriet.

Emenda  187

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta fl-ipproċessar ikun hemm involuti aktar minn kontrollur jew proċessur wieħed , kull kontrollur jew proċessur għandu jkun responsabbli in solidum għall-ammont sħiħ tal-ħsara.

2. Meta fl-ipproċessar ikun hemm involuti aktar minn kontrollur jew proċessur wieħed, kull wieħed minn dawk il-kontrolluri jew proċessuri għandu jkun responsabbli in solidum għall-ammont sħiħ tad-danni, sakemm ma jkollhomx ftehim xieraq bil-miktub li jiddetermina r-responsabilitajiet skont l-Artikolu 24.

Emenda  188

Proposta għal regolament

Artikolu 79

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sanzjonijiet amministrattivi

Sanzjonijiet amministrattivi

Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata s-setgħa li timponi sanzjonijiet amministrattivi skont dan l-Artikolu.

1. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata s-setgħa li timponi sanzjonijiet amministrattivi skont dan l-Artikolu. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw ma’ xulxin skont l-Artikoli 46 u 57 sabiex jiggarantixxu livell armonizzat ta’ sanzjonijiet fi ħdan l-Unjoni.

2. Is-sanzjoni amministrattiva għandha tkun f’kull każ individwali effettiva, proporzjonata u dissważiva. L-ammont tal-multa amministrattiva għandu jiġi ffissat b’kunsiderazzjoni xierqa tan-natura, il-gravità u d-dewmien tal-ksur, il-karattru intenzjonali jew b’negliġenza tal-ksur, il-grad tar-responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika u jekk kienx hemm ksur preċedenti minn din il-persuna, il-miżuri u l-proċeduri tekniċi u organizzazzjonali implimentati skont l-Artikolu 23 u l-grad ta' kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja sabiex jiġi rimedjat il-ksur.

2. Is-sanzjoni amministrattiva għandha tkun f’kull każ individwali effettiva, proporzjonata u dissważiva.

 

2a. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi tal-inqas waħda mis-sanzjonijiet li ġejjin fuq kull min ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament:

 

a) twissija bil-miktub f'każijiet tal-ewwel nuqqas ta' konformità u ta' nuqqas ta' konformità mhux intenzjonat;

 

b) awditi perjodiċi regolari tal-protezzjoni tad-dejta;

 

c) multa sa EUR 100 000 000 jew sa 5% tal-fattur dinji annwali f'każ ta' impriża, skont liema hu l-ogħla ammont.

 

2b. Jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun fil-pussess ta’ “Siġill Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta” validu skont l-Artikolu 39, il-multa skont il-paragrafu 2(c) għandha tiġi imposta biss f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonat jew negliġenti.

 

2c. Is-sanzjoni amministrattiva għandha tikkunsidra l-fatturi li ġejjin:

 

a) in-natura, il-gravità u t-tul ta' żmien tan-nuqqas ta’ konformità,

 

b) il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur,

 

c) il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika u kwalunkwe ksur kommess preċedentement minn din il-persuna,

 

d) in-natura repetittiva tal-ksur,

 

e) il-grad ta’ kooperazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjon,i sabiex ikun rimedjat il-ksur u jiġu mitigati l-effetti avversi possibbli tal-ksur;

 

f) il-kategoriji speċifiċi ta' dejta personali affettwati mill-ksur,

 

(g) il-livell ta' danni, inkluż danni mhux finanzjarji, imġarrba mis-suġġetti tad-dejta,

 

(h) l-azzjoni meħuda mill-kontrollur jew mill-proċessur biex itaffi d-danni mġarrba mis-suġġetti tad-dejta;

 

(i) kwalunkwe benefiċċju finanzjarju intenzjonat jew miksub, jew telf evitat, direttament jew indirettament mill-ksur,

 

(j) il-grad ta’ mizuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi implimentati skont:

 

(i)Artikolu 23 – Il-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku;

 

(ii) Artikolu 30 – Sigurtà tal-ipproċessar;

 

(iii) Artikolu 33 - Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta

 

(iv) Artikolu 33a – Rieżami tal-konformità mal-protezzjoni tad-dejta

 

(v)Artikolu 35 ­- Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

 

(k) ir-rifjut ta’ kooperazzjoni ma’ spezzjonijiet, awditi u kontrolli mwettqa mill-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 53 jew l-ostakular tagħhom,

 

(l) kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabblli għaċ-ċirkostanzi tal-każ.

3. Fil-każ tal-ewwel nuqqas ta’ konformità mhux intenzjonali ma’ dan ir-Regolament, tista’ tingħata twissija bil-miktub iżda ma tista’ tiġi imposta ebda sanzjoni, fejn:

 

(a) il-persuna fiżika qed tipproċessa d-dejta personali mingħajr interess kummerċjali; jew

 

(b) intrapriża jew organizzazzjoni li timpjega anqas minn 250 persuna tkun qed tipproċessa d-dejta personali biss bħala attività anċillari għall-attivitajiet ewlenin tagħha.

 

4. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 250,000, jew fil-każ ta’ impriża sa 0.5 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza

 

(a) ma jipprovdix il-mekkaniżmi għal talbiet mis-suġġetti tad-dejta jew ma jwiġibx mill-ewwel jew mhux fil-format mitlub lil suġġetti tad-dejta skont l-Artikolu 12(1) u (2);

 

(b) jimponi miżata għall-informazzjoni jew għal tweġiniet għal talbiet ta' soġġetti tad-dejta bi vjolazzjoni tal-Artikolu 12(4).

 

5. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 500 000, jew fil-każ ta’ impriża sa 1 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza

 

(a) ma jipprovdix l-informazzjoni, jew ma jipprovdix informazzjoni kompluta, jew ma jipprovdix l-informazzjoni b’mod trasparenti biżżejjed, lis-suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu (14);

 

(b) ma jipprovdix aċċess lis-suġġett tad-dejta jew ma jirrettifikax dejta personali skont l-Artikoli 15 u 16 jew ma jikkomunikax l-informazzjoni rilevanti lil riċevitur skont l-Artikolu 13;

 

(c) ma jikkonformax mad-dritt li wieħed jintnesa jew għat-tħassir, jew jonqos li jistabbilixxi mekkaniżmi sabiex jiżgura li l-limiti ta’ żmien ikunu osservati jew ma jieħux il-passi kollha meħtieġa sabiex jinforma lil partijiet terzi li suġġett tad-dejta għamel talba biex iħassar kwalunkwe konnessjonijiet ma’, kopja jew replika ta’ dejta personali relatata mas-suġġett tad-dejta l-Artikolu 17;

 

(d) ma jipprovdix kopja tad-dejta personali f’format elettroniku jew ifixkel lis-suġġett tad-dejta milli jittrasmetti d-dejta personali lil applikazzjoni oħra bi ksur tal-Artikolu 18;

 

(e) ma jiddeterminax jew ma jiddeterminax biżżejjed ir-responsabbiltajiet rispettivi ma’ ko-kontrolluri skont l-Artikolu 24;

 

(f) ma jżommx jew ma jżommx biżżejjed id-dokumentazzjoni skont l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(4), u l-Artikolu 44(3);

 

(g) ma jikkonformax, f’każijiet fejn kategoriji speċjali ta’ dejta ma jkunux involuti, skont l-Artikoli 80, 82 u 83 ma’ regoli relatati mal-libertà tal-espressjoni jew ma’ regoli dwar l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg jew mal-kundizzjonijiet għall-ipproċessar għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika.

 

6. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 1 000 000 jew, fil-każ ta’ impriża sa 2 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza:

 

(a) jipproċessa dejta personali mingħajr kwalunkwe bażi legali jew bażi legali suffiċjenti għall-ipproċessar jew ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet għall-kunsens skont l-Artikoli 6, 7 u 8;

 

(b) jipproċessa kategoriji speċjali ta’ dejta bi ksur tal-Artikoli 9 u 81;

 

(c) ma jikkonformax ma' oġġezzjoni jew il-kundizzjoni skont l-Artikolu 19;

 

(d) ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet relatati ma’ miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili skont l-Artikolu 20;

 

(e) ma jadottax politiki interni jew ma jimplimentax miżuri xierqa sabiex jiżgura u juri konformità skont l-Artikoli 22, 23 u 30;

 

(f) ma jaħtarx rappreżentant skont l-Artikolu 25;

 

(g) jipproċessa jew jagħti struzzjonijiet għall-ipproċessar ta’ dejta personali bi ksur tal-obbligi relatati mal-ipproċessar f’isem kontrollur skont l-Artikoli 26 u 27;

 

(h) ma jwissix dwar jew ma jinnotifikax ksur ta’ dejta personali jew ma jinnotifikax fil-ħin jew għal kollox il-ksur tad-dejta lill-awtorità ta’ superviżjoni jew lis-suġġett tad-dejta skont l-Artikoli 31 u 32;

 

(i) ma jwettaqx valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont jew jipproċessa dejta personali mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel jew konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikoli 33 u 34;

 

(j) ma jaħtarx uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jew ma jiżgurax il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kompiti skont l-Artikoli 35, 36 u 37;

 

(k) juża ħażin siġill jew marka ta’ protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 39;

 

(l) jagħmel jew jagħti struzzjonijiet sabiex isir trasferiment lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali li ma jkunx permess minn deċiżjoni ta’ adegwatezza jew minn salvagwardji xierqa jew minn deroga skont l-Artikoli 40 sa 44;

 

(m) ma jikkonformax ma’ ordni jew projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar jew is-sospensjoni ta’ flussi ta’ dejta mill-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 53(1);

 

(n) ma jikkonformax mal-obbligi li jassisti jew iwieġeb jew jipprovdi informazzjoni rilevanti lil, jew aċċess għall-bini lill-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 29, l-Artikolu 34 u l-Artikolu 53(2);

 

(o) ma jikkonformax mar-regoli għas-salvagwardja tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 84.

 

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex taġġorna l-ammonti ta’ multi amministrattivi msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6, filwaqt li tikkunsidra l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex taġġorna l-ammonti assoluti ta’ multi amministrattivi msemmija fil-paragrafu 2a, filwaqt li tikkunsidra l-kriterji u l-fatturi msemmija fil-paragrafi 2 u 2c.

Emenda  189

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-prinċipji ġenerali fil-Kapitolu II, mid-drittijiet tas-suġġett tad-dejta fil-Kapitolu III, dwar il-kontrollur u l-proċessur fil-Kapitolu IV, dwar it-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Kapitolu V, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti fil-Kapitolu VI u dwar il-kooperazzjoni u l-konsistenza fil-Kapitolu VII għall-ipproċessar ta’ dejta personali li jsir unikament għal għanijiet ta’ ġurnaliżmu jew għall-għan ta’ espressjoni artistika jew letterarja għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali mar-regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-prinċipji ġenerali fil-Kapitolu II, mid-drittijiet tas-suġġett tad-dejta fil-Kapitolu III, dwar il-kontrollur u l-proċessur fil-Kapitolu IV, dwar it-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Kapitolu V, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti fil-Kapitolu VI, dwar il-kooperazzjoni u l-konsistenza fil-Kapitolu VII u sitwazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta fil-Kapitolu IX kull fejn dan ikun meħtieġ għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali mar-regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  190

Proposta għal regolament

Artikolu 80a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 80a

 

Aċċess għad-dokumenti

 

1. Id-dejta personali f'dokumenti miżmuma minn awtorità pubblika jew korp pubbliku tista' tiġi żvelata minn din l-awtorità jew dan il-korp skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew l-Istat Membru rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali, li jgħaqqad id-dritt tal-protezzjoni ta' dejta personali mal-prinċipju ta' aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali.

 

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Emenda  191

Proposta għal regolament

Artikolu 81

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ipproċessar tad-dejta personali li tirrigwarda s-saħħa

Ipproċessar tad-dejta personali li tirrigwarda s-saħħa

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament u skont il-punt (h) tal-Artikolu 9(2), l-ipproċessar tad-dejta personali li tirrigwarda s-saħħa għandu jkun ibbażat fuq il-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istat Membru li għandu jipprovdi għal miżuri speċifiċi u xierqa sabiex iħares l-interessi leġittimi tas-suġġett, u jkun meħtieġ għal:

1. Skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-punt (h) (h) tal-Artikolu 9(2), l-ipproċessar tad-dejta personali li tirrigwarda s-saħħa għandu jkun ibbażat fuq il-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istat Membru li għandu jipprovdi għal miżuri speċifiċi, konsistenti u xierqa sabiex iħares l-interessi u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett, safejn dawn huma meħtieġa u proporzjonati, u li l-effetti tagħhom se jkunu prevedibbli mis-suġġett tad-dejta, għal:

(a) l-għanijiet ta’ mediċina preventiva jew okkupazzjonali, dijanjożi medika, l-għoti ta’ kura jew trattament jew il-ġestjoni ta’ servizzi ta’ kura tas-saħħa, u meta dik id-dejta tkun ipproċessata minn professjonista tas-saħħa soġġett għall-obbligu ta’ segretezza professjonali jew persuna oħra soġġetta wkoll għal obbligu ekwivalenti ta’ kunfidenzjalità taħt il-liġi tal-Istat Membru jew regoli stabbiliti minn korpi nazzjonali kompetenti; jew

(a) l-għanijiet ta’ mediċina preventiva jew okkupazzjonali, dijanjożi medika, l-għoti ta’ kura jew trattament jew il-ġestjoni ta’ servizzi ta’ kura tas-saħħa, u meta dik id-dejta tkun ipproċessata minn professjonista tas-saħħa soġġett għall-obbligu ta’ segretezza professjonali jew persuna oħra soġġetta wkoll għal obbligu ekwivalenti ta’ kunfidenzjalità taħt il-liġi tal-Istat Membru jew regoli stabbiliti minn korpi nazzjonali kompetenti; jew

(b) raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, bħall-protezzjoni kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa jew biex jiġu żgurati standards għoljin ta’ kwalità u sigurtà, fost l-oħrajn għall-prodotti mediċinali jew apparat mediku; jew

(b) raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, bħall-protezzjoni kontra theddid transkonfinali serju għas-saħħa jew biex jiġu żgurati standards għoljin ta’ kwalità u sigurtà, fost l-oħrajn għall-prodotti mediċinali jew apparat mediku, u jekk l-ipproċessar ta’ din id-dejta jsir minn persuna li hi marbuta b'obbligu tal-kunfidenzjalità; jew

(c) raġunijiet oħrajn ta’ interess pubbliku f’oqsma bħall-protezzjoni soċjali, b’mod speċjali sabiex tkun assigurata l-kwalità u l-kost-effikaċja tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta’ talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa.

(c) raġunijiet oħrajn ta’ interess pubbliku f’oqsma bħall-protezzjoni soċjali, b’mod speċjali sabiex tkun assigurata l-kwalità u l-kost-effikaċja tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta’ talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa u fil-provvista tas-servizzi tas-saħħa. Tali pproċessar ta' dejta personali dwar is-saħħa għal raġunijiet ta' interess pubbliku m'għandux jirriżulta fl-ipproċessar tad-dejta għal skopijiet oħra, sakemm mhux bil-kunsens tas-suġġett tad-dejta jew abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru.

 

1a. Meta l-iskopijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 ikunu jistgħu jinkisbu mingħajr l-użu ta’ dejta personali, din id-dejta m’għandhiex tintuża għal dawk l-iskopijiet, sakemm mhux bil-kunsens tas-suġġett tad-dejta jew abbażi tad-dritt tal-Istat Membru.

 

1b. Fejn il-kunsens tas-suġġett tad-dejta hu meħtieġ għall-ipproċessar tad-dejta medika esklużivament għal skopijiet tas-saħħa pubblika ta' riċerka xjentifika, il-kunsens jista' jingħata għal riċerka waħda jew diversi, speċifiċi u simili. Madankollu, is-suġġett tad-dejta jista' jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe waqt.

 

1c. Għall-iskop ta' kunsens għall-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' riċerka xjentifika fi provi kliniċi, id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2001/20/KE1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill se japplikaw.

2. L-ipproċessar tad-dejta personali li jirrigwarda s-saħħa huwa meħtieġ għal skopijiet ta’ riċerka storika, xjentifika u ta’ statistika bħar-reġistri tal-pazjenti stabbiliti għat-titjib ta’ dijanjożi u d-divrenzar bejn tipi simili ta’ mard u t-tħejjija tal-istudji għat-terapiji, huwa soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83.

2. L-ipproċessar tad-dejta personali li jirrigwarda s-saħħa huwa meħtieġ għal skopijiet ta’ riċerka storika, xjentifika u ta’ statistika għandu jiġi permess biss bil-kunsens tas-suġġett tad-dejta, u għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83.

 

2a. Id-dritt tal-Istati Membri jista’ jipprevedi eċċezzjonijiet għar-rekwiżit ta’ kunsens għar-riċerka, kif imsemmi fil-paragrafu 2, fir-rigward tar-riċerka li sservi interess pubbliċi kbir, jekk dik ir-riċerka ma tkunx tista’ possibbilment titwettaq mod ieħor. Id-dejta inkwistjoni għandha tkun anonimizzata, jew jekk dan ma jkunx possibbli għall-finijiet tar-riċerka, psewdonomizzata bl-ogħla standards tekniċi, u għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi prevenuta l-identifikazzjoni mill-ġdid mhux ġustifikata tas-suġġetti tad-dejta. Madankollu, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt joġġezzjona fi kwalunkwe ħin skont l-Artikolu 19.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar raġunijiet oħra ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u interess pubbliku kbir fil-qasam tar-riċerka kif imsemmi fil-paragrafu 2a.

 

3a. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tad-dritt tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

 

1 Id-Direttiva 2001/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw għall-implimentazzjoni ta’ prattika klinika tajba fit-tmexxija ta’ provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem (ĠU L 121, tal-1.5.2001, p. 34).

–––

Emenda  192

Proposta għal regolament

Artikolu 82

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ipproċessar fil-kuntest tax-xogħol

Standards minimi għall-ipproċessar tad-dejta fil-kuntest tax-xogħol

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jadottaw bil-liġi regoli speċifiċi li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegati fil-kuntest tax-xogħol, b’mod partikolari għall-finijiet tar-reklutaġġ, it-twettiq tal-kuntratt tax-xogħol, inkluż it-twettiq tal-obbligi stabbiliti bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi, il-ġestjoni, l-ippjanar u l-organizzazzjoni tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u għall-għanijiet tal-eżerċizzju u t-tgawdija, fuq bażi individwali jew kollettiva, ta’ drittijiet u benefiċċji relatati max-xogħol, u għall-għan tat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg.

1. l-Istati Membri jistgħu, skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, filwaqt li jqisu l-prinċipju tal-proporzjonalità, jadottaw permezz ta' dispożizzjonijiet legali regoli speċifiċi li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegati fil-kuntest tax-xogħol, b’mod partikolari iżda mhux limitati għall-finijiet tar-reklutaġġ u l-applikazzjonijiet tal-impjiegi fi ħdan il-grupp ta' impriżi, it-twettiq tal-kuntratt tax-xogħol, inkluż it-twettiq tal-obbligi stabbiliti bil-liġi u bi ftehimiet kollettivi, skont id-dritt u l-prattika nazzjonali, il-ġestjoni, l-ippjanar u l-organizzazzjoni tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u għall-għanijiet tal-eżerċizzju u t-tgawdija, fuq bażi individwali jew kollettiva, ta’ drittijiet u benefiċċji relatati max-xogħol, u għall-għan tat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg. L-Istati Membri għandhom jagħtu lok għal ftehimiet kollettivi biex jispeċifikaw ulterjorment id-dispożizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

 

1a. L-iskop tal-ipproċessar ta’ tali dejta għandu jkun marbut mar-raġuni li nġabret għaliha u għandu jibqa’ fil-kuntest tal-impjieg. It-tħejjija ta’ profili (profiling) jew l-użu għal skopijiet sekondarji m’għandhomx ikunu permessi.

 

1b. Il-kunsens ta’ impjegat ma għandux jipprovdi bażi ġuridika għall-ipproċessar ta’ dejta mill-impjegatur meta l-kunsens ma jkunx ingħata b’mod ħieles.

 

1c. Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas l-istandards minimi li ġejjin:

 

 

(a) l-ipproċessar tad-dejta dwar l-impjegati mingħajr l-għarfien tal-impjegati m'għandux ikun permess. Minkejja l-ewwel sentenza, l-Istati Membri jistgħu, bil-liġi, jipprovdu għall-ammissibilità ta’ din il-prattika, billi jistabbilixxu skadenzi xierqa għat-tħassir tad-dejta, kemm-il darba jkun jeżisti suspett ibbażat fuq indikazzjonijiet fattwali li għandhom jiġu dokumentati li l-impjegat ikun ikkommetta reat jew nuqqas serju ta’ attenzjoni għad-dmir fil-kuntest tal-impjieg, u kemm-il darba l-ġbir tad-dejta jkun meħtieġ biex il-kwistjoni tiġi ċċarata u kemm-il darba finalment in-natura u l-portata ta’ dan il-ġbir ta’ dejta jkunu neċessarji u proporzjonati għall-iskop li huma intenzjonati għalih. Il-privatezza u l-ħajja privata tal-impjegati għandha tiġi protetta f’kull mument. L-investigazzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti;

 

(b) Il-monitoraġġ ottiku-elettroniku miftuħ u/jew monitoraġġ akustiku-elettroniku miftuħ ta’ partijiet ta’ impriża li ma jkunux aċċessibbli għall-pubbliku u li jintużaw primarjament mill-impjegati għal attivitajiet privati, u partikolarment fit-toilets, fiċ-changing rooms, fiż-żoni tal-mistrieħ u fil-kmamar tas-sodda, mhumiex permessi. Is-sorveljanza bil-moħbi hija pprobita f’kull ċirkostanza;

 

(c) fejn impriżi jew awtoritajiet jiġbru u jipproċessaw dejta personali fil-kuntest ta’ eżamijiet mediċi u/jew testijiet tal-kapaċità, dawn għandhom jispjegaw lill-applikant jew lill-impjegat minn qabel għal liema skop din qed tintuża id-dejta, u jiżguraw li wara jiġu pprovduti b'din id-dejta flimkien mar-riżultati, u li fuq talba jirċievu spjegazzjoni tas-sinifikat tagħhom. Il-ġbir tad-dejta għall-iskop ta’ ttestjar ġenetiku u analiżijiet huwa pprojbit bħala kwistjoni ta’ prinċipju;

 

(d) jekk ikunx permess, u sa liema punt, l-użu ta’ telefowns, e-mail, internet u servizzi oħra tat-telekomunikazzjonijiet għal skopijiet privati, jista’ jiġi regolat permezz ta’ ftehim kollettiv. Fejn mhemmx regolazzjoni permezz ta’ ftehim kollettiv, min iħaddem għandu jilħaq ftehim dwar din il-kwistjoni direttament mal-impjegat. Safejn ikun permess l-użu privat, l-ipproċessar tad-dejta akkumulata dwar it-traffiku għandu jkun permess b’mod partikolari biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-dejta, biex tiġi żgurata l-operazzjoni tajba tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet u għall-finijiet ta’ ħruġ ta’ kontijiet.

 

Minkejja t-tielet sentenza, l-Istati Membri jistgħu, bil-liġi, jipprevedu l-ammissibilità ta’ din il-prattika, billi jistabbilixxu skadenzi xierqa għat-tħassir tad-dejta, kemm-il darba jkun jeżisti suspett ibbażat fuq indikazzjonijiet fattwali li għandhom jiġu dokumentati li l-impjegat ikun ikkommetta reat jew nuqqas serju ta’ attenzjoni għad-dmir fil-kuntest tal-impjieg, u kemm-il darba l-ġbir tad-dejta jkun meħtieġ biex il-kwistjoni tiġi ċċarata u kemm-il darba finalment in-natura u l-portata ta’ dan il-ġbir ta’ dejta jkunu neċessarji u proporzjonati għall-iskop li huma intenzjonati għalih. Il-privatezza u l-ħajja privata tal-impjegati għandha tiġi protetta f’kull mument. L-investigazzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti;

 

(e) id-dejta personali tal-ħaddiema, speċjalment dejta sensittiva bħalma hi l-orjentazzjoni politika u s-sħubija fi trejdjunjins u attivitajiet trejdjunjonistiċi, ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tiġi użata biex impjegati jitqiegħdu fuq hekk imsejħa 'listi suwed', u biex jiġu mgħarbula jew miżmuma milli jieħdu impjieg futur. L-ipproċessar, l-użu fil-kuntest tal-impjieg, it-tfassil u t-trasferiment tal-listi suwed tal-impjegati jew forom oħra ta' diskriminazzjoni għandhom ikunu pprojbiti. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli u jadottaw sanzjonijiet xierqa f’konformità mal-Artikolu 79(6) sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-punt.

 

1d. It-trażmissjoni u l-ipproċessar ta’ dejta personali dwar impjegati bejn impriżi ġuridikament awtonomi fi ħdan grupp ta’ impriżi u ma’ professjonisti li jipprovdu pariri ġuridiċi u dwar it-taxxi huma permessi, kemm-il darba jkunu relevanti għall-operazzjoni tan-negozju u jintużaw għat-twettiq ta’ operazzjonijiet speċifiċi jew proċeduri amministrattivi speċifiċi u ma jkunux kuntrarji għall-interessi u d-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata li jkun jistħoqqilhom jiġu mħarsa. Fejn id-dejta dwar l-impjegati tiġi trażmessa lil pajjiż terz u/jew lil organizzazzjoni internazzjonali, għandu japplika l-Kapitolu V.

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mid-dejta speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafi 1 u 1b, sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Emenda  193

Proposta għal regolament

Artikolu 82a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 82a

 

Ipproċessar fil-kuntest tas-sigurtà soċjali

 

1. L-Istati Membri jistgħu, skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, jadottaw regoli leġiżlattivi speċifiċi li jiddefinixxu bi preċiżjoni l-kundizzjonijiet għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u d-dipartimenti pubbliċi tagħhom fil-kuntest tas-sigurtà soċjali jekk jitwettqu fl-interess pubbliku.

 

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dawk id-dispożizzjonijiet li jadotta skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

Emenda  194

Proposta għal regolament

Artikolu 83

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ipproċessar għal għanijiet ta’ storja, statistika, u riċerka xjentifika

Ipproċessar għal għanijiet ta’ storja, statistika, u riċerka xjentifika

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, dejta personali tista’ tkun ipproċessata għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika biss jekk:

1. Skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, dejta personali tista’ tkun ipproċessata għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika biss jekk:

(a) dawk l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu mod ieħor bl-ipproċessar ta’ dejta li ma jippermettix jew m’għadux jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-dejta;

(a) dawk l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu mod ieħor bl-ipproċessar ta’ dejta li ma jippermettix jew m’għadux jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-dejta;

(b) id-dejta li tippermetti l-attribuzzjoni ta’ informazzjoni lil suġġett tad-dejta identifikat jew li jista’ jkun identifikat tinżamm b’mod separat mill-informazzjoni l-oħra sakemm dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu b’dan il-mod.

(b) id-dejta li tippermetti l-attribuzzjoni ta’ informazzjoni lil suġġett tad-dejta identifikat jew li jista’ jkun identifikat tinżamm b’mod separat mill-informazzjoni l-oħra bl-ogħla istandards tekniċi, u l-miżuri kollha meħtieġa għandhom jittieħdu biex tiġi prevenuta l-identifikazzjoni mill-ġdid mhux ġustifikata tas-suġġetti tad-dejta.

2. Korpi li jkunu qegħdin jagħmlu riċerka storika, statistika jew xjentifika jistgħu jippubblikaw jew b’mod ieħor jiżvelaw pubblikament dejta personali biss jekk:

 

(a) is-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7;

 

(b) il-pubblikazzjoni ta’ dejta personali hija meħtieġa sabiex jiġu ppreżentati s-sejbiet tar-riċerka jew biex tiġi ffaċilitata r-riċerka sakemm l-interessi jew id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jegħlbux dawn l-interessi; jew

 

(c) is-suġġett tad-dejta għamel id-dejta pubblika.

 

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 kif ukoll kwalunkwe limitazzjoni meħtieġa fuq id-drittijiet tal-informazzjoni lil u l-aċċess mis-suġġett tad-dejta u li jagħtu dettalji dwar il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji għad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta f’dawn iċ-ċirkostanzi.

 

––

Emenda  195

Proposta għal regolament

Artikolu 83a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 83a

 

Ipproċessar tad-dejta personali mis-servizzi tal-arkivji

 

1. Meta l-ipproċessar inizjali li għalih tkun inġabret ikun twettaq, id-dejta personali tista’ tkun suġġetta għal ipproċessar mis-servizzi tal-arkivji li għandhom il-kompitu ewlieni jew obbligu legali li jiġbru, jżommu, jikklassifikaw, jikkomunikaw, jippreżentaw jew ixandru l-arkivji fl-interess pubbliku, l-aktar għall-ġustifikazzjoni tad-drittijiet tal-individwi jew għal għanijiet ta’ storja, statistika, jew riċerka xjentifika. Dawn il-kompiti għandhom jitwettqu skont ir-regoli stabbiliti mill-Istati Membri dwar l-aċċess, il-ħruġ u t-tqassim ta' dokumenti amministrattivi jew tal-arkivji u skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, speċifikament fir-rigward tal-kunsens u d-dritt ta' oġġezzjoni.

 

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

Emenda  196

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli speċifiċi sabiex jistabbilixxu s-setgħat investigattivi mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni stabbiliti fl-Artikolu 53(2) fir-rigward tal-kontrolluri jew il-proċessuri li huma soġġetti skont il-liġi nazzjonali jew ir-regoli stabbiliti minn korpi nazzjonali kompetenti għal obbligu ta’ segretezza professjonali jew obbligi ta’ segretezza oħrajn ekwivalenti, meta din tkun meħtieġa u proporzjonata għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt tal-protezzjoni ta’ dejta personali mal-obbligu ta’ segretezza. Dawn ir-regoli għandhom japplikaw biss fir-rigward ta’ dejta personali li l-kontrollur jew il-proċessur ikun irċieva mingħand jew kiseb f’attività koperta minn dan l-obbligu ta’ segretezza.

1. Skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom regoli speċifiċi li jistipulaw is-setgħat investigattivi mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni stabbiliti fl-Artikolu 53 fir-rigward tal-kontrolluri jew il-proċessuri li huma soġġetti skont il-liġi nazzjonali jew ir-regoli stabbiliti minn korpi nazzjonali kompetenti għal obbligu ta’ segretezza professjonali jew obbligi ta’ segretezza oħrajn ekwivalenti, meta din tkun meħtieġa u proporzjonata għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt tal-protezzjoni ta’ dejta personali mal-obbligu ta’ segretezza.

Emenda  197

Proposta għal regolament

Artikolu 85

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tad-dejta ta’ knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi

Regoli eżistenti dwar il-protezzjoni tad-dejta ta’ knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi

1. Meta fi Stat Membru, knejjes jew assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi japplikaw, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, regoli komprensivi dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, dawn ir-regoli jistgħu jkomplu japplikaw sakemm dawn jinġiebu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

1. Meta fi Stat Membru, knejjes jew assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi japplikaw, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, regoli adegwati dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, dawn ir-regoli jistgħu jkomplu japplikaw sakemm dawn jinġiebu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-knejjes u l-assoċjazzjonijiet reliġjużi li japplikaw regoli komprensivi skont il-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-istabbilment ta’ awtorità ta’ superviżjoni indipendenti skont il-Kapitolu VI ta’ dan ir-Regolament.

2. Il-knejjes u assoċjazzjonijiet reliġjużi li japplikaw regoli adegwati skont il-paragrafu 1 għandhom jiksbu opinjoni ta' konformità skont l-Artikolu 38.

Emenda  198

Proposta għal regolament

Artikolu 85a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 85a

 

Rispett tad-drittijiet fundamentali

 

Dan ir-Regolament m'għandux ikollu l-effett li jimmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-TUE.

Emenda  199

Proposta għal regolament

Artikolu 85b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 85b

 

Formoli Standard

 

1. Il-Kummissjoni tista', filwaqt li tqis il-karatteristiċi u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' diversi setturi u s-sitwazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta, tistabbilixxi formoli standard għal:

 

(a) metodi speċifiċi għall-kisba ta' kunsens verifikabbli msemmi fl-Artikolu 8(1),

 

(b) il-komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), inkluż il-format elettroniku,

 

(c) l-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 14,

 

(d) it-talba u l-għoti ta' aċċess għall-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1), fosthom għall-komunikazzjoni tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta,

 

(e) id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 28,

 

(f) notifiki ta' ksur skont l-Artikolu 31 lill-awtorità ta' superviżjoni u d-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 31(4),

 

(g) konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fl-Artikolu 34, u biex jiġu informati l-awtoritajiet ta' superviżjoni skont l-Artikolu 34(6).

 

2. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa għal mikroimpriżi u impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

 

3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda  200

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-dejta tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 13a(5), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 38(4), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 41(5), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 79(7), l-Artikolu 81(3) u l-Artikolu 82(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  201

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni ta’ setgħa speċifikata fdik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’dejta aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13a(5), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 38(4), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 41(5), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 79(7), l-Artikolu 81(3) u l-Artikolu 82(3) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

Emenda  202

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 13a(5), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 38(4), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 41(3), l-Artikolu 41(5), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 79(7), l-Artikolu 81(3) u l-Artikolu 82(3) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ sitt xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’sitt xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  203

Proposta għal regolament

Artikolu 87 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

imħassar

Emenda  204

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2002/58 għandu jitħassar.

2. L-Artikoli 1(2), 4 u 15 tad-Direttiva 2002/58/KE għandhom jitħassru.

Emenda  205

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, bla dewmien u sa mhux aktar tard mid-data msemmija fl-Artikolu 91(2), proposta għar-reviżjoni tal-qafas legali għall-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, sabiex tallinja l-liġi ma' dan ir-Regolament u jkunu żgurati dispożizzjonijiet legali konsistenti u uniformi dwar id-dritt fundamentali tal-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  206

Proposta għal regolament

Artikolu 89a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 89a

 

Relazzjoni mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-emenda tiegħu

 

1. Ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet li għalihom mhumiex suġġetti għal regoli addizzjonali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, bla dewmien u sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2), proposta għar-reviżjoni tal-qafas legali applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni.

 

Anness 1 - Preżentazzjoni tad-dettalji msemmija fl-Artikolu 13a (ġdid)

1) Wara li kkunsidra l-proporzjonijiet imsemmija fil-punt 6, għandhom jiġu pprovduti d-dettalji kif ġej:

 

 

2) Il-kliem li ġejjin fir-ringieli fit-tieni kolonna tat-tabella fil-punt 1, intitolati “INFORMAZZJONI ESSENZJALI”, għandhom jigu fformattjati b’tipa grassa:

a) il-kelma "tinġabar" fl-ewwel ringiela tat-tieni kolonna;

b) il-kelma “tinżamm” fit-tieni ringiela tat-tieni kolonna;

c) il-kelma "pproċessata" fit-tielet ringiela tat-tieni kolonna;

d) il-kelma "imqassma" fir-raba ringiela tat-tieni kolonna;

e) il-kelma "mibjugħa jew mikrija" fil-ħames ringiela tat-tieni kolonna;

f) il-kliem "mhux kriptata" fis-sitt ringiela tat-tieni kolonna.

3) Wara li kkunsidra l-proporzjonijiet imsemmija fil-punt 6, ir-ringieli fit-tielet kolonna tat-tabella fil-punt 1, intitolati “ISSODISFAT”, għandhom jimtlew b’waħda miż-żewġ forom grafiċi li ġejjin skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 4:

a)

 

b)

 

4)

a) Jekk ma tinġabar ebda dejta personali lil hinn mill-minimu meħtieġ għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar, l-ewwel ringiela tat-tielet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3a.

b) Jekk tinġabar dejta personali lil hinn mill-minimu meħtieġ għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar, l-ewwel ringiela tat-tielet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3b.

c) Jekk l-ebda dejta personali ma tinżamm lil hinn mill-minimu meħtieġ għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar, it-tieni ringiela tat-tielet kolonna fit-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3a.

d) Jekk id-dejta personali tinżamm aktar mill-minimu meħtieġ għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar, it-tieni ringiela tat-tielet kolonna fit-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3b.

e) Jekk ebda dejta personali ma tiġi pproċessata għal skopijiet għajr dawk li għalihom tkun ġiet miġbura, it-tielet ringiela tat-tielet kolonna fit-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3a.

f) Jekk dejta personali tiġi pproċessata għal skopijiet għajr dawk li għalihom tkun ġiet miġbura, it-tielet ringiela tat-tielet kolonna fit-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3b.

g) Jekk l-ebda dejta personali ma titqassam lil terzi partijiet kummerċjali, ir-raba' ringiela tat-tieliet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3a.

h) Jekk id-dejta personali titqassam lil terzi partijiet kummerċjali, ir-raba' ringiela tat-tieliet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3b.

i) Jekk l-ebda dejta personali ma tiġi mibjugħa jew mikrija, il-ħames ringiela tat-tielet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3a.

j) Jekk xi dejta personali tiġi mibjugħa jew mikrija, il-ħames ringiela tat-tielet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3b.

k) Jekk l-ebda dejta personali ma tinżamm f’forma mhux kriptata, is-sitt ringiela tat-tielet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3a.

l) Jekk xi dejta personali tinżamm f’forma mhux kriptata, is-sitt ringiela tat-tieliet kolonna tat-tabella fil-punt 1 għandha tinkludi l-forma grafika msemmija fil-punt 3b.

5) Il-kuluri ta’ referenza tal-forom grafiċi msemmija fil-punt 1 huma Black Pantone Nru 7547 u Red Pantone Nru 485. Il-kulur ta’ referenza tal-forma grafika msemmija fil-punt 3a huwa Green Pantone Nru 370. Il-kulur ta’ referenza tal-formola grafika msemmija fil-punt 3b huwa Red Pantone Nru 485.

6) Il-proporzjon mogħti fl-illustrazzjoni għandu jiġi rrispettat, anke meta t-tabella tiċkien jew tikber:

  • [1]  ĠU C 229, 31.7.2012, p. 90.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Skont l-Artikolu 8 tal-Karta tal-UE dwar id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali:

1.        Kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali li tirrigwardaha.

2.        Din id-data għandha tiġi trattata b’mod ġust għal finijiet speċifikati u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew fuq bażi oħra leġittima stabbilita mil-liġi. Kull persuna għandha d-dritt ta’ aċċess għad-data miġbura li għandha x’taqsam magħha u d-dritt li tikseb ir-rettifika tagħha

3.        L-osservanza ta' dawn ir-regoli għandha tkun soġġetta għall-kontroll ta' awtorità indipendenti.

Mill-adozzjoni tad-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data sar ħafna tibdil fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta, b’mod partikolari żviluppi teknoloġiji, żieda fil-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta personali, inkluż għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, b’taħlita ta’ regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta u globalizzazzjoni tas-swieq u kooperazzjoni.

Barra minn hekk, id-Direttiva naqset milli tikseb armonizzazzjoni kif suppost minħabba fl-implimentazzjoni differenti tad-dipożizzjonijiet tagħha fl-Istati Membri. F’dan il-kuntest sar dejjem aktar diffiċli għall-individwi (‘suġġetti tad-dejta’) sabiex jeżerċitaw id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta tagħhom.

Fl-aħħarnett, fixklet l-iżvilupp tas-suq uniku fejn kumpaniji (li jikkontrollaw jew jipproċessaw id-dejta personali, ‘kontrolluri tad-dejta’) u individwi ffaċċjaw differenzi fir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta.

Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, l-Unjoni għandha bażi legali espliċita għall-protezzjoni tad-dejta li tkopri l-ipproċessar tad-dejta personali fis-settur pubbliku u privat iżda anke fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi (li rriżulta mill-kollass tal-“istruttura pilastru” ta’ qabel Lisbona (l-Artikolu 16(2) TFUE) Il-Kummissjoni issa użat l-Artikolu 16(2) TFUE bħala bażi legali biex tippreżenta proposti għal reviżjoni tal-qafas tal-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni. Tipproponi Regolament (COM (2012)11) li se jissostitwixxi d-Direttiva 95/46/KE (rapporteur: Jan Philipp Albrecht, Greens/EFA) u Direttiva (COM(2012)10) li se tissostitwixxi Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI dwar il-protezzjoni tad-dejta personali għall-finijiet ta’ prevenzjoni, detezzjoni, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali (rapporteur: Dimitrios Droutsas, S&D). Iż-żewġ rapporteurs jappoġġjaw l-objettiv tal-istabbilizzazzjoni ta’ qafas koerenti, armonizzat u robust għal kollox b’livell għoli ta’ protezzjoni għall-attivitajiet kollha tal-ipproċessar tad-dejta fl-UE.[1] Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, il-proposti tal-Kummissjoni jridu jiġu kkunsidrati bħala pakkett wieħed li jirrikjedi approċċi leġiżlattivi koordinati għaż-żewġ testi.

Seħħew diskussjonijiet estensivi dwar ir-riforma tal-protezzjoni tad-dejta bejn ir-rapporteurs u x-shadow rapporteurs, id-draftspersons u x-shadows tal-Kumitati għal opinjoni (ITRE, IMCO, JURI, EMPL), il-Presidenza tal-Kunsill, il-Kummissjoni u partijiet interessati (awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta, awtoritajiet nazzjonali, l-industrija, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet ċivili u tal-konsumaturi, esperti akkademiċi) sabiex jiġi żgurat appoġġ wiesgħa għall-approċċ tal-Parlament.

Ġie organizzat workshop tal-partijiet interessati mill-kumitat LIBE fid-29 ta’ Mejju 2012. Il-kumitat LIBE organizza wkoll il-Laqgħa Interparlamentari tal-Kumitati (IPCM) annwali tiegħu flimkien mal-parlamenti nazzjonali fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja dwar il-pakkett dwar ir-riforma tal-protezzjoni tad-dejta fid-9 u l-10 ta’ Ottubru 2012. Ġew prodotti erba’ Dokumenti ta’ Ħidma dwar il-pakkett dwar ir-riforma tal-protezzjoni tad-dejta.

Pożizzjoni dwar l-abbozz tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta

Il-proposta tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-għanijiet li ġejjin.

-Approċċ komprensiv għall-protezzjoni tad-dejta;

-It-tisħiħ tad-drittijiet tal-individwu;

-It-tisħiħ ulterjuri tad-dimensjoni tas-suq intern u l-iżgurar ta’ infurzar aħjar ta’ regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta; u

- It-tisħiħ tad-dimensjoni globali

Ir-rapporteur jappoġġja dawn l-ambizzjonijiet. L-approċċ tiegħu jiġi ppreżentat kif mistħoqq

Approċċ komprensiv għall-protezzjoni tad-dejta

Kif indikat fid-Dokument ta’ Ħidma tas-6 ta’ Lulju 2012[2], ir-rapporteur jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni għażlet li tissostitwixxi d-Direttiva 95/46 b’Regolament (applikabbli direttament); peress li dan għandu jnaqqas l-approċċ frammentat għall-protezzjoni tad-dejta fost l-Istati Membri.

Jaqbel ukoll mal-approċċ pragmatiku magħżul mill-Kummissjoni li jħalli spazju, skont ir-Regolament, sabiex l-Istati Membri jżommu jew jadottaw regoli speċifiċi fir-rigward ta’ kwistjonijiet bħal-libertà tal-espressjoni, is-segretezza professjonali, is-saħħa u l-impjieg (Artikoli 81-85). Issir referenza partikolari għall-ħidma tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, li se jwassal opinjoni dwar l-Artikolu 82.[3]

Istituzzjonijiet tal-UE mhumiex fl-ambitu tar-Regolament il-ġdid. Madankollu, għandhom jiġu koperti biex jiġi żgurat qafas konsistenti u uniformi madwar l-Unjoni. Dan se jeħtieġ aġġustament tal-istrumenti legali tal-UE, partikolarment ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, biex jinġiebu f’konformità mar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta qabel ma jiġi applikat dan tal-aħħar. Ir-rapporteur jara wkoll ħtieġa għal dibattitu aktar orizzontali dwar kif tiġi indirizzata t-taħlita attwali tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta għal Aġenziji differenti tal-UE (bħal Europol u Eurojust) u kif tiġi żgurata konsistenza mal-pakkett tal-protezzjoni tad-dejta (l-Artikolu 2(b), l-Artikolu 89a).

Ir-rapporteur jiddispjaċih b’mod qawwi li l-proposta tal-Kummissjoni ma tkoprix il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi (li fuqha hija proposta d-Direttiva separata). Dan iħalli inċertezza legali fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi fi kwistjonijiet borderline, pereżempju fejn id-dejta kummerċjali tiġi aċċessata minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal finijiet tal-infurzar tal-liġi u trasferimenti bejn awtoritajiet li huma responsabbli għall-infurzar tal-liġi u dawk li mhumiex. Ir-rapport dwar id-Direttiva proposta jindirizza dawn il-kwistjonijiet u jipproponi emendi. Ir-Regolament jispeċifika li l-esklużjoni mill-ambitu tar-Regolament tkopri biss awtoritajiet kompetenti pubbliċi għal attivitajiet tal-infurzar tal-liġi (mhux entitajiet privati) u li l-leġiżlazzjoni applikabbli għandha tipprovdi salvagwardji adegwati bbażati fuq il-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità (l-Artikoli 2(e), (21).

L-ambitu territorjali tar-Regolament huwa kwistjoni importanti għall-applikazzjoni konsistenti tal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. Ir-rapporteur jixtieq jiċċara li r-Regolament għandu jkun applikabbli wkoll għal kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni meta l-attivitajiet tal-ipproċessar jiġu mmirati lejn l-offerta ta’ prodotti jew servizzi lis-suġġetti tad-dejta fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk jinħtieġx ħlas għal dawn il-prodotti jew servizzi, jew il-monitoraġġ ta’ dawn is-suġġetti tad-dejta (l-Artikolu 3(2)).

Ir-Regolament jeħtieġ li jkun komprensiv ukoll f’termini tal-provvista taċ-ċertezza legali. L-użu estensiv ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni jmur kontra dan l-għan. Għalhekk ir-rapporteur jipproponi t-tħassir ta’ numru ta’ dispożizzjonijiet li jagħtu lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati. Madankollu, sabiex fejn possibbli tiġi provduta ċ-ċertezza legali, ir-rapporteur issostitwixxa diversi atti bi kliem aktar dettaljat fir-Regolament (eż.: l-Artikoli 6(1b), 15, 35(10)). F’każijiet oħra, ir-rapporteur jipproponi li l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (EDPB) jiġi fdat bil-kompitu li jiġu speċifikati aktar il-kriterji u r-rekwiżiti ta’ dispożizzjoni partikolari minflok li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta att delegat. Ir-raġuni hija li f’dawk il-każijiet il-kwistjoni għandha x’taqsam mal-kooperazzjoni bejn superviżuri nazzjonali u li huma f’pożizzjoni aħjar biex jiġu determinati l-prinċipji u l-prattiċi li jridu jiġu applikati (eż.: l-Aritkoli 23(3), 30(3), 42(3), 44(7), 55(10)).

It-tisħiħ tad-drittijiet tal-individwi

Minħabba li r-Regolament jimplimenta dritt fundamentali, limitazzjoni tal-ambitu materjali, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “dejta personali”, billi, pereżempju jiġu introdotti elementi suġġettivi relatati mal-isforzi li l-kontrollur tad-dejta għandu jagħmel biex jidentifika dejta personali, tiġi rrifjutata. Il-kunċett tad-dejta personali jiġi ċċarat aktar permezz tal-kriterji oġġettivi (l-Artikolu 4(1); Premessi 23 u 24) . Preokkupazzjonijiet leġittimi fir-rigward ta’ mudelli ta’ negozji speċifiċi jistgħu jiġu indirizzati mingħajr ma l-individwi jiċċaħdu mid-drittijiet fundamentali tagħhom. F’dan il-kuntest, ir-rapporteur jinkoraġġixxi l-użu psewdonomu u anomimu ta’ servizzi. Għall-użu tad-dejta psewdonoma, jista’ jkun hemm allevjazzjonijiet fir-rigward tal-obbligi għall-kontrollur tad-dejta (l-Artikoli 4(2)(a), 10), Premessa 23).

Il-kunsens dejjem għandu jibqa’ pedament tal-approċċ tal-UE għall-protezzjoni tad-dejta, peress li dan huwa l-aħjar mod għall-individwi biex jikkontrollaw attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta. L-informazzjoni lis-suġġetti tad-dejta għandha tiġi ppreżentata f'forma li tinftiehem faċilment, bħal logos jew ikoni standardizzati (l-Artikolu 11(2a),(2b)). Standards tekniċi li jesprimu xewqat ċari ta’ suġġett jistgħu jidhru bħala forma valida tal-provvista ta’ kunsens espliċitu (l-Artikoli 7(2a), 23).

Sabiex jiġi żgurat kunsens infurmat għal attivitajiet tat-tfassil ta’ profili, dawn jeħtieġ li jiġu definiti u rregolati (l-Artikoli 4(3b), 14(1)(g), (ga) u (gb); 15(1), 20). Raġunijiet legali oħra għall-ipproċessar għajr il-kunsens, partikolarment l-“interessi leġittimi” tal-kontrollur tad-dejta, għandhom jiġu definiti b’mod ċar (emenda li tissostitwixxi l-Artikolu 6(1)(f) b’Artikolu 6(1a), (1b), (1c) ġdid).

Il-limitazzjoni tal-għan hija element ewlieni tal-protezzjoni tad-dejta peress li tipproteġi s-suġġetti tad-dejta minn estensjoni mhux prevedibbli tal-ipproċessar tad-dejta. It-tibdil fl-għan tad-dejta personali wara li tinġabar m’għandux ikun possibbli biss abbażi ta’ interess leġittimu tal-kontrollur tad-dejta. Ir-rapporteur għalhekk jipproponi li jħassar l-Artikolu 6(4) minflok li jwessgħu.

Ir-rapporteur jappoġġja t-tisħiħ tad-dritt għal aċċess, bi dritt għall-portabbiltà tad-dejta - li wieħed ikun jista’ jċaqlaq id-dejta tiegħu minn pjattaforma għal oħra. Fl-epoka diġitali, is-suġġetti tad-dejta, anke fir-rwol tagħhom bħala konsumaturi, jistgħu jistennew b’mod leġittimu li jirċievu l-informazzjoni personali tagħhom f’format elettroniku użat komunement (l-Artikolu 15(2a)). Għalhekk jipproponi li jgħaqqad l-Artikoli 15 u 18.

Id-dritt għat-tħassir u d-dritt għar-rettifika jibqgħu importanti għas-suġġetti tad-dejta, billi qiegħda tiġi żvelata dejjem iżjed informazzjoni li jista’ jkollha impatti sinifikanti. Id- “dritt li jkun minsi” għandu jidher f’dan id-dawl; l-emendi proposti jiċċaraw dawn id-drittijiet għall-ambjent diġitali, filwaqt illi jżommu l-eċċezzjoni ġenerali għal-libertà tal-espressjoni. Fil-każ ta’ dejta ttrasferita lil partijiet terzi jew ippubblikata mingħajr bażi legali xieraq, il-kontrollur tad-dejta oriġinali għandu jiġi obbligat li jinforma lil dawk il-partijiet terzi u jiżgura t-tħassir tad-dejta. Fejn individwu jkun qabel ma’ pubblikazzjoni tad-dejta tiegħu, madankollu, "dritt li jkun minsi" la huwa leġittimu u lanqas realistiku (l-Artikolu 17, Premessa 54).

Id-dritt għall-oġġezzjoni għal aktar ipproċessar tad-dejta dejjem għandu jkun b’xejn u għandu jiġi offrut b’mod espliċitu lis-suġġett tad-dejta bl-użu ta’ lingwa ċara, sempliċi u adattata (l-Artikolu 19(2)). Hemm ukoll ħtieġa li jiġi provdut għal possibbiltajiet aħjar għal rimedju effettiv, inkluż permezz ta’ assoċjazzjonijiet li jaġixxu fl-interess pubbliku (l-Artikoli 73, 76).

It-tisħiħ ulterjuri tad-dimensjoni tas-suq intern u l-iżgurar ta' infurzar aħjar ta’ regoli għall-protezzjoni tad-data

Ir-rapporteur jilqa’ l-bidla proposta minn rekwiżiti ta' notifika lill-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Dejta (DPAs) għal responsabbiltà prattika u Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Dejta (DPOs) korporattivi. Ir-regolament propost jista’ jiġi ssimplifikat billi jingħaqdu d-drittijiet tal-informazzjoni u r-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni, essenzjalment billi huma żewġ uċuħ tal-istess munita. Dan inaqqas il-piżijiet amministrattivi għall-kontrolluri tad-dejta u jagħmilha iżjed faċli għall-individwi li jifhmu u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom (l-Artikoli 14, 28). Fl-epoka tal-cloud computing, il-limitu għall-ħatra mandatorja ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta m’għandux jiġi bbażat fuq id-daqs tal-impriża, iżda pjuttost fuq ir-rilevanza tal-ipproċessar tad-dejta (il-kategorija ta’ dejta personali, it-tip ta’ attività ta' ipproċessar, u n-numru ta’ individwi li d-dejta tagħhom tiġi pproċessata) (l-Artikolu 35). Jiġi ċċarat li DPO jista’ jkun funzjoni part-time, li jiddependi fuq id-daqs tal-impriża u l-ammont tal-ipproċessar tad-dejta (Premessa 75).

Il-protezzjoni tad-dejta b’disinn u b’mod awtomatiku hija mfaħħra bħala innovazzjoni ewlenija tar-riforma. Dan jiżgura li mhux biss id-dejta li hija meħtieġa għal għan speċifiku se tiġi filfatt ipproċessata. Produtturi u fornituri tas-servizzi jintalbu li jimplimentaw miżuri xierqa. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi fdat li jipprovdi aktar gwida (l-Artikolu 23). L-emendi fuq il-Valutazzjonijiet tal-Impatt dwar il-Privatezza jimmiraw lejn id-determinazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjonijiet fejn għandha titwettaq din il-valutazzjoni (l-Artikolu 33(2)) u l-elementi għall-valutazzjoni (l-Artikolu 33(3)).

Ir-rapporteur jipproponi li jestendi l-perjodu li fih irid jiġi notifikat ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni minn 24 għal 72 siegħa. Barra minn hekk, biex jiġi evitat eċċess ta’ notifika lis-suġġetti tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jiġi notifikat biss f’każijiet biss fejn ksur tad-dejta x’aktarx jaffettwa ħażin il-protezzjoni tad-dejta personali jew il-privatezza tas-suġġett tad-dejta, pereżempju f’każijiet ta’ serq tal-identità jew frodi, telf finanzjarju, ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni. In-notifika għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni tan-natura tal-ksur tad-dejta personali, u informazzjoni fir-rigward tad-drittijiet, inklużi possibbiltajiet li jirrigwardjaw ir-rimedju (l-Artikolu 31 u 32). Għal notifiki ta’ ksur, valutazzjonijiet tal-impatt, u d-dritt għat-tħassir u li jkun minsi, huwa propost li l-Kummissjoni tadotta atti delegati qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali (l-Artikolu 86(5a)).

Jiġu appoġġjati kodiċijiet ta’ kondotta kif ukoll ċertifikazzjoni u siġilli, iżda hemm ukoll il-ħtieġa li jiġi provdut għal inċentivi għall-istabbiliment u l-użu u regoli aktar ċari dwar il-prinċipji li jridu jinkludu u konsegwenzi fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, responsabbiltajiet u kwistjonijiet relatati. Kodiċijiet ta’ Kondotta ddikjarati mill-Kummissjoni li huma konformi mar-Regolament għandhom jagħtu drittijiet infurzabbli lis-suġġetti tad-dejta. Is-siġilli ta’ ċertifikazzjoni jridu jistabbilixxu l-proċedura formali għall-ħruġ u l-irtirar tas-siġill u jridu jiżguraw konformità ma’ prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta u drittijiet tas-suġġett tad-dejta (l-Artikoli 38 u 39).

Ir-Regolament għandu jiżgura wkoll qafas ta’ ħidma unifikat għall-Awtoritajiet kollha tal-Protezzjoni tad-Dejta (DPAs). Sabiex jiffunzjona, element kruċjali huwa li DPAs, li jridu jkunu kompletament indipendenti, jeħtieġ li jingħataw riżorsi biżżejjed għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom (l-Artikolu 47). Il-kooperazzjoni bejn DPAs se tissaħħaħ ukoll fil-kuntest ta’ Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (EPDP, li se jikkostitwixxi l-"Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29" attwali). Ir-rapporteur jara l-mekkaniżmu previst ta’ kooperazzjoni u konsistenza fost id-DPAs nazzjonali bħala pass kbir lejn l-applikazzjoni koerenti ta’ leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta madwar l-UE. Madankollu, il-mudell propost mill-Kummissjoni ma jiżgurax l-indipendenza meħtieġa ta’ DPAs. Wara l-valutazzjoni ta’ opzjonijiet differenti, jiġi propost mekkaniżmu alternattiv li jżomm l-idea ta’ DPA ewlenija iżda jiddependi wkoll fuq kooperazzjoni mill-qrib bejn DPAs biex tiġi żgurata l-konsistenza (l-Artikoli 51, 55a). Fis-sustanza, DPA hija kompetenti li tissorvelja operazzjonijiet tal-ipproċessar fit-territorju tagħha jew li jaffettwaw suġġetti tad-dejta residenti fit-territorju tagħha. Fil-każ ta’ attivitajiet tal-ipproċessar ta’ kontrollur jew proċessur stabbilit f’aktar minn Stat Membru wieħed jew li jaffettwaw suġġetti tad-dejta f’diversi Stati Membri, id-DPA tal-istabbiliment ewlieni se tkun l-awtorità ewlenija li taġixxi bħala punt ta’ kuntatt uniku għall-kontrollur jew il-proċessur (punt uniku ta’ servizz). L-awtorita ewlenija għandha tiżgura koordinazzjoni ma’ awtoritajiet involuti u tikkonsulta lill-awtoritajiet l-oħra qabel ma tadotta miżura. L-EDPB għandu jaħtar l-awtorità ewlenija f’każijiet fejn mhuwiex ċar jew id-DPAs ma jaqblux. Meta DPA involut f’każ ma jaqbilx mal-abbozz tal-miżura proposta mill-awtorità ewlenija, l-EDPB għandu joħroġ opinjoni. Jekk l-awtorità ewlenija m’għandhiex il-ħsieb li ssegwi din l-opinjoni, għandha tinforma l-EDPB u tipprovdi opinjoni raġonata. L-EDPB jista’ jadotta deċiżjoni finali, b’maġġoranza kwalifikata, vinkolanti legalment fuq l-awtorità ta’ superviżjoni. Din id-deċiżjoni tista’ tkun soġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja (Artikoli 45a, 55, 58). Il-Kummissjoni tista’ tikkontesta wkoll din id-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u titlob is-sospensjoni tal-miżura (Artikolu 61a).

Ir-rapporteur jappoġġja t-tisħiħ tad-DPAs fir-rigward tas-setgħat investigattivi u s-sanzjonijiet. Il-proposta tal-Kummissjoni kienet, madankollu, preskrittiva wisq. Jipproponi reġim simplifikat li jippermetti aktar diskrezzjoni għad-DPAs filwaqt illi fl-istess ħin jafda l-EBPD bir-rwol tal-iżgurar tal-konsistenza fl-infurzar (l-Artikolu 52, 53, 78, 79). Is-sistema ta’ sanzjonijiet tiġi ċċarata wkoll billi jiġu inklużi diversi kriterji li jridu jitqiesu sabiex jiġi determinat il-livell tal-multa li DPA tista’ timponi.

It-tisħiħ tad-dimensjoni globali

Bħalma sar s’issa, tinżamm is-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta deċiżjonijiet li jirrikonoxxu l-adegwatezza jew in-nuqqas ta’ adegwatezza ta’ pajjiż terz, territorju ta’ pajjiż terz, u organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, l-għażla l-ġdida proposta tar-rikonoxximent ta’ setturi f’pajjiżi terzi bħala adegwata tiġi rrifjutata mir-rapporteur, minħabba li żżid l-inċertezza legali u timmina l-għan tal-Unjoni ta’ qafas tal-protezzjoni tad-dejta internazzjonali, armonizzat u koerenti. Il-kriterji għall-valutazzjoni tal-adegwatezza ta’ pajjiż terz jiġu msaħħa (l-Artikolu 41(2)). Jiġi propost ukoll li s-sejba tal-adegwatezza ddikjarata mill-Kummissjoni ssir permezz ta’ att delegat minflok att ta’ implimentazzjoni, sabiex il-Kunsill u l-Parlament ikunu jistgħu jagħmlu użu mid-dritt tal-kontroll tagħhom (l-Artikolu 41(3) u (5)).

Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, biex jiġu provduti protezzjonijiet u salvagwardji adegwati, il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jieħdu miżuri ta’ salvagwardji xierqa bħal regoli korporattivi vinkolanti, klawżoli standard tal-protezzjoni tad-dejta adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità ta’ superviżjoni. Emenda fl-Artikoli 41(1a) u 42 tiċċara u tiddeskrivi s-salvagwardji essenzjali li dawn l-istrumenti għandhom jinkludu.

Artikolu 43a ġdid huwa propost biex jindirizza l-kwistjoni mqajma mit-talbiet tal-aċċess minn awtoritajiet pubbliċi jew qrati f'pajjiżi terzi għal dejta personali maħżuna u pproċessata fl-UE. It-trasferiment għandu jingħata biss mill-awtorità tal-protezzjoni tad-dejta wara verifika li t-trasferiment jikkonforma mar-Regolament u b’mod partikolari mal-Artikolu 44(1)(d) jew (e). Din is-sitwazzjoni se ssir ħafna aktar importanti bit-tkabbir tal-cloud computing u teħtieġ li tiġi indirizzata hawnhekk.

Sommarju

Ir-rapporteur jappoġġja l-għan tat-tisħiħ tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, filwaqt illi jiżgura qafas legali unifikat u jnaqqas piżijiet amministrattivi għall-kontrolluri tad-dejta. Jipproponi li jillimita r-rwol tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni sal-minimu meħtieġ, billi jiċċara l-elementi essenzjali fit-test tar-regolament innifsu u jħalli l-implimentazzjoni prattika għall-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta. Jipproponi li jenfasizza aktar l-użu ta’ miżuri teknoloġiċi għall-protezzjoni tad-dejta personali u jiżgura l-konformità, flimkien ma’ inċentivi għall-kontrolluri tad-dejta meta jintużaw dawn il-miżuri. F’konformità mal-approċċ ta’ responsabbiltà, jissaħħaħ ir-rwol tal-uffiċjali korporattivi tal-protezzjoni tad-dejta, filwaqt illi titnaqqas il-ħtieġa għal konsultazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni. Istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni għandhom jinġiebu taħt l-istess qafas regolatorju f'nofs it-terminu. Jekk dawn l-elementi jkunu jistgħu jiġu appoġġjati mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-qafas legali l-ġdid għall-protezzjoni tad-dejta se jipprovdi titjib kemm għall-individwi kif ukoll għall-kontrolluri tad-dejta, u se jkun jilqa’ għall-futur fis-snin li ġejjin.

Matul ix-xogħol estensiv imwettaq flimkien max-shadows tal-gruppi politiċi kollha, u d-draftpersons tal-opinjoni, ir-rapporteur ħadem ammont kbir ta’ emendi li jirriflettu diskussjonijiet bejn il-kollegi involuti. B’mod speċjali fir-rigward tal-prinċipji, ir-raġunijiet legali għall-ipproċessar tad-dejta personali, id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, id-dispożizzjonijiet għall-kontrollur u l-proċessur, il-mekkaniżmu ta’ konsistenza u s-sanzjonijiet, diversi kompromessi huma integrati f’dan ir-rapport. Ir-rapporteur jistenna li l-proposti tiegħu jifformaw bażi tajba għal ftehim malajr fil-Parlament Ewropew u negozjati mal-Kunsill matul il-presidenza Irlandiża.

  • [1]  DT/905569EN.doc
  • [2]  DT/905569EN.doc
  • [3]  PA/918358EN.doc

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (4.3.2013)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Dejta Ġenerali)
(COM(2012)0011 – C7‑0025/2012 – 2012/0011(COD))

Rapporteur: Nadja Hirsch

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur tilqa’ espressament ir-Regolament preżenti u l-għan tiegħu li huwa li l-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni Ewropea (UE) tkompli tiġi armonizzata.

L-opinjoni preżenti għanda l-għan li ġej: huwa ovvju li l-protezzjoni Ewropea tad-dejta dwar l-impjegati ma tistax tiġi regolata b’mod komprensiv f’artikolu wieħed. L-għan tar-Rapporteur hu pjuttost li jiġu stabbiliti għadd ta’ punti solidi. Fir-rigward tar-realizzazzjoni ta’ suq tax-xogħol u s-suq intern ġenwin Ewropej, nistgħu nikkunsidraw, f’pass ulterjuri, li nirregolaw il-protezzjoni tad-dejta dwar l-impjegati f’livell Ewropew. Dan ikun possibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 288 tat-TFUE.

Għalkemm il-parti l-kbira tal-volum tal-ipproċessar tad-dejta fl-UE tikkonċerna r-relazzjoni industrijali, fir-Regolament ftit hemm iddedikat spazju għall-protezzjoni tad-dejta dwar l-impjegati. Barra minn hekk, il-livell ta’ astrazzjoni tar-Regolament spiss jagħmilha diffiċli biex ir-regoli jiġu interpretati f’kuntest tal-impjiegi.

Fil-fehma tar-rapporteur, l-isfida fil-konfront tal-protezzjoni tad-dejta dwar l-impjegati tista’ tiġi kkunsidrata bl-aħjar mod f’dan ir-Regolament prinċipalment permezz ta’ limitazzjoni tal-opinjoni għall-Artikolu 82. Dan joffri l-possibilità ta’ analiżi fil-fond tal-kontenut, minbarra raggruppament tad-diversi l-artikoli fir-Regolament relevanti għall-protezzjoni tad-dejta dwar l-impjegati.

Dwar l-Artikolu 82(1) u l-Premessa 124

Fil-verżjoni attwali tiegħu u partikolarment fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta dwar l-impjegati, ir-Regolament preżenti jista’ joffri biss protezzjoni minima. Kull Stat Membru għandu jkollu l-possibilità li jistipula standards iktar favorevoli għall-impjegati minn dawk stabbiliti. Barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ tali standards għandu jkun possibbli permezz ta’ ftehimiet kollettivi. Il-formulazzjoni "fil-limiti ta’ dan ir-Regolament" għandha tiġi miċħuda għal għadd ta' raġunijiet. L-ewwel nett hija f’kuntradizzjoni mad-deroga settorjali ġenerali tal-Artikolu 82 u, flimkien mal-atti delegati proposti mill-Kummissjoni fl-Artikolu 82, tista’ twassal għal sitwazzjoni estremament konfuża. It-tieni, dan jista’ jfisser, f’każ estrem, li l-Istati Membri ma setgħux jieħdu miżuri aktar speċifiċi. Fl-aħħar nett, din il-formulazzjoni qisha tfasslet b’mod arbitrarju, peress li fil-każ tal-klawżoli ta’ introduzzjoni l-oħra, pereżempju fil-qasam tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, din il-limitazzjoni mhijiex preżenti.

Dwar l-Artikolu 82(1b)

Fid-dawl tal-fatt li sa issa l-Kummissjoni għadha ma għamlet l-ebda proposta tagħha stess dwar il-protezzjoni tad-dejta dwar l-impjegati, u meta wieħed iqis il-ftit punti konċettwali dwar il-protezzjoni tad-dejta dwar l-impjegati fir-Regolament, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti numru ta’ standards minimi Ewropej fil-livell ta’ protezzjoni. L-erba’ sottopunti li jinsabu hawn taħt mhumiex lista eżawrjenti f’dan ir-rigward, iżda għandhom jitqiesu bħala pilastri fundamentali ta’ liġi Ewropea dettaljata dwar il-protezzjoni tad-dejta.

Dwar l-Artikolu 82(1c)

L-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta jwettaq rwol ta’ importanza enormi. Għalhekk, għandu jkun inekwivokabbli li din il-persuna tkun tista’ teżerċita l-kompiti tagħha mingħajr biżgħa ta’ pressjoni jew influenza esterna u għall-ġid tal-impjegati. Għaldaqstant, huma meħtieġa protezzjoni mis-sensjar u projbizzjoni ta’ atti diskriminatorji kontra tiegħu jew tagħha.

Dwar l-Artikolu 82(1c) u l-Premessa 124a

Il-proposta tal-Kummissjoni ma tispeċifikax biżżejjed id-dispożizzjonijiet dwar it-trażmissjoni ta’ dejta fi ħdan grupp ta’ impriżi fl-UE. Din l-emenda hija maħsuba biex tirrettifika din l-omissjoni, filwaqt li jitħarsu l-interessi tal-impjegati.

Dwar l-Artikolu 82(1f) u l-Premessa 34

Esklużjoni sħiħa tal-kunsens bħala bażi ġuridika valida għall-ipproċessar tad-dejta personali mhijiex xierqa biex jinkiseb ir-riżultat mixtieq fil-kuntest tal-impjieg. Għalhekk, ir-rapporteur qed tipproponi li anki f’sitwazzjonijiet ta’ żbilanċ bejn il-partijiet, il-kunsens għandu jkun possibbli bħala raġuni ġuridika valida, fejn dan ikun maħsub biex ikollu konsegwenzi legalment u ekonomikament vantaġġjużi għall-impjagat.

Dwar l-Artikolu 82(3)

L-atti delegati, fil-fehma tar-rapporteur, għandhom jiġu applikati biss meta r-Regolament preżenti jkun irid jiġi adattat b’mod rapidu u flessibbli, fir-rigward ta’ komponenti mhux materjali, għal innovazzjonijiet tekniċi u tas-sigurtà. Sa issa l-ifformular tal-proposta tal-Kummissjoni kien imsejjes fuq bażi wiesgħa wisq. Barra minn hekk, flimkien mal-paragrafu 1, anki l-paragrafu 1c l-ġdid għandu jkun jista’ jiġi regolat b’atti delegati.

Dwar l-Artikolu 82(3a)

Din il-klawżola ta’ rieżami tippermetti valutazzjoni ġdida.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-kunsens m’għandhux jipprovdi raġuni legali valida għall-ipproċessar tad-dejta personali, meta jkun hemm żbilanċ ċar bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur. Dan huwa speċjalment il-każ fejn is-suġġett tad-data jinsab f’sitwazzjoni ta’ dipendenza mill-kontrollur, fost oħrajn, fejn id-dejta personali hija pproċessata mill-impjegatur tad-dejta personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg. Fejn il-kontrollur huwa awtorità pubblika, jkun hemm żbilanċ biss fl-operazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta fejn l-awtorità pubblika tista' timponi obbligu permezz tas-setgħat pubbliċi relevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li ġie mogħti awtomatikament, filwaqt li jittieħed kont tal-interessi tas-suġġett tad-dejta.

(34) Il-kunsens m’għandhux jipprovdi raġuni legali valida għall-ipproċessar tad-dejta personali, meta jkun hemm żbilanċ ċar tas-setgħa bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur. Dan huwa speċjalment il-każ fejn is-suġġett tad-data jinsab f’sitwazzjoni ta’ dipendenza mill-kontrollur, fost oħrajn, fejn id-dejta personali hija pproċessata mill-impjegatur tad-dejta personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg. F'kuntest tal-impjieg, l-ipproċessar tad-dejta maħsub biex ikollu primarjament konsegwenzi legalment jew finanzjarjament vantaġġjużi għall-impjegat huwa eċċezzjoni. Fejn il-kontrollur huwa awtorità pubblika, jkun hemm żbilanċ biss fl-operazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta fejn l-awtorità pubblika tista' timponi obbligu permezz tas-setgħat pubbliċi relevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li ġie mogħti awtomatikament, filwaqt li jittieħed kont tal-interessi tas-suġġett tad-dejta.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 75

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75) Meta l-ipproċessar isir fis-settur pubbliku jew meta, fis-settur privat, l-ipproċessar isir minn impriża kbira, irrispettivament mid-daqs tal-impriża, jinvolvu operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku, persuna għandha tgħin lill-kontrollur jew lill-proċessur jissorvelja l-konformità interna ma’ dan ir-Regolament. Dan l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, kemm jekk ikun impjegat tal-kontrollur kif ukoll jekk ma jkunx, għandu jkun f’pożizzjoni li jwettaq id-dmirijiet u l-kompiti tiegħu b’mod indipendenti.

(75) Meta l-ipproċessar isir fis-settur pubbliku jew meta, fis-settur privat, l-ipproċessar isir minn impriża, irrispettivament mid-daqs tal-impriża, jinvolvu operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku, persuna għandha tgħin lill-kontrollur jew lill-proċessur jissorvelja l-konformità interna ma’ dan ir-Regolament. Dan l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, kemm jekk ikun impjegat tal-kontrollur kif ukoll jekk ma jkunx, għandu jkun f’pożizzjoni li jwettaq id-dmirijiet u l-kompiti tiegħu b’mod indipendenti. L-ipproċessar għandu jsir minn persuna ġuridika u għandu jkollu x’jaqsam ma’ aktar minn 250 suġġett tad-dejta kull sena.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 124

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(124) Il-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-kuntest tal-impjieg. Għaldaqstant, sabiex jiġi rregolat l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg, l-Istati Membri fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom ikunu jistgħu, jadottaw bil-liġi regoli speċifiċi għall-ipproċessar ta’ dejta personali fis-settur tal-impjieg.

 

(124) Il-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-kuntest tal-impjieg. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg skont ir-regoli u l-istandards minimi spjegati f’dan ir-Regolament. Meta tingħata bażi statutorja fl-Istat Membru inkwistjoni għar-regolamentazzjoni tal-kwistjonijiet tal-impjieg permezz ta’ ftehim bejn ir-rappreżentanti tal-impjegati u l-ġestjoni tal-impriża jew l-impriża li tikkontrolla grupp ta’ impriżi (ftehim kollettiv), jew fl-ambitu tad-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati1, għandu jkun possibbli wkoll li jkun irregolat l-ipproċessar ta’ dejta personali f’kuntest tal-impjieg ukoll jista’ jiġi regolat permezz ta’ tali ftehim; f’dan il-każ partikolari hemm il-possibilità li jsiru derogi u eċċezzjonijiet skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali.

 

________________

 

ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 124a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(124a)

Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi industrijali li huma relatati direttament mal-impjiegi, it-trasmissjoni u l-ipproċessar tad-dejta dwar l-impjegati fi ħdan il-gruppi ta’ impriżi għandhom ikunu permess. Dan ma għandux jiġi affettwat mill-interessi tal-persuni kkonċernati li jkun jixirqilhom protezzjoni. Id-dejta dwar l-impjegati tinkludi kull tip ta' dejta personali tal-persuna kkonċernata li hija direttament relatata mal-impjieg. Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 82(1e) jqisu l-prattika komuni tal-ipproċessar ta’ dejta dwar l-impjegati fi gruppi ta’ impriżi.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta li mhumiex residenti fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur stabbilit fl-Unjoni, permezz tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom f’pajjiż(i) terz(i).

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet tal-interessi leġittimi segwiti minn kontrollur, ħlief meta dawn l-interessi huma megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta li jeħtieġu l-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari meta s-suġġett tad-dejta jkun minorenni. Dan m’għandux japplika għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet tal-interessi leġittimi segwiti minn kontrollur, jew mill-parti terza jew partijiet terzi li lilhom tiġi żvelata d-dejta, ħlief meta dawn l-interessi huma megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta li jeħtieġu l-protezzjoni tad-dejta personali, b'mod partikolari meta s-suġġett tad-dejta jkun minorenni. Dan m’għandux japplika għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Sabiex is-sistema ta’ negozjar kollettiv tiffunzjona b’mod xieraq, il-junjins għandu jkollhom il-possibilità li jissorveljaw l-osservanza tal-ftehimiet kollettivi. Illum dan qed isir fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46/KE. L-Artikolu 7(f) jirrikonoxxi l-interess leġittimu ta’ parti terza li tipproċessa d-dejta personali. Min jimpjega spiss jitqies bħala l-kontrollur u l-unjoni tal-ħaddiema bħala l-parti terza.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għal diversi setturi u sitwazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali li tirrigwarda lil minorenni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet dwar il-legalità tal-ipproċessar jiffurmaw il-qalba tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta. Peress li d-dispożizzjonijiet dwar l-atti delegati għandhom jiġu limitati biss għal elementi mhux essenzjali tar-Regolament, il-paragrafu 5 għandu jitħassar.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ipproċessar ta’ dejta personali, li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija fi trejdjunjins, u l-ipproċessar ta’ dejta ġenetika jew dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew sentenzi kriminali jew miżuri relatati ta’ sigurtà għandu jkun ipprojbit.

1. L-ipproċessar ta’ dejta personali, li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija u l-attivitajiet fi trejdjunjins, u l-ipproċessar ta’ dejta ġenetika jew dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew sentenzi kriminali jew miżuri relatati ta’ sigurtà għandu jkun ipprojbit.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, minn liema sors ġejja d-dejta personali.

3. Meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, minn liema sors ġejja d-dejta personali. Dan tkun jinkludi dejta akkwistata minn parti terza b’mod illegali u mgħoddija lill-kontrollur.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 17 - paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Filwaqt li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-dejta ta’ dan ir-Regolament, speċjalment il-privatezza bi skop, id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 4 u 6 ta’ dan l-Artikolu ma jibdlux id-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi li jaħżnu dejta biex ikun hemm evidenza dokumentarja tal-istorja ta’ każ partikolari.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) impriża jew organizzazzjoni li timpjega anqas minn 250 persuna li l-ipproċessar tad-dejta personali tkun attività anċillarja mal-attivitajiet ewlenin tagħha.

(b) impriża jew organizzazzjoni li tipproċessa d-dejta personali biss bħala attività anċillarja mal-attivitajiet ewlenin tagħha.

Ġustifikazzjoni

Il-limitu ta’ 250 impjegat iqiegħed lil min iħaddem f’pożizzjoni inugwali, jiddiskrimina kontra impriżi akbar u bl-ebda mod ma huwa meħtieġ biex jintlaħaq il-għan. In-numru ta’ impjegati ma jikkorrelatax mal-ammont jew it-tip ta’ dejta personali miżmuma mill-organizzazzjoni. Organizzazzjoni żgħira b’għadd żgħir ta’ impjegati tista’ tikkontrolla ammont kbir ta’ dejta personali delegata u viċi versa. Minbarra dan, il-limitu mhuwiex interpretat faċilment fl-aspetti kollha.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 35 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur u l-proċessur għandu jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fi kwalunkwe każ meta:

1. Il-kontrollur u l-proċessur, wara li jkunu kisbu l-kunsens tar-rappreżentanza tal-post tax-xogħol, għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fi kwalunkwe każ meta:

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-ipproċessar isir minn awtorità pubblika jew minn korp pubbliku; jew

(a) l-ipproċessar isir minn awtorità pubblika jew minn korp pubbliku jew f’isimhom; or

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ipproċessar isir minn impriża li timpjega 250 persuna jew aktar; jew or

(b) l-ipproċessar isir minn persuna ġuridika u jirrigwarda aktar minn 250 suġġett tad-dejta fis-sena; or

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

l-ipproċessar tad-dejta jkun ta’ natura partikolarment sensittiva, pereżempju medika; jew

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, grupp ta’ impriżi jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta wieħed.

2. Grupp ta’ organizzazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta wieħed fejn dan ikun japplika għal ġurisdizzjoni waħda.

Ġustifikazzjoni

Illum l-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu fil-forma ta’ kważi-intrapriżi f’ħafna oqsma. Ir-regolament m’għandux jipprojbixxi l-possibiltà li jinħatar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta wieħed għal grupp li jkun jikkonsisti kemm f’entitajiet tas-settur pubbliku u kemm ta’ dak privat.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 82 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ipproċessar fil-kuntest tax-xogħol

Standards minimi għall-ipproċessar tad-dejta fil-kuntest tl-impjieg

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jadottaw bil-liġi regoli speċifiċi li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegati fil-kuntest tax-xogħol, b’mod partikolari għall-finijiet tar-reklutaġġ, it-twettiq tal-kuntratt tax-xogħol, inkluż it-twettiq tal-obbligi stabbiliti bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi, il-ġestjoni, l-ippjanar u l-organizzazzjoni tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u għall-għanijiet tal-eżerċizzju u t-tgawdija, fuq bażi individwali jew kollettiva, ta’ drittijiet u benefiċċji relatati max-xogħol, u għall-għan tat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg.

1. L-Istati Membri jistgħu, skont ir-regoli spjegati f’dan ir-Regolament, u filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità, jadottaw permezz ta’ dispożizzjonijiet ġuridiċi regoli speċifiċi li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegati fil-kuntest tax-xogħol, b’mod partikolari għall-finijiet, imma mhux limitat għalihom, tar-reklutaġġ u l-applikazzjonijiet għax-xogħol fi hdan il-grupp ta’ impriżi, it-twettiq tal-kuntratt tal-impjieg, inkluż it-twettiq tal-obbligi stabbiliti bil-liġi u bi ftehimiet kollettivi, il-ftehimiet tal-kumpaniji u l-ftehimiet kollettivi skont il-liġi u l-prattika nazzjonali, il-ġestjoni, l-ippjanar u l-organizzazzjoni tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u għall-għanijiet tal-eżerċizzju u t-tgawdija, fuq bażi individwali jew kollettiva, ta’ drittijiet u benefiċċji relatati max-xogħol, u għall-għan tat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg.

 

Il-livell ta’ protezzjoni mogħti minn dan ir-Regolament ma għandux jitnaqqas. Minkejja s-sentenza preċedenti, fejn isiru arranġamenti permezz ta’ ftehim bejn rappreżentanti tal-ħaddiema u l-ġestjoni tal-impriża jew tal-impriża ta’ kontroll ta’ grupp ta’ impriżi, il-livell ta’ protezzjoni li jagħti dan ir-Regolament ma għandux jitnaqqas b’mod sinifikanti.

 

Id-dritt li għandhom l-Istati Membri – jew tas-sħab soċjali permezz ta’ ftehimiet kollettivi – li jipprovdu lill-impjegati dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni aktar favorevoli fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-impjieg m’għandux jiġi affettwat.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 82 - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-għan tal-ipproċessar ta’ tali dejta għandu jkun marbut direttament mar-raġuni li għaliha nġabret u għandu jibqa’ fil-kuntest tal-impjieg. It-tħejjija ta’ profili (profiling) jew l-użu għal skopijiet sekondarji m’għandhomx ikunu permessi.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. B’deroga mid-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet ġuridiċi tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas l-istandards minimi li ġejjin:

 

(a) l-ipproċessar tad-dejta dwar l-impjegati mingħajr ma l-impjegati jkunu jafu mhuwiex permess. B’deroga mill-ewwel sentenza, l-Istati Membri jistgħu, bil-liġi, jipprovdu għall-ammissibilità ta’ din il-prattika, billi jistabbilixxu skadenzi xierqa għat-tħassir tad-dejta, kemm-il darba jkun jeżisti suspett ibbażat fuq indikazzjonijiet fattwali li għandhom jiġu dokumentati li l-impjegat ikun ikkommetta reat jew nuqqas serju ta’ attenzjoni għad-dmir fil-kuntest tal-impjieg, u kemm-il darba l-ġbir tad-dejta jkun meħtieġ biex il-kwistjoni tiġi ċċarata u kemm-il darba finalment in-natura u l-portata ta’ dan il-ġbir ta’ dejta ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-iskop li għalih huwa maħsub il-ġbir. Il-privatezza u l-ħajja privata tal-impjegati għandhom jiġu protetti f’kull mument. L-investigazzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti;

 

(b) Il-monitoraġġ ottiku-elettroniku miftuħ u/jew il-monitoraġġ akustiku-elettroniku miftuħ ta’ partijiet ta’ impriża li ma jkunux aċċessibbli għall-pubbliku u li jintużaw primarjament għall-ħajja privata tal-impjegati, partikolarment fit-toilets, fiċ-changing rooms, fiż-żoni tal- mistrieħ u fil-kmamar tas-sodda, mhumiex permessi. Is-sorveljanza bil-moħbi hija pprobita f’kull ċirkostanza.

 

(c) fejn impriżi jew awtoritajiet jiġbru u jipproċessaw dejta personali fil-kuntest ta’ eżamijiet mediċi u/jew testijiet ta’ kapaċità, dawn għandhom jispjegaw lill-applikant jew lill-impjegat minn qabel għal liema skop din id-dejta qed tintuża, u jiżguraw li wara jiġu pprovduti din id-dejta flimkien mar-riżultati, u li fuq talba jirċievu spjegazzjoni tas-sinifikat tagħhom. Il-ġbir tad-dejta għall-iskop ta’ ttestjar u analiżijiet ġenetiċi huwa pprojbit bħala kwistjoni ta’ prinċipju.

 

(d) ikunx permess u sa fejn għandu jkun permess ukoll l-użu ta’ telefowns, e-mail, internet u servizzi oħra tat-telekomunikazzjonijiet għal skopijiet privati, jista’ jiġi regolat permezz ta’ ftehim kollettiv. Fejn ma jkun hemm l-ebda possibilità ta’ regolazzjoni permezz ta’ ftehim kollettiv, l-impjegatur għandu jilħaq ftehim dwar din il-kwistjoni direttament mal-impjegat. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kemm hu permess l-użu privat, l-ipproċessar ta’ din id-dejta akkumulata dwar it-traffiku għandu jkun permess b’mod partikolari biex tiġi żgurata s-sigurtà tad-dejta, biex tiġi żgurata l-operazzjoni tajba tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet u għall-finijiet ta’ ħruġ ta’ kontijiet. B’deroga mit-tielet sentenza, l-Istati Membri jistgħu, bil-liġi, jipprovdu għall-ammissibilità ta’ din il-prattika, billi jistabbilixxu skadenzi xierqa għat-tħassir tad-dejta, kemm-il darba jkun jeżisti suspett ibbażat fuq indikazzjonijiet fattwali li għandhom jiġu dokumentati li l-impjegat ikun ikkommetta reat jew nuqqas serju ta’ attenzjoni għad-dmir fil-kuntest tal-impjieg, u kemm-il darba l-ġbir tad-dejta jkun meħtieġ biex il-kwistjoni tiġi ċċarata u kemm-il darba finalment in-natura u l-portata ta’ dan il-ġbir ta’ dejta ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-iskop li għalih huwa maħsub il-ġbir. Il-privatezza u l-ħajja privata tal-impjegati għandha tiġi protetta f’kull mument. L-investigazzjoni għandha titwettaq mill-awtorità kompetenti;

 

(e) id-dejta personali, speċjalment dejta sensittiva bħalma hi l-orjentazzjoni politika u s-sħubija fi trejdjunjins u attivitajiet trejdjunjonistiċi, ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tiġi użata biex impjegati jitqiegħdu fuq hekk imsejħa 'listi suwed', u biex jiġu mgħarbula jew miżmuma milli jieħdu impjieg futur. L-ipproċessar, l-użu fil-kuntest tal-impjieg, it-tfassil u t-trasmissjoni ta’ listi suwed ta’ impjegati huma pprojbiti. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli u jadottaw sanzjonijiet adegwati biex jiżguraw implimentazzjoni effettiva ta’ dan il-punt.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 82 - paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. B’żieda mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, Taqsima 4, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jgawdi protezzjoni speċjali kontra s-sensjar fit-twettiq ta' dmirijietu/dmirijietha u ma għandux ikun is-suġġett ta’ atti diskriminatorji. L-awtoritajiet u l-kumpaniji għandhom jiżguraw ukoll li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun jista’ jwettaq l-attivitajiet kollha b’mod indipendenti skont l-Artikolu 36(2) u jkollu aċċess għal taħriġ, u li l-ispejjeż korrispondenti jitħallsu mill-kontrollur u/jew il-proċessur. Jekk impriżi jkunu jinsabu f’aktar minn Stat Membru wieħed, uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jkun aċċessibbli faċilment għall-impjegati kollha tagħhom f’kull wieħed minn dawn l-Istati Membri.

 

B’żieda mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV, Taqsima 4, l-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta għandu jingħata ħin biżżejjed biex jissodisfa d-dmirijiet relevanti, meta dawn ikunu miżjuda mal-kompiti ġenerali tiegħu. Il-Kunsilli Nazzjonali u Ewropej tax-Xogħlijiet għandhom jiġu kkonsultati fil-ħatra tal-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta u għandhom jingħataw id-dritt kontinwu ta’ konsultazzjoni magħhom.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 82 -paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d. Mingħajr ħsara għad-drittijiet tal-informazzjoni u tal-kodeterminazzjoni ggarantiti mil-liġi nazzjonali tax-xogħol, ir-rappreżentanza tal-post tax-xogħol u l-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet għandhom igawdu d-drittijiet li ġejjin:

 

(a) id-dritt għall-kodeterminazzjoni fir-rigward tal-ħatra tal-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta tal-posta tax-xogħol (Artikolu 35 et seq.);

 

(b) id-dritt li jiġu kkonsultati u li jirċievu informazzjoni mill-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta tal-post tax-xogħol fuq bażi regolari;

 

(c) id-dritt li jirrappreżentaw lill-impjegati milquta f’qorti nazzjonali normali (Artikolu 73) u l-possibilità li jressqu rikorsi kollettivi (Artikolu 75);

 

(d) id-dritt għall-kodeterminazzjoni fir-rigward tat-tfassil ta’ regoli korporattivi vinkolanti (Artikolu 43).

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 82 - paragrafu 1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1e. It-trażmissjoni u l-ipproċessar ta’ dejta personali dwar impjegati bejn impriżi ġuridikament awtonomi fi ħdan grupp ta’ impriżi u ma’ professjonisti li jipprovdu parir ġuridiku u dwar it-taxxi huma permessi, kemm-il darba dan ikun relevanti għall-operazzjoni tan-negozju u jintuża għat-tmexxija ta’ operazzjonijiet speċifiċi jew proċeduri amministrattivi speċifiċi u ma jkunx kuntrarju għall-interessi tal-peruna kkonċernata li jkun jistħoqqilhom jiġu mħarsa. Fejn id-dejta dwar l-impjegati tiġi trażmessa lil pajjiż terz u/jew lil organizzazzjoni internazzjonali, għandu japplika l-Kapitolu V.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 1f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1f. L-Artikolu 7(4) ma japplikax meta l-ipproċessar ta’ dejta jkun maħsub biex ikollu konsegwenzi ġuridikament u ekonomikament vantaġġjużi għall-impjegat.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jadotta skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet ġuridiċi li jadotta skont il-paragrafi 1 u 1b, sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 esklussivament għall-fini li tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-garanzija tal-istandards tekniċi u ta’ sikurezza l-aktar reċenti għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 1e. Għandhom jitqiesu l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-implimentazzjoni, ir-riskji rappreżentati mill-ipproċessar u l-ħtieġa korrispondenti li d-dejta tiġi protetta.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 82 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fuq proposta tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jeżaminaw mill-ġdid l-Artikolu 82 sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data msemmija fl-Artikolu 91(2). Dawn għandhom jilħqu deċiżjoni dwar din il-proposta skont il-proċedura tal-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

PROĊEDURA

Titolu

Protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Data Ġenerali)

Referenzi

COM(2012)0011 – C7-0025/2012 – 2012/0011(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.2.2012

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

24.5.2012

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Nadja Hirsch

20.4.2012

Eżami fil-kumitat

28.11.2012

23.1.2013

20.2.2013

 

Data tal-adozzjoni

21.2.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

3

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Philippe Boulland, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Emer Costello, Frédéric Daerden, Sari Essayah, Richard Falbr, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Sergio Gutiérrez Prieto, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou, Csaba Sógor

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Nirj Deva, Pat the Cope Gallagher

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (26.2.2013)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Dejta Ġenerali)
(COM(2012)0011 – C7‑0025/2012 – 2012/0011(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Seán Kelly

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fil-25 ta’ Jannar 2012 il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat riforma komprensiva tar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE. Ir-regolament propost għandu l-għan li jarmonizza d-drittijiet tal-privatezza onlajn u jiggarantixxi l-moviment liberu ta' tali dejta fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

Ir-regolament propost għandu l-għan ukoll li:

· jadatta l-protezzjoni tad-dejta għad-domanda mibdula tad-dinja diġitali, bl-għarfien li d-dispożizzjonijiet attwali ġew adottati 17-il sena ilu meta inqas minn 1 % tal-Ewropej kienu jużaw l-internet;

· jipprevjeni d-diverġenzi attwali fl-infurzar tar-regoli tal-1995 mill-Istati Membri differenti u jiżgura li d-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali jiġu applikati b’mod uniformi fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tal-Unjoni;

· jirrinforza l-fiduċja tal-konsumatur f’servizzi onlajn b’informazzjoni aħjar dwar id-drittijiet u l-protezzjoni tad-dejta bl-introduzzjoni tad-dritt għar-rettifika, id-dritt li jkun minsi u għat-tħassir, id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta u d-dritt għall-oġġezzjoni;

· jagħti spinta lis-Suq Uniku Diġitali filwaqt li jitnaqqsu l-frammentazzjoni attwali u l-piżijiet amministrattivi, u b’mod aktar ġenerali, għandu rwol importanti fl-Istrateġija Ewropa 2020.

Meta mqabbel mad-Direttiva 95/46/KE eżistenti, ir-regolament propost jintroduċi uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta obbligatorju għas-settur pubbliku, u fis-settur privat, għal intrapriżi kbar b’aktar minn 250 persuna u għal dawk l-intrapriżi li l-attività ewlenija tagħhom tikkonċerna l-ipproċessar tad-dejta personali.

Sar ukoll titjib fir-rigward tat-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

Il-proposta attwali tistabbilixxi l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u tipprovdi sanzjonijiet, pieni u drittijiet għall-kumpens fil-każ ta’ ksur tar-Regolament.

Ir-rapporteur jappoġġja sostanzjalment l-għanijiet ewlenin tal-proposta tal-Kummissjoni.

It-tibdiliet proposti għandhom jgħinu sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi eċċessivi għal intrapriżi, speċjalment għal dawk l-intrapriżi li integraw il-kontabbiltà tal-privatezza, u jiggarantixxu ċertu livell ta’ flessibbiltà fir-rigward ta’ xi dispożizzjonijiet tar-Regolament, b’mod partikolari dawk li jirrigwardjaw il-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà u n-notifika lill-awtorità superviżorja. Jeħtieġ li jiġu ċċarati, kontestwalizzati u ssimplifikati wkoll xi definizzjonijiet u aspetti tat-test oriġinali.

Ir-rapporteur ipprijoritizza approċċ kwalitattiv aktar milli kwantitattiv għall-protezzjoni tad-dejta li jiffoka fuq governanza korporattiva, abbażi tal-prinċipju ta’ responsabbiltà imsemmi hawn fuq, kif oppost għad-dipendenza eċċessiva fuq il-kunsens jew il-proċeduri burokratiċi ta’ dokumentazzjoni, li madankollu għandhom ukoll rwol fil-protezzjoni tad-dejta.

Huwa importanti li titpoġġa enfasi wkoll fuq ir-rwol ta’ soluzzjonijiet tekniċi bħall-privatezza fid-disinn, psewdonimizzazzjoni u anonimizzazzjoni tad-dejta, filwaqt illi tiġi prijoritizzata l-protezzjoni ta’ dejta sensittiva u miżuri mmirati ta’ konformità.

Ir-rapporteur jixtieq jenfasizza l-importanza li jiġu evitati konsegwenzi mhux intenzjonati li jista’ jkollhom konsegwenzi negattivi fl-oqsma tal-libertà tal-istampa, ir-riċerka tas-saħħa, il-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja, il-ġlieda kontra l-frodi fl-isport u l-innovazzjoni fit-twassil ta’ netwerks intelliġenti għall-enerġija u sistemi intelliġenti għat-trasport.

Aspett ieħor tal-proposta jikkonċerna n-numru importanti ta’ atti ddelegati. Ir-rapporteur jikkunsidra li l-użu tal-atti ddelegati huwa estensiv wisq u jipproponi li jħassar il-maġġoranza tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,

Emenda  2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni hija dritt fundamentali skont l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan id-dritt jinkludi l-libertà ta’ opinjoni u l-libertà li wieħed jirċievi jew jagħti informazzjoni u ideat mingħajr indħil mill-awtorità pubblika u indipendentement mill-fruntieri. Il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja għandhom ikunu rrispettati.

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir referenza espliċita għal-libertà tal-informazzjoni u d-dritt għall-espressjoni libera li huma drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Il-protezzjoni tal-privatezza tal-individwi għandha tkun il-punt ta’ tluq għal kif tiġi trattata d-dejta personali fir-reġistri pubbliċi.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-prinċipji ta’ aċċess liberu għal informazzjoni li jikkaratterizzaw l-Istati Membri permezz tat-tradizzjonijiet kostituzzjonali tagħhom m’għandhomx jiddgħajfu, filwaqt li l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa kif espressi fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu salvagwardjati.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u l-globalizzazzjoni ġabu sfidi ġodda għall-protezzjoni tad-dejta personali. L-iskala ta’ qsim u ġbir tad-dejta żdiedet b’mod impressjonanti. It-teknoloġija tippermetti kemm lil kumpaniji privati kif ukoll lil awtoritajiet pubbliċi li jagħmlu użu minn dejta personali fuq skala mingħajr preċedenti sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom. L-individwi qegħdin dejjem aktar jagħmlu l-informazzjoni personali disponibbli pubblikament u globalment. It-teknoloġija bidlet kemm l-ekonomija kif ukoll il-ħajja soċjali, u teħtieġ li tiffaċilita aktar il-fluss liberu tad-dejta fl-Unjoni u t-trasferiment lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, filwaqt li tassigura livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali.

(5) L-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u l-globalizzazzjoni ġabu sfidi ġodda għall-protezzjoni tad-dejta personali. L-iskala ta’ qsim u ġbir tad-dejta żdiedet b’mod impressjonanti. It-teknoloġija tippermetti kemm lil kumpaniji privati kif ukoll lil awtoritajiet pubbliċi li jagħmlu użu minn dejta personali fuq skala mingħajr preċedenti sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom. L-individwi qegħdin dejjem aktar jagħmlu l-informazzjoni personali disponibbli pubblikament u globalment. It-teknoloġija bidlet kemm l-ekonomija kif ukoll il-ħajja soċjali, u teħtieġ salvagwardji legali mtejba li jiffaċilitaw il-fluss liberu tad-dejta fl-Unjoni u t-trasferiment lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, u li jassiguraw livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li r-Regolament għandu żewġ għanijiet – il-protezzjoni ta’ dejta personali u li jippermetti l-fluss liberu tagħha fl-Unjoni – l-ewwel għan għandu jkun enfasizzat aktar għaliex dan huwa dritt fundamentali

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Fost teknoloġiji oħra, il-cloud computing għandu l-potenzjal li jittrasforma l-ekonomija Ewropea, sakemm jiġu stabbiliti miżuri xierqa għas-sikurezza tad-dejta u għall-protezzjoni tad-dejta. Sabiex ikun żgurat l-ogħla livell ta' sikurezza ta’ dejta personali, huwa essenzjali li nifhmu d-drittijiet u l-obbligi ta’ dawk li jiġbru d-dejta u li jipproċessaw id-dejta f'dan ir-Regolament.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex ikun assigurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tal-individwi u sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-flussi tad-dejta personali, il-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-dejta għandu jkun l-istess fl-Istati Membri kollha. L-applikazzjoni konsistenti u omoġenea tar-regoli għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali għandha tkun assigurata fl-Unjoni kollha.

(8) Sabiex ikun assigurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tal-individwi u sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-flussi tad-dejta personali, il-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ din id-dejta għandu jkun ekwivalenti fl-Istati Membri kollha u identiku fejn ikun possibbli. L-applikazzjoni konsistenti u omoġenea tar-regoli għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali għandha tkun assigurata fl-Unjoni kollha.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli għall-ipproċessar tad-dejta teoretikament diġà huma “ekwivalenti” fl-Istati Membri kollha. Il-falliment ta’ dan l-approċċ huwa l-loġika għalfejn din il-proposta hija Regolament. Din il-premessa għandha tirrifletti dan il-ħsieb b’mod adegwat.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Artikolu 16(2) tat-Trattat jagħti mandat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u r-regoli relatati mal-moviment liberu tad-dejta personali.

(10) L-Artikolu 16(2) tat-Trattat jagħti mandat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jistabbilixxu r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u r-regoli relatati mal-moviment liberu tad-dejta personali.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex ikun żgurat livell konsistenti ta’ protezzjoni għall-individwi fl-Unjoni kollha u sabiex ma jkunx hemm diverġenzi li jfixklu l-moviment liberu tad-dejta fis-suq intern, hemm bżonn ta’ Regolament li jipprovdi ċertezza legali u trasparenza għall-operaturi ekonomiċi, inklużi l-mikroimpriżi l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, u biex jipprovdi l-individwi fl-Istati Membri kollha bl-istess livell ta’ drittijiet infurzabbli bil-liġi u obbligi u responsabbiltajiet għall-kontrolluri u għall-proċessuri, sabiex ikun żgurat monitoraġġ konsistenti tal-ipproċessar tad-dejta personali, u sanzjonijiet ugwali fl-Istati Membri kollha kif ukoll kooperazzjoni effettiva mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Istati Membri differenti. Biex jieħu kont tas-sitwazzjoni speċifika ta’ mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju, dan ir-Regolament jinkludi numru ta’ derogi. Barra minn hekk, il-korpi u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tagħhom huma mħeġġa biex jieħdu kont tal-bżonnijiet speċifiċi ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Il-kunċett ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju għandu jiġi bbażat fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(11) Sabiex ikun żgurat livell konsistenti ta’ protezzjoni għall-individwi fl-Unjoni kollha u sabiex ma jkunx hemm diverġenzi li jfixklu l-moviment liberu tad-dejta fis-suq intern, hemm bżonn ta’ Regolament li jipprovdi ċertezza legali u trasparenza għall-operaturi ekonomiċi, inklużi l-mikroimpriżi l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, u biex jipprovdi l-individwi fl-Istati Membri kollha bl-istess livell ta’ drittijiet infurzabbli bil-liġi u obbligi u responsabbiltajiet għall-kontrolluri u għall-proċessuri, sabiex ikun żgurat monitoraġġ konsistenti tal-ipproċessar tad-dejta personali, u sanzjonijiet ugwali fl-Istati Membri kollha kif ukoll kooperazzjoni effettiva mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Istati Membri differenti. Fejn jintwera li huwa meħtieġ u mingħajr ma jxekkel il-protezzjoni ta’ dejta personali jew il-prinċipji tas-suq intern sabiex jieħu kont tas-sitwazzjoni speċifika ta’ mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju, dan ir-Regolament jinkludi numru ta’ derogi. Barra minn hekk, il-korpi u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tagħhom huma mħeġġa biex jieħdu kont tal-bżonnijiet speċifiċi ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, u jieħdu kont ukoll tal-prinċipju 'L-Ewwel Aħseb fiż-Żgħir', sabiex l-interessi tal-mikroimpriżi u tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju jiġu kkunsidrati sa mill-istadji bikrija tat-tfassil tal-politika. Il-kunċett ta' mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju għandu jiġi bbażat fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 rigward id-definizzjoni ta’ mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-protezzjoni mogħtija minn dan ir-Regolament tirrigwarda lill-persuni fiżiċi, tkun xi tkun in-nazzjonalità jew il-post ta’ residenza tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. Fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta li jikkonċerna l-persuni ġuridiċi u b’mod partikolari l-impriżi stabbiliti bħala persuni ġuridiċi, inkluż l-isem u l-forma tal-persuna ġuridika u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna ġuridika, il-protezzjoni ta’ dan ir-Regolament m'għandhiex tintalab minn kwalunkwe persuna. Dan għandu japplika wkoll fejn l-isem tal-persuna ġuridika jkun fih l-ismijiet ta' persuna fiżika waħda jew aktar.

(12) Il-protezzjoni mogħtija minn dan ir-Regolament tirrigwarda lill-persuni fiżiċi, tkun xi tkun in-nazzjonalità jew il-post ta’ residenza tagħhom, fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. Fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta li jikkonċerna l-persuni ġuridiċi u b’mod partikolari l-impriżi stabbiliti bħala persuni ġuridiċi, inkluż l-isem u l-forma tal-persuna ġuridika u d-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna ġuridika, il-protezzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tintalab ukoll minn kwalunkwe persuna.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Dan ir-Regolament mhuwiex iżolat mill-atti legali l-oħra tal-Unjoni. Il-limitazzjonijiet tar-responsabbiltà tad-direttiva dwar il-kummerċ elettroniku għandhom struttura orizzontali u għalhekk japplikaw għall-informazzjoni kollha. Dan ir-Regolament jiddetermina x’jikkostitwixxi ksur tal-protezzjoni tad-dejta filwaqt illi d-direttiva dwar il-kummerċ elettroniku tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom il-fornitur tas-servizz tal-informazzjoni huwa responsabbli għall-ksur mill-parti terza tal-liġi.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jiġu spjegati aktar fi premessa, ir-raġunijiet għal referenza għal-limitazzjonijiet tar-responsabbiltà tad-direttiva dwar il-kummerċ elettroniku.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-prinċipji tal-protezzjoni għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna hijiex identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra sabiex tidentifika lill-individwu. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta ma għandhomx japplikaw għal dejta li tkun saret anonima b’mod li s-suġġett tad-dejta ma jibqax identifikabbli.

(23) Il-prinċipji tal-protezzjoni għandhom japplikaw biss għal informazzjoni speċifika dwar persuna identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna hijiex identifikabbli, għandhom jitqiesu: (i) biss dawk il-mezzi li aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra sabiex tidentifika lill-individwu, u (ii) il-probabilità li persuna tkun identifikata. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta ma għandhomx japplikaw għal dejta li tkun saret anonima b’mod li s-suġġett tad-dejta ma jibqax identifikabbli mid-dejta, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-aktar teknoloġija avvanzata u x-xejriet teknoloġiċi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Dan ir-Regolament jirrikonoxxi li l-psewdonimizzazzjoni hija ta’ benefiċċju għas-suġġetti kollha tad-dejta għax, skont id-definizzjoni, id-dejta personali tiġi mibdula sabiex din waħedha ma tkunx tista’ tiġi attribwita lil suġġett tad-dejta mingħajr l-użu ta’ dejta addizzjonali. Permezz ta’ dan, il-kontrolluri għandhom ikunu mħeġġa li jużaw il-prattika li jwettqu psewdonimizzazzjoni tad-dejta.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Meta jużaw is-servizzi onlajn, l-individwi jistgħu jiġu assoċjati ma’ identifikaturi onlajn ipprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli tagħhom, bħal indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew identifikaturi tal-cookies. Dan jista’ jħalli traċċi li, flimkien ma’ identifikaturi uniċi u informazzjoni oħra li jirċievu s-servers, jistgħu jintużaw sabiex jinħolqu profili tal-individwi u jidentifikawhom, dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar li jinvolvi dejta bħal din. Minn dan isegwi li n-numri ta’ identifikazzjoni, id-dejta ta’ lokazzjoni, l-identifikaturi onlajn jew fatturi speċifiċi oħra bħala tali ma għandhomx bżonn neċessajament li jiġu kkunsidrati bħala dejta personali fiċ-ċirkostanzi kollha.

(24) Meta jużaw is-servizzi onlajn, l-individwi jistgħu jiġu assoċjati ma’ identifikaturi onlajn ipprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli tagħhom, bħal indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew identifikaturi tal-cookies. Dan jista’ jħalli traċċi li, flimkien ma’ identifikaturi uniċi u informazzjoni oħra li jirċievu s-servers, jistgħu jintużaw sabiex jinħolqu profili tal-individwi u jidentifikawhom, dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar li jinvolvi dejta bħal din. Minn dan isegwi li n-numri ta’ identifikazzjoni, id-dejta ta’ lokazzjoni, l-identifikaturi onlajn jew fatturi speċifiċi oħra ma għandhomx bżonn neċessarjament li jiġu kkunsidrati bħala dejta personali fiċ-ċirkostanzi kollha.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-kunsens għandu jingħata b’mod espliċitu permezz ta’ kwalunkwe metodu xieraq li jippermetti indikazzjoni speċifika u informata mogħtija liberament ta’ dak li jixtieq is-suġġett tad-dejta, jew fuq dikjarazzjoni jew minn azzjoni affermattiva mis-suġġett tad-dejta, li jassigura li l-individwi huma konxji li qegħdin jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta’ dejta personali, inkluż billi jimmarkaw kaxxa meta jżuru sit elettroniku tal-Internet jew kwalunkwe dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f’dan il-kuntest tindika b’mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-dejta tal-ipproċessar propost tad-dejta personali tiegħu. Is-silenzju jew in-nuqqas ta’ attività għaldaqstant ma għandhomx jitqiesu bħala kunsens. Il-kunsens għandu jkopri l-attivitajiet ta' pproċessar kollha li jsiru għall-istess għan jew għanijiet. Jekk il-kunsens tas-suġġett għandu jingħata wara talba elettronika, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li qegħda tiġi pprovduta għalih.

(25) Il-kunsens għandu jingħata b’mod mhux ambigwu permezz ta’ kwalunkwe metodu xieraq fil-kuntest tal-prodott jew servizz li qed jiġi offrut li jippermetti indikazzjoni speċifika u informata mogħtija liberament ta’ dak li jixtieq is-suġġett tad-dejta, jew fuq dikjarazzjoni jew minn azzjoni affermattiva mis-suġġett tad-dejta, li jassigura li l-individwi huma konxji li qegħdin jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta’ dejta personali, inkluż billi jimmarkaw kaxxa meta jżuru sit elettroniku tal-Internet jew kwalunkwe dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f’dan il-kuntest tindika b’mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-dejta tal-ipproċessar propost tad-dejta personali tiegħu. Is-silenzju jew in-nuqqas ta’ attività għaldaqstant ma għandhomx jitqiesu bħala kunsens. Il-kunsens għandu jkopri l-attivitajiet ta pproċessar kollu li jsir għall-istess għan jew għanijiet. Jekk il-kunsens tas-suġġett għandu jingħata wara talba elettronika, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li qegħda tiġi pprovduta għalih.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Dan ir-Regolament jirrikonoxxi li l-psewdonimizzazzjoni tad-dejta tista’ tgħin biex jiġu minimizzati r-riskji għall-privatezza tas-suġġetti tad-dejta. Sa fejn il-kontrollur jagħmel il-psewdonimizzazzjoni tad-dejta, dan l-ipproċessar għandu jitqies ġustifikat bħala interess leġittimu tal-kontrollur skont il-punt (f) tal-Artikolu 6(1).

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Id-dejta personali relatata mas-saħħa għandha tinkludi b’mod partikolari d-dejta kollha li għandha x’taqsam mal-istatus tas-saħħa ta’ suġġett tad-dejta; informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-individwu għall-provvediment ta’ servizzi tas-saħħa; informazzjoni dwar ħlasijiet jew eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa fir-rigward tal-individwu; numru, simbolu jew partikolari assenjat lil individwu għall-identifikazzjoni unika tal-individwu għall-finijiet ta’ saħħa; kull informazzjoni dwar l-individwu miġbura fil-kors tal-għoti tas-servizzi tas-saħħa lill-individwu; informazzjoni miġbura mill-ittestjar jew l-eżaminazzjoni ta’ parti mill-ġisem jew sustanza tal-ġisem, inkluż kampjuni bijoloġiċi; identifikazzjoni ta’ persuna bħala fornitur ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu; jew kwalunkwe informazzjoni dwar, pereżempju, marda, diżabbiltà, riskju ta’ mard, storja medika, kura klinika, jew l-istat fiżjoloġiku jew bijomediku attwali tas-suġġett tad-dejta indipendentement mis-sors tiegħu, pereżempju. mingħand tabib jew professjonista mediku ieħor, sptar, apparat mediku, jew test dijanjostiku in vitro.

(26) Id-dejta personali relatata mas-saħħa għandha tinkludi b’mod partikolari d-dejta personali kollha li għandha x’taqsam mal-istatus tas-saħħa ta’ suġġett tad-dejta inkluża l-informazzjoni ġenetika; informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-individwu għall-provvediment ta’ servizzi tas-saħħa; informazzjoni dwar ħlasijiet jew eliġibbiltà għall-kura tas-saħħa fir-rigward tal-individwu; numru, simbolu jew partikolari assenjat lil individwu għall-identifikazzjoni unika tal-individwu għall-finijiet ta’ saħħa; kull informazzjoni dwar l-individwu miġbura fil-kors tal-għoti tas-servizzi tas-saħħa lill-individwu; dejta personali miġbura mill-ittestjar jew l-eżaminazzjoni ta’ parti mill-ġisem, sustanza tal-ġisem jew kampjun bijoloġiku; identifikazzjoni ta’ persuna bħala fornitur ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu; jew kwalunkwe informazzjoni dwar, pereżempju, marda, diżabbiltà, riskju ta’ mard, storja medika, kura klinika, jew l-istat fiżjoloġiku jew bijomediku attwali tas-suġġett tad-dejta indipendentement mis-sors tiegħu, pereżempju. mingħand tabib jew professjonista mediku ieħor, sptar, apparat mediku, jew test dijanjostiku in vitro.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-istabbiliment ewlieni ta’ kontrollur fl-Unjoni għandu jkun stabbilit skont kriterji oġġettivi u għandu jimplika l-eżerċizzju reali u effettiv ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar permezz ta’ arranġamenti stabbli. Dan il-kriterju m’għandux jiddependi fuq il-fatt jekk l-ipproċessar tad-dejta personali jsirx effettivament f’dak il-post; il-preżenza u l-użu ta’ mezzi tekniċi u teknoloġiji għall-ipproċessar tad-dejta jew l-ipproċessar ta’ attivitajiet, minnhom infushom, ma jikkostitwixxux dan l-istabbilment ewlieni u għaldaqstant mhumiex kriterju determinanti għal stabbilment ewlieni. L-istabbilment ewlieni tal-proċessur għandu jkun il-post fejn tinsab l-amministrazzjoni ċentrali fl-Unjoni.

(27) Fejn kontrollur jew proċessur ikollu stabbilimenti multipli fl-Unjoni, inkluż iżda mhux illimitat għal każijiet fejn il-kontrollur jew il-proċessur huwa grupp ta’ impriżi, l-istabbiliment ewlieni ta’ kontrollur fl-Unjoni għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandu jkun stabbilit skont kriterji oġġettivi u għandu jimplika l-eżerċizzju reali u effettiv ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar permezz ta’ arranġamenti stabbli. Dan il-kriterju m’għandux jiddependi fuq il-fatt jekk l-ipproċessar tad-dejta personali jsirx effettivament f’dak il-post; il-preżenza u l-użu ta’ mezzi tekniċi u teknoloġiji għall-ipproċessar tad-dejta jew l-ipproċessar ta’ attivitajiet, minnhom infushom, ma jikkostitwixxux dan l-istabbilment ewlieni u għaldaqstant mhumiex kriterju determinanti għal stabbilment ewlieni.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Grupp ta’ impriżi għandu jkopri impriża li tikkontrolla u l-impriżi kkontrollati tagħha, fejn l-impriża li tikkontrolla għandha tkun l-impriża li tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-impriżi l-oħrajn permezz, pereżempju, tas-sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha jew is-setgħa li timplimenta r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

(28) Grupp ta’ impriżi għandu jkopri impriża li tikkontrolla u l-impriżi kkontrollati tagħha, fejn l-impriża li tikkontrolla għandha tkun l-impriża li tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-impriżi l-oħrajn permezz, pereżempju, tas-sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha jew is-setgħa li timplimenta r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. Grupp ta’ impriżi jista’ jinnomina stabbiliment prinċipali uniku fl-Unjoni.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) It-tfal jixirqilhom protezzjoni speċifika tad-dejta personali tagħhom, minħabba li dawn jistgħu jkunu inqas konxji tar-riskji, il-konsegwenzi, is-salvagwardji u d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali. Sabiex ikun stabbilit jekk individwu huwiex minorenni, dan ir-Regolament għandu jassumi d-definizzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti.

(29) It-tfal jixirqilhom protezzjoni speċifika tad-dejta personali tagħhom, minħabba li dawn jistgħu jkunu inqas konxji tar-riskji, il-konsegwenzi, is-salvagwardji u d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali. Din il-protezzjoni hija partikolarment importanti fil-kuntest ta’ netwerks soċjali, fejn it-tfal għandhom ikunu konxji mill-identitajiet ta’ dawk li jkunu qed jikkomunikaw magħhom. Sabiex ikun stabbilit jekk individwu huwiex minorenni, dan ir-Regolament għandu jassumi d-definizzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti. L-ebda referenza għall-protezzjoni tat-tfal f’dan ir-Regolament ma għandha tinftiehem bħala istruzzjoni impliċita li l-protezzjoni tad-dejta personali tal-adulti għandha tkun trattata b’anqas attenzjoni milli kien ikun il-każ li kieku din ir-referenza ma ġietx inkluża.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali għandu jkun legali, ġust u trasparenti fir-rigward tal-individwi kkonċernati. B’mod partikolari, l-objettivi speċifiċi li għalihom tiġi pproċessata d-dejta għandhom ikunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti meta tinġabar id-dejta. Id-dejta għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ għall-għanijiet li għalihom id-dejta qiegħda tkun ipproċessata; dan jeħtieġ b’mod partikolari li jiġi żgurat li d-dejta miġbura ma tkunx eċċessiva u li l-perjodu li matulu ser tkun maħżuna d-dejta jkun strettament limitat. Id-dejta personali għandha tkun ipproċessata biss jekk l-għan tal-ipproċessar ma setax jintlaħaq mod ieħor. Għandu jittieħed kull pass raġonevoli sabiex ikun żgurat li d-dejta personali li ma tkunx eżatta tiġi rettifikata jew imħassra. Sabiex ikun assigurat li d-dejta ma tibqax miżmuma għal aktar żmien minn kemm meħtieġ, il-kontrollur għandu jistabbilixxi limiti ta’ żmien għat-tħassir jew għal reviżjoni kultant żmien.

(30) Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali għandu jkun legali, ġust u trasparenti fir-rigward tal-individwi kkonċernati. B’mod partikolari, l-objettivi speċifiċi li għalihom tiġi pproċessata d-dejta għandhom ikunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti meta tinġabar id-dejta. Id-dejta għandha tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għanijiet li għalihom id-dejta qiegħda tkun ipproċessata; dan jeħtieġ b’mod partikolari li jiġi żgurat li d-dejta miġbura ma tkunx eċċessiva u li l-perjodu li matulu ser tkun maħżuna d-dejta jkun strettament limitat. Id-dejta personali għandha tkun ipproċessata biss jekk l-għan tal-ipproċessar ma setax jintlaħaq mod ieħor. Għandu jittieħed kull pass raġonevoli sabiex ikun żgurat li d-dejta personali li ma tkunx eżatta tiġi rettifikata jew imħassra. Sabiex ikun assigurat li d-dejta ma tibqax miżmuma għal aktar żmien minn kemm meħtieġ, il-kontrollur għandu jistabbilixxi limiti ta’ żmien għat-tħassir jew għal reviżjoni kultant żmien.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Sabiex l-ipproċessar ikun legali, id-dejta personali għandha tkun ipproċessata fuq il-bażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew xi bażi leġittima oħra, stabbilita mil-liġi, jew f’dan ir-Regolament jew f’liġi oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru kif imsemmi f’dan ir-Regolament.

(31) Sabiex l-ipproċessar ikun legali, id-dejta personali għandha tkun ipproċessata fuq waħda mill-bażijiet leġittimi stabbiliti mil-liġi, jew f’dan ir-Regolament jew f’liġi oħra tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru kif imsemmi f’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tinkoraġġixxi użu xieraq ta’ kunsens, b’mod ugwali fost ir-raġunijiet l-oħra għall-ipproċessar legali stabbilit fl-Artikolu 6.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jkollu l-oneru li jipprova li s-suġġett tad-dejta ta l-kunsens tiegħu għall-operazzjoni ta’ pproċessar. B’mod partikolari fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub fuq kwistjoni oħra, is-salvagwardji għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-dejta huwa konxju dwar u sa liema punt ta l-kunsens.

(32) Meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jkollu l-oneru li jipprova li s-suġġett tad-dejta ta l-kunsens tiegħu għall-operazzjoni ta’ pproċessar. B’mod partikolari fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub fuq kwistjoni oħra, is-salvagwardji għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-dejta huwa konxju dwar u sa liema punt ta l-kunsens. Biex jikkonforma mal-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-dejta, dan il-piż tal-prova la għandu jinftiehem bħala li jirrikjedi identifikazzjoni pożittiva tas-suġġetti tad-dejta sakemm dan ma jkunx meħtieġ, u lanqas jikkawża li aktar dejta tkun ipproċessata milli kieku kien ikun il-każ.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a) Il-kunsens ma jistax ikun il-mezz primarju jew l-aktar mixtieq sabiex jiġi leġittimizzat l-ipproċessar tad-dejta personali. L-użu ta’ kunsens fil-kuntest it-tajjeb huwa kruċjali, iżda wieħed għandu jiddependi fuqu biss bħala l-bażi leġittima għall-ipproċessar meta s-suġġetti tad-dejta jistgħu b’mod sinifikanti u faċilment jipprovdu u jirrevokaw il-kunsens tagħhom. Meta jintuża f’kuntesti mhux xierqa, il-kunsens jitlef il-valur tiegħu u jpoġġi piż mhux meħtieġ fuq is-suġġett tad-dejta. Pereżempju, il-kunsens mhuwiex ġustifikazzjoni xierqa meta l-ipproċessar huwa meħtieġ għal servizz li l-utent ikun talab jew meta s-suġġetti ma jistgħux jirrifjutaw il-kunsens mingħajr ma jkollhom impatt fuq is-servizz sottostanti. F’dawn il-kuntesti u f’kuntesti oħra, il-kontrolluri tad-dejta għandhom jimmiraw sabiex jiżguraw il-legalità tal-ipproċessar fuq bażi leġittima oħra.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tallinja t-test mal-Artikolu 29 tal-Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma 15/2011 dwar id-definizzjoni ta’ kunsens (p. 10) billi tirrinforza l-punt li l-kunsens jista’ ma jkunx utli jew jista’ jkun ta’ ħsara assoluta għall-protezzjoni tal-privatezza meta jintuża b’mod eċċessiv, b’mod partikolari f’servizzi tal-informazzjoni.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-kunsens m’għandhux jipprovdi raġuni legali valida għall-ipproċessar tad-dejta personali, meta jkun hemm żbilanċ ċar bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur. Dan huwa speċjalment il-każ fejn is-suġġett tad-dejta jinsab f’sitwazzjoni ta’ dipendenza mill-kontrollur, fost oħrajn, fejn id-dejta personali hija pproċessata mill-impjegatur tad-dejta personali tal-impjegati fil-kuntest tal-impjieg. Fejn il-kontrollur huwa awtorità pubblika, jkun hemm żbilanċ biss fl-operazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta fejn l-awtorità pubblika tista’ timponi obbligu permezz tas-setgħat pubbliċi relevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li ġie mogħti awtomatikament, filwaqt li jittieħed kont tal-interessi tas-suġġett tad-dej.

(34) Il-kunsens m’għandux jipprovdi raġuni legali valida għall-ipproċessar tad-dejta personali, meta jkun hemm żbilanċ ċar bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur. Dan huwa speċjalment il-każ fejn is-suġġett tad-dejta jinsab f’sitwazzjoni ta’ dipendenza mill-kontrollur. Fejn il-kontrollur huwa awtorità pubblika, jkun hemm żbilanċ biss fl-operazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta fejn l-awtorità pubblika tista’ timponi obbligu permezz tas-setgħat pubbliċi relevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li ġie mogħti awtomatikament, filwaqt li jittieħed kont tal-interessi tas-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

M’għandux ikun hemm dubju dwar il-kunsens għall-ipproċessar tad-dejta f’impjieg, minħabba li dan jingħata ħafna drabi jekk jikkonċerna oqsma li fihom huwa fl-interess tal-impjegati rispettivi li jippermettu l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 36a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a) Il-kompiti mwettqa fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali jinkludu l-ipproċessar ta’ dejta personali li huwa meħtieġ għall-ġestjoni u l-funzjonament ta’ dawn l-awtoritajiet.

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa aktar indikazzjoni dwar dak li jista’ jkun kopert eżattament mill-obbligu legali jew il-kompiti mwettqa fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) L-interessi leġittimi ta’ kontrollur jistgħu jipprovdu bażi legali għall-ipproċessar, diment li l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jkunux aktar importanti. Dan ikun jeħtieġ evalwazzjoni attenta b’mod partikolari fejn is-suġġett tad-dejta jkun minorenni, minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar, għal raġunijiet li huma relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom u mingħajr ħlas. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, il-kontrollur għandu jkun obbligat li jinforma espliċitament lis-suġġett tad-dejta dwar l-interessi leġittimi segwiti u dwar id-dritt li joġġezzjona, u jkun obbligat ukoll li jiddokumenta dawn l-interessi . Minħabba li hija r-responsabbiltà tal-leġiżlatur li jipprovdi bil-liġi l-bażi legali għall-awtoritajiet pubbliċi sabiex jipproċessaw id-dejta, din il-bażi legali ma għandhiex tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(38) L-interessi leġittimi ta’ kontrollur, jew tal-parti terza jew partijiet terzi li fl-interess tagħhom tiġi pproċessata d-dejta, jistgħu jipprovdu bażi legali għall-ipproċessar, diment li l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jkunux aktar importanti. Biex tkun żgurata ċarezza, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jistabbilixxi linji gwida komprensivi dwar dak li jista’ jkun definit bħala “interess leġittimu”. L-ipproċessar ikun jeħtieġ evalwazzjoni attenta b’mod partikolari fejn is-suġġett tad-dejta jkun minorenni, minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar, mingħajr ħlas. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, il-kontrollur għandu jkun obbligat li jinforma espliċitament lis-suġġett tad-dejta dwar l-interessi leġittimi segwiti u dwar id-dritt li joġġezzjona, u jkun obbligat ukoll li jiddokumenta dawn l-interessi . Minħabba li hija r-responsabbiltà tal-leġiżlatur li jipprovdi bil-liġi l-bażi legali għall-awtoritajiet pubbliċi sabiex jipproċessaw id-dejta, din il-bażi legali ma għandhiex tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) L-ipproċessar ta’ dejta personali għal finijiet oħra għandu jkun permess biss meta l-ipproċessar ikun kompatibbli ma’ dawk l-għanijiet li għalihom id-dejta nġabret inizjalment, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar huwa meħtieġ għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika. Meta l-għan l-ieħor mhuwiex kompatibbli ma’ dak inizjali li għalih inġabret id-dejta, il-kontrollur għandu jikseb il-kunsens tas-suġġett tad-dejta għal dan l-għan ieħor jew għandu jibbaża l-ipproċessar fuq bażi leġittima oħra għall-ipproċessar legali, b’mod partikolari fejn ipprovdut mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li l-kontrollur huwa soġġett għalih. Fi kwalunkwe każ, l-applikazzjoni b’mod partikolari tal-prinċipji stabbiliti minn dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta dwar dawk l-għanijiet ulterjuri għandhom ikunu żgurat.

(40) L-ipproċessar ta’ dejta personali għal finijiet oħra għandu jkun permess biss meta l-ipproċessar ikun kompatibbli ma’ dawk l-għanijiet li għalihom id-dejta nġabret inizjalment, bħal pereżempju fejn l-ipproċessar huwa meħtieġ għal għanijiet ta’ storja, statistika jew xjenza. Meta l-għan l-ieħor mhuwiex kompatibbli ma’ dak inizjali li għalih inġabret id-dejta, il-kontrollur għandu jikseb il-kunsens tas-suġġett tad-dejta għal dan l-għan ieħor. Fi kwalunkwe każ, l-applikazzjoni b’mod partikolari tal-prinċipji stabbiliti minn dan ir-Regolament u b’mod partikolari l-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta dwar dawk l-għanijiet ulterjuri għandhom ikunu żgurati.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a) L-ipproċessar ta' dejta sal-punt li huwa strettament meħtieġ għall-iskopijiet li jkun żgurat li impriżi tal-elettriku jew tal-gass jew operaturi ta' sistemi ta' provvista kif definiti fid-Direttiva 2009/72/KE u d-Direttiva 2009/73/KE jkunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-sistema, tal-grilja jew dawk operazzjonali, jew l-implimentazzjoni ta’ rispons għad-domanda, il-ġestjoni tal-enerġija, jew programmi ta’ effiċjenza fl-enerġija għandu jkun permess sakemm l-impriża tal-elettriku jew tal-gass jew l-operatur ta’ sistema ta’ provvista jkun irrikjeda permezz tal-kuntratt li l-proċessur jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Dejta personali li, min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva u vulnerabbli fir-rigward ta’ drittijiet fundamentali jew privatezza, tixirqilha protezzjoni speċifika. Din id-dejta ma għandhiex tiġi pproċessata, sakemm is-suġġett tad-dejta ma jagħtix il-kunsens espliċitu tiegħu. Madankollu, għandhom jiġu pprovduti derogi minn din il-projbizzjoni b’mod espliċitu fir-rigward ta’ ħtiġijiet speċifiċi, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar isir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jippermettu l-eżerċizzju ta’ libertajiet fundamentali.

(41) Dejta personali li, min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva u vulnerabbli fir-rigward ta’ drittijiet fundamentali jew privatezza, tixirqilha protezzjoni speċifika. Din id-dejta ma għandhiex tiġi pproċessata, sakemm is-suġġett tad-dejta ma jagħtix il-kunsens infurmat tiegħu. Madankollu, għandhom jiġu pprovduti derogi minn din il-projbizzjoni b’mod espliċitu fir-rigward ta’ ħtiġijiet speċifiċi, b’mod partikolari fejn l-ipproċessar isir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jippermettu l-eżerċizzju ta’ libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-dejta inkwistjoni.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika, il-kontrollur tad-dejta m’għandux ikun obbligat li jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-għan waħdieni li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ talba għall-access, il-kontrollur għandu jkun intitolat li jitlob aktar informazzjoni mingħand is-suġġett tad-dejta biex b’hekk ikun jista’ jsib id-dejta personali li dik il-persuna qiegħda tfittex.

(45) Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix l-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika, il-kontrollur tad-dejta m’għandux ikun obbligat li jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-għan waħdieni li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ talba għall-access, il-kontrollur għandu jkun intitolat li jitlob aktar informazzjoni mingħand is-suġġett tad-dejta biex b’hekk ikun jista’ jsib id-dejta personali li dik il-persuna qiegħda tfittex. Il-kontrollur tad-dejta ma għandux juża l-iskuża ta’ nuqqas possibbli ta’ informazzjoni sabiex jirrifjuta talba ta’ aċċess, meta din l-informazzjoni tista’ tingħata mis-suġġett tad-dejta sabiex dan l-aċċess ikun possibbli.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Il-prinċipji ta’ pproċessar ġust u trasparenti jitolbu li s-suġġett tad-dejta għandu jkun informat b’mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta’ pproċessar u l-objettivi tagħha, iż-żmien kemm se ddum maħżuna d-dejta, dwar l-eżistenza tad-dritt ta’ aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressqu lment. Fejn id-dejta tinġabar mis-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat ukoll jekk humiex obbligati li jipprovdu d-dejta u dwar il-konsegwenzi, f’każijiet li ma jipprovdux dik id-dejta.

(48) Il-prinċipji ta’ pproċessar ġust u trasparenti jitolbu li s-suġġett tad-dejta għandu jkun informat b’mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta’ pproċessar u l-objettivi tagħha, iż-żmien kemm se ddum maħżuna d-dejta u l-kriterji li jistgħu jintużaw bħala l-bażi li fuqhom jiġi deċiż kemm se ddum maħżuna d-dejta, dwar l-eżistenza tad-dritt ta’ aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressqu lment. Fejn id-dejta tinġabar mis-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat ukoll jekk humiex obbligati li jipprovdu d-dejta u dwar il-konsegwenzi, f’każijiet li ma jipprovdux dik id-dejta.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) L-informazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali relatata mas-suġġett tad-dejta għandha tingħatalu meta tinġabar, jew, meta d-dejta ma tinġabarx mis-suġġett tad-dejta, f’perjodu raġonevoli, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Fejn id-dejta tista’ tkun żvelata b’mod leġittimu lil riċevitur ieħor, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat meta d-dejta tkun żvelata għall-ewwel darba lir-riċevitur.

(49) L-informazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali relatata mas-suġġett tad-dejta għandha tingħatalu meta tinġabar, jew, meta d-dejta ma tinġabarx mis-suġġett tad-dejta, f’perjodu raġonevoli, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Fejn id-dejta tista’ tkun żvelata b’mod leġittimu lil riċevitur ieħor mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-dejta jew kunsens imġedded, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat meta d-dejta tkun żvelata għall-ewwel darba lir-riċevitur, f’każ li s-suġġett tad-dejta jitlob din l-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jekk id-dejta tiġi żvelata b’mod leġittimu lil riċevitur ieħor, m’għandu jkun hemm l-ebda ħtieġa għal proċess kostanti, iterattiv sabiex jiġi infurmat is-suġġett tad-dejta. Dan jista’ jwassal għal konsegwenzi mhux maħsuba bħal pereżempju s-suġġett tad-dejta jirtira l-kunsens tiegħu għal ipproċessar leġittimu, jew agħar, is-suġġett tad-dejta jiġi desensitivizzat għal informazzjoni li tappartjeni għall-istatus tad-dejta personali tiegħu.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal dejta li tinġabar dwarhom, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b’mod partikolari rigward għal liema għanijiet id-dejta tkun qiegħda tiġi pproċessata, għal liema perjodu, liema riċevituri jirċievu d-dejta, x’inhi l-loġika tad-dejta li għaddejja mill-ipproċessar u x’jistgħu jkunu, għallinqas meta bbażata fuq it-tfassil ta’ profili, il-konsegwenzi ta’ dan l-ipproċessar. Dan id-dritt ma għandux jaffettwa ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, inklużi sigrieti tan-negozju jew proprjetà intellettwali u b’mod partikolari d-dritt tal-awtur li jipproteġi s-softwer. Madankollu, ir-riżultat ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet m’għandux ikun li l-informazzjoni kollha tiġi rrifjutata lis-suġġett tad-dejta.

(51) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal dejta personali li tinġabar dwarhom, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b’mod partikolari rigward għal liema għanijiet id-dejta personali tkun qiegħda tiġi pproċessata, għal liema perjodu, liema riċevituri jirċievu d-dejta personali, x’inhi l-loġika tad-dejta personali li għaddejja mill-ipproċessar u x’jistgħu jkunu l-konsegwenzi ta’ dan l-ipproċessar. Dan id-dritt ma għandux jaffettwa ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, inklużi sigrieti tan-negozju jew proprjetà intellettwali, bħal fir-rigward tad-dritt tal-awtur li jipproteġi s-softwer. Madankollu, ir-riżultat ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet m’għandux ikun li l-informazzjoni kollha tiġi rrifjutata lis-suġġett tad-dejta.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52) Il-kontrollur għandu juża l-miżuri kollha raġonevoli sabiex jivverifika l-identità ta’ suġġett tad-dejta li jitlob aċċess, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ servizzi onlajn u identifikaturi onlajn. Kontrollur m’għandux iżomm id-dejta personali għall-fini unika li jkun jista’ jirreaġixxi għal talbiet potenzjali.

(52) Il-kontrollur għandu juża l-miżuri kollha raġonevoli fil-kuntest tal-prodott jew is-servizz li qed joffri, jew inkella fil-kuntest tar-relazzjoni bejn il-kontrollur u s-suġġett tad-dejta, u s-sensitività tad-dejta personali li qed tiġi pproċessata sabiex jivverifika l-awtentiċità ta' talba ta’ suġġett li jitlob aċċess, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ servizzi onlajn u identifikaturi onlajn. Kontrollur m’għandux iżomm u lanqas jiġi sfurzat li jiġbor id-dejta personali għall-fini unika li jkun jista’ jirreaġixxi għal talbiet potenzjali.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 53a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(53a) Suġġett tad-dejta għandu jkollu dejjem l-għażla li jagħti kunsens wiesa' sabiex id-dejta tiegħu jew tagħha tintuża għal skopijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika, u li jirtira l-kunsens fi kwalunkwe ħin.

Ġustifikazzjoni

Kunsens wiesa’huwa neċessità għat-twettiq ta’ riċerka fl-oqsma tal-mediċina li jiddependu minn biobanks u banek tat-tessuti fost forom oħra. Biobanks huma kollezzjonijiet ta’ kampjuni bijoloġiċi u dejta, akkumulati matul perjodu ta’ żmien, użati għar-riċerka medika u skopijiet dijanjostiċi. Dawn ir-repożitorji jaħżnu d-dejta minn miljuni ta' suġġetti tad-dejta, li tintuża minn xjentisti biex jagħmlu r-riċerka. L-għażla ta’ kunsens wiesa' mogħti lil suġġett tad-dejta fl-ewwel laqgħa tagħhom ma’ tabib tippermetti lir-riċerkaturi jużaw din id-dejta mingħajr ma jkollhom imorru lura għas-suġġett tad-dejta għal kull riċerka fuq skala żgħira li jkunu qed iwettqu u għalhekk hija soluzzjoni neċessarja u prattika għall-protezzjoni u t-trawwim tar-riċerka tas-saħħa pubblika.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58) Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li tkun ibbażata fuq l-ipprofilar permezz ta’ pproċessar awtomatizzat. Madankollu, din il-miżura għandha tkun permessa meta tkun espressament awtorizzata mil-liġi, imwettqa waqt id-dħul fi jew it-twettiq ta’ kuntratt, jew meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens. Fi kwalunkwe każ, dan l-ipproċessar għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, inkluża informazzjoni speċifika tas-suġġett tad-dejta u d-dritt li jikseb intervent uman u li miżura bħal din ma għandhiex tirrigwarda tfal.

(58) Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li hija bbażata fuq it-tfassil ta’ profili permezz ta’ pproċessar awtomatizzat u li tipproduċi effetti legali fir-rigward ta’ dik il-persuna fiżika jew taffettwa b’mod sinifikanti lil dik il-persuna fiżika. Effetti attwali għandhom ikunu komparabbli fl-intensità tagħhom ma’ effetti legali biex jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan mhuwiex il-każ għal miżuri relatati ma’ komunikazzjoni kummerċjali, bħal pereżempju fil-qasam ta’ ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti jew l-akkwist tal-klijenti. Madankollu, miżura bbażata fuq it-tfassil ta’ profili permezz tal-ipproċessar tad-dejta awtomatizzata u li tipproduċi effetti legali fir-rigward ta’ persuna fiżika jew taffettwa b’mod sinifikanti lil persuna fiżika għandha tkun permessa meta tkun espressament awtorizzata mil-liġi, imwettqa waqt id-dħul fi jew it-twettiq ta’ kuntratt, jew meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens. Fi kwalunkwe każ, dan l-ipproċessar għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, inkluża informazzjoni speċifika tas-suġġett tad-dejta u d-dritt li jikseb intervent uman u li miżura bħal din ma għandhiex tirrigwarda tfal.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tiċċara li l-komunikazzjoni kummerċjali, bħal pereżempju fil-qasam tal-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti jew l-akkwist tal-klijenti ma taffettwax b’mod sinifikanti lil persuna fiżika fis-sens tal-Artikolu 20 paragrafu 1. Effetti attwali jridu jkunu paragunabbli fl-intensità tagħhom għal effetti legali sabiex jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60) Għandha tiġi stabbiliti r-responsabbiltà komprensiva tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f’isem il-kontrollur. B’mod partikolari, il-kontrollur għandu jiżgura u jkun obbligat li juri l-konformità ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ma’ dan ir-Regolament.

(60) Għandhom jiġu stabbiliti r-responsabbiltà u l-obbligu globali tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f’isem il-kontrollur sabiex tkun żgurata l-kontabilità. B’mod partikolari, il-kontrollur għandu jiżgura u jkun obbligat li juri l-konformità ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ma’ dan ir-Regolament. Ipproċessar ta’ dejta li għaldaqstant mhux meħtieġ ma jistax ikun iġġustifikat fuq il-bażi tal-ħtieġa ta’ rispett ta’ dan l-obbligu.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Premessa 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(61) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali teħtieġ li jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, kemm fiż-żmien tad-disinn tal-ipproċessar u fiż-żmien tal-ipproċessar innifsu, sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Sabiex jassigura u juri konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur għandu jadotta politiki interni u jimplimenta miżuri xierqa, li b’mod partikolari jissodisfaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku.

(61) Biex jintlaħqu l-aspettattivi tal-konsumaturi u tan-negozji dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali, għandhom jittieħdu miżuri organizzattivi xierqa, kemm fiż-żmien tad-disinn tal-ipproċessar u tat-teknoloġiji sottostanti tiegħu kif ukoll fiż-żmien tal-ipproċessar innifsu, sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Miżuri li għandhom bħala oġġettiv iż-żieda fl-informazzjoni għall-konsumatur u l-faċilità tal-għażla għandhom jiġu inkoraġġuti, abbażi ta’ kooperazzjoni tal-industrija u li jiġu ffavoriti soluzzjonijiet, prodotti u servizzi innovattivi. Il-protezzjoni tad-dejta mid-disinn hija l-proċess li bih il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza huma integrati fl-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi permezz ta’ miżuri kemm tekniċi kif ukoll organizzattivi. F’kull każ, il-protezzjoni tad-dejta tfisser li prodotti u servizzi huma kkonfigurati awtomatikament b’tali mod li jillimita l-ipproċessar u speċjalment l-iżvelar ta' dejta personali. B’mod partikolari, dejta personali ma għandhiex tkun żvelata lil numru mingħajr limitu ta’ persuni b’mod awtomatiku.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Premessa 61a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(61a) Dan ir-Regolament għandu jinkoraġġixxi lill-impriżi sabiex jiżviluppaw programmi interni li se jidentifikaw l-operazzjonijiet tal-ipproċessar li x’aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta permezz tan-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom jew l-għanijiet tagħhom, u biex idaħħlu fis-seħħ salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dejta u jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi ta’ protezzjoni tad-dejta skont id-disinn u tekniċi li jtejbu l-protezzjoni tad-dejta. Imbagħad l-impriżi juru b’mod pubbliku u proattiv il-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet u l-ambitu ta’ dan ir-Regolament u għalhekk iżidu l-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej. Ir-responsabbiltà korporattiva rigward protezzjoni ta’ dejta personali madankollu ma tistax tagħti eżenzjoni lil impriża minn xi obbligu stabbilit minn dan ir-Regolament.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri, ukoll fir-rigward tas-sorveljanza minn u l-miżuri ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni, titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt dan ir-Regolament, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma’ kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta’ pproċessar titwettaq f’isem kontrollur.

(62) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri, ukoll fir-rigward tas-sorveljanza minn u l-miżuri ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni, titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt dan ir-Regolament, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-objettivi tal-ipproċessar flimkien ma’ kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta’ pproċessar titwettaq f’isem kontrollur.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65) Sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiddokumenta kull operazzjoni ta’ pproċessar. Kull kontrollur u proċessur għandu jkun obbligat li jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni u jagħmel din id-dokumentazzjoni disponibbli meta tintalab, sabiex tkun tista’ sservi għas-sorveljanza ta’ dawn l-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

(65) Sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur għandu jiddokumenta kull operazzjoni ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Kull kontrollur għandu jkun obbligat li jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni u jagħmel din id-dokumentazzjoni disponibbli meta tintalab, sabiex tkun tista’ sservi għas-sorveljanza ta’ dawn l-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Premessa 66

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(66) Sabiex iżomm is-sigurtà u jipprevjeni l-ipproċessar li jikser dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jevalwa r-riskji inerenti għall-ipproċessar u jimplimenta miżuri sabiex itaffi dawk ir-riskji. Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell xieraq ta’ sigurtà, filwaqt li jikkunsidraw it-teknoloġija u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom b’konnessjoni mar-riskji u n-natura tad-dejta personali li għandha tkun protetta. Meta tistabbilixxi standards tekniċi u miżuri ta’ organizzazzjoni biex tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar, il-Kummissjoni għandha tippromwovi n-newtralità teknoloġika, l-interoperabbiltà u l-innovazzjoni u fejn adatt tikkoopera ma’ pajjiżi terzi.

(66) Sabiex iżomm is-sigurtà u jipprevjeni l-ipproċessar li jikser dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jevalwa r-riskji inerenti għall-ipproċessar u jimplimenta miżuri sabiex itaffi dawk ir-riskji. B’mod partikolari, il-kontrollur jew il-proċessur għandhom iqisu kif xieraq ir-riskji akbar li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ dejta personali tas-suġġett tad-dejta, minħabba n-natura sensittiva tad-dejta. Dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell xieraq ta’ sigurtà, filwaqt li jikkunsidraw it-teknoloġija u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tagħhom b’konnessjoni mar-riskji u n-natura tad-dejta personali li għandha tkun protetta. Meta tistabbilixxi standards tekniċi u miżuri ta’ organizzazzjoni biex tiżgura s-sigurtà tal-ipproċessar, għandhom ikunu promossi n-newtralità teknoloġika, l-interoperabbiltà u l-innovazzjoni u fejn adatt għandha titħeġġeġ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67) Ksur ta’ dejta personali, jekk ma jiġix indirizzat b’mod adegwat u fil-ħin, jista’ jirriżulta f’telf ekonomiku sostanzjali u ħsara soċjali, inkluża l-frodi tal-identità, għall-individwu kkonċernat. Għaldaqstant, malli l-kontrollur isir konxju li sar ksur bħal dan, il-kontrollur għandu jinnotifika l-ksur lill-awtorità ta’ superviżjoni mingħajr dewmien żejjed u, fejn possibbli, fi żmien 24 siegħa. Meta dan ma jkunx jista’ jinkiseb fi żmien 24 siegħa, in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni għar-raġunijiet tad-dewmien. L-individwi li d-dejta personali tagħhom tista’ tkun affettwata ħażin mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Ksur għandu jitqies li jaffettwa ħażin id-dejta personali jew il-privatezza ta’ suġġett tad-dejta meta dan ikun jista’ jwassal, pereżempju, għal serq ta’ identità jew frodi , ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni. In-notifika għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-individwu kkonċernat biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. In-notifiki lis-suġġetti tad-dejta għandhom jsiru malajr kemm jista’ jkun raġonevolment fattibbli, u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ superviżjoni u b’mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra (eż. awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi). Pereżempju, l-opportunità għal suġġetti tad-dejta li jnaqqsu riskju immedjat ta’ ħsara, issejjaħ għal notifika immedjata tas-suġġetti tad-dejta filwaqt li l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri xierqa kontra ksur simili jew kontinwu tista’ tiġġustifika dewmien itwal.

(67) Ksur ta’ dejta personali, jekk ma jiġix indirizzat b’mod adegwat u fil-ħin, jista’ jirriżulta f’telf ekonomiku sostanzjali u ħsara soċjali, inkluża l-frodi tal-identità, għall-individwu kkonċernat. Għaldaqstant, malli l-kontrollur isir konxju li sar ksur bħal dan, il-kontrollur għandu jinnotifika l-ksur lill-awtorità ta’ superviżjoni mingħajr dewmien żejjed. Meta dan ma jkunx jista’ jinkiseb f'perjodu ta' żmien raġonevoli, in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni għar-raġunijiet tad-dewmien. L-individwi li d-dejta personali tagħhom tista’ tkun affettwata ħażin mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Ksur għandu jitqies li jaffettwa ħażin id-dejta personali jew il-privatezza ta’ suġġett tad-dejta meta dan ikun jista’ jwassal, pereżempju, għal serq ta’ identità jew frodi , ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni. In-notifika għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-individwu kkonċernat biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. In-notifiki lis-suġġetti tad-dejta għandhom jsiru malajr kemm jista’ jkun raġonevolment fattibbli, u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ superviżjoni u b’mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra (eż. awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi). Pereżempju, l-opportunità għal suġġetti tad-dejta li jnaqqsu riskju immedjat ta’ ħsara, issejjaħ għal notifika immedjata tas-suġġetti tad-dejta filwaqt li l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri xierqa kontra ksur simili jew kontinwu tista’ tiġġustifika dewmien itwal.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70) Id-Direttiva 95/46/KE pprovdiet għal obbligu ġenerali biex jiġi nnotifikat l-ipproċessar tad-dejta personali lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni. Filwaqt li dan l-obbligu jipproduċi oneri finanzjarji u amministrattivi, ma kkontribwixxiex fil-każijiet kollha għat-titjib tal-protezzjoni tad-dejta personali. Għaldaqstant, dan l-obbligu ta’ notifika ġenerali bla distinzjoni għandu jitneħħa, u jiġi sostitwit minn proċeduri u mekkaniżmi effettivi li jiffokaw minflok fuq dawk l-operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta skont in-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom jew l-għanijiet tagħhom. F’dawn il-każijiet, għandha ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta mill-kontrollur jew il-proċessur qabel l-ipproċessar, li b’mod partikolari għandha tinkludi l-miżuri, is-salvagwardji u l-mekkaniżmi previsti sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali u sabiex tintwera l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

(70) Id-Direttiva 95/46/KE pprovdiet għal obbligu ġenerali biex jiġi nnotifikat l-ipproċessar tad-dejta personali lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni. Filwaqt li dan l-obbligu jipproduċi oneri finanzjarji u amministrattivi, ma kkontribwixxiex fil-każijiet kollha għat-titjib tal-protezzjoni tad-dejta personali. Għaldaqstant, dan l-obbligu ta’ notifika ġenerali bla distinzjoni għandu jitneħħa, u jiġi sostitwit minn proċeduri u mekkaniżmi effettivi li jiffokaw minflok fuq dawk l-operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta skont in-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom jew l-għanijiet tagħhom. F’dawn il-każijiet, għandha ssir valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta mill-kontrollur qabel l-ipproċessar, li b’mod partikolari għandha tinkludi l-miżuri, is-salvagwardji u l-mekkaniżmi previsti sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali u sabiex tintwera l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa l-kompitu tal-kontrolluri tad-dejta li jivvalutaw l-impatt fuq il-privatezza għaliex huma se jiddeterminaw l-għanijiet tal-ipproċessar.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Premessa 70a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(70a) Id-Direttiva 2002/58/KE tistabbilixxi l-obbligi għan-notifika tal-ksur tad-dejta personali għall-ipproċessar tad-dejta personali f'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament fin-netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni fl-Unjoni. Fejn fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jipprovdu wkoll servizzi oħra, jibqgħu soġġetti għall-obbligi tan-notifika tal-ksur tad-Direttiva 2002/58/KE, u mhux għal dan ir-Regolament. Dawn il-fornituri għandhom ikunu soġġetti għal reġim wieħed ta’ notifika tal-ksur tad-dejta personali kemm għad-dejta personali pproċessata f’konnessjoni mal-provvista ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament kif ukoll għal kwalunkwe dejta personali oħra li għaliha huma kontrollur.

Ġustifikazzjoni

Fornituri ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika għandhom ikunu soġġetti għal reġim wieħed ta’ notifika għal kwalunkwe ksur relatat mad-dejta li jipproċessaw, mhux reġimi multipli li jiddependu fuq is-servizz offrut. Dan jiżgura kundizzjonijiet ugwali fost il-parteċipanti fl-industrija.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Premessa 76

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(76) Assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri għandhom ikunu mħeġġa li jfasslu kodiċijiet ta’ kondotta, fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-ipproċessar li jsir f’ċerti setturi.

(76) Assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta’ kontrolluri għandhom ikunu mħeġġa li jfasslu kodiċijiet ta’ kondotta, fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-ipproċessar li jsir f’ċerti setturi. Kodiċijiet bħal dawn għandhom jiffaċilitaw għall-industrija l-konformità ma' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li dawn il-kodiċijiet ta’ kondotta huma ta’ benefiċċju għall-industrija u mhumiex mossa li għandha tkun reċiprokata b'anqas attenzjoni mid-DPAs.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Premessa 77

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(77) Sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-konformità ma’ dan ir-Regolament, għandu jiġi mħeġġeġ l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni, siġilli u marki ta’ protezzjoni tad-dejta, sabiex jippermettu lis-suġġetti tad-dejta jevalwaw malajr il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta ta’ prodotti u servizzi rilevanti.

(77) Sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-konformità ma’ dan ir-Regolament, għandu jiġi mħeġġeġ l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni, siġilli u marki ta’ protezzjoni tad-dejta, sabiex jippermettu lis-suġġetti tad-dejta jevalwaw malajr, b’mod affidabbli u li jista’ jkun verifikat il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta ta’ prodotti u servizzi rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Għodod bħal dawn għandhom ikunu ttestjati sew, billi wieħed jitgħallem mis-suċċessi u mill-fallimenti li jesperjenza permezz ta’ dan l-approċċ.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Premessa 80

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(80) Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi b’effett għall-Unjoni kollha li ċerti pajjiżi terzi, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, joffru livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta, u b’hekk jipprovdu ċertezza legali u uniformità madwar l-Unjoni rigward il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma kkunsidrati li jipprovdu dan il-livell ta’ protezzjoni. F’dawn il-każijiet, it-trasferimenti ta’ dejta personali lil dawn il-pajjiżi jistgħu isiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni ulterjuri.

(80) Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi b’effett għall-Unjoni kollha li ċerti pajjiżi terzi, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, joffru livell adegwat ta’ protezzjoni tad-dejta, u b’hekk jipprovdu ċertezza legali u uniformità madwar l-Unjoni rigward il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma kkunsidrati li jipprovdu dan il-livell ta’ protezzjoni. F’dawn il-każijiet, it-trasferimenti ta’ dejta personali lil dawn il-pajjiżi jistgħu isiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb xi awtorizzazzjoni ulterjuri. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi wkoll, meta tkun tat notifika u ġustifikazzjoni sħiħa lill-pajjiż terz, li tirrevoka deċiżjoni bħal din.

Ġustifikazzjoni

Ikun illoġiku li wieħed jimmaġina li s-sitwazzjoni ta’ protezzjoni tad-dejta f’pajjiż terz bħal dan ma tistax tiddeterjora sussegwentement.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Premessa 84

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(84) Il-possibbiltà għall-kontrollur jew għall-proċessur li juża klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità ta’ superviżjoni la għandha tipprevjeni l-possibbiltà għall-kontrolluri jew il-proċessuri li jinkludu l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta f’kuntratt usa’ u lanqas li jżidu klawżoli oħrajn sakemm ma jikkontradixxux, b’mod dirett jew indirett, il-klawżoli kuntrattwali standard adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità ta’ superviżjoni jew jippreġudikaw id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-dejta.

(84) Il-possibbiltà għall-kontrollur jew għall-proċessur li juża klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità ta’ superviżjoni la għandha tipprevjeni l-possibbiltà għall-kontrolluri jew il-proċessuri li jinkludu l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta f’kuntratt usa’ u lanqas li jżidu klawżoli oħrajn sakemm ma jikkontradixxux, b’mod dirett jew indirett, il-klawżoli kuntrattwali standard adottati mill-Kummissjoni jew minn awtorità ta’ superviżjoni jew jippreġudikaw id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-dejta. F’ċerti xenarji, jista’ jkun xieraq li wieħed iħeġġeġ lill-kontrolluri u lill-proċessuri sabiex jipprovdu salvagwardji aktar robusti permezz ta’ impenji kuntrattwali addizzjonali li jissupplementaw il-klawżoli standard għall-protezzjoni tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprovdi inċentiv sabiex organizzazzjonijiet imorru lil hinn mir-rekwiżiti regolatorji bażi u jikkonformaw ma’ skemi bħal "siġill tad-dejta" jew "marka ta' fiduċja".

Emenda  52

Proposta għal regolament

Premessa 85a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(85a) Grupp ta’ kumpaniji li qed jippjanaw li jissottomettu għall-approvazzjoni regoli korporattivi vinkolanti jistgħu jipproponu awtorità ta’ superviżjoni bħala l-awtorità ewlenija. Din għandha tkun l-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru li fih jinstab l-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 29 tal-Grupp ta’ Ħidma stabbilixxa sistema għar-rikonoxximent reċiproku ta’ regoli korporattivi vinkolanti (WP 107, 14 ta’ April 2005). Din is-sistema għandha tiġi inkorporata f'dan ir-Regolament. Il-kriterju għan-nomina tal-awtorità kompetenti għandu jkun il-post tal-istabbiliment ewlieni, kif stabbilit fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Premessa 87

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(87) Dawn id-derogi għandhom b’mod partikolari japplikaw għal trasferimenti tad-dejta meħtieġa u neċessarji għall-protezzjoni ta’ raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, pereżempju f’każijiet ta’ trasferimenti internazzjonali ta’ dejta bejn awtoritajiet tal-kompetizzjoni, amministrazzjonijiet tad-dwana jew tat-taxxa, awtoritajiet superviżorji finanzjarji, bejn servizzi li huma kompetenti għal kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali jew għal awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali..

(87) Dawn id-derogi għandhom b’mod partikolari japplikaw għal trasferimenti tad-dejta meħtieġa u neċessarji għall-protezzjoni ta’ raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, pereżempju f’każijiet ta’ trasferimenti internazzjonali ta’ dejta bejn awtoritajiet tal-kompetizzjoni, amministrazzjonijiet tad-dwana jew tat-taxxa, awtoritajiet superviżorji finanzjarji, bejn servizzi li huma kompetenti għal kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali, bejn korpi responsabbli għall-ġlieda kontra l-frodi fl-isports, jew għal awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali. It-trasferiment ta’ dejta personali għal dawn ir-raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku għandu jintuża biss għal trasferimenti okkażjonali. F’kull każ, jeħtieġ li ssir valutazzjoni b’attenzjoni taċ-ċirkostanzi kollha tat-trasferiment.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Premessa 94

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(94) Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata riżorsi finanzjarji u umani, bini u infrastruttura adegwati, li huwa meħtieġ għat-twettiq effettiva tal-kompiti tagħhom, inklużi għall-kompiti relatati mal-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni oħrajn fl-Unjoni kollha.

(94) Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata riżorsi finanzjarji u umani, b’attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li l-persunal ikollu kapaċitajiet tekniċi adegwati, bini u infrastruttura adegwati, li huma meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom, inklużi għall-kompiti relatati mal-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni oħrajn fl-Unjoni kollha.

Ġustifikazzjoni

Awtoritajiet ta’ superviżjoni b’saħħithom u indipendenti huma waħda mill-kundizzjonijiet meħtieġa għal protezzjoni effettiva tad-dejta. Dawn għandhom ikunu liberi minn influwenza esterna, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja (C-518/07 u C-614/10), u għandu jkollhom ir-riżorsi meħtieġa – finanzjarji u umani – biex jiżguraw l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. Dawn il-bidliet għandhom l-għan li jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni bl-indipendenza u r-riżorsi li għandhom bżonn biex jipproteġu b’mod effikaċi d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni huma meħtieġa biex jiżguraw l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. Kif jiddikjara l-Artikolu 16(2) TFUE, għandhom ikunu indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. L-esperjenza bil-qafas attwali wriet li, fil-prattika, dan il-livell ta' indipendenza mhuwiex dejjem provdut. Għandu jiġi nnutat li dan m'għandux jitqies biss bħala referenza għall-interferenza mill-Istati Membri, imma wkoll mill-Kummissjoni. Indipendenza fit-teorija biss mhijiex biżżejjed, l-awtoritajiet superviżorji għandhom bżonn ukoll il-mezzi biex iwettqu s-setgħat tagħhom. Dan jimplika bżonn ta' riżorsi xierqa u staff imħarreġ, inkluż staff b'ħiliet tekniċi. L-isfidi tekniċi miżjuda li jaffaċċja l-istaff tal-awtorità superviżorja jridu jiġu rikonoxxuti u indirizzati.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Premessa 95

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(95) Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-liġi f’kull Stat Membru u b’mod partikolari għandhom jipprovdu li dawk il-membri għandhom jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru, u jinkludu regoli dwar il-kwalifiki personali tal-membri u l-pożizzjoni ta’ dawk il-membri.

(95) Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-liġi f’kull Stat Membru u b’mod partikolari għandhom jipprovdu li dawk il-membri għandhom jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru b’attenzjoni biex tkun minimizzata l-possibbiltà ta’ interferenza politika, u jinkludu regoli dwar il-kwalifiki personali tal-membri, l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess u l-pożizzjoni ta’ dawk il-membri.

Ġustifikazzjoni

Awtoritajiet ta’ superviżjoni b’saħħithom u indipendenti huma waħda mill-kundizzjonijiet meħtieġa għal protezzjoni effettiva tad-dejta. Dawn għandhom ikunu liberi minn influwenza esterna, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja (C-518/07 u C-614/10), u għandu jkollhom ir-riżorsi meħtieġa – finanzjarji u umani – biex jiżguraw l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. Dawn il-bidliet għandhom l-għan li jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni bl-indipendenza u r-riżorsi li għandhom bżonn biex jipproteġu b’mod effikaċi d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni huma meħtieġa biex jiżguraw l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. Kif jiddikjara l-Artikolu 16(2) TFUE, għandhom ikunu indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. L-esperjenza bil-qafas attwali wriet li, fil-prattika, dan il-livell ta' indipendenza mhuwiex dejjem provdut. Għandu jiġi nnutat li dan m'għandux jitqies biss bħala referenza għall-interferenza mill-Istati Membri, imma wkoll mill-Kummissjoni. Indipendenza fit-teorija biss mhijiex biżżejjed, l-awtoritajiet superviżorji għandhom bżonn ukoll il-mezzi biex iwettqu s-setgħat tagħhom. Dan jimplika bżonn ta' riżorsi xierqa u staff imħarreġ, inkluż staff b'ħiliet tekniċi.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Premessa 97

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(97) Fejn l-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni jseħħ f’aktar minn Stat Membru wieħed, awtorità ta’ superviżjoni waħda għandha tkun kompetenti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-Unjoni u għat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati, sabiex tiżdied l-applikazzjoni konsistenti, tipprovdi ċertezza legali u tnaqqas il-piż amministrattiv għal dawn il-kontrolluri u l-proċessuri.

(97) Fejn l-ipproċessar tad-dejta personali jseħħ f’aktar minn Stat Membru wieħed, awtorità ta’ superviżjoni waħda għandha tkun kompetenti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-Unjoni u għat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati, sabiex tiżdied l-applikazzjoni konsistenti, tipprovdi ċertezza legali u tnaqqas il-piż amministrattiv għal dawn il-kontrolluri u l-proċessuri.

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta’ punt uniku ta’ servizz (one-stop shop) għandu japplika b’mod konsistenti għall-kontrolluri soġġetti għal-liġi kemm ibbażati fl-UE u kemm dawk li mhumiex.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Premessa 98a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(98a) Fejn l-ipproċessar tad-dejta personali jkun is-suġġett ta’ lment ippreżentat minn suġġett tad-dejta, l-awtorità kompetenti, li tipprovdi dan il-punt uniku ta’ servizz, għandha tkun l-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru fejn is-suġġett tad-dejta għandu r-residenza prinċipali tiegħu. Fejn suġġetti tad-dejta jippreżentaw ilmenti simili kontra tali pproċessar ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni fi Stati Membri differenti, l-awtorità kompetenti għandha tkun l-ewwel waħda kkuntattjata.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li s-suġġett tad-dejta jkun jista’ jeżerċita azzjoni amministrattiva mal-awtorità ta’ superviżjoni li tinsab l-eqreb tar-reżidenza prinċipali tiegħu, u fl-istess Stat Membru fejn hu jista’ jieħu / hi tista’ tieħu azzjoni legali jekk din tkun meħtieġa, sabiex tittejjeb l-aċċessibilità u l-koerenza tar-rikors tas-suġġett tad-dejta kif ukoll biex ikun evitat piż amministrattiv.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Premessa 105

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(105) Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, għandu jkun stabbilit mekkaniżmu ta’ konsistenza għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nfushom u l-Kummissjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika b’mod partikolari fejn awtorità ta’ superviżjoni jkollha l-ħsieb li tieħu miżura fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma relatati mal-offerta ta’ prodotti, jew servizzi għal suġġetti tad-dejta f’bosta Stati Membri, jew għall-monitoraġġ ta’ dawn is-suġġetti tad-dejta, jew li jistgħu sostanzjalment jaffettwaw il-fluss liberu ta’ dejta personali. Dan għandu japplika wkoll meta xi awtorità ta’ superviżjoni jew il-Kummissjoni titlob li l-kwistjoni għandha tiġi trattata fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura li l-Kummissjoni tista’ tieħu fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont it-Trattati.

(105) Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, għandu jkun stabbilit mekkaniżmu ta’ konsistenza għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nfushom u l-Kummissjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika b’mod partikolari fejn l-awtorità kompetenti ta’ superviżjoni jkollha l-ħsieb li tieħu miżura fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma relatati mal-offerta ta’ prodotti, jew servizzi għal suġġetti tad-dejta f’bosta Stati Membri, jew għall-monitoraġġ ta’ dawn is-suġġetti tad-dejta, jew li jistgħu sostanzjalment jaffettwaw il-fluss liberu ta’ dejta personali. Dan għandu japplika wkoll meta xi awtorità ta’ superviżjoni jew il-Kummissjoni titlob li l-kwistjoni għandha tiġi trattata fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura li l-Kummissjoni tista’ tieħu fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont it-Trattati.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Premessa 121

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(121) L-ipproċessar tad-dejta personali għal skopijiet ġurnalistiċi biss, jew għal skopijiet ta’ espressjoni artistika jew letterarja għandu jikkwalifika għall-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sabiex ikun irrikonċiljat id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali mad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, u l-aktar id-dritt li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, kif garantit b’mod partikolari mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika b’mod partikolari għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-qasam awdjoviżiv u fl-arkivji tal-aħbarijiet u l-libreriji tal-istampa. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi, li għandhom jistabbilixxu l-eżenzjonijiet u d-derogi li huma meħtieġa għall-fini tal-bilanċ ta’ dawn id-drittijiet fundamentali. Dawn l-eżenzjonijiet u derogi għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri fuq prinċipji ġenerali, fuq id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, fuq il-kontrollur u l-proċessur, fuq it-trasferiment ta’ dejta lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fuq l-awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti u fuq il-kooperazzjoni u l-konsistenza. Dan ma għandux iwassal, madankollu, sabiex l-Istati Membri jistabbilixxu eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jittieħed kont tal-importanza tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni f’kull soċjetà demokratika, huwa neċessarju li jiġu interpretati kunċetti relatati bmod wiesa’ mal-libertà, bħall-ġurnaliżmu. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jikklassifikaw l-attivitajiet bħala "ġurnalistiċi" għall-fini tal-eżenzjonijiet u d-derogi li jridu jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament jekk l-għan ta’ dawn l-attivitajiet huwa l-iżvelar lill-pubbliku tal-informazzjoni, opinjonijiet jew ideat, irrispettivament mill-medium li jintuża biex jiġu trażmessi. Dawn m’għandhomx ikunu limitati għal impriżi tal-medja u jistgħu jintużaw għall-fini ta’ profitt jew bla profitt.

(121) L-ipproċessar tad-dejta personali għal skopijiet ġurnalistiċi, jew għal skopijiet ta’ espressjoni artistika jew letterarja għandu jikkwalifika għall-eżenzjoni mir-rekwiżiti ta’ ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament sabiex ikun irrikonċiljat id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali mad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, u l-aktar id-dritt li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, kif garantit b’mod partikolari mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika b’mod partikolari għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-qasam awdjoviżiv u fl-arkivji tal-aħbarijiet u l-libreriji tal-istampa. Sabiex jittieħed kont tal-importanza tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni f’kull soċjetà demokratika, huwa neċessarju li jiġu interpretati kunċetti relatati b'mod wiesa’ mal-libertà, bħall-ġurnaliżmu u irrispettivament mill-medium li jintuża biex jiġu trażmessi.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Premessa 121a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(121a) Dan ir-Regolament jippermetti li jitqies il-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament. Dejta personali f’dokumenti miżmuma minn awtorità pubblika jew korp pubbliku jistgħu jkunu żvelati minn din l-awtorità jew dan il-korp skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li tirregola lil dik l-awtorità pubblika jew dak il-korp pubbliku. Tali leġiżlazzjoni għandha tgħaqqad id-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali mal-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jkun żgurat li s-sorveljanza pubblika ta’ kwistjonijiet pubbliċi ma tkunx imxekkla żżejjed minn regoli għall-protezzjoni tad-dejta. Kif espress f’opinjonijiet mill-KEPD, il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 u l-FRA, il-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali għalhekk għandu jkun garantit.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Premessa 123a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(123a) L-ipproċessar tad-dejta personali li tikkonċerna s-saħħa, bħala kategorija speċjali ta’ dejta, jista’ jkun neċessarju għal raġunijiet ta’ riċerka storika, statistika jew xjentifika. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jiżgura li l-armonizzazzjoni ta’ kundizzjonijiet ipprovduti għall-ipproċessar ta’ dejta personali li tikkonċerna s-saħħa, soġġetta għal salvagwardji speċifiċi u xierqa sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet fundamentali u d-dejta personali ta’ individwi, ma taġixxix bħala ostaklu għar-riċerka traslazzjonali, klinika u tas-saħħa pubblika.

Ġustifikazzjoni

Huwa kruċjali għar-riċerka tas-saħħa pubblika li jiġi żgurat l-aċċess kontinwu għad-dejta medika. Dan ir-Regolament jagħmilha essenzjali li jinstab bilanċ bejn il-protezzjoni tad-dejta individwali u rispett xieraq muri lejn ir-riċerkaturi tas-saħħa pubblika billi dawn jiġu pprovduti bil-mezzi biex iwettqu r-riċerka medika. Wieħed mill-għanijiet ta' dan ir-Regolament huwa li jarmonizza l-protezzjoni tad-dejta fis-setturi differenti. Huwa għalhekk importanti li jiġi nnutat li kwalunkwe armonizzazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta fil-pajjiżi jew is-setturi trid tipproteġi s-settur tar-riċerka tas-saħħa pubblika u ma tikkostitwixxix ostaklu għar-riċerka kruċjali li tindirizza l-isfidi soċjetali kbar.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Premessa 129

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(129) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u li jkun żgurat il-moviment liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, għandhom ikunu adottati atti delegati fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet rigward il-kunsens ta’ minorenni; l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet għal talbiet u drittijiet eċċessivi b’mod ċar għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta u fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt li wieħed ikun minsi u għat-tħassir; il-miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili; il-kriterji u r-rekwiżiti fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur u għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku; proċessur; il-kriterji u rrekwiżiti għad-dokumentazzjoni u s-sigurtà tal-ipproċessar; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta’ notifika ta’ ksur ta’ dejta personali u għan-notifika tagħha lill-awtorità ta’ superviżjoni, u f’cirkostanzi fejn ksur ta’ dejtapersonali x’aktarx li jaffettwa ħażin lis-suġġett tad-dejta; il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta’ grad għoli ta’ riskji speċifiċi li jeħtieġu l-konsultazzjoni minn qabel; il-ħatra u l-kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta; il-kodiċijiet ta’ kondotta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni; il-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferimenti permezz ta’ regoli korporattivi vinkolanti; id-derogi ta’ trasferiment; is-sanzjonijiet amministrattivi; l-ipproċessar għal finijiet ta’ saħħa; l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg u l-ipproċessar għal skopijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż ma’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tassigura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(129) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u li jkun żgurat il-moviment liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, f’ċerti ċirkostanzi limitati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż ma’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tassigura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Premessa 130

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(130) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet unformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi għal: l-ispeċifikazzjoni tal-forom standard fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni; proċeduri u formoli standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta; forom standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; forom u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta; forom standard fir-rigward għar-responsabbiltà tal-kontrollur għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku u għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; forom u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta’ protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(130) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi. Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun żgurat li l-ebda rekwiżiti mandatorji għal fatturi tekniċi speċifiċi ma jkunu imposti fuq prodotti u servizzi, inkluż tagħmir terminali jew tagħmir ieħor ta’ komunikazzjoni elettronika, li jistgħu jimpedixxu t-tqegħid ta’ tagħmir fis-suq u ċ-ċirkolazzjoni libera ta’ dan it-tagħmir fi jew bejn l-Istati Membri. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju, f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, għaliex dawn il-miżuri ma għandhomx ikunu ta’ piż żejjed għal dawk l-impriżi.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Premessa 139

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(139) Fid-dawl tal-fatt li, kif sottolineat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali mhux dritt assolut, imma jrid ikun ikkunsidrat f’relazzjoni mal-funzjoni tiegħu f’soċjetà u jkun bilanċjat ma’ drittijiet fundamentali oħra, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-Trattati, b’mod speċjali d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u ta’ dik tal-familja, dar u komunikazzjonijiet, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, il-libertà ta’ espressjoni u l-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll id-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika.

(139) Fid-dawl tal-fatt li, kif sottolineat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali mhux dritt assolut, imma jrid ikun ikkunsidrat f’relazzjoni mal-funzjoni tiegħu fis-soċjetà u mal-progress milħuq u dak possibbli fix-xjenza, fis-saħħa u fit-teknoloġija u jkun bilanċjat ma’ drittijiet fundamentali oħra, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-Trattati, b’mod speċjali d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u ta’ dik tal-familja, dar u komunikazzjonijiet, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, il-libertà ta’ espressjoni u l-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża, id-dritt għall-proprjetà u b’mod speċjali l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll id-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika.

Ġustifikazzjoni

L-ipproċessar ta’ indirizzi tal-Protokoll tal-Internet ta’ sikwit huwa komponent kritiku ta’ investigazzjonijiet dwar abbużi fid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali taħt id-Direttiva 2004/48/KE u ma għandux ikun imwaqqaf mir-Regolament.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u regoli relatati mal-moviment liberu tad-dejta personali.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u regoli relatati mal-moviment liberu tad-dejta personali.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament iħares: id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali.

2. Dan ir-Regolament iħares: id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi u b’mod partikolari tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-moviment liberu tad-dejta personali fl-Unjoni ma għandux ikun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet konnessi mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward talipproċessar ta’ dejta personali.

3. Il-moviment liberu tad-dejta personali fl-Unjoni ma għandux ikun ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet konnessi mal-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Dan ir-Regolament m’għandux jinfluwenza jew jillimita l-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni li huma minquxa fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri u ġejjin mit-tradizzjoni tal-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni li tikkaratterizza soċjetajiet liberi u miftuħa. Lanqas id-drittijiet taċ-ċittadini u l-aċċess għall-informazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi m’għandom jiġu affettwati jew indeboliti. Id-dritt u r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jipproteġu l-privatezza tal-individwi fir-rigward tat-trattament tar-reġistri pubbliċi permezz ta’ leġiżlazzjoni speċjali lanqas m’għandhom jiġu affettwati minn dan ir-Regolament.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ dejta personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.

1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, mingħajr diskriminazzjoni bejn dawn il-mezzi tal-ipproċessar u t-teknoloġija użata, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ dejta personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;

imħassar

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) fil-kors ta’ attività li tista’ tiġi attribwita lill-attività professjonali jew kummerċjali ta’ suġġett tad-dejta

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec) imwettaq minn min jimpjega bħala parti mit-trattament ta’ dejta personali tal-impjegati fil-kuntest tal-impjieg

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li ħaddiem ikun jista' jkompli jipproċessa d-dejta dwar il-ħaddiem – pereżempju fir-rigward ta’ pagi, btajjel, benefiċċji, anniversarji, edukazzjoni, saħħa, kundanni kriminali, eċċ. Bħalissa l-impjegat jista’ jagħti kunsens li l-impjegatur jipproċessa din id-dejta. Madankollu, il-kliem fir-regolament jista’ jiġi interpretat bħallikieku fil-futur se jiġi introdott żbilanċ bejn l-impjegatur u l-impjegat.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ed (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ed) dejta anonima skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2b)

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessat tad-dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, meta l-attivitajiet ta’ pproċessar huma relatati ma’:

2. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta b’residenza fl-Unjoni minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, meta l-attivitajiet ta’ pproċessar huma relatati ma’:

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-kunċett ta’ “residenza”.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) ‘suġġett tad-dejta’ tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista’ tkun identifikata, direttament jew indirettament, b’mezzi li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni, dejta dwar il-lok, identifikatur onlajn jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna;

(1) ‘suġġett tad-dejta’ tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista’ tkun identifikata, direttament jew indirettament, b’mezzi li raġonevolment aktarx se jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, li taħdem flimkien mal-kontrollur, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni jew identifikatur uniku ieħor, dejta dwar il-lok, identifikatur onlajn jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar dwar is-sess, l-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ dik il-persuna u li mhijiex taġixxi fil-kapaċità professjonali tagħha;

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) 'dejta psewdonima' tfisser kwalunkwe dejta personali li tkun inġabret, inbidlet jew inkella ġiet ipproċessata sabiex fiha nnifisha ma tistax tiġi attribwita lil suġġett tad-dejta mingħajr l-użu ta’ dejta addizzjonali li hija soġġetta għal kontrolli tekniċi u organizzattivi separati u distinti sabiex jiġi żgurat tali nuqqas ta’ attribuzzjoni;

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) ‘numru ta’ identifikazzjoni’ tfisser kull kodiċi numeriku, alfanumeriku jew simili li jintuża tipikament fl-ispazju onlajn, minbarra kodiċijiet mogħtija minn awtorità pubblika jew ikkontrollata mill-Istat sabiex persuna fiżika tkun identifikata bħala individwu;

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) 'dejta anonima' tfisser kwalunkwe dejta personali li tkun inġabret, inbidlet jew ġiet ipproċessata bi kwalunkwe mod ieħor b'tali mod li ma tistax tiġi attribwita għal suġġett tad-dejta; dejta anonima m’għandhiex tiġi kkunsidrata bħala dejta personali;

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) ‘kontrollur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali; meta l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi tal-ħatra tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru;

(5) ‘kontrollur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-objettivi tal-ipproċessar ta’ dejta personali; meta l-objettivi tal-ipproċessar ikunu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istati Membri, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għan-nomina tiegħu jistgħu jiġu stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew bil-liġi ta’ Stat Membru;

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) ‘proċessur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa dejta personali f’isem il-kontrollur;

(6) ‘proċessur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa dejta personali f’isem il-kontrollur; ikun jista’ jaċċessa dejta personali b’mod teknikament fattibbli, mingħajr sforz sproporzjonat, u x’aktarx li jikseb għarfien tal-kontenut tagħha;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konsistenti mal-emenda għall-Premessa 24a (ġdida).

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) ‘il-kunsens tas-suġġett tad-dejta’ tfisser indikazzjoni speċifika, infurmata u espliċita tax-xewqa tiegħu mogħtija liberament li biha s-suġġett tad-dejta, jew permezz ta’ dikjarazzjoni jew permezz ta’ azzjoni affermattiva ċara, jaqbel li jsir l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru;

(8) 'il-kunsens tas-suġġett tad-dejta' tfisser indikazzjoni speċifika, infurmata u mhux ambigwa tax-xewqa tiegħu mogħtija liberament li biha s-suġġett tad-dejta jaqbel li jsir l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru. Is-silenzju jew l-inattività fihom innifishom m’għandhomx jindikaw kunsens;

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) 'Kategoriji speċjali ta’ dejta personali' tfisser informazzjoni li turi l-oriġini razzjali jew etnika, il-fehmiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin jew is-sħubija fi trejdjunjins kif ukoll id-dejta ġenetika, id-dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali u d-dejta relatata ma’ kundanni kriminali jew miżuri relatati ta’ sigurtà;

Ġustifikazzjoni

L-ipproċessar ta’ "kategoriji speċjali ta’ dejta personali" huwa diġà soġġett għal rekwiżiti speċifiċi (ara l-Artikolu 9). Dan il-grupp ta’ dejta sensittiva għandu, għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, jitqies ukoll fid-determinazzjoni ta’ obbligi oħra tal-kontrollur (ara emenda għall-Artikolu 31). Iż-żieda ta’ din id-definizzjoni toħloq aktar ċertezza legali.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) ‘dejta ġenetika’ tfisser id-dejta kollha, ta’ kwalunkwe tip, li tirrigwarda l-karatteristiċi ta’ individwu li jintirtu jew jinkisbu waqt l-iżvilupp bikri ta’ qabel it-twelid.

(10) ‘dejta ġenetika’ tfisser informazzjoni dwar il-karatteristiċi ereditarji, jew bidla tagħhom, ta’ persuna identifikata jew li tista’ tkun identifikata, miksuba permezz ta’ analiżi tal-aċidu nuklejku;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni proposta għandha tkun skont id-definizzjonijiet li jintużaw f’postijiet oħra, bħad-definizzjoni ta’ “dejta ġenetika tal-bniedem” li tintuża fid-Dikjarazzjoni Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dejta Ġenetika tal-Bniedem.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) ‘dejta dwar is-saħħa’ tfisser kwalunkwe informazzjoni li għandha x’taqsam mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ individwu, jew mal-għoti ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu,

(12) ‘dejta dwar is-saħħa’ tfisser dejta personali li għandha x’taqsam mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ individwu, jew mal-għoti ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu;

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) ‘stabbiliment ewlieni’ tfisser fir-rigward tal-kontrollur, il-post tal-istabbilment tiegħu fl-Unjoni fejn id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali huma meħuda; ‘stabbiliment ewlieni’ tfisser fir-rigward tal-kontrollur, il-post tal-istabbilment tiegħu fl-Unjoni fejn id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali huma meħuda; Fir-rigward tal-proċessur, ‘stabbilment ewlieni’ tfisser il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu fl-Unjoni;

(13) 'stabbiliment ewlieni' tfisser il-lokazzjoni kif determinata mill-kontrollur tad-dejta jew il-proċessur tad-dejta abbażi tal-kriterji trasparenti u oġġettivi li ġejjin: il-lokazzjoni tal-kwartieri ġenerali Ewropej tal-grupp, jew, il-lokazzjoni tal-kumpanija fi ħdan il-grupp b’responsabbiltajiet tal-protezzjoni tad-dejta ddelegati, jew, il-lokazzjoni tal-kumpanija li hija fl-aħjar pożizzjoni (f’termini ta’ funzjoni ta’ ġestjoni, kapaċità amministrattiva eċċ) li tindirizza u tinforza r-regoli kif stabbilit f'dan ir-Regolament, jew, il-post fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet ewlenin fir-rigward tal-għanijiet tal-ipproċessar għall-grupp reġjonali;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li tipprovdi ċarezza billi tirrifletti s-sitwazzjoni reali ta’ kumpaniji li jaġixxu fost numru ta’ ġurisdizzjonijiet differenti. Din m’għandhiex tiġi interpretata bħala karta għal "forum shopping", minħabba li l-kumpanija trid tipprovdi kriterji trasparenti u oġġettivi sabiex tiġġustifika l-lokazzjoni tal-istabbiliment ewlieni tagħha għall-iskopijiet tar-regolament.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) ‘awtorità ta’ superviżjoni kompetenti’ tfisser l-awtorità ta’ superviżjoni li waħedha għandha tkun kompetenti għas-superviżjoni ta’ kontrollur skont l-Artikoli 51(2), (3) u (4);

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) ‘rappreżentant’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li, maħtura b’mod espliċitu mill-kontrollur, taġixxi u tista’ tkun indirizzata minn kwalunkwe awtorità ta’ superviżjoni u korpi oħrajn fl-Unjoni minflok il-kontrollur, fir-rigward tal-obbligi tal-kontrollur taħt dan ir-Regolament;

(14) ‘rappreżentant’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li, maħtura b’mod espliċitu mill-kontrollur, taġixxi u għandha tkun indirizzata mill-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti, fir-rigward tal-obbligi tal-kontrollur taħt dan ir-Regolament;

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) 'kriminalità finanzjarja' tfisser reati kriminali marbuta mal-kriminalità organizzata, ir-rikattar organizzat, it-terroriżmu, il-finanzjament tat-terroristi, it-traffikar tal-bnedmin, il-kuntrabandu ta’ migranti, l-isfruttament sesswali, it-traffikar fi drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, it-traffikar illegali tal-armi, it-traffikar ta’ oġġetti misruqa, il-korruzzjoni, it-tixħim, il-frodi, l-iffalsifikar tal-flus, l-iffalsifikar u l-piraterija tal-prodotti, reati ambjentali, il-ħtif ta’ persuni, iż-żamma illegali ta' persuni u t-teħid ta' ostaġġi, is-serq, il-kuntrabandu, reati relatati mat-tassazzjoni, l-estorsjoni, il-falsifikazzjoni, il-piraterija, in-negozjar permezz ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li tiżdied definizzjoni ta’ ‘kriminalità finanzjarja’, li toħroġ mir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja, peress li l-ipproċessar tad-dejta personali se tiġi permessa sabiex tiġi prevenuta, investigata jew skoperta l-kriminalità finanzjarja.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessata ulterjorment b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk il-finijiet;

(b) miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessata ulterjorment b’mod irrikonċiljabbli ma’ dawk il-finijiet;

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

(c) adegwata, rilevanti, u proporzjonata u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) eżatta u miżmuma aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx eżatta, meħud kont tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien;

(d) eżatta u fejn meħtieġ, miżmuma aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx eżatta, meħud kont tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien bla bżonn;

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali ; id-dejta personali tista’ tinħażen għal perjodi itwal sakemm id-dejta tiġi pproċessata unikament għal għanijiet ta’ riċerka storika, xjentifika jew ta’ statistika skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 83 u jekk titwettaq reviżjoni perjodika biex tiġi vvalutata l-ħtieġa li titkompla l-ħażna;

(e) miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali ; id-dejta personali tista’ tinħażen għal perjodi itwal sakemm id-dejta tiġi pproċessata unikament għal għanijiet storiċi, ta’ statistika jew xjentifiċi skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 83 u jekk titwettaq reviżjoni perjodika biex tiġi vvalutata l-ħtieġa li titkompla l-ħażna;

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) ipproċessata taħt ir-responsabbiltà u l-obbligu tal-kontrollur, li għandu jiżgura u juri għal kull operazzjoni ta’ pproċessar il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(f) ipproċessata taħt ir-responsabbiltà u l-obbligu tal-kontrollur, li għandu jiżgura u, jekk ikun meħtieġ li jagħmel dan, juri l-konformità tal-ipproċessar tal-kontrollur mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament lill-awtorità superviżorja li jkollha l-kompetenza skont l-Artikolu 51(2).

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) is-suġġett tad-dejta ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal għan speċifiku wieħed jew aktar;

(a) is-suġġett tad-dejta ta l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu;

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt li għalih is-suġġett tad-dejta huwa parti jew sabiex jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett tad-dejta qabel ma jidħol f’kuntratt;

(b) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt jew ta’ ftehimiet kollettivi u ftehimiet fil-livell tal-kumpaniji, li għalihom is-suġġett tad-dejta huwa parti jew sabiex jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett tad-dejta qabel ma jidħol f’kuntratt;

Ġustifikazzjoni

Il-ftehimiet kollettivi huma ekwivalenti għal-liġi statali eżistenti fil-Ġermanja u jistgħu għalhekk ikunu wkoll il-bażi għall-ipproċessar legali tad-dejta.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur;

(c) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali, regola regolatorja, gwida, kodiċi ta’ prattika tal-industrija, fil-qasam domestiku jew dak internazzjonali li għalihom huwa soġġett il-kontrollur inklużi r-rekwiżiti tal-awtoritajiet superviżorji;

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni għandha tiżgura li jiġi inkluż regolament finanzjarju domestiku jew kodiċi ta’ kondotta.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-ipproċessar huwa meħtieġ sabiex jiżgura s-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tinkorpora fit-test is-salvagwardji stabbiliti fil-Premessa 39 billi tikkjarifika f’artikolu li jorbot legalment li l-ipproċessar tad-dejta għall-finijiet tas-sigurtà tan-netwerk u tal-informazzjoni huwa meqjus bħala pproċessar legali.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur;

(e) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur, jew fl-interess pubbliku;

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet tal-interessi leġittimi segwiti minn kontrollur, ħlief meta dawn l-interessi huma megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta li jeħtieġu l-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari meta s-suġġett tad-dejta ijkun minorenni. Dan m’għandux japplika għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet tal-interessi leġittimi segwiti minn, jew f’isem kontrollur jew proċessur, jew minn parti terza jew partijiet li fl-interess tagħhom qiegħda tiġi pproċessata d-dejta, inkluż għas-sigurtà tal-ipproċessar, ħlief meta dawn l-interessi huma megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta li jeħtieġu l-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari meta s-suġġett tad-dejta jkun minorenni. L-interess jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta m’għandhomx japplikaw għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom jew minn impriżi fl-eżerċizzju tal-obbligi legali tagħhom, u sabiex ikun hemm salvagwardja kontra mġiba frodulenti.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) l-ipproċessar huwa limitat għal dejta psewdonimizzata, fejn is-suġġett tad-dejta huwa protett b’mod adegwat u r-riċevitur tas-servizz jingħata dritt li joġġezzjona skont l-Artikolu 19(3a);

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) id-dejta tinġabar minn reġistri, listi jew dokumenti pubbliċi aċċessibbli għal kulħadd;

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc) meta l-kontrollur ikun ta dejta personali lil parti terza, il-parti terza ssir koresponsabbli għall-konformità ma' dan ir-Regolament;

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fd) l-ipproċessar huwa strettament neċessarju biex jista' jkun hemm reazzjoni xierqa għal inċidenti, ksur jew attakki fuq is-sigurtà tan-netwerk u/jew tal-informazzjoni li jiġu skoperti;

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fe (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fe) l-ipproċessar huwa neċessarju għall-fini ta’ anonimizzazzjoni jew psewdonimizzazzjoni ta’ dejta personali;

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ipproċessar ta’ dejta personali li huwa neċessarju għall-fini ta’ riċerka storika, statistika jew xjentifika għandu jkun legali soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83.

2. L-ipproċessar sussegwenti ta’ dejta personali li huwa neċessarju għall-fini ta’ riċerka storika, statistika jew xjentifika għandu jkun legali soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi speċifikat u jiġi permess l-ipproċessar sussegwenti (pereżempju l-konnessjoni, il-korrezzjoni u ż-żieda ta’ dejta li tikkonċerna suġġett tad-dejta) billi r-riċerka moderna u innovattiva dwar is-saħħa pubblika se tinbena fuq settijiet multipli ta’ dejta u serje storiċi.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-ipproċessar tad-dejta psewdonimizzata sabiex jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-kontrollur hija legali, sakemm ma jipprevalux fuq l-interessi jew id-drittijiet fundamentali u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta, li jeħtieġu l-protezzjoni tad-dejta personali, partikolarment f’każ li s-suġġett tad-dejta huwa minorenni. Dan m’għandux japplika għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament jirrikonoxxi li fil-preżent għad m’hemmx kategoriji differenti ta’ dejta u l-ipproċessar differenti tagħha.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) konvenzjonijiet internazzjonali li l-Unjoni jew Stat Membru huma parti għalihom.

Ġustifikazzjoni

Interess pubbliku jista’ jiġi espress ukoll f’konvenzjonijiet internazzjonali, anke fin-nuqqas ta’ liġijiet speċifiċi nazzjonali jew tal-UE. Tali konvenzjonijiet xorta waħda jkunu meħtieġa li jirrispettaw l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali u jkunu proporzjonati mal-għan leġittimu segwit. Barra minn hekk, kwalunkwe proċessar ta’ dejta personali fuq din il-bażi se jkollu, naturalment, jikkonforma wkoll mal-aspetti l-oħra kollha tar-Regolament.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-liġi tal-Istat Membru għandha tissodisfa għan ta’ interess pubbliku jew għandha tkun meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u tkun proporzjonata mal-għan leġittimu segwit.

Il-liġi tal-Istat Membru għandha tissodisfa għan ta’ interess pubbliku jew għandha tkun meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn. Il-liġi tal-Istat Membru għandha tirrispetta wkoll l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali li jinsab f’dan ir-Regolament u fit-trattati internazzjonali li l-Istat Membru jkun parti minnhom. Fl-aħħar nett l-Istat Membru għandu jevalwa u jiddeċiedi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali hijiex proporzjonata mal-għan leġittimu segwit jew jekk jistax jinkiseb għan leġittimu bl-użu ta’ soluzzjonijiet anqas invażivi fuq il-privatezza.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 6(1) inċiż (e) jiddikjara li l-ipproċessar ikun legali jekk japplika dan li ġej: "l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur". Jekk jitqies f'rabta mal-paragrafu 3 ta' hawn fuq, dan iħalli lill-Istati Membri marġini wiesa' ħafna għat-tnawwir tal-protezzjoni tad-dejta taċ-ċittadini msemmija f'dan ir-regolament bl-użu tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri se tkun taħt pressjoni peress li l-interessi nazzjonali se jirriżultaw f'ħafna eżempji ta' leġiżlazzjoni differenti. Id-dejta taċ-ċittadini tiġi pproċessata b'mod differenti fil-pajjiżi differenti. Dan mhuwiex sodisfaċenti. Argumenti simili jistgħu jinsabu fir-rigward tal-Artikolu 21.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn l-għan tal-ipproċessar ulterjuri mhuwiex kompatibbli ma’ dak li għalih inġabret id-dejta personali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali tal-inqas f’waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1. Dan għandu japplika b’mod speċjali għal kwalunkwe bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt.

4. Fejn l-għan tal-ipproċessar ulterjuri mhuwiex kompatibbli ma’ dak li għalih inġabret id-dejta personali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali tal-inqas f’waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1. Dan għandu japplika b’mod speċjali għal kwalunkwe bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġu inklużi wkoll interessi leġittimi, bħall-eżempju speċifiku għas-settur tal-provvista ta’ katina tal-provvista tal-enerġija aktar effiċjenti permezz tal-provvista ta’ netwerks intelliġenti. Billi jista’ jkun li l-konsum tal-enerġija ta’ suġġett tad-dejta ma jkunx inġabar b’mod espliċitu għall-għan li tiġi provduta provvista ġenerali aktar effiċjenti, jekk ikun fl-interess leġittimu tal-fornitur tas-servizz li juża din l-informazzjoni sabiex jikseb dan l-għan, għandha tiġi provduta l-flessibbiltà sabiex jiġi żgurat li dan ikun possibbli.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għal diversi setturi u sitwazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali li tirrigwarda lil minorenni.

imħassar

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur għandu jġorr l-oneru tal-prova għall-kunsens tas-suġġett tad-dejta għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal għanijiet speċifikati.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Superfluwu minħabba li l-oneru tal-prova taħt il-liġi proċedurali normali japplika attwalment.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-forma ta’ kunsens maqbuda għall-ipproċessar tad-dejta personali tas-suġġett tad-dejta għandha tkun proporzjonata għat-tip ta’ dejta pproċessata u l-iskop tal-ipproċessar, kif determinat permezz ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta mwettqa kif suppost kif deskritt fl-Artikolu 33.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda torbot l-identifikazzjoni ta’ kunsens proporzjonat mar-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-impatt, li jinkoraġġixxu l-użu tagħhom. Fejn ma tkun twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt, ikompli japplika rekwiżit default ta’ kunsens espliċitu.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Sakemm forma oħra ta’ kunsens ma tkunx ġiet determinata bħala proporzjonata abbażi ta’ tali valutazzjoni tal-impatt, il-kunsens għandu jingħata f’dikjarazzjoni speċifika, informata u espliċita jew azzjoni affermattiva ċara oħra.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda torbot l-identifikazzjoni ta’ kunsens proporzjonat mar-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-impatt, li jinkoraġġixxu l-użu tagħhom. Fejn ma tkun twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt, ikompli japplika rekwiżit awtomatiku ta’ kunsens espliċitu.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-dejta għandu jingħata fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub li tirrigwarda wkoll kwistjoni oħra, ir-rekwiżit biex jingħata kunsensgħandu jiġi ppreżentat b’mod li jintgħaraf fid-dehra tiegħu minn din il-kwistjoni l-oħra.

2. Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-dejta għandu jingħata fil-kuntest ta’ dikjarazzjoni bil-miktub li tirrigwarda wkoll kwistjoni oħra, ir-rekwiżit biex jingħata kunsens għandu jiġi ppreżentat b’mod li jidher fid-dehra tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Is-suġġetti tad-dejta għandhom jingħataw kundizzjonijiet ċari u mhux ambigwi sabiex joffru l-kunsens tagħhom. Jekk l-intenzjoni hija li jiġi żgurat li l-lingwaġġ tal-kunsens ma jintilifx fost lingwaġġ tekniku ieħor, forsi t-terminu “b'mod li jintgħaraf” m’għandux jintuża iżda minflok għandu jintuża t-terminu “b'mod li jidher”. Għandu jiġi enfasizzat, mhux distint.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin. L-irtirar tal-kunsens ma għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq kunsens qabel l-irtirar tiegħu.

3. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin. Jekk il-kunsens ikun parti minn relazzjoni kuntrattwali jew statutorja, l-irtirar għandu jiddependi fuq il-kundizzjonijiet kuntrattwali jew legali. L-irtirar tal-kunsens ma għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq kunsens qabel l-irtirar tiegħu.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-kunsens ma għandux jipprovdi bażi legali għall-ipproċessar, meta jkun hemm nuqqas ta’ bilanċ sinifikanti bejn il-pożizzjoni tas-suġġett tad-dejta u l-kontrollur.

4. Il-kunsens ta’ impjegat ma għandux jipprovdi bażi legali għall-ipproċessar ta’ dejta mill-impjegatur meta l-kunsens ma jkunx ingħata b’mod ħieles. Il-legalità tal-ipproċessar għandha tiġi vvalutata skont il-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 6(1) u skont l-Artikolu 6(2) sa (5). Il-kunsens individwali skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) jista’ jiġi sostitwit bi ftehimiet kollettivi bħala bażi legali, b’mod partikolari bi ftehimiet ta’ negozjar kollettiv jew ftehimiet tal-kunsill tax-xogħol.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fejn servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni jagħmel il-faċilitajiet tan-netwerking soċjali disponibbli għat-tfal, dan għandu jieħu miżuri espliċiti sabiex jipproteġi l-benesseri tagħhom, inkluż billi jiżgura, sakemm ikun possibbli, li huma jkunu konxji tal-identitajiet ta’ dawk li magħhom ikunu qegħdin jikkomunikaw.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 86 għall-finijiet li tispeċifika ulterjorment il-kriterji u r-rekwiżitigħall-metodi biex jinkiseb il-kunsens verifikabbli msemmi fil-paragrafu 1. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-miżuri speċifiċi, għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

imħassar

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ipproċessar ta’ dejta personali, li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija fi trejdjunjins, u l-ipproċessar ta’ dejta ġenetika jew dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew sentenzi kriminali jew miżuri relatati ta’ sigurtà għandu jkun ipprojbit.

1. L-ipproċessar ta’ dejta personali, li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija fi trejdjunjins, u l-ipproċessar ta’ dejta ġenetika jew dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew sentenzi kriminali, reati kriminali, inklużi reati u kwistjonijiet li ma wasslux għal kundanna, problemi soċjali sinifikanti, jew miżuri relatati ta’ sigurtà għandu jkun ipprojbit.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ twettiq tal-obbligi u l-eżerċitar ta’ drittijiet speċifiċi tal-kontrollur fil-qasam tal-liġi tax-xogħol safejn dan ikun awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru li tipprovdi għal salvagwardji adegwati; jew

(b) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ twettiq tal-obbligi u l-eżerċitar ta’ drittijiet speċifiċi tal-kontrollur fil-qasam tal-liġi tax-xogħol jew tal-ftehimiet kollettivi fis-suq tax-xogħol safejn dan ikun awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru li tipprovdi għal salvagwardji adegwati għad-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-dejta; jew

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-ipproċessar isir waqt l-attivitajiet leġittimi tagħha b’salvagwardji xierqa minn fondazzjoni, assoċjazzjoni jew kwalunkwe korp ieħor mingħajr skop ta’ qligħ b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew trejdjunjonistiku u bil-kundizzjoni li l-ipproċessar huwa relatat biss mal-membri jew ex-membri tal-korp jew ma’ persuni li għandhom kuntatt regolari miegħu b’konnessjoni mal-għanijiet tiegħu u li d-dejta ma tkunx żvelata barra dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-dejta; jew

(d) l-ipproċessar isir waqt l-attivitajiet leġittimi tagħha b’salvagwardji xierqa minn fondazzjoni, assoċjazzjoni, organizzazzjonijiet fis-suq tax-xogħol jew kwalunkwe korp ieħor mingħajr skop ta’ qligħ b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew trejdjunjonistiku u bil-kundizzjoni li l-ipproċessar huwa relatat biss mal-membri jew ex-membri tal-korp jew ma’ persuni li għandhom kuntatt regolari miegħu b’konnessjoni mal-għanijiet tiegħu u li d-dejta ma tkunx żvelata barra dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-dejta; jew

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-organizzazzjonijiet fis-suq tax-xogħol ikunu jistgħu jkomplu jipproċessaw u jiskambjaw l-informazzjoni personali dwar il-membri tagħhom.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni, jew tal-liġi tal-Istat Membru, li għandha tipprovdi miżuri xierqa sabiex tissalvagwardja l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; jew

(g) l-ipproċessar u l-kondiviżjoni huma meħtieġa għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku, fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni, il-liġi tal-Istat Membru, il-konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni jew Stat Membru huma parti, li għandha tipprovdi miżuri xierqa sabiex tissalvagwardja d-drittijiet fundamentali u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; jew

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) l-ipproċessar ta’ dejta li tirrigwarda s-saħħa huwa meħtieġ għal skopijiet ta’ saħħa u soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 81; jew

(h) l-ipproċessar u l-kondiviżjoni ta’ dejta li tirrigwarda s-saħħa huma meħtieġa għal skopijiet ta’ saħħa, inkluż għal riċerka storika, statistika jew xjentifika u soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 81; jew

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika hija meħtieġa sabiex jiġi salvagwardjat l-ipproċessar ta’ dejta medika użata għal skopijiet ta’ riċerka ta’ storja, statistika jew xjentifika. Ix-xjentisti jiddependu b’mod qawwi fuq reġistri ta' pazjenti u biobanks biex iwettqu riċerka epidemjoloġika, klinika u traslazzjonali, u għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi żgurat l-ipproċessar ta’ dejta personali għal skopijiet ta’ saħħa.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-ipproċessar huwa meħtieġ għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83; jew

(i) l-ipproċessar u l-kondiviżjoni huma meħtieġa għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83; jew

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) l-ipproċessar ta’ dejta relatata ma’ kundanni kriminali jew miżuri ta’ sigurtà relatati għandu jsir taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali jew fejn l-ipproċessar ikun neċessarju għal konformità ma’ obbligu legali jew regolatorju li jkun soġġett għalih il-kontrollur, jew għat-twettiq ta’ ħidma mwettqa għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, u sakemm jiġi awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li qiegħed jipprovdi għas-salvagwardji xierqa. Reġistru komplet ta’ kundanni kriminali għandu jinżamm biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali.

(j) l-ipproċessar ta’ dejta relatata ma’ kundanni kriminali jew miżuri ta’ sigurtà relatati għandu jsir soġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji msemmija fl-Artikolu 83a jew taħt is-superviżjoni ta’ awtorità superviżorja jew fejn l-ipproċessar ikun neċessarju għal konformità ma’ jew sabiex jiġi evitat il-ksur ta’ obbligu legali jew regolatorju jew ftehimiet kollettivi fis-suq tax-xogħol li jkun soġġett għalihom il-kontrollur, jew għat-twettiq ta’ ħidma mwettqa għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, u sakemm jiġi awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li qiegħed jipprovdi għas-salvagwardji xierqa għad-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta. Reġistru komplet ta’ kundanni kriminali għandu jinżamm biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) l-ipproċessar tad-dejta dwar is-saħħa huwa meħtieġ għall-protezzjoni soċjali privata, b’mod speċjali billi jipprovdi sigurtà tad-dħul jew għodod għall-ġestjoni tar-riskji li jkunu fl-interess tas-suġġett tad-dejta u d-dipendenti u tal-assi tiegħu jew tagħha, jew billi jtejjeb l-ekwità interġenerazzjonali permezz tad-distribuzzjoni.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji, il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-ipproċessar tal-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fil-paragrafu 1 u l-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

3. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jiġi inkarigat bil-kompitu li joħroġ ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-kriterji, il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tal-kategoriji speċjali ta’ dejta personali skont il-paragrafu 2.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix lill-kontrollur jidentifika persuna fiżika, il-kontrollur m’għandux ikun obbligat li jakkwista informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-iskop uniku li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni minn dan ir-Regolament.

Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix lill-kontrollur, permezz ta’ mezzi użati minnu, jidentifika suġġett tad-dejta, b’mod partikolari meta jkun magħmul anonimu jew psewdonimu, il-kontrollur m’għandux ikun obbligat li jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-għan waħdieni li jikkonforma ma’ xi dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

 

Il-kontrollur tal-bażijiet ta' dejta tar-riċerka għandu jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar is-sorsi tad-dejta oriġinali tal-bażi ta' dejta tar-riċerka.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur għandu jkollu politiki trasparenti u aċċessibbli faċilment fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

1. Il-kontrollur għandu jkollu politiki trasparenti fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u fuq talba għal dan il-għan għandu jipprovdi lil kulħadd l-informazzjoni stabbilita fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 28(2) b’mod xieraq.

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/58/KE u l-Artikoli 20 u 21(3)(e) tal-2002/22/KE huma applikazzjoni tad-dritt tas-suġġetti tad-dejta għal informazzjoni trasparenti u komunikazzjoni li teħtieġ li l-kontrollur jgħarraf lis-suġġetti tad-dejta bid-drittijiet tagħhom rigward l-użu tal-informazzjoni personali tagħhom u jiġbed l-attenzjoni għall-preżenza ta' sistemi li ġew żviluppati skont il-prinċipji tal-privatezza mit-tfassil.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 12 tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika u l-Artikoli 20 u 21 tad-Direttiva Servizz Universali jkopru s-servizzi tad-direttorju, bħala parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi universali. Il-bażijiet ta’ dejta tal-fornituri tas-servizzi tad-direttorju huma meħtieġa li jkunu "komprensivi" u għalhekk l-inklużjoni tad-dejta tal-abbonati hija importanti, kif hija importanti wkoll il-ħtieġa li l-abbonati jiġu informati b’mod ċar dwar l-għażliet kollha tagħhom, irrispettivament mill-mudell adottat mill-Istat Membru (inklużjoni fakultattiva, esklużjoni fakultattiva jew ibrida).

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta msemmija fl-Artikou 13 u l-Artikoli15 sa 19. Il-kontrollur għandu jipprovdi b’mod partikolari mekkaniżmi li jiffaċilitaw it-talba għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi awtomatizzati, il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll mezzi sabiex it-talbiet isiru b’mod elettroniku.

1. Il-kontrollur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta msemmija fl-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19. Il-kontrollur għandu jipprovdi b’mod partikolari mekkaniżmi li jiffaċilitaw it-talba għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi awtomatizzati, il-kontrollur jista’ jipprovdi wkoll mezzi sabiex it-talbiet isiru b’mod elettroniku.

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien u, sa mhux aktar minn xahar minn meta jirċievi t-talba, jekk ittieħdetx jew le xi azzjoni skont l-Artikoliu 13 u l-Artikoli 15 sa 19 u biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Dan il-perjodu jista’ jittawwal b’xahar ieħor, jekk diversi suġġetti tad-dejta jeżerċitaw id-dritt tagħhom u l-kooperazzjoni tagħhom hija meħtieġa sa punt raġonevoli biex jiġi evitat sforz sproporzjonat u mhux meħtieġ min-naħa tal-kontrollur. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta.

2. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien u, sa mhux aktar minn xahar minn meta jirċievi t-talba, jekk ittieħdetx jew le xi azzjoni skont l-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19 u biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Dan il-perjodu jista’ jittawwal b’xahar ieħor, jekk diversi suġġetti tad-dejta jeżerċitaw id-dritt tagħhom u l-kooperazzjoni tagħhom hija meħtieġa sa punt raġonevoli biex jiġi evitat sforz sproporzjonat u mhux meħtieġ min-naħa tal-kontrollur. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub.

Ġustifikazzjoni

F’każ li jkollhom jittieħdu miżuri elettroniċi sabiex jissalvagwardjaw l-ipproċessar elettroniku tal-proċedura, dan jista’ jfisser burokrazija enormi, partikolarment għall-SMEs.

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-informazzjoni u l-azzjonijiet meħuda fuq talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bla ħlas. Meta t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba l-karattru ripetittiv tagħhom, il-kontrollur jista’ jitlob ħlas talli jipprovdi l-informazzjoni jew jieħu l-azzjoni mitluba, jew il-kontrollur jista’ ma jiħux l-azzjoni mitluba. F’dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li jagħti prova tan-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

4. L-informazzjoni u l-azzjonijiet meħuda fuq talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bla ħlas. Meta t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba l-volum għoli, il-kumplessità jew il-karattru ripetittiv tagħhom, il-kontrollur jista’ jitlob ħlas adegwat, mhux għall-profitti, talli jipprovdi l-informazzjoni jew jieħu l-azzjoni mitluba, jew il-kontrollur jista’ jirrifjuta li jieħu l-azzjoni mitluba. F’dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li jagħti prova tan-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

Ġustifikazzjoni

Il-forniment tad-dejta miżmuma f'bażi ta’ dejta għandu prezz. It-talba ta’ kontribuzzjoni adegwata, mhux għall-profitti, mingħand is-suġġetti tad-dejta għall-aċċess għad-dejta tista’ tgħin sabiex tillimita t-talbiet frivoli u hija kritika sabiex tiskoraġġixxi lil dawk li jwettqu l-frodi milli jiksbu volumi għolja ta’ dejta ta’ kreditu tal-konsumaturi li tista’ tintuża għal finijiet frodulenti.

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għat-talbiet manifestament eċċessivi u l-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

imħassar

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard u proċeduri standard ta’ speċifika għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż il-format elettroniku. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa għal mikroimpriżi impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

6. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formoli standard u tispeċifika proċeduri standard għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż il-format elettroniku. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa għal mikroimpriżi impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

Ġustifikazzjoni

It-tfassil ta’ formoli u proċeduri standard hu rekwiżit meħtieġ biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ din il-miżura, l-aktar għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-għanijiet tal-ipproċessar li għalihom hija maħsuba d-dejta personali, inklużi t-termini tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet ġenerali meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

(b) l-għanijiet tal-ipproċessar li għalihom hija maħsuba d-dejta personali, u l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit li jiġu kkomunikati termini tal-kuntratt u kundizzjonijiet ġenerali hija kwistjoni rregolata b’mod adegwat taħt il-liġi ċivili. Għalhekk, minn perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta, hemm biss il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni fir-rigward tal-iskopijiet jew l-interessi leġittimi tal-ipproċessar.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-perjodu li matulu sejra tkun maħżuna d-dejta personali;

c) il-perjodu mistenni li matulu sejra tkun maħżuna d-dejta personali;

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(e) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni;

Ġustifikazzjoni

Id-dmir li jiġu speċifikati d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni assoċjati ma’ responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni ħażina jkun jeħtieġ reviżjoni kontinwa tal-informazzjoni rilevanti, li tkun sproporzjonata b’mod partikolari għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) informazzjoni dwar miżuri speċifiċi ta’ sigurtà meħuda sabiex jipproteġu d-dejta personali;

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa sabiex tiggarantixxi pproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-dejta, billi jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tinġabar id-dejta personali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-estensjoni wiesgħa f’forma ta’ klawżola tal-obbligi tal-informazzjoni diġà sostanzjali x’aktarx tirriżulta f’inċertezza legali konsiderevoli. La l-kumpanija kkonċernata, u lanqas il-konsumatur ma jistgħu, minn din il-formulazzjoni, jivvalutaw b’ċertezza legali liema informazzjoni f’kull każ individwali trid issir disponibbli.

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn d-dejta personali tinġabar mis-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dwar jekk l-għoti tad-dejta personali jkunx obbligatorju jew volontarju, kif ukoll il-konsegwenzi possibbli jekk ma tingħatax dik id-dejta.

2. Fejn id-dejta personali tinġabar mis-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dwar jekk l-għoti tad-dejta personali jkunx obbligatorju.

Ġustifikazzjoni

The information needs of data subjects are adequately taken into account, if they are informed whether the data provision is obligatory. Where this is not indicated, the provision of the data is consequently optional. The consumer is already accustomed to this practice. There is no reason to change this effective and functioning system. Information about whether the provision of information is mandatory or optional and the possible consequences of the refusal of the data would unnecessarily expand the information requirements. It is also unnecessary in many cases because it is already obvious from the context. In the course of ordering a product it is for example necessary to specify a shipping address, so that the product can actually be delivered.

Emenda  143

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, minn liema sors ġejja d-dejta personali.

3. Meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu, kemm jista’ jkun, jinforma lis-suġġett tad-dejta, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, minn liema sors ġejja d-dejta personali, ħlief meta d-dejta toriġina minn sors disponibbli pubblikament jew fejn it-trasferiment huwa pprovdut bil-liġi jew l-ipproċessar huwa użat għall-finijiet relatati mal-attivitajiet professjonali tal-persuna kkonċernata.

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, meta ssir ir-reġistrazzjoni jew fi żmien perjodu raġonevoli wara l-ġbir, wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom inġabret id-dejta jew ġiet ipproċessata mod ieħor, jew, jekk hemm il-ħsieb ta’ xi żvelar lil xi riċevitur ieħor, u sa mhux aktar tard minn meta d-dejta tiġi żvelata għall-ewwel darba.

(b) meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, meta ssir ir-reġistrazzjoni jew fi żmien perjodu raġonevoli wara l-ġbir, wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom inġabret id-dejta jew ġiet ipproċessata mod ieħor, jew, jekk hemm il-ħsieb ta’ xi żvelar lil xi riċevitur ieħor, u sa mhux aktar tard minn meta d-dejta tiġi żvelata għall-ewwel darba jew, jekk id-dejta għandha tintuża għal komunikazzjoni mal-persuna kkonċernata, l-aktar tard fiż-żmien tal-ewwel komunikazzjoni lil dik il-persuna.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt tas-suġġett tad-dejta għall-awtodeterminazzjoni informattiva jitqies b’mod adegwat jekk l-informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta f’dan il-mument.

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-dejta ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta u l-provvediment ta’ din l-informazzjoni jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat; or

(b) id-dejta ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta jew il-proċessi tad-dejta ma jippermettux il-verifika tal-identià u l-provvediment ta’ din l-informazzjoni jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat bħal meta jiġġenera piż amministrattiv eċċessiv, speċjalment meta l-ipproċessar jitwettaq minn SME; or

Emenda  146

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) id-dejta toriġina minn sorsi disponibbli għall-pubbliku

Emenda  147

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji għall-kategoriji ta’ riċevituri msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, ir-rekwiżiti għan-notifika ta’ aċċess potenzjali msemmi fil-punt (g) tal-paragrafu 1, il-kriterji għall-informazzjoni ulterjuri meħtieġa li hi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għal setturi u sitwazzjonijiet speċifiċi, u l-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 5. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa għal mikroimpriżi impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji għall-kategoriji ta’ riċevituri msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, ir-rekwiżiti għan-notifika ta’ aċċess potenzjali msemmi fil-punt (g) tal-paragrafu 1, il-kriterji għall-informazzjoni ulterjuri meħtieġa li hi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għal setturi u sitwazzjonijiet speċifiċi, u l-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 5. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju, f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Ir-riskju tan-nuqqas ta’ trasparenza assoċjat mal-użu ta’ atti delegati għandu jiġi evitat billi jiġi żgurat li huma jitfasslu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati.

Emenda  148

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur fi kwalunkwe ħin, fuq talba, il-konferma ta’ jekk dejta personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-dejta hijiex qiegħda tiġi pproċessata jew le. Fejn dejta personali bħal din tkun qed tiġi pproċessata, il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur fi kwalunkwe ħin, fuq talba, b’lingwaġġ ċar u sempliċi, il-konferma ta’ jekk dejta personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-dejta hijiex qiegħda tiġi pproċessata jew le. Bl-eċċezzjoni ta’ dejta li tkun qed tintuża għall-finijiet ta’ riċerka storika, statistika jew xjentifika, il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja meta tkun qed tiġi pproċessata d-dejta personali:

Emenda  149

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-perjodu li matulu sejra tkun maħżuna d-dejta personali;

(d) il-perjodu massimu li matulu sejra tkun maħżuna d-dejta personali;

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu li matulu jinħażnu l-forom kollha tad-dejta jvarja b’mod konsiderevoli u bosta drabi ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat b’mod preċiż minn qabel. Madankollu, il-perjodu massimu li matulu tista’ tkun maħżuna d-dejta personali għandu jiġi stipulat.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-eżistenza tad-dritt li wieħed jitlob mingħand il-kontrollur ir-rettifika jew it-tħassir tad-dejta personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-dejta jew li joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta personali;

(e) l-eżistenza tad-dritt li wieħed jitlob mingħand il-kontrollur ir-rettifika skont l-Artikolu 16 jew it-tħassir tad-dejta personali li tirrigwarda lis-suġġett tad-dejta jew li joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta personali;

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(f) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni;

Ġustifikazzjoni

Id-dmir li jiġu speċifikati d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni assoċjati ma’ responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni ħażina jkun jeħtieġ reviżjoni kontinwa tal-informazzjoni rilevanti, u għaldaqstant iwassal għal sforzi sproporzjonati speċjalment għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti ta’ dan l-ipproċessar, għall-inqas fil-każ ta’ miżuri msemmija fl-Artikolu 20.

(h) is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti ta’ dan l-ipproċessar.

Emenda  153

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li fi kwalunkwe ħin jikseb mingħand il-kontrollur tas-sors tad-dejta, fuq talba, konferma dwar jekk id-dejta personali relatata mas-suġġett tad-dejta tkunx qed tiġi pproċessata jew le f'bażi ta’ dejta ta’ riċerka, f’konformità mal-Artikolu 10.

Ġustifikazzjoni

Data in research databases will most often be considered personal data according to a high threshold of the definition of data considered personal. For linked research databases it would involve a disproportionate effort for the controller of the linked data to back track data on individual data subjects, since information on the single data subject may be build on data from different data sources, and data may not directly identifiable when the Key ID is kept with the controller of the original data source. Article 10 solves the paradox that in order to notify data subjects on data about him or her in the database, the controller should do what he is not allowed to, namely to identify that data subject.

Emenda  154

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta dwar il-kontenut tad-dejta personali msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  155

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur ir-rettifika ta’ dejta personali dwaru li ma tkunx eżatta. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb il-kompletezza tad-dejta personali mhux kompluta, inkluż billi jissupplimenta stqarrija ta’ korrezzjoni.

Is-suġġett tad-dejta għandu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur ir-rettifika ta’ dejta personali dwaru li ma tkunx eżatta. Is-suġġett tad-dejta għandu d-dritt li jikseb il-kompletezza tad-dejta personali mhux kompluta, inkluż billi jissupplimenta stqarrija ta’ korrezzjoni.

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt li jkun minsi u għal tħassir

Dritt għal tħassir

Emenda  157

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ dejta personali li tirrigwardah u l-astensjoni minn aktar tixrid ta’ din id-dejta, b’mod speċjali fir-rigward ta’ dejta personali li titqiegħed għad-dispożizzjoni mis-suġġett tad-dejta meta hu kien għadu minorenni, meta tapplika waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

1. Is-suġġett tad-dejta għandu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ dejta personali li tirrigwardah u l-astensjoni minn aktar ipproċessar ta’ din id-dejta, ħlief jekk il-kontrollur tad-dejta jkun awtorità pubblika jew entità kkummissjonata mill-awtorità jew inkella tkun qed taġixxi f’isem l-awtorità, inkluż fir-rigward ta’ dejta personali li titqiegħed għad-dispożizzjoni mis-suġġett tad-dejta meta hu kien għadu minorenni, meta tapplika waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

Emenda  158

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) id-dejta ma tkunx aktar meħtieġa fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun inġabret jew ġiet ipproċessata mod ieħor id-dejta;

(a) id-dejta ma tkunx aktar meħtieġa fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun inġabret jew ġiet ipproċessata ulterjorment u l-perjodu minimu taż-żamma li jkun mandatorju b’mod legali jkun skada;

Emenda  159

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) is-suġġett tad-dejta jirtira l-kunsens li fuqu huwa bbażat l-ipproċessar skont l-punt (a) tal-Artikolu 6(1), jew meta l-perjodu ta’ ħażna li jkun ta l-kunsens għalih ikun skada, u meta ma jkun hemm l-ebda raġuni legali għall-ipproċessar tad-dejta;

(b) is-suġġett tad-dejta jirtira l-kunsens li fuqu huwa bbażat l-ipproċessar skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1), jew meta l-perjodu taż-żamma li jkun ta l-kunsens għalih ikun skada, u meta ma jkun hemm l-ebda raġuni legali għall-ipproċessar jew il-ħażna tad-dejta;

Emenda  160

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-kontrollur għandu jieħu l-passi raġonevoli kollha sabiex jikkomunika kwalunkwe tħassir lil kull entità legali li lilha tkun ġiet żvelata d-dejta.

Emenda  161

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss fejn il-kontrollur tad-dejta jista’ jikkonferma l-identità tas-suġġett tad-dejta li jagħmel it-talba għat-tħassir.

Emenda  162

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta l-kontrollur imsemmi fil-paragrafu 1 ikun għamel id-dejta personali pubblika, huwa għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, fir-rigward tad-dejta li l-kontrollur huwa responsabbli għall-pubblikazzjoni tagħha, sabiex jinforma lil partijiet terzi li li qegħdin jipproċessaw din id-dejta, li suġġett tad-dejta jitlobhom biex iħassru kwalunkwe rabta ma’, jew kopja jew replika ta’ dik id-dejta personali. Meta l-kontrollur ikun awtorizza pubblikazzjoni ta’ parti terza ta’ dejta personali, il-kontrollur għandu jitqies bħala responsabbli għal dik il-pubblikazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minħabba n-natura tal-internet u l-possibbiltajiet li titpoġġa informazzjoni fuq diversi siti globalment, din id-dispożizzjoni mhijiex fattibbli.

Emenda  163

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kontrollur għandu jagħmel dan it-tħassir mingħajr dewmien, ħlief sakemm iż-żamma tad-dejta personali tkun meħtieġa:

3. Il-kontrollur għandu jagħmel dan it-tħassir mingħajr dewmien bla bżonn, ħlief sakemm iż-żamma u t-tixrid tad-dejta personali jkunu meħtieġa:

Emenda  164

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika skont l-Artikolu 81;

(b) għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika u ta’ finijiet ta’ saħħa skont l-Artikolu 81;

Emenda  165

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) għall-konformità ma’ obbligu legali li tinżamm id-dejta personali bil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur; il-liġijiet tal-Istat Membru għandhom jissodisfaw għan ta’ interess pubbliku, jirrispettaw l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali u jkunu proporzjonati għall-għan leġittimu segwit;

(d) għall-konformità ma’ obbligu legali li tinżamm id-dejta personali bil-liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur;

Ġustifikazzjoni

Jista’ jkun hemm liġijiet ta’ Stati Membri oħra li jirrikjedu li kontrollur jirrifjuta d-dritt li jkun minsi. Jista’ jinħtieġ li d-dejta tinżamm għal raġunijiet ta’ kontabbiltà pereżempju taħt regoli ta’ rappurtar finanzjarju.

Emenda  166

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) għall-prevenzjoni jew l-iskoperta ta’ frodi, l-ikkonfermar ta’ identità, u/jew id-determinazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, jew il-kapaċità li jħallas.

Emenda  167

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) il-kontrollur irid jaħżen id-dejta personali sabiex jiżgura li abbażi ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 19, jiġi eskluż aktar ipproċessar tad-dejta rispettiva.

Ġustifikazzjoni

Oġġezzjoni għall-ipproċessar tad-dejta personali skont l-Artikolu 19 teskludi b’mod regolari l-ipproċessar tad-dejta rispettiva għall-futur. Sabiex jiġi żgurat li fil-fatt id-dejta rispettiva ma tintużax għal miżuri tal-ipproċessar tad-dejta fil-futur, ma tridx titħassar iżda tiġi mblukkata jew inkella mmarkata.

Emenda  168

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. It-talbiet għar-rettifika, it-tħassir jew l-imblukkar ta’ dejta m’għandhomx jippreġudikaw l-ipproċessar li huwa meħtieġ sabiex jiżgura, jipproteġi u jżomm ir-reżiljenza ta’ sistema ta’ informazzjoni waħda jew iktar. Barra minn hekk, id-dritt ta’ rettifika u/jew tħassir ta’ dejta personali m’għandux japplika għal kwalunkwe dejta personali li jeħtieġ li tinżamm b’obbligu legali jew għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-kontrollur, il-proċessur jew il-partijiet terzi.

Ġustifikazzjoni

Jeżistu ċirkostanzi fejn id-dritt tas-suġġett tad-dejta li jirrettifika jew iħassar dejta personali m’għandux japplika – pereżempju, b’konformità mal-liġijiet tal-Istati Membri tal-UE u ġurisdizzjonijiet oħra li jeħtieġu ż-żamma ta’ ċertu tipi ta’ dejta personali għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew għall-investigazzjonijiet ta’ għemejjel ħżiena potenzjali.

Emenda  169

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar:

imħassar

(a) il-kriterji u r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għal setturi speċifiċi u f’sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ dejta;

 

(b) il-kundizzjonijiet għat-tħassir ta’ konnessjonijiet, kopji jew repliki ta’ dejta personali minn servizzi ta’ komunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku kif imsemmi fil-paragrafu 2;

 

(c) il-kriterji u l-kundizzjonijiet għar-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali msemmija fil-paragrafu 4.

 

Emenda  170

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt, meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi elettroniċi u b’format strutturat u użat b’mod komuni, li jikseb mingħand il-kontrollur kopja tad-dejta li tkun qiegħda tiġi pproċessata f’format elettroniku u strutturat li jintuża normalment u li jippermetti l-użu ulterjuri mis-suġġett tad-dejta.

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt, meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi elettroniċi u b’format strutturat u użat b’mod komuni, li jikseb, fuq talba, mingħand il-kontrollur, fejn teknikament fattibbli, kopja tad-dejta li tkun qiegħda tiġi pproċessata f’format elettroniku u strutturat li jintuża normalment u li jippermetti l-użu ulterjuri mis-suġġett tad-dejta.

Emenda  171

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta s-suġġett tad-dejta jkun ipprovda d-dejta personali u l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens jew fuq kuntratt, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jittrasmetti dik id-dejta personali u kull informazzjoni oħra pprovduta mis-suġġett tad-dejta u miżmuma minn sistema ta’ pproċessar awtomatizzata, f’oħra, f’format elettroniku li jintuża normalment, mingħajr xkiel min-naħa tal-kontrollur li mingħandu tkun ġiet irtirata d-dejta personali.

2. Meta s-suġġett tad-dejta jkun ipprovda d-dejta personali u l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens jew fuq kuntratt, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jittrasmetti dik id-dejta personali u kull informazzjoni oħra pprovduta mis-suġġett tad-dejta, fejn teknikament fattibbli, u miżmuma minn sistema ta’ pproċessar awtomatizzata.

Emenda  172

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jaffettwaw b’mod ħażin id-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, inkluż is-sigrieti kummerċjali jew id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Ir-riżultat ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet m’għandux ikun li l-informazzjoni kollha tiġi rrifjutata lis-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Użu ta’ lingwaġġ mill-Premessa 51 f’relazzjoni ma’ aċċess għad-dejta. Għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għal-limiti tal-portabbiltà tad-dejta, speċjalment fir-rigward tal-interessi leġittimi ta’ negozji sabiex jiġu mħarsa sigrieti kummerċjali u drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, sakemm ikun hemm raġuni.

Emenda  173

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligu li titħassar id-dejta meta ma tkunx meħtieġa iżjed skont l-Artikolu 5(e).

Emenda  174

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx għall-ipproċessar ta’ dejta anonimizzata u psewdonimizzata, sakemm is-suġġett tad-dejta mhuwiex identifikabbli biżżejjed abbażi ta’ dejta bħal din, jew li l-identifikazzjoni tkun teħtieġ li l-kontrollur jikkanċella l-proċess ta’ psewdonimizzazzjoni.

Emenda  175

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d. Il-paragrafi 1 u 2 ma japplikawx fejn il-kontrollur jista’ juri b’mod raġonevoli li mhuwiex possibbli li d-dejta tas-suġġett tad-dejta tiġi sseparata mid-dejta ta’ suġġetti tad-dejta oħra.

Emenda  176

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-format elettroniku msemmi fil-paragrafu 1 u l-istandards tekniċi, il-modalitajiet u l-proċeduri għat-trasmissjoni ta’ dejta personali skont il-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

3. Il-format elettroniku, il-funzjonalitajiet u l-proċeduri relatati għat-trasmissjoni ta’ dejta personali skont il-paragrafu 2, għandhom jiġu ddeterminati mill-kontrollur b’referenza għall-istandards tal-industrija l-iżjed xierqa disponibbli jew kif iddefinit mill-partijiet interessati tal-industrija jew il-korpi tal-istandardizzazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi u tgħin lill-industrija, il-partijiet interessati u l-korpi tal-istandardizzazzjoni fl-immappjar u l-adozzjoni tal-istandards tekniċi, il-modalitajiet u l-proċeduri għat-trasmissjoni ta’ dejta personali skont il-paragrafu 2.

Emenda  177

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Il-kontrolluri għandhom jiżguraw li tkun waslet dokumentazzjoni biżżejjed għall-identità ta’ suġġett tad-dejta, meta s-suġġett tad-dejta jinforza d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 14 sa 19 ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċittadini għandhom jiddokumentaw l-identitajiet tagħhom biex jinforzaw id-drittijiet sabiex jiżguraw li ma tkun tista’ sseħħ l-ebda forma ta’ serq ta’ identità.

Emenda  178

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona, fuq raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari li jinsab fiha, fi kwalunkwe ħin għall-ipproċessar ta’ dejta personali li jkun ibbażat fuq il-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1), sakemm il-kontrollur ma jagħtix raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta.

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona fil-każijiet ta’ punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) fuq raġunijiet predominanti u denji ta’ protezzjoni relatati mas-sitwazzjoni partikolari li jinsab fiha, fi kwalunkwe ħin għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu. Fil-każ ta' oġġezzjoni ġustifikata, l-ipproċessar mill-kontrollur ma jistax jirreferi aktar għal din id-dejta

Ġustifikazzjoni

It-tibdiliet jirriflettu d-dispożizzjoni effettiva u ppruvata dwar l-oġġezzjoni tal-Artikolu 14(a) tad-Direttiva 95/46/KE. Ma hemmx raġuni li tinbidel is-sistema attwali. Ma hemm l-ebda problemi prattiċi magħrufa f’dan il-qasam, li jiġġustifikaw bidla leġiżlattiva. Dan japplika aktar u aktar minħabba li issa r-Regolament se japplika direttament u għaldaqstant mingħajr il-flessibbiltà tad-Direttiva.

Emenda  179

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata għal marketing dirett, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal dan il-marketing. Dan id-dritt għandu jiġi offrut b’mod espliċitu lis-suġġett tad-dejta u b’mod li jintgħaraf u għandu jkun separat minn informazzjoni oħra.

2. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata għal marketing dirett jew fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq l-Artikolu 6(1)(f), is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona mingħajr ħlas għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal dan il-marketing. Dan id-dritt għandu jiġi offrut b’mod espliċitu lis-suġġett tad-dejta u b’mod li jintgħaraf, bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi, adatt għas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari għal kwalunkwe informazzjoni indirizzata b’mod speċifiku lejn it-tfal, u għandu jkun separat minn informazzjoni oħra.

Emenda  180

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta dejta psewdonima tiġi pproċessata abbażi tal-Artikolu 6(1)(g), is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona bla ħlas għall-ipproċessar. Dan id-dritt għandu jiġi offrut b’mod espliċitu lis-suġġett tad-dejta u b’mod li jintgħaraf u għandu jkun separat minn informazzjoni oħra.

Emenda  181

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li tipproduċi effetti legali rigward din il-persuna fiżika jew taffettwa b’mod sinifikanti lil din il-persuna fiżika, u li tkun ibbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ din il-persuna fiżika jew janalizza jew ibassar b’mod partikolari l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tal-persuna fiżika.

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li ma jkunx soġġett għal miżura li taffettwa ħażin lil dan is-suġġett tad-dejta, kemm offline kif ukoll online, li tkun ibbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ dan is-suġġett tad-dejta jew janalizza jew ibassar b’mod partikolari l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tas-suġġett tad-dejta.

Emenda  182

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għall-finijiet ta’ reklamar, tar-riċerka tas-suq jew tad-disinn adattat għad-domanda tat-telemedja, jistgħu jinħolqu profili fl-użu ta’ dejta psewdonimizzata, sakemm il-persuna kkonċernata ma toġġezzjonax għalihom. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi infurmata bid-dritt tagħha li toġġezzjona. Il-profili ta’ użu m’għandhomx isiru flimkien mad-dejta tal-oriġini tal-psewdonimu.

Ġustifikazzjoni

Il-verżjoni oriġinali tal-Artikolu 20 setgħet twassal biex il-kumpaniji jkollhom jiksbu kunsens għal kwalunkwe tip ta’ pproċessar ta’ dejta personali. Madankollu, sabiex ma jinqeridx, b’mod partikolari, il-mudell kummerċjali ta’ ħafna kumpaniji żgħar u medji Ewropej u b’hekk tingħata prijorità lil kumpaniji Amerikani kbar, ċerti tipi ta’ pproċessar tad-dejta għandhom jitħallew isiru, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-protezzjoni tad-dejta personali.

Emenda  183

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-kontrolluri tad-dejta għandhom jinnotifikaw lis-suġġett tad-dejta fejn isir ipproċessar bħal dak imsemmi fil-paragrafu 1 u jagħtu lill-individwu d-dritt li kwalunkwe tali deċiżjoni tiġi riveduta.

Ġustifikazzjoni

It-tfassil ta’ profili għall-finijiet ta’ għoti ta’ marki tal-kreditu għandu jkun separat b’mod ċar minn finijiet oħra, anke minħabba l-fatt li dan it-tfassil ta’ profili jiġi nnotifikat b’mod ċar lill-individwu minn qabel.

Emenda  184

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) ikun ibbażat fuq dejta psewdonimizzata;

Emenda  185

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) ikun ibbażat fuq l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur tad-dejta;

Emenda  186

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) isir matul id-dħul f’kuntratt jew waqt it-twettiq tiegħu, meta t-talba għad-dħul fil-kuntratt jew it-twettiq tiegħu, magħmula mis-suġġett tad-dejta, tkun ġiet issodisfata jew meta jkunu ġew ippreżentati miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, bħad-dritt li jinkiseb l-intervent tal-bniedem; or

imħassar

Emenda  187

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ikun awtorizzat espressament minn liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li tistabbilixxi wkoll miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; or

imħassar

Emenda  188

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-dejta, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u għal salvagwardji xierqa.

imħassar

Emenda  189

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) huwa meħtieġ biex jitħarsu l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew fl-interess pubbliku kif provdut mill-punti (d) u (e) tal-Artikolu 5;

Emenda  190

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) ikun limitat għal dejta psewdonimizzata. Dejta psewdonimizzata bħal din m’għandhiex tinġabar ma’ dejta dwar id-detentur tal-psewdonimu. L-Artikolu 19(4) għandu jgħodd mutatis mutandis;

Ġustifikazzjoni

F’konformità mal-Artikolu 15, il-paragrafu 3 tal-Att tal-Ġermanja dwar it-Telemidja li jinkoraġġixxi l-psewdonimizzazzjoni tad-dejta u jipprovdi qafas leġiżlattiv ċar għat-tfassil tal-profili fl-oqsma ta’, inter alia, ir-reklamar u r-riċerka dwar is-suq.

Emenda  191

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc) ikun meħtieġ biex jiġu mħarsa d-drittijiet disponibbli għal suġġetti tad-dejta oħra, pereżempju għall-iskopijiet tal-iskoperta tal-frodi, jew għall-iskopijiet tal-iskoperta ta’ irregolaritajiet jew attività illegali oħra skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru;

Emenda  192

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd) jikkonċerna dejta li tkun saret anonima.

Ġustifikazzjoni

Dejta li tkun ġiet magħmula anonima b’mod permanenti skont id-definizzjoni fl-Artikolu 4, paragrafu 1, punt 2b (ġdid).

Emenda  193

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-ipproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika ma għandux ikun ibbażat unikament fuq il-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fl-Artikolu 9.

imħassar

Emenda  194

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta personali intiża sabiex tevalwa ċertu aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika m’għandux jintuża sabiex jidentifika jew jindividwalizza t-tfal.

Emenda  195

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-kontrollur taħt l-Artikolu 14 għandha tinkludi informazzjoni dwar l-eżistenza tal-ipproċessar għal miżura tat-tip imsemmija fil-paragrafu 1 u l-effetti previsti ta’ dan l-ipproċessar fuq is-suġġett tad-dejta.

imħassar

Emenda  196

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għal miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda  197

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-partijiet fis-suq tax-xogħol jistgħu jirrestrinġu permezz ta’ miżura leġiżlattiva l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi u d-drittijiet ipprovduti fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 5 u l-Artikoli 11 sa 20 u l-Artikolu 32, meta permezz ta’ ftehimiet kollettivi nazzjonali jkun intlaħaq qbil li restrizzjoni bħal din tkun tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata.

Ġustifikazzjoni

Is-suq tax-xogħol huwa rregolat b’mod differenti ħafna fl-Istati Membri differenti. Xi Stati Membri għandhom tradizzjoni b’leġiżlazzjoni u Stati Membri oħra għandhom grad għoli ta’ regolamentazzjoni li toriġina minn ftehimiet kollettivi fis-suq tax-xogħol.

Emenda  198

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur għandu jadotta politiki u jimplimenta miżuri adattati sabiex jassigura u jkun jista’ juri li l-ipproċessar ta’ dejta personali jsir skont dan ir-Regolament.

1. Billi tiġi kkunsidrata t-teknoloġija avvanzata, in-natura tal-ipproċessar tad-dejta personali u t-tip tal-organizzazzjoni, kemm fiż-żmien tad-determinazzjoni tal-mezzi għall-ipproċessar kif ukoll fiż-żmien tal-ipproċessar innifsu, għandhom jiġu implimentatai miżuri tekniċi u organizzattivi adattati b’tali mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta mit-tfassil.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament għandu jipprovdi flessibbiltà biżżejjed sabiex jippermetti li organizzazzjonijiet differenti jimplimentaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi l-iżjed effikaċi, li jkunu tajba għan-natura u l-istruttura ta’ kull organizzazzjoni rispettiva.

Emenda  199

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fuq talba mill-awtorità kompetenti tal-protezzjoni tad-dejta, il-kontrollur jew il-proċessur għandu juri l-eżistenza ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi.

Emenda  200

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Grupp ta’ impriżi jista’ japplika miżuri tekniċi u organizzattivi konġunti sabiex jilħaq l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mir-Regolament.

Emenda  201

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Dan l-artikolu ma japplikax għal persuna fiżika li tipproċessa dejta personali mingħajr interess kummerċjali.

Emenda  202

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu b’mod partikolari:

2. Miżuri bħal dawn jinkludu, mingħajr limitazzjoni:

Emenda  203

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) iż-żamma tad-dokumenti skont l-Artikolu 28;

(a) sorveljanza tal-ġestjoni indipendenti tal-ipproċessar tad-dejta personali sabiex tiġi żgurata l-eżistenza u l-effikaċja tal-miżuri tekniċi u organizzattivi;

Emenda  204

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-kontroll, inkluż l-għoti ta’ responsabbiltajiet, taħriġ tal-persunal u struzzjonijiet adegwati;

Emenda  205

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tad-dejta stabbiliti fl-Artikolu 30,

(b) l-eżistenza ta’ politiki, struzzjonijiet jew linji gwida oħra għall-gwida tal-ipproċessar tad-dejta meħtieġa sabiex ikun hemm konformità mar-Regolament kif ukoll proċeduri u infurzar sabiex linji gwida bħal dawn ikunu effikaċi;

Emenda  206

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 33;

(c) l-eżistenza ta’ proċeduri xierqa ta’ ppjanar sabiex tiġi żgurata konformità u jiġi indirizzat ipproċessar potenzjalment riskjuż ta’ dejta personali qabel il-bidu tal-ipproċessar;

Emenda  207

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-konformità mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni minn qabel jew il-konsultazzjoni minn qabel tal-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 34(1) u (2);

(d) l-eżistenza ta’ dokumentazzjoni xierqa ta’ pproċessar tad-dejta sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament;

Emenda  208

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) politiki tal-governanza tad-dejta ċari u aċċessibbli li jkunu proporzjonati għall-ammont u t-tip ta' dejta personali pproċessata mill-kontrollur u r-riskju ta' ħsara għall-protezzjoni tad-dejta involuta fl-ipproċessar tad-dejta;

Ġustifikazzjoni

It-taqsimiet addizzjonali huma maħsuba sabiex jipprovdu l-bażi għal mekkaniżmu ta’ responsabbiltà reali u infurzabbli li jista’ jkun flessibbli biżżejjed li jakkomoda kemm intrapriżi kbar kif ukoll organizzazzjonijiet iżgħar. Dan il-kunċett huwa f’konformità mal-aħjar prattiċi diġà fis-seħħ f’reġimi oħra ta’ konformità, bħal dispożizzjonijiet kontra t-tixħim.

Emenda  209

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) l-eżistenza ta’ għarfien xieraq u taħriġ tal-persunal li jipparteċipa fl-ipproċessar tad-dejta u fid-deċiżjonijiet dwar dan tal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament.

Emenda  210

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec) l-istabbiliment u d-dokumentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11.

Emenda  211

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt ed (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ed) l-evidenza ta’ impenn ta’ ġestjoni fl-ogħla livell għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-governanza tad-dejta fl-intrapriża kollha sabiex tiġi żgurata konformità ma’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

It-taqsimiet addizzjonali huma maħsuba sabiex jipprovdu l-bażi għal mekkaniżmu ta’ responsabbiltà reali u infurzabbli li jista’ jkun flessibbli biżżejjed li jakkomoda kemm intrapriżi kbar kif ukoll organizzazzjonijiet iżgħar. Dan il-kunċett huwa f’konformità mal-aħjar prattiċi diġà fis-seħħ f’reġimi oħra ta’ konformità, bħal dispożizzjonijiet kontra t-tixħim.

Emenda  212

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Kwalunkwe rapport regolari tal-attivitajiet tal-kontrollur għandu jinkludi deskrizzjoni tal-politiki u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1).

Emenda  213

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika kwalunkwe kriterju u rekwiżit ieħor għal miżuri adattati msemmija fil-paragrafu 1 minbarra dawk diġà msemmija fil-paragrafu 2, il-kundizzjonijiet għall-mekkaniżmi ta’ verifika u awditjar imsemmija fil-paragrafu 3 u rigward il-kriterji għall-proporzjonalità taħt il-paragrafu 3, u meta wieħed jikkunsidra miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

imħassar

Emenda  214

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku

Il-protezzjoni tad-dejta mit-tfassil

Emenda  215

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara li jikkunsidra l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni, il-kontrollur għandu, kemm meta jiddetermina l-mezzi għall-ipproċessar u waqt l-ipproċessar innifsu, jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

1. Wara li jikkunsidra l-aħħar żviluppi, il-kost tal-implimentazzjoni u l-aħjar prattika internazzjonali, il-kontrollur għandu, kemm meta jiddetermina l-mezzi għall-ipproċessar u waqt l-ipproċessar innifsu, jimplimenta miżuri u proċeduri xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

 

Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-kontrollur għandu jitgħabba biss b’miżuri li jkunu proporzjonati mar-riskju tal-ipproċessar tad-dejta rifless min-natura tad-dejta personali li għandha tiġi pproċessata.

Emenda  216

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jassigura li, b’mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar u li partikolarment ma għandhiex tinġabar jew tinżamm aktar minn kemm huwa meħtieġ għal dawk l-għanijiet, kemm f’dak li jirrigwarda l-ammont tad-dejta kif ukoll iż-żmien tal-ħażna tagħha. B’mod partikolari, dawk il-mekkaniżmi għandhom jassiguraw li b’mod awtomatiku d-dejta personali ma tkunx aċċessibbli għal numru mhux definit ta’ individwi.

2. Il-miżuri u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom:

 

(a) iqisu kif xieraq l-istandards u r-regolamenti tekniċi eżistenti fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà pubblika;

 

(b) isegwu l-prinċipju tan-newtralità tal-mudell tat-teknoloġija, is-servizzi u n-negozju;

 

(c) ikunu bbażati fuq sforzi u standards globali mmexxija mill-industrija;

 

(d) iqisu b’mod xieraq l-iżviluppi internazzjonali.

Emenda  217

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi żgurat li l-ebda rekwiżit mandatorju għal karatteristiċi tekniċi speċifiċi ma jiġi impost fuq prodotti u servizzi, inkluż tagħmir ta’ terminali jew tagħmir elettroniku ieħor tal-komunikazzjoni, li jista’ jimpedixxi l-introduzzjoni tat-tagħmir fis-suq u ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta’ tagħmir bħal dan fl-Istati Membri u bejniethom.

Emenda  218

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika kwalunkwe kriterju u rekwiżit ieħor għall-miżuri u l-mekkaniżmi xierqa msemmija fil-paragrafu 1 u 2, b’mod partikolari għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn applikabbli fis-setturi, il-prodotti u s-servizzi kollha.

imħassar

Emenda  219

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi standards tekniċi għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Emenda  220

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta kontrollur jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali flimkien ma’ oħrajn, il-kontrolluri konġunti jridu jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi għall-konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, permezz ta’ arranġament bejniethom.

Meta kontrollur jiddetermina l-objettivi tal-ipproċessar ta’ dejta personali flimkien ma’ oħrajn, il-kontrolluri konġunti jridu jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi għall-konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, permezz ta’ arranġament bejniethom. L-arranġament għandu jirrifletti b’mod xieraq ir-rwoli u r-relazzjonijiet effettivi u rispettivi tal-kontrolluri konġunti vis-à-vis is-suġġetti tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

L-arranġament li għandhom jidħlu fih kontrolluri konġunti għandu jkun meħtieġ espressament li jirrifletti b’mod xieraq ir-rwoli u r-relazzjonijiet rispettivi tal-kontrolluri konġunti mas-suġġetti tad-dejta. Il-kontrolluri konġunti mhumiex neċessarjament f’pożizzjoni indaqs ta’ negozjar fil-ftehimiet kuntrattwali. Barra minn hekk, mhux il-kontrolluri konġunti kollha għandhom relazzjoni diretta mas-suġġett tad-dejta u ma jikkontrollawx l-istess tip u ammont ta’ dejta personali.

Emenda  221

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-ħatra ta’ rappreżentant mill-kontrollur għandha tkun mingħajr preġudizzju għal azzjonijiet legali li jistgħu jinbdew kontra l-kontrollur innifsu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-rappreżentant jaġixxi f’isem il-kontrollur u huwa l-kontrollur fl-UE. Non bis in idem.

Emenda  222

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta operazzjoni ta’ pproċessar tkun sejra ssir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jipprovdi biżżejjed garanziji sabiex jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u l-miżuri organizzattivi li jirregolaw l-ipproċessar li għandu jsir u għandu jassigura l-konformità ma’ dawk il-miżuri.

1. Meta operazzjoni ta’ pproċessar tkun sejra ssir f’isem kontrollur u tinvolvi l-ipproċessar ta’ dejta li tkun tista’ tippermetti lill-proċessur li jidentifika b’mod raġonevoli lis-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jipprovdi biżżejjed garanziji sabiex jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u l-miżuri organizzattivi li jirregolaw l-ipproċessar li għandu jsir u għandu jassigura l-konformità ma’ dawk il-miżuri.

Emenda  223

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-twettiq tal-ipproċessar minn proċessur għandu jkun regolat minn kuntratt jew att legali ieħor li jorbot lill-proċessur mal-kontrollur u li jistipula b’mod partikolari li l-proċessur għandu:

2. It-twettiq tal-ipproċessar minn proċessur għandu jkun regolat minn kuntratt jew att legali ieħor li jorbot lill-proċessur mal-kontrollur. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom ikunu ħielsa li jiddeterminaw rwoli u responsabbiltajiet rispettivi rigward ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jipprovdu dan li ġej:

Emenda  224

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jaġixxi biss fuq struzzjonijiet mingħand il-kontrollur, b’mod partikolari, meta t-trasferiment tad-dejta personali użata jkun ipprojbit;

(a) il-proċessur għandu jaġixxi biss fuq struzzjonijiet mingħand il-kontrollur, b’mod partikolari, meta t-trasferiment tad-dejta personali użata jkun ipprojbit;

Emenda  225

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) jitqies il-prinċipju tal-protezzjoni tad-dejta mit-tfassil;

Emenda  226

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jimpjega proċessur ieħor biss bil-permess minn qabel tal-kontrollur;

imħassar

Emenda  227

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) safejn dan ikun possibbli minħabba n-natura tal-ipproċessar, joħloq bi ftehim mal-kontrollur ir-rekwiżiti tekniċi u organizzattivi meħtieġa għat-twettiq tal-obbligu tal-kontrollur li jwieġeb għat-talbiet tal-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta stabbiliti fil-Kapitolu III;

(e) safejn dan ikun possibbli minħabba n-natura tal-ipproċessar u l-ħila tal-proċessur li jassisti bi sforz raġonevoli, ftehim dwar ir-rekwiżiti tekniċi u organizattivi rilevanti li jappoġġjaw il-ħila tal-kontrollur li jwieġeb għat-talbiet tal-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett stabbiliti fil-Kapitolu III;

Emenda  228

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jgħin lill-kontrollur sabiex jassigura l-konformità mal-obbligi skont l-Artikoli 30 sa 34;

(f) safejn dan ikun possibbli minħabba n-natura tal-ipproċessar, l-informazzjoni disponibbli għall-proċessur u l-ħila tiegħu li jgħin bi sforz raġonevoli, ftehim dwar kif se tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi skont l-Artikoli 30 sa 34;

Emenda  229

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) jgħaddi r-riżultati kollha lill-kontrollur wara li jintemm l-ipproċessar u ma jipproċessax id-dejta personali mod ieħor;

(g) jgħaddi r-riżultati kollha lill-kontrollur wara li jintemm l-ipproċessar jew jeqridhom b’mod kummerċjalment aċċettat;

Emenda  230

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk proċessur jipproċessa dejta personali għajr kif ordnat mill-kontrollur, il-proċessur għandu jitqies li huwa kontrollur fir-rigward ta’ dak l-ipproċessar u għandu jkun soġġett għar-regoli dwar il-kontrolluri konġunti stipulati fl-Artikolu 24.

imħassar

Emenda  231

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għar-responsabbiltajiet, id-dmirijiet u l-kompiti fir-rigward ta’ proċessur skont il-paragrafu 1, u l-kundizzjonijiet li jippermettu l-faċilitazzjoni tal-ipproċessar ta’ dejta personali fi grupp ta’ impriżi, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ kontroll u rappurtar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju tar-responsabbiltà għandu jħalli d-dettalji f’idejn il-kontrollur u l-proċessur

Emenda  232

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull kontrollur u proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom iżommu dokumenti dwar l-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

1. Kull kontrollur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom iżommu dokumenti xierqa dwar il-miżuri meħuda sabiex jiġi żgurat li l-ipproċessar tad-dejta personali taħt ir-responsabbiltà tagħhom jitwettaq f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Emenda  233

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni meħtieġa għall-awtorità ta’ superviżjoni sabiex jiġi aċċertat li l-kontrollur jew il-proċessur ikun ikkonforma ma' dan ir-Regolament, inkluż deskrizzjoni ta' kwalunkwe waħda mill-miżuri interni applikabbli u l-mekkaniżmi maħsuba sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 22.

Ġustifikazzjoni

Rekwiżit ta’ dokumentazzjoni preskrittiva għal kull attività tal-ipproċessar tad-dejta ma jistax jinkiseb kemm għal intrapriżi multinazzjonali kif ukoll għal intrapriżi iżgħar u ma jwassalx għal aktar protezzjoni tal-privatezza għall-konsumaturi. L-emenda proposta tevita programmi ta’ konformità legalistiċi u onerużi għall-protezzjoni tad-dejta li joħolqu xogħol ta’ karti iżda fil-fatt ma jirriżultawx fi prattiki operattivi aħjar.

Emenda  234

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-obbligu msemmi fil-paragrafi 1 u 1a m’għandux japplika għall-SMEs li jipproċessaw dejta biss bħala attività anċillari għall-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi. Attività anċillari għandha tiġi ddefinita bħala negozju jew attività mhux kummerċjali li ma tkunx assoċjata mal-attivitajiet ewlenin ta’ impriża. Rigward il-protezzjoni tad-dejta, l-attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta li ma jirrappreżentawx iżjed minn 50 % tal-fatturat tal-kumpanija għandhom jitqiesu bħala anċillari.

Emenda  235

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

imħassar

(a) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur, jew kwalunkwe kontrollur konġunt jew proċessur, u tar-rappreżentant, jekk ikun hemm;

 

(b) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jekk ikun hemm;

 

(c) l-objettivi tal-ipproċessar, inkluż l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

 

(d) deskrizzjoni ta’ kategoriji ta’ suġġetti tad-dejta u ta’ kategoriji ta’ dejta personali li tirrigwardahom;

 

(e) ir-riċevituri jew ikategoriji ta’ riċevituri tad-dejta personali, inklużi l-kontrolluri li lilhom tiġi żvelata dejta personali għall-interess leġittimu segwit minnhom;

 

(f) fejn applikabbli, trasferimenti ta’ dejta lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u, f’każ ta’ trasferimenti msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 44(1), id-dokumentazzjoni ta’ salvagwardji xierqa;

 

(g) indikazzjoni ġenerali tal-limiti ta’ żmien għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta’ dejta;

 

(h) id-deskrizzjoni ta’ mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 22

 

Emenda  236

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità ta’ superviżjoni.

3. Il-kontrollur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità ta’ superviżjoni.

Emenda  237

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, sabiex tikkunsidra b’mod partikolari r-responsabbiltajiet tal-kontrollur u tal-proċessur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur. .

imħassar

Emenda  238

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

6. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, tista’ tistabbilixxi formoli standard għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda  239

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jikkooperaw, fuq talba, mal-awtorità ta’ superviżjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 53(2) u billi jagħtu l-aċċess kif ipprovdut fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu.

1. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jikkooperaw, fuq talba, mal-awtorità ta’ superviżjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 53(2) u billi jagħtu l-aċċess kif ipprovdut fil-punt (b) ta’ dak il-paragrafu. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli, abbażi ta’ talba li tiddeskrivi fil-qosor ir-raġunijiet għat-talba ta' aċċess għad-dokumenti, lill-awtorità superviżorja.

Emenda  240

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta l-kontrollur u l-proċessur huma stabbiliti f’diversi Stati Membri għall-finijiet ta’ ġestjoni sħiħa jew parzjali ta’ dejta, huma għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu l-istabbiliment ewlieni tagħhom.

Emenda  241

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jiżguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskji rrappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta personali li trid tiġi protetta, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom.

1. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, inkluża l-psewdonimizzazzjoni, sabiex jiżguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskji rrappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta personali li trid tiġi protetta, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom.

 

Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-kontrollur għandu jitgħabba biss b’miżuri li jkunu proporzjonali mar-riskju tal-ipproċessar tad-dejta rifless min-natura tad-dejta personali li għandha tiġi pproċessata.

Emenda  242

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-obbligi legali msemmija fil-paragrafi 1 u 2, li jistgħu jeħtieġu l-ipproċessar ta’ dejta personali sal-punt li jkun strettament neċessarju għall-finijiet tal-iżgurar tas-sigurtà tan-netwerk u l-informazzjoni, jikkostitwixxu interess leġittimu segwit minn, jew f’isem kontrollur jew proċessur tad-dejta, kif imsemmi f’punt (f) tal-Artikolu 6(1).

Emenda  243

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-miżuri tekniċi u organizzattivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi d-determinazzjonijiet ta’ x’jikkostitwixxi teknoloġija avvanzata, għal setturi speċifiċi u f’sitwzzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ dejta, b’mod partikolari billi tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija u s-soluzzjonijiet għall-privatezza bid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 4.

imħassar

Emenda  244

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal diversi sitwazzjonijiet, b’mod partikolari sabiex:

imħassar

(a) tipprevjeni kull aċċess mhux awtorizzat għal dejta personali;

 

(b) tipprevjeni kull żvelar, qari, ikkuppjar, tibdil, tħassir jew tneħħija mhux awtorizzata ta’ dejta personali;

 

(c) tiżgura l-verifika tal-legalità tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

Emenda  245

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ ta’ ksur ta’ dejta personali, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni. In-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun akkumpanjata b’ġustifikazzjoni motivata f’każijiet fejn ma ssirx fi żmien 24 siegħa.

1. Fil-każ ta’ ksur ta’ dejta personali relatat ma’ kategoriji speċjali ta’ dejta personali, id-dejta personali li hija soġġetta għas-segretezza professjonali, id-dejta personali relatata ma’ reati kriminali jew is-suspett ta’ att kriminali jew id-dejta personali relatata ma’ kontijiet tal-bank jew tal-karta tal-kreditu, li serjament jhedded id-drittijiet jew l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifika l-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni.

Emenda  246

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skont il-punt (f) tal-Artikolu 26(2), il-proċessur għandu jwissi u jinforma lill-kontrollur minnufih wara l-istabbiliment ta’ ksur ta’ dejta personali.

2. Skont il-punt (f) tal-Artikolu 26(2), il-proċessur għandu jwissi u jinforma lill-kontrollur mingħajr dewmien bla bżonn wara l-identifikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali li tista' tipproduċi effetti legali għad-detriment tal-privatezza tas-suġġett tad-dejta.

Emenda  247

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur tad-dejta personali.

(e) tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur tad-dejta personali u/jew inaqqas l-effetti tiegħu.

Emenda  248

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, fosthom il-fatti li jirrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Din id-dokumentazzjoni trid tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni li tivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan.

4. Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, fosthom il-fatti li jirrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Din id-dokumentazzjoni trid tkun biżżejjed sabiex tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni li tivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan.

Emenda  249

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbiliment tal-ksur tad-dejta msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u għaċ-ċirkostanzi partikolari li fihom kontrollur u proċessur ikunu meħtieġa jinnotifikaw il-ksur tad-dejta personali.

imħassar

Emenda  250

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format standard ta’ din in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni, il-proċeduri applikabbli għar-rekwiżit ta’ notifika u l-forma u l-modalitajiet għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, inklużi l-limiti ta’ żmien għat-tħassir tal-informazzjoni miżmuma fiha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format standard ta’ din in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni u l-proċeduri applikabbli għall-preżentazzjoni tar-rapporti.

Emenda  251

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-ksur tad-dejta personali aktarx li jaffettwa ħażin lill-protezzjoni tad-dejta personali jew lill-privatezza tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 31, jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn.

1. Meta l-ksur tad-dejta personali aktarx li jaffettwa ħażin lill-protezzjoni tad-dejta personali, lill-privatezza, lid-dritt jew lill-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 31, jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn. Ksur għandu jitqies li jaffettwa ħażin id-dejta personali jew il-privatezza ta’ suġġett tad-dejta meta dan ikun jista’ jwassal, pereżempju, għal serq ta’ identità jew frodi, ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni.

Emenda  252

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 31(3).

2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun komprensiva, ċara u li tinftiehem minn kwalunkwe individwu u għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 31(3).

Emenda  253

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta ma għandhiex tkun meħtieġa jekk il-kontrollur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta’ superviżjoni li huwa jkun implimenta miżuri ta’ protezzjoni tekonoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha.

3. Il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta ma għandhiex tkun meħtieġa jekk il-ksur ta’ dejta ma jkunx għamel ħsara sinifikanti u l-kontrollur ikun implimenta miżuri ta’ protezzjoni tekonoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftiehemx, mhux tajba għall-użu jew anonimizzata għal kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha.

Emenda  254

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti rigward iċ-ċirkostanzi li fihom ksur ta’ dejta personali aktarx li jaffettwa ħażin lid-dejta personali msemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  255

Proposta għal regolament

Artikolu 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 32a

 

Komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lil organizzazzjonijiet oħra

 

Kontrollur li jikkomunika ksur ta’ dejta personali lil suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 32 jista’ jinnotifika organizzazzjoni oħra, istituzzjoni tal-gvern jew parti minn istituzzjoni tal-gvern bil-ksur tad-dejta personali jekk dik l-organizzazzjoni, istituzzjoni tal-gvern jew parti minn istituzzjoni tal-gvern tkun tista’ tnaqqas ir-riskju tal-ħsara li tista’ tirriżulta minnu jew ittaffi dik il-ħsara. Notifiki bħal dawn jistgħu jsiru mingħajr ma jiġi mgħarraf is-suġġett tad-dejta jekk l-iżvelar isir biss biex jitnaqqas ir-riskju ta’ ħsara lis-suġġett tad-dejta li tista’ tirriżulta mill-ksur jew biex tittaffa dik il-ħsara.

Ġustifikazzjoni

F’ħafna każijiet, organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet governattivi oħra jkunu f’qagħda li jassistu fil-mitigazzjoni tal-ħsara li tista’ tirriżulta lil suġġett tad-dejta wara ksur tad-dejta personali jekk isiru konxji tal-ksur u ċ-ċirkostanzi madwar il-ksur.

Emenda  256

Proposta għal regolament

Kapitolu 4 – taqsima 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA U AWTORIZZAZZJONI MINN QABEL

VALUTAZZJONI TAL-IMPATT TAL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA U NOTIFIKA MINN QABEL

Ġustifikazzjoni

Proċeduri li jirrikjedu awtorizzazzjoni minn qabel jippreżentaw spiża u ħela ta’ ħin għall-kontrollur, u l-valur miżjud tagħhom imqabbel ma’ sistema ta’ notifika minn qabel jista’ jkun ikkontestat mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta. Notifiki minn qabel, li jistgħu jipprovdu lill-awtorità ta’ superviżjoni bil-possibbiltà li tirreaġixxi u taġixxi, huma biżżejjed u jipprovdu wkoll proċedura għall-protezzjoni tad-dejta li hija faċli biex tintuża mill-utent.

Emenda  257

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-dejta minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom u l-għanijiet tagħhom, il-kontrollur jew il-proċessur li jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti fuq id-dejta personali.

1. Meta l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-dejta minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom u l-għanijiet tagħhom, il-kontrollur għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti fuq id-dejta personali. Valutazzjoni waħda għandha tkun biżżejjed biex tindirizza sett ta’ operazzjonijiet tal-ipproċessar li jippreżentaw riskji simili. L-SMEs għandhom ikunu meħtieġa biss li jwettqu valutazzjoni tal-impatt wara t-tielet sena ta’ inkorporazzjoni tagħhom fejn l-ipproċessar tad-dejta huwa meqjus bħala attività prinċipali tan-negozju tagħhom.

Emenda  258

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin b’mod partikolari jippreżentaw dawn ir-riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1:

2. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin jippreżentaw dawn ir-riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1:

Ġustifikazzjoni

Fl-interessi taċ-ċertezza legali huwa meħtieġ li jiġi stipulat b’mod ċar liema riskji speċifiċi jappartjenu, b’mod eżawrjenti.

Emenda  259

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Evalwazzjoni sistematika u estensiva tal-aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika jew għall-analiżi jew it-tbassir b’mod partikolari tas--sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tal-persuna fiżika, li tkun ibbażata fuq l-ipproċessar awtomatizzat li fuqu huma bbażati miżuri li jipproduċu effetti legali li jirrigwardaw lill-individwu jew jaffettwaw b’mod sinifikanti lill-individwu;

(a) Evalwazzjoni sistematika u estensiva tal-aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika jew għall-analiżi jew it-tbassir b’mod partikolari tas-sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tal-persuna fiżika, li tkun ibbażata fuq l-ipproċessar awtomatizzat li fuqu huma bbażati miżuri li jipproduċu effetti legali għad-detriment tal-individwu, inkluż kull operazzjoni ta’ pproċessar addizzjonali tat-tip imsemmi fl-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-Regolament;

Emenda  260

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) informazzjoni dwar il-ħajja sesswali, is-saħħa, ir-razza u l-oriġini etnika jew għall-għoti ta’ kura tas-saħħa, riċerki epidemjoloġiċi, jew stħarriġ dwar mard mentali jew li jittieħed, meta d-dejta tiġi pproċessata biex tieħu miżuri jew deċiżjonijiet dwar individwi speċifiċi fuq skala kbira;

(b) informazzjoni dwar il-ħajja sesswali, is-saħħa, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż, kundanni penali, ir-razza u l-oriġini etnika jew għall-għoti ta’ kura tas-saħħa, riċerki epidemjoloġiċi, jew stħarriġ dwar mard mentali jew li jittieħed, meta d-dejta tiġi pproċessata biex tieħu miżuri jew deċiżjonijiet dwar individwi speċifiċi fuq skala kbira;

Emenda  261

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-valutazzjoni għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-dejta, il-miżuri previsti sabiex jindirizzaw ir-riskji, salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta’ dejta personali u li juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u persuni oħrajn ikkonċernati.

3. Il-valutazzjoni għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-dejta, inkluż ir-riskju li l-operazzjoni jkun fiha jew tintensifika d-diskriminazzjoni, il-miżuri previsti sabiex jindirizzaw ir-riskji, salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta’ dejta personali u li juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u persuni oħrajn ikkonċernati u jitqiesu wkoll teknoloġiji u metodi moderni li jistgħu jtejbu l-privatezza taċ-ċittadini. Fejn jeżistu linji gwida Ewropej, dawn il-linji gwida għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-impatt.

Emenda  262

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-kontrollur għandu jfittex l-opinjoni tas-suġġetti tad-dejta jew tar-rappreżentanti tagħhom dwar l-ipproċessar maħsub, mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali jew pubbliċi jew għas-sigurtà tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Li titfittex b’mod attiv l-opinjoni ta’ suġġetti tad-dejta tirrappreżenta piż sproporzjonat fuq il-kontrolluri tad-dejta.

Emenda  263

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fejn il-kontrollur huwa awtorità jew korp pubbliku u fejn l-ipproċessar jirriżulta minn obbligu legali skont il-punt (c) ta’ Artikolu 6(1) li jipprovdi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-operazzjonijiet ta' proċessar u regolati mil-liġi tal-Unjoni, il-paragrafi 1 sa 4 m’għandhomx japplikaw, sakemm l-Istati Membri jidhrilhom li hu meħtieġ sabiex iwettqu valutazzjoni bħal din qabel l-attivitajiet ta’ pproċessar.

5. Fejn il-kontrollur huwa awtorità jew korp pubbliku jew fejn id-dejta hija pproċessata minn korp ieħor li ġie fdat bir-responsabbiltà li jwettaq kompiti ta’ servizz pubbliku, u fejn l-ipproċessar jirriżulta minn obbligu legali skont il-punt (c) tal-Artikolu 6(1) li jipprovdi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-operazzjonijiet ta' proċessar u regolati mil-liġi tal-Unjoni, il-paragrafi 1 sa 4 m’għandhomx japplikaw, sakemm l-Istati Membri jidhrilhom li hu meħtieġ sabiex iwettqu valutazzjoni bħal din qabel l-attivitajiet ta’ pproċessar.

Ġustifikazzjoni

Għandha tkun in-natura tas-servizz ipprovdut, u mhux in-natura tal-korp li jipprovdi dak is-servizz li tiddetermina jekk japplikawx regoli ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq id-dejta. Pereżempju, organizzazzjonijiet privati huma ħafna drabi fdati bir-responsabbiltà li jipprovdu servizzi pubbliċi. Għandu jkun hemm approċċ wieħed uniku fit-twettiq tas-servizzi pubbliċi irrispettivament minn jekk il-korp li qed iwettaq dak is-servizz huwiex awtorità jew korp pubbliku, jew organizzazzjoni privata kkuntrattata.

Emenda  264

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, inklużi l-kundizzjonijiet għall- modularità, il-verifika u l-awditjar. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-miżuri speċifiċi, għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

imħassar

Emenda  265

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika standards u proċeduri speċifiċi għat-twettiq u l-verifika u l-awditjar tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Emenda  266

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Valutazzjonijiet tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jitqiesu bħala komunikazzjoni privileġġjata.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li dan ikun stipulat sabiex titneħħa l-biża’ ta’ kumpaniji li proċessi ġodda innovattivi li jkunu suġġetti għal segretezza kummerċjali jistgħu jkunu rilaxxati fil-pubbliku.

Emenda  267

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorizzazzjoni minn qabel u konsultazzjoni minn qabel

Konsultazzjoni minn qabel

Ġustifikazzjoni

Konsistenza interna mal-objettivi stipulati fil-Premessa 70.

Emenda  268

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. kontrollur jew proċessur jadotta klawżoli kuntrattwali kif ipprovdut fil-punt (d) tal-Artikolu 42(2) jew ma jipprovdix għas-salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti kif imsemmi fl-Artikolu 42(5) għat-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Prior authorization or consultation with supervisory authorities will lead to a misallocation of privacy resources and place a significant burden on already overextended supervisory authorities, create significant, inevitable delays in the rollout of new products and services, and generally disincentivise the creation of effective corporate privacy programmes. Requiring enterprises that have invested in these internal programmes to submit to compulsory consultation with the supervisory authority will have an adverse impact on their ability to develop and release to the market new products and services which benefit consumers and the economy.

Emenda  269

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrollur jew proċessur li jkun qiegħed jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jikkonsulta lill-awtorità ta’ superviżjoni qabel l-ipproċessar ta’ dejta personali sabiex jassigura l-konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex inaqqas ir-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta meta:

2. Il-kontrollur jew proċessur li jkun qiegħed jaġixxi f’isem il-kontrollur jista’ jikkonsulta lill-awtorità ta’ superviżjoni qabel l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta personali sabiex jassigura l-konformità tal-ipproċessar maħsub ma’ dan ir-Regolament u b’mod partikolari sabiex inaqqas ir-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta meta:

Emenda  270

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-awtorità ta’ superviżjoni tħoss li jkun meħtieġ li jkun hemm konsultazzjoni minn qabel dwar operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, u speċifikati skont il-paragrafu 4.

(b) l-awtorità ta’ superviżjoni tħoss li jkun meħtieġ li jkun hemm konsultazzjoni minn qabel dwar operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għat-tħassir tal-paragrafu 4.

Emenda  271

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-awtorità ta’ superviżjoni tkun tal-fehma li l-ipproċessar maħsub ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fejn ir-riskji ma jkunux identifikati jew imnaqqsa biżżejjed, din għandha tipprojbixxi l-ipproċessar maħsub u tagħmel proposti adattati sabiex tirrimedja dan in-nuqqas ta’ konformità.

3. Meta l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti tiddetermina, skont is-setgħa tagħha, li l-ipproċessar maħsub ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fejn ir-riskji ma jkunux identifikati jew imnaqqsa biżżejjed, din għandha tipprojbixxi l-ipproċessar maħsub u tagħmel proposti adattati sabiex tirrimedja dan in-nuqqas ta’ konformità. Deċiżjoni bħal din għandha tkun suġġetta għal appell f’qorti kompetenti u ma tistax tiġi infurzata waqt li tkun qed tiġi appellata sakemm l-ipproċessar ma jirriżultax f’dannu serju immedjat għas-suġġetti tad-dejta.

Emenda  272

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tistabbilixxi u tippubblika lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont il-punt (b) tal-paragrafu 2. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tikkomunika dawn il-listi lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din hija wisq kumplessa mil-lat amministrattiv sabiex tiġi implimentata b'mod effettiv, speċjalment fid-dawl tal-ħtieġa għal Regolament li mhuwiex speċifiku għas-settur u li jibqa' jgħodd għall-futur.

Emenda  273

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-lista pprovduta fil-paragrafu 4 tinvolvi attivitajiet ta’ pproċessar li huma relatati mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-dejta f’diversi Stati Membri, jew għas-sorveljanza tal-imġiba tagħhom, jew jistgħu jaffettwaw sostanzjalment il-moviment liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57 qabel l-adozzjoni tal-lista.

5. Meta attivitajiet ta’ pproċessar ikollhom x’jaqsmu mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-dejta f’diversi Stati Membri, jew għas-sorveljanza tal-imġiba tagħhom, jew jistgħu jaffettwaw sostanzjalment il-moviment liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

Ġustifikazzjoni

Tiffoka l-mekkaniżmu ta’ konsistenza fuq fejn huwa l-aktar xieraq, skont l-emendi għall-Artikolu 58(2).

Emenda  274

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-kontrollur jew proċessur għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ superviżjoni l-valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta pprovduta fl-Artikolu 33 u, fuq talba, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni tivvaluta l-konformità tal-ipproċessar u b’mod partikolari r-riskji għall-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġett tad-dejta u s-salvagwardji relatati.

6. Il-kontrollur għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ superviżjoni l-valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta pprovduta fl-Artikolu 33 u, fuq talba, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni tivvaluta l-konformità tal-ipproċessar u b’mod partikolari r-riskji għall-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġett tad-dejta u s-salvagwardji relatati.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li tkun żgurata ċertezza legali u għal infurzar aħjar mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni, u skont il-Premessa 62 li tirrikjedi “attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet skont dan ir-Regolament”, awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità ta’ superviżjoni u konsultazzjoni magħha għandhom ikunu biss ir-responsabbiltà tal-kontrollur. Dan jistabbilixxi qafas ħafna aktar ċar kemm għall-kumpaniji u kemm għall-awtoritajiet ta’ superviżjoni.

Emenda  275

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ livell għoli ta’ riskju speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

imħassar

Emenda  276

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli u proċeduri standard għall-awtorizzazzjonijiet u konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, u formoli u proċeduri standard għall-infurmar lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

9. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli u proċeduri standard għal konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fil-paragrafu 2, u formoli u proċeduri standard għall-infurmar lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda  277

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur u l-proċessur għandu jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fi kwalunkwe każ meta:

1. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jaħtru organizzazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta jew uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fi kwalunkwe każ meta:

Emenda  278

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’operazzjonijiet ta’ pproċessar li, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-dejta.

(c) l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f’operazzjonijiet ta’ pproċessar li, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-dejta. L-attivitajiet ewlenin għandhom ikunu ddefiniti bħala attivitajiet fejn 50 % tal-fatturat annwali li jirriżulta mill-bejgħ ta’ dejta jew dħul jiġi minn din id-dejta. Rigward il-protezzjoni tad-dejta, l-attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta li ma jirrappreżentawx iżjed minn 50 % tal-fatturat tal-kumpanija għandhom jitqiesu bħala anċillari.

Ġustifikazzjoni

Il-ħatra ta’ uffiċjali tal-protezzjoni tad-dejta għandha titqies meħtieġa biss meta l-attivitajiet ewlenin ta’ impriża jikkonċernaw l-ipproċessar ta’ dejta personali.

Emenda  279

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-kontrollur jew il-proċessur huwa awtorità jew korp pubbliku, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jinħatar għal diversi mill-entitajiet tagħha, filwaqt li jittieħed kont tal-istruttura organizzativa tal-awtorità jew il-korp pubbliku.

3. Meta l-kontrollur jew il-proċessur huwa awtorità jew korp pubbliku, l-organizzazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta jew l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jistgħu jinħatru għal diversi mill-entitajiet tagħha, filwaqt li jittieħed kont tal-istruttura organizzativa tal-awtorità jew il-korp pubbliku.

Emenda  280

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 37. Il-livell meħtieġ ta’ għarfien espert għandu jkun stabbilit b’mod partikolari skont l-ipproċessar tad-dejta li jkun sar u l-protezzjoni meħtieġa għad-dejta personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur.

5. Il-kontrollur jew il-proċessur jistgħu jaħtru lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 37. Il-livell meħtieġ ta’ għarfien espert għandu jkun stabbilit b’mod partikolari skont l-ipproċessar tad-dejta li jkun sar u l-protezzjoni meħtieġa għad-dejta personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur.

Emenda  281

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li kwalunkwe dmir professjonali ieħor tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun kompatibbli mal-kompiti u d-dmirijiet tal-persuna bħala uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta u ma jirriżultax f’kunflitt ta’ interessi.

6. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li kwalunkwe dmir professjonali ieħor tal-organizzazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta jew tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun kompatibbli mal-kompiti u d-dmirijiet tal-persuna bħala uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta u ma jirriżultax f’kunflitt ta’ interessi.

Emenda  282

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jerġa’ jinħatar għal aktar mandati. Waqt il-mandat tiegħu, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jitneħħa biss mill-kariga, jekk huwa ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu.

7. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jerġa’ jinħatar għal aktar mandati.

Ġustifikazzjoni

Bħall-persunal l-ieħor kollu, għandu jkun possibbli li l-UPD jitkeċċa jekk ma jwettaqx il-kompiti stabbiliti mill-maniġment. Huwa l-maniġment li jiddeċiedi jekk huwiex sodisfatt bil-persuna li impjega jew le.

Emenda  283

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li jikkuntattjaw lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-dejta tas-suġġett tad-dejta u li jitolbu l-eżerċitar tad-drittijiet taħt dan ir-Regolament.

10. Is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li jikkuntattjaw lill-organizzazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta jew lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-dejta tas-suġġett tad-dejta u li jitolbu l-eżerċitar tad-drittijiet taħt dan ir-Regolament.

Emenda  284

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-kriterji għall-kwalitajiet professjonali tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 5.

imħassar

Emenda  285

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun involut kif xieraq u mingħajr dewmien fil-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-dejta personali.

1. Il-ġestjoni eżekuttiva tal-kontrollur jew tal-proċessur għandha tappoġġja lill-organizzazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta jew l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u għandha tipprovdi l-persunal, il-bini, it-tagħmir u kwalunkwe riżors ieħor meħtieġ sabiex jitwettqu r-rwoli u d-dmirijiet imsemmija fl-Artikolu 37.

Emenda  286

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jwettaq id-dmirijiet u l-kompiti b’mod indipendenti u ma jingħatax istruzzjonijiet rigward l-eżerċizzju tal-funzjoni. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jirrapporta b’mod dirett lill-ġestjoni tal-kontrollur jew tal-proċessur.

2. L-organizzazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta jew l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandhom iwettqu d-dmirijiet u l-kompiti tagħhom b’mod indipendenti u għandhom jirrapportaw b’mod dirett lill-ġestjoni tal-kontrollur jew tal-proċessur.

Emenda  287

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jappoġġja lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u għandu jipprovdi persunal, post, tagħmir u kwalunkwe riżorsa oħra meħtieġa sabiex iwettaq id-dmirijiet u l-kompiti kif imsemmija fl-Artikolu 34.

3. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jappoġġja lill-organizzazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta u lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u għandu jipprovdi persunal, post, tagħmir u kwalunkwe riżorsa oħra meħtieġa sabiex iwettaq id-dmirijiet u l-kompiti kif imsemmija fl-Artikolu 34.

Emenda  288

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jafda lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta tal-anqas bil-kompiti li ġejjin:

1. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jafda lill-organizzazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta jew lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta tal-anqas bil-kompiti li ġejjin:

Emenda  289

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament u jiddokumenta din l-attività u t-tweġibiet li jirċievi;

(a) li jqajjem kuxjenza, jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament u jiddokumenta din l-attività u t-tweġibiet li jirċievi;

Emenda  290

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari rigward ir-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn, il-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku u s-sigurtà tad-dejta u dwar l-informazzjoni tas-suġġetti tad-dejta u t-talbiet tagħhom fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament;

(c) jissorvelja l-konformità ma' dan ir-Regolament;

Emenda  291

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jissorvelja d-dokumentazzjoni, in-notifika u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali skont l-Artikoli 31 u 32;

(e) jiżviluppa proċessi għas-sorveljanza, id-dokumentazzjoni, in-notifika u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali skont l-Artikoli 31 u 32;

Emenda  292

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jissorvelja t-twettiq tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta mill-kontrollur jew mill-proċessur u l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni minn qabel jew konsultazzjoni minn qabel, jekk dan ikun meħtieġ skont l-Artikoli 33 u 34;

(f) jiżviluppa proċessi li jissorveljaw it-twettiq tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta mill-kontrollur jew mill-proċessur u l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni minn qabel jew konsultazzjoni minn qabel, jekk dan ikun meħtieġ skont l-Artikoli 33 u 34;

Emenda  293

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) jiżgura li jkunu jeżistu miżuri ta’ responsabbiltà kif definit fil-punti (c) sa (ed) tal-Artikolu 22(2);

Ġustifikazzjoni

Il-kjarifika tar-rwol ċentrali tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta fil-katina tar-responsabbiltà għall-ġestjoni fl-ogħla livell.

Emenda  294

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) jissorvelja t-tweġibiet għat-talbiet mill-awtorità ta’ superviżjoni, u, fl-isfera tal-kompetenza tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni fuq talba ta’ din tal-aħħar jew fuq inizjattiva tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta stess;

(g) jassisti fit-tweġibiet għat-talbiet mill-awtorità ta’ superviżjoni, u, fl-isfera tal-kompetenza tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni fuq talba ta’ din tal-aħħar jew fuq inizjattiva tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta stess;

Emenda  295

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu, b’mod partikolari fil-livell Ewropew, l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ protezzjoni tad-dejta u ta’ siġilli u marki tal-protezzjoni tad-dejta, li jippermettu lis-suġġetti tad-dejta jevalwaw malajr il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta pprovduta mill-kontrolluri u mill-proċessuri. Il-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi u operazzjonijiet ta’ pproċessar differenti.

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħdmu ma’ kontrolluri, proċessuri u partijiet interessati oħra biex jinkoraġġixxu, b’mod partikolari fil-livell Ewropew, l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ protezzjoni tad-dejta u ta’ siġilli u marki tal-protezzjoni tad-dejta, li jippermettu lis-suġġetti tad-dejta u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jevalwaw malajr il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta pprovduta mill-kontrolluri u mill-proċessuri. Il-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi u operazzjonijiet ta’ pproċessar differenti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tinkoraġġixxi u tippermetti l-ħolqien ta’ sistema li fiha r-regolaturi jakkreditaw assessuri indipendenti, kemm għal valutazzjonijiet ta’ intrapriżi sħaħ kif ukoll għal valutazzjonijiet speċifiċi għall-prodott jew għat-teknoloġija.

Emenda  296

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta għandhom ikunu volontarji, affordabbli, u disponibbli permezz ta’ proċess li jkun trasparenti u mhux ta’ piż mingħajr ħtieġa. Dawn il-mekkaniżmi għandhom ukoll ikunu newtrali mil-lat tat-teknoloġija u kapaċi għal applikazzjoni globali u għandhom jikkontribwixxu għall-applikazzjoni tajba ta’ dan ir-Regolament, b’kunsiderazzjoni għall-fatturi speċifiċi ta’ diversi setturi u operazzjonijiet ta’ pproċessar differenti.

Ġustifikazzjoni

Mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni għandhom ikunu ddisinjati sabiex ikunu effettivi mingħajr ma jkunu burokratiċi wisq jew ta’ piż żejjed.

Emenda  297

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-kundizzjonijiet għall-għoti, u l-irtirar, u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-kundizzjonijiet għall-għoti, u l-irtirar, u r-rekwiżiti għar-rikonoxximent fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi, sakemm dawn il-miżuri jkunu newtrali mil-lat teknoloġiku.

Emenda  298

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi standards tekniċi għall-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u għas-siġilli u l-marki ta’ protezzjoni tad-dejta u mekkaniżmi għall-promozzjoni u r-rikonoxximent ta’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ siġilli u marki ta’ protezzjoni tad-dejta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Emenda  299

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-istat tad-dritt, il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, inkluż rigward is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali, ir-regoli professjonali u l-miżuri ta’ sigurtà li huma mħarsa f’dak il-pajjiż jew minn dik l-organizzazzjoni internazzjonali; kif ukoll drittijiet effettivi u infurzabbli inkluż rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għal suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li qegħdin jgħixu fl-Unjoni, li d-dejta personali tagħhom tkun sejra tiġi ttrasferita;

(a) l-istat tad-dritt, il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, inkluż rigward is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni, ir-regoli professjonali u l-miżuri ta’ sigurtà li huma mħarsa f’dak il-pajjiż jew minn dik l-organizzazzjoni internazzjonali; kif ukoll drittijiet effettivi u infurzabbli inkluż rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għal suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li qegħdin jgħixu fl-Unjoni, li d-dejta personali tagħhom tkun sejra tiġi ttrasferita;

Emenda  300

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Jekk il-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex temmen, minħabba l-monitoraġġ ta' kwalunkwe sors ieħor, li pajjiż jew organizzazzjoni internazzjonali li dwarhom tkun ġiet adottata deċiżjoni skont il-paragrafu 3 ma jkunux għadhom jipprovdu livell adegwat ta’ protezzjoni fit-tifsira tal-paragrafu 2, għandha tirrevedi din id-deċiżjoni.

Emenda  301

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 41, kontrollur jew proċessur jista’ jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew orgainizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ippreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali fi strument legali vinkolanti.

1. Meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 41, jew tiddeċiedi li pajjiż terz, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ma jiżgurax livell adegwat ta’ protezzjoni skont il-paragrafu 5 ta’ dak l-Artikolu, kontrollur jew proċessur jista’ jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li qed titrasferixxi dejta fuq bażi internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ippreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali fi strument legali vinkolanti, u meta xieraq skont valutazzjoni tal-impatt, meta l-kontrollur jew il-proċessur ikun żgura li r-reċipjent tad-dejta f’pajjiż terz għandu standards għolja ta’ protezzjoni tad-dejta.

 

Dawn is-salvagwardji għandhom, tal-anqas, jiggarantixxu l-osservanza tal-prinċipji ta’ pproċessar tad-dejta personali kif stabbilit fl-Artikolu 5 u jiggarantixxu d-drittijiet ta’ suġġett tad-dejta kif stabbilit fil-Kapitolu III.

Emenda  302

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta adottati mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2); jew

(b) klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta, bejn il-kontrollur jew proċessur u r-riċevitur, li jista’ jkun sottoproċessur, tad-dejta barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li jistgħu jinkludu termini standard għal trasferimenti barra miż-ŻEE, adottati mill-Kummissjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 87(2); jew

Ġustifikazzjoni

Din hija żieda importanti biex tkun iċċarata r-relazzjoni bejn kontrolluri, proċessuri u sottoproċessuri fil-kuntest ta’ trasferimenti internazzjonali tad-dejta.

Emenda  303

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta adottati minn awtorità ta’ superviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57 meta ddikjarati ġeneralment validi mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 62(1); jew

(c) klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta, bejn il-kontrollur jew proċessur u r-riċevitur, li jista’ jkun sottoproċessur, tad-dejta barra miż-ŻEE, li jistgħu jnkludu termini standard għal trasferimenti barra miż-ŻEE, adottati minn awtorità ta’ superviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57 meta ddikjarati ġeneralment validi mill-Kummissjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 62(1); jew

Ġustifikazzjoni

Din hija żieda importanti biex tkun iċċarata r-relazzjoni bejn kontrolluri, proċessuri u sottoproċessuri fil-kuntest ta’ trasferimenti internazzjonali tad-dejta.

Emenda  304

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) klawżoli kuntrattwali bejn il-kontrollur jew il-proċessur u r-riċevitur tad-dejta awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 4.

(d) klawżoli kuntrattwali bejn il-kontrollur jew il-proċessur u r-riċevitur tad-dejta awtorizzati minn awtorità ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 4. jew

Emenda  305

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) klawżoli kuntrattwali bejn il-kontrollur jew il-proċessur u r-riċevitur tad-dejta li jissuplementaw klawżoli standard għall-protezzjoni tad-dejta kif imsemmija fil-punti (b) u (c) ta' dan il-paragrafu, u li huma awtorizzati mill-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti skont il-paragrafu 4;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprovdi inċentiv sabiex organizzazzjonijiet imorru lil hinn mir-rekwiżiti regolatorji bażi u jikkonformaw ma’ skemi bħal "siġill tad-dejta" jew "marka ta' fiduċja".

Emenda  306

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 83(4);

Emenda  307

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Trasferiment ibbażat fuq klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta jew regoli korporattivi vinkolanti kif imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2 ma għandhomx jeħtieġu aktar awtorizzazzjoni.

3. Trasferiment ibbażat fuq il-punti (a), (b), (c) jew (e) tal-paragrafu 2 ma għandhomx jeħtieġu aktar awtorizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Trasferiment għal għanijiet ta’ riċerka ta’ dejta kodifikata li ma tistax u mhux se terġa’ tkun identifikata minn riċevituri li jinstabu f’pajjiżi terzi għandu jkun permess mingħajr aktar piżijiet amministrattivi.

Emenda  308

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta trasferiment ikun ibbażat fuq klawżoli kuntrattwali kif imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikseb awtorizzazzjoni minn qabel tal-klawżoli kuntrattwali skont il-punt (a) tal-Artikolu 31(1) mill-awtorità ta’ superviżjoni. Jekk it-trasferiment huwa relatat ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li jirrigwardaw is-suġġetti tad-dejta fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, jew jaffettwaw b’mod sostanzjali l-moviment liberu ta’ dejta personali ġewwa l-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

4. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jikseb awtorizzazzjoni minn qabel tal-klawżoli kuntrattwali skont il-punt (a) tal-Artikolu 31(1) mill-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti għal trasferimenti skont dan l-Artikolu. Jekk it-trasferiment ikun relatat ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li jaffettwaw sostanzjalment il-moviment liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni, l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti għandha tapplika l-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

Emenda  309

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Kontrollur jew proċessur jista’ jagħżel li jibbaża t-trasferimenti fuq klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta kif imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2, u flimkien ma' dawn il-klawżoli standard joffri impenji addizzjonali, legalment vinkolanti li japplikaw għad-dejta trasferita. F’każijiet bħal dawn, dawn l-impenji addizzjonali għandhom ikunu suġġetti għal konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti u għandhom jissupplementaw u mhux jikkontradixxu, direttament jew indirettament, il-klawżoli standard. L-Istati Membri, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Kummissjoni għandhom iħeġġu l-użu ta’ impenji addizzjonali u legalment vinkolanti billi joffru siġill, marka jew mekkaniżmu għall-protezzjoni tad-dejta, adottat skont l-Artikolu 39, lil kontrolluri u proċessuri li jadottaw dawn is-salvagwardji addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

Il-kontrolluri u l-proċessuri sikwit ikollhom esperjenza diretta u prattika li turi li salvagwardji addizzjonali jistgħu jkunu xierqa f’relazzjoni mad-dejta personali li jkunu qed jittrasferixxu. Dan ir-Regolament għandu jinkoraġġixxi lil dawn il-kontrolluri u l-proċessuri biex joffru salvagwardji addizzjonali fejn dawn ikunu xierqa. Dawn l-impenji addizzjonali ma għandhomx jikkontradixxu l-klawżoli standard.

Emenda  310

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Biex jinkoraġġixxu l-użu ta’ klawżoli kuntrattwali addizzjonali msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, awtoritajiet kompetenti jistgħu joffru siġill, marka jew mekkaniżmu għall-protezzjoni tad-dejta, adottat skont l-Artikolu 39, lil kontrolluri u proċessuri li jadottaw dawn is-salvagwardji.

Ġustifikazzjoni

Emenda biex tinkoraġġixxi l-użu ta’ siġilli jew marki ta’ fiduċja addizzjonali għall-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  311

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Awtorità ta’ superviżjoni, f’konformità mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza stabbilit fl-Artikolu 58, għandha tapprova regoli korporattivi vinkolanti, sakemm dawn

1. L-awtorità ta' superviżjoni kompetenti għandha, permezz ta' att uniku ta' approvazzjoni, tawtorizza regoli korporattivi vinkolanti għal grupp ta’ impriżi. Dawk ir-regoli għandhom jippermettu trasferimenti multipli internazzjonali bejn kumpaniji kemm fl-Ewropa u kemm lil barra minnha, sakemm dawn

Emenda  312

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ikunu legalment vinkolanti u japplikaw għal u jkunu inforzati minn kull membru fi ħdan il-grupp ta’ impriżi tal-kontrollur jew tal-ipproċessur, u jinkludu lill-impjegati tagħhom;

(a) ikunu legalment vinkolanti u japplikaw għal u jkunu inforzati minn kull membru fi ħdan il-grupp ta’ impriżi tal-kontrollur jew tal-proċessur u s-sottokuntratturi esterni tagħhom, u jinkludu lill-impjegati tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Fis-servizzi ta’ Cloud Computing, il-fornituri ta’ cloud spiss jużaw sottokuntratturi esterni sabiex iwettqu kompitu speċifiku u jipprovdu servizz u manutenzjoni 24/7. Għaldaqstant, dan għandu jkun rikonoxxut fir-Regoli Korporattivi Vinkolanti mill-awtorità ta’ superviżjoni.

Emenda  313

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) espressament jagħtu drittijiet inforzabbli lis-suġġetti tad-dejta;

(b) espressament jagħtu drittijiet inforzabbli lis-suġġetti tad-dejta u jkunu trasparenti għas-suġġetti tad-dejta;

Emenda  314

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-istruttura u d-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ta’ impriżi u tal-membri tiegħu;

(a) l-istruttura u d-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp ta’ impriżi u tal-membri tiegħu, u s-sottokuntratturi esterni tagħhom;

Emenda  315

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għal regoli korporattivi vinkolanti fis-sens ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni tagħhom, l-applikazzjoni tal-punti (b), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 2 għar-regoli korporattivi vinkolanti osservati mill-proċessuri u dwar rekwiżiti oħrajn meħtieġa għall-iżgurar tal-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġetti tad-dejta kkonċernati.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għal regoli korporattivi vinkolanti fis-sens ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni tagħhom, inkluż trasparenza għas-suġġetti tad-dejta, l-applikazzjoni tal-punti (b), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 2 għar-regoli korporattivi vinkolanti osservati mill-proċessuri u dwar rekwiżiti oħrajn meħtieġa għall-iżgurar tal-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġetti tad-dejta kkonċernati.

Emenda  316

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Derogi

Raġunijiet leġittimi oħra għal trasferimenti internazzjonali

Emenda  317

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-adegwatezza skont l-Artikolu 41 jew ta’ salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 42, trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jseħħ biss sakemm:

1. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar l-adegwatezza skont l-Artikolu 41; jew fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ma jiżgurax livell adegwat ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 41(5); jew fin-nuqqas ta’ salvagwardji xierqa skont l-Artikolu 42, trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jseħħ biss sakemm:

Emenda  318

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew mill-proċessur, li ma jistax ikun ikkwalifikat bħala frekwenti jew enormi,u meta l-kontrollur jew il-proċessur evalwa ċ-ċirkostanzi kollha tal-operazzjoni ta’ trasferiment tad-dejta jew l-operazzjonijiet ta’ trasferiment tas-sett tad-dejta u abbażi ta’ din l-evalwazzjoni ppreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, fejn meħtieġ.

(h) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew mill-proċessur, u meta l-kontrollur jew il-proċessur ikun evalwa ċ-ċirkostanzi kollha tal-operazzjoni ta’ trasferiment tad-dejta jew l-operazzjonijiet ta’ trasferiment tas-sett tad-dejta u abbażi ta’ din l-evalwazzjoni ppreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, fejn meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

Fis-soċjetà tal-lum, immexxija mid-dejta, ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni sabiex jintgħażlu trasferimenti enormi jew frekwenti minħabba li dan ma jissodisfax ir-realtajiet tal-flussi tad-dejta u għalhekk ma jkunx konformi mal-objettiv tal-iżgurar tal-fluss liberu tad-dejta.

Emenda  319

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-interess pubbliku msemmi fil-punt d tal-paragrafu 1 għandu jkun rikonoxxut fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur.

5. L-interess pubbliku msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandu jkun rikonoxxut f’konvenzjonijiet internazzjonali, fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġi tal-Istat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur. Din id-deroga għandha tintuża biss għal trasferimenti okkażjonali. F’kull każ, jeħtieġ li ssir valutazzjoni b’attenzjoni taċ-ċirkostanzi kollha tat-trasferiment.

Emenda  320

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiddokumenta l-valutazzjoni kif ukoll is-salvagwardji xierqa ppreżentati msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 (h) ta’ dan l-Artikolu fid-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 u għandu jinforma lill-awtorità ta’ superviżjoni dwar it-trasferiment.

imħassar

Emenda  321

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar ‘raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku’ fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-paragrafu 1 kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji xierqa msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  322

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li awtorità pubblika waħda jew aktar ikunu responsabbli għas-sorveljanza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-kontribuzzjoni għall-applikazzjoni konsistenti tagħha madwar l-Unjoni, bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom u sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni. Għal dawn l-għanijiet, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni.

1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi awtorità pubblika superviżorja ewlenija responsabbli għas-sorveljanza tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-kontribuzzjoni għall-applikazzjoni konsistenti tagħha madwar l-Unjoni, bil-għan li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom u sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni. Għal dawn l-għanijiet, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Awtorità ta’ superviżjoni ewlenija għandha tiġi assenjata b’mod ċar sabiex tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni ta’ punt uniku ta’ servizz reali.

Emenda  323

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li tissanzjona reati amministrattivi, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 79(4), (5) u (6). L-awtoritajiet ta’ superviżjoni jistgħu biss joħorġu sanzjonijiet għall-kontrolluri jew il-proċessuri li jkollhom l-istabbiliment ewlieni tagħhom fi ħdan l-istess Stat Membru jew bi qbil mal-Artikoli 56 u 57 jekk l-awtorità ta’ superviżjoni ewlenija tonqos milli tieħu azzjoni.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara u tissottolinja r-rwol ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni fir-rigward ta’ sanzjonijiet.

Emenda  324

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha taġixxi b’indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tad-dmirijiet u s-setgħat fdati lilha.

1. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha taġixxi b’indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tad-dmirijiet u s-setgħat fdati lilha, minkejja l-arranġamenti kooperattivi u ta’ konsistenza relatati mal-Kapitolu VII.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għall-obbligi tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni lil xulxin taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

Emenda  325

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni jridu jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru kkonċernat.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni jridu jinħatru mill-parlament tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda  326

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta l-ipproċessar ta’ dejta personali iseħħ fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew ta’ proċessur fl-Unjoni, u l-kontrollur jew il-proċessur ikun stabbilit f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità ta’ superviżjoni tal--istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur għandha tkun kompetenti għas-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ pproċessar tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijet tal-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament.

2. Meta dan ir-Regolament japplika bis-saħħa tal-Artikolu 3(1), l-awtorità ta' superviżjoni kompetenti għandha tkun l-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru jew it-territorju fejn huwa stabbilit l-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur suġġett għal dan ir-Regolament. It-tilwim għandu jkun deċiż skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza stabbilit fl-Artikolu 58, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijet l-oħra tal-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  327

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta dan ir-Regolament japplika bis-saħħa tal-Artikolu 3(2), l-awtorità ta' superviżjoni kompetenti għandha tkun l-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru jew it-territorju fejn il-kontrollur ikun ħatar rappreżentant fl-Unjoni skont l-Artikolu 25.

Emenda  328

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Meta dan ir-Regolament japplika għal diversi kontrolluri u/jew proċessuri bl-istess grupp ta’ impriżi bis-saħħa kemm tal-Artikolu 3(1) u kemm tal-Artikolu 3(2), awtorità ta’ superviżjoni waħda biss għandha tkun kompetenti u dan għandu jkun deċiż skont l-Artikolu 51(2).

Emenda  329

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, meta tintalab tagħmel dan, tagħti parir lil kwalunkwe suġġett tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet taħt dan ir-Regolament u, jekk ikun xieraq, tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni fi Stati Membri oħra għal dan il-għan.

3. L-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti għandha, meta tintalab tagħmel dan, tagħti parir lil kwalunkwe suġġett tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet taħt dan ir-Regolament u, jekk ikun xieraq, tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni fi Stati Membri oħra għal dan il-għan.

Emenda  330

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa:

1. L-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti għandu jkollha s-setgħa:

Emenda  331

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) li tiżgura l-konformità mal-awtorizzazzjonijiet minn qabel u mal-konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fl-Artikolu 34;

(d) li tiżgura l-konformità mal-konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fl-Artikolu 34;

Emenda  332

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) li tinforma lill-kontrollur u/jew il-proċessur bir-rimedji ġudizzjarji disponibbli kontra d-deċiżjoni tagħha.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet dwar setgħat tal-awtorità ta’ superviżjoni kontra l-kontrollur u/jew il-proċessur għandhom jiġu kkumplimentati b’salvagwardji legali espliċiti għal kontrolluri u/jew proċessuri.

Emenda  333

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa investigattiva li tikseb mingħand il-kontrollur jew il-proċessur:

2. L-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti għandu jkollha s-setgħa investigattiva li tikseb mingħand il-kontrollur jew il-proċessur:

Emenda  334

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li ġġib kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u li tidħol fi proċeduri legali, b’mod partikolari skont l-Artikolu 74(4) u l-Artikolu 75(2).

3. L-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti għandu jkollha s-setgħa li ġġib kwalunkwe ksur ta’ dan ir-Regolament għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji u li tidħol fi proċeduri legali, b’mod partikolari skont l-Artikolu 74(4) u l-Artikolu 75(2).

Emenda  335

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li tissanzjona reati amministrattivi, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 79(4), (5) u (6).

4. L-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tissanzjona reati amministrattivi, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 79(4), (5) u (6).

Emenda  336

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jipprovdu lil xulxin informazzjoni relevanti u assistenza reċiproka sabiex jimplimentaw u japplikaw dan ir-Regolament b’mod konsistenti, u għandhom jistabbilixxu miżuri għal kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin. L-assistenza reċiproka għandha tkopri, b’mod partikolari, it-talbiet ta’ informazzjoni u miżuri ta’ superviżjoni, bħal talbiet sabiex isiru awtorizzazzjonijiet u konsultazzjonijiet minn qabel, spezzjonijiet u informazzjoni immedjata dwar il-ftuħ ta' każijiet u żviluppi segwenti fejn is-suġġetti tad-dejta f’għadd ta’ Stati Membri x’aktarx li jiġu affettwati minn operazzjonijiet ta’ proċessar.

1. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jipprovdu lil xulxin informazzjoni relevanti u assistenza reċiproka sabiex jimplimentaw u japplikaw dan ir-Regolament b’mod konsistenti, u għandhom jistabbilixxu miżuri għal kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin. L-assistenza reċiproka għandha tkopri, b’mod partikolari, it-talbiet ta’ informazzjoni u miżuri ta’ superviżjoni, bħal talbiet sabiex isiru konsultazzjonijiet minn qabel, spezzjonijiet u informazzjoni immedjata dwar il-ftuħ ta' każijiet u żviluppi segwenti fejn is-suġġetti tad-dejta f’għadd ta’ Stati Membri x’aktarx li jikkawżaw effetti legali għad-detriment tas-suġġetti tad-dejta.

Emenda  337

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard minn xahar wara li tkun irċeviet it-talba. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, it-trażmissjoni ta’ informazzjoni relevanti dwar il-kors ta’ investigazzjoni jew miżuri ta’ infurzar li jwaqqfu jew jipprojbixxu l-operazzjonijiet ta’ pproċessar kuntrarji għal dan ir-Regolament.

2. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra mingħajr dewmien u sa mhux aktar tard minn xahar wara li tkun irċeviet it-talba. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, it-trażmissjoni ta’ informazzjoni relevanti dwar il-kors ta’ investigazzjoni jew miżuri ta’ infurzar li jwaqqfu jew jipprojbixxu l-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jkun ġie ppruvat li jkunu kuntrarji għal dan ir-Regolament.

Emenda  338

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jistabbilixxu l-aspetti prattiċi ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni speċifiċi.

4. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jistabbilixxu l-aspetti prattiċi ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni speċifiċi fir-regoli ta’ proċedura tagħhom. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jiġu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  339

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel ma awtorità ta’ superviżjoni tadotta miżura msemmija fil-paragrafu 2, din l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tikkomunika l-abbozz tal-miżura lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni.

1. Qabel ma l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti tadotta miżura msemmija fil-paragrafu 2, din l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tikkomunika l-abbozz tal-miżura lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni.

Emenda  340

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tkun relatata ma’ attivitajiet ta’ pproċessar li għandom x’jaqsmu mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-dejta f’diversi Stati Membri, jew għas-sorveljanza tal-imġiba tagħhom; jew

(a) tkun relatata ma’ attivitajiet ta’ pproċessar ta’ dejta personali li għandom x’jaqsmu mal-offerta ta’ prodotti jew servizzi lil suġġetti tad-dejta f’diversi Stati Membri fejn il-kontrollur jew il-proċessur li mhuwiex miż-ŻEE ma jaħtarx rappreżentant fit-territorju taż-ŻEE; jew hi

Ġustifikazzjoni

Dan għandu jinċentivizza lill-kumpaniji li mhumiex mill-UE sabiex jaħtru rappreżentant fit-territorju tal-UE. Ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni kontra kumpaniji li mhumiex ġejjin mill-UE li huma stabbiliti fl-UE.

Emenda  341

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tista’ taffettwa sostanzjalment il-moviment liberu tad-dejta personali fl-Unjoni; jew

imħassar

Emenda  342

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) għandha l-għan li tadotta lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 34(5); jew

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi għall-Artikolu 34 dwar konsultazzjoni minn qabel - ir-rekwiżit li jiġu abbozzati listi u li dawn jiġu sottomessi għall-mekkaniżmu ta' konsistenza huwa burokratiku żżejjed u jmur kontra l-innovazzjoni.

Emenda  343

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) għandha l-għan li tiddetermina l-klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 42(2); jew

imħassar

Emenda  344

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) għandha l-għan li tawtorizza l-klawżoli kuntrattwali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 42(2)); jew

imħassar

Emenda  345

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) għandha l-għan li tapprova regoli korporattivi vinkolanti fis-sens tal-Artikolu 43.

imħassar

Ġustifikazzjoni

DPAs għandhom ikunu kompetenti taħt l-effett dirett tar-Regolament biex ifasslu regoli korporattivi vinkolanti mingħajr ma jkollhom jissottomettuhom għall-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

Emenda  346

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) tippermetti l-ipproċessar għal finijiet ta' riċerka skont l-Artikolu 81(3) u/jew l-Artikolu 83(3).

Emenda  347

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull awtorità ta’ superviżjoni jew il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jista’ jitlob li kwalunkwe kwistjoni għandha tkun ittrattata fi ħdan il-konsistenza tal-mekkaniżmu, b’mod partikolari meta awtorità ta’ superviżjoni ma tissottomettix l-abbozz ta’ miżura msemmi fil-paragrafu 2 jew ma tikkonformax mal-obbligi ta’ assistenza reċiproka skont l-Artikolu 55 jew għal operazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 56.

3. Kull awtorità ta’ superviżjoni jew il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jista’ jitlob li kwalunkwe kwistjoni għandha tkun ittrattata fi ħdan il-konsistenza tal-mekkaniżmu, b’mod partikolari meta l-awtorità kompetenti ma tissottomettix l-abbozz ta’ miżura msemmi fil-paragrafu 2 jew ma tikkonformax mal-obbligi ta’ assistenza reċiproka skont l-Artikolu 55 jew għal operazzjonijiet konġunti skont l-Artikolu 56.

Emenda  348

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u korretta ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ titlob li kwalunkwe kwistjoni għandha tkun ittrattata fi ħdan il-konsistenza tal-mekkaniżmu.

4. Sabiex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u korretta ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, meta taġixxi f’isimha, u għandha, fuq talba ta’ parti interessata, titlob li kwalunkwe kwistjoni għandha tkun ittrattata fi ħdan il-konsistenza tal-mekkaniżmu.

Ġustifikazzjoni

Meta jkun hemm inkonsistenzi fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament li jheddu l-implimentazzjoni armonizzzata u jaffetwaw lil partijiet interessati speċifiċi, il-partijiet interessati affetwati għandhom jingħataw id-dritt li jressqu t-tħassib tagħhom fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza.

Emenda  349

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jinforma minnufih b’mod elettroniku lill-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tkun ġiet ikkomunikata lilu, permezz ta’ format standardizzat. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jipprovdi t-traduzzjonijiet tal-informazzjoni rilevanti, fejn ikun meħtieġ.

6. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu mingħajr dewmien indebitu jinforma b’mod elettroniku lill-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tkun ġiet ikkomunikata lilu, permezz ta’ format standardizzat. Il-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jipprovdi t-traduzzjonijiet tal-informazzjoni rilevanti, fejn ikun meħtieġ.

Emenda  350

Proposta għal regolament

Artikolu 58 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti taħt l-Artikolu 51 għandha tikkunsidra l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u fi żmien ġimagħtejn wara l-informazzjoni dwar l-opinjoni mill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, tikkomunika b’mod elettroniku lill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni jekk tkunx sejra żżomm jew temenda l-abbozz ta’ miżura u, jekk ikun hemm, l-abbozz ta’ miżura emendat, permezz ta’ format standardizzat.

8. L-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkunsidra l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u fi żmien ġimagħtejn wara l-informazzjoni dwar l-opinjoni mill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, tikkomunika b’mod elettroniku lill-president tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni jekk tkunx sejra żżomm jew temenda l-abbozz ta’ miżura u, jekk ikun hemm, l-abbozz ta’ miżura emendat, permezz ta’ format standardizzat.

Emenda  351

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta awtorità ta’ superviżjoni tikkunsidra li hemm ħtieġa urġenti li taġixxi sabiex tħares l-interessi tas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari meta jkun jeżisti l-periklu li l-infurzar ta’ dritt ta’ suġġett tad-dejta jista’ jkun imfixkel b’mod konsiderevoli permezz ta’ tibdil fl-istat eżistenti jew sabiex jiġu evitati żvantaġġi kbar jew għal raġunijiet oħrajn, permezz ta’ deroga mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 58, tista’ minnufih tadotta miżuri provviżorji b’perjodu speċifikat ta’ validità. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u lill-Kummissjoni.

1. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta awtorità ta’ superviżjoni tikkunsidra li hemm ħtieġa urġenti li taġixxi sabiex tħares l-interessi tas-suġġetti tad-dejta, meta jkun jeżisti l-periklu li l-infurzar ta’ dritt ta’ suġġett tad-dejta jista’ jkun imfixkel b’mod konsiderevoli permezz ta’ tibdil fl-istat eżistenti jew sabiex jiġu evitati żvantaġġi kbar, permezz ta’ deroga mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 58, tista’ minnufih tadotta miżuri provviżorji b’perjodu speċifikat ta’ validità. Din l-awtorità ta’ superviżjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika dawk il-miżuri, bir-raġunijiet kollha, lill-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, lill-Kummissjoni u lill-kontrollur jew proċessur ikkonċernat.

Emenda  352

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta awtorità ta’ superviżjoni tkun ħadet miżura skont il-paragrafu 1 u tikkunsidra li jeħtieġu li jkunu adottati miżuri finali b’mod urġenti, hija tista’ titlob opinjoni urġenti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, billi tagħti r-raġunijiet għat-talba ta’ din l-opinjoni, inkluż għall-urġenza ta’ miżuri finali.

2. Meta awtorità ta’ superviżjoni tkun ħadet miżura skont il-paragrafu 1, hija għandha titlob opinjoni urġenti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, billi tagħti r-raġunijiet għat-talba, inkluż għall-urġenza ta’ miżuri finali.

Emenda  353

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament skont l-objettivi u r-rekwiżiti tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet ikkomunikati minn awtoritajiet ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 58 jew 61, dwar kwistjoni li fir-rigward tagħha ġiet adottata deċiżjoni motivata skont l-Artikolu 60(1), jew dwar kwistjoni li fir-rigward tagħha, awtorità ta’ superviżjoni ma tippreżentax abbozz ta’ miżura u li dwarha l-awtorità ta’ superviżjoni indikat li m’għandhiex l-intenzjoni li ssegwi l-opinjoni tal-Kummissjoni li ġiet adottata skont l-Artikolu 59;

imħassar

Emenda  354

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jassigura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament. F’dan is-sens, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu, b’mod partikolari, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Kummissjoni:

1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jassigura l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament. F’dan is-sens, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu, b’mod partikolari, fuq inizjattiva tiegħu stess, fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ partijiet interessati oħra:

Emenda  355

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal dan ir-Regolament;

(a) jagħti parir lill-Istituzzjonijiet Ewropej dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal dan ir-Regolament;

Emenda  356

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki indirizzati lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni sabiex jinkoraġġixxi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament;

(b) jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ wieħed mill-membri tiegħu, tal-Kummissjoni jew ta’ partijiet interessati oħra, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki indirizzati lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni sabiex jinkoraġġixxi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament;

Emenda  357

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fejn ikun xieraq, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu kif stipulat f'dan l-Artikolu, għandu jikkonsulta mal-partijiet interessati u jagħtihom l-opportunità li jikkummentaw fi żmien perjodu raġonevoli. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72, għandu jagħmel disponibbli r-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Qabel il-Bord jadotta opinjonijiet u rapporti, huwa għandu jikkonsulta lill-partijiet interessati u jagħtihom l-opportunità jikkummentaw f'perjodu ta' żmien raġonevoli kemm jista' jkun, għal oqsma regolatorji oħra.

Emenda  358

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu. B’mod partikolari, huwa għandu jipprovdi għall-kontinwazzjoni tal-eżerċitar tad-dmirijiet meta jiskadi l-mandat ta’ membru jew meta membru jirriżenja, għall-istabbiliment ta’ sottogruppi għal kwistjonijiet jew setturi speċifiċi u għall-proċeduri tiegħu relatati mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57.

2. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu u jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu. B’mod partikolari, huwa għandu jipprovdi għall-kontinwazzjoni tal-eżerċitar tad-dmirijiet meta jiskadi l-mandat ta’ membru jew meta membru jirriżenja, għall-istabbiliment ta’ sottogruppi għal kwistjonijiet jew setturi speċifiċi u għall-proċeduri tiegħu relatati mal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57 u s-salvagwardji legali applikabbli għall-kontrolluri jew il-proċessuri kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

M’hemmx salvagwardji legali espliċiti għall-kontrolluri jew il-proċessuri kkonċernati.

Emenda  359

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-mandat tal-president u tal-viċi-presidenti għandu jkun ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded.

2. Il-mandat tal-president u tal-viċi-presidenti għandu jkun ta’ ħames snin u jkun jista’ jiġġedded. Il-ħatra tagħhom tista’ tiġi rrevokata permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew adottata minn maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħin, li tkun tirrappreżenta maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.

Emenda  360

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tħares id-drittijiet u l-interessi ta’ suġġetti tad-dejta rigward il-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom u li tkun ġiet ikkostitwita kif xieraq skont il-liġi ta’ Stat Membru għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar jekk tqis li d-drittijiet ta’ suġġett tad-dejta taħt dan ir-Regolament ikunu nkisru minħabba l-ipproċessar ta’ dejta personali.

2. Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tħares id-drittijiet u l-interessi ta’ suġġetti tad-dejta rigward il-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom u li tkun ġiet ikkostitwita kif xieraq skont il-liġi ta’ Stat Membru għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar minn fost l-imseħbin tagħha jekk tqis li d-drittijiet ta’ suġġett tad-dejta taħt dan ir-Regolament ikunu nkisru minħabba l-ipproċessar ta’ dejta personali u jkollha finanzjament minimu ta’ EUR 80 000, kif ukoll faċilità rappreżentattiva tal-membri bi struttura korrispondenti ta’ sħubija.

Ġustifikazzjoni

Mira ta’ finanzjament minimu u faċilità rappreżentattiva tal-membri huma meħtieġa biex jiġi żgurat, li l-istrument tal-azzjoni kollettiva ma jiġix użat b’mod abbużiv u ma jiġix użat biss biex jitwaqqfu assoċjazzjonijiet ta’ kwerelanti, kif ukoll biex jiġi żgurat li jkunu koperti l-ispejjeż tal-avukat u tal-qorti f’ammont minimu.

Emenda  361

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċeduri kontra kontrollur jew proċessur jistgħu jitressqu kemm quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbiliment kif ukoll quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn is-suġġett tad-dejta jkollu r-residenza abitwali tiegħu.

2. Il-proċeduri kontra kontrollur jew proċessur jistgħu jitressqu kemm quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn il-kontrollur jew il-proċessur għandu stabbiliment. Inkella, dawn il-proċeduri jistgħu jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn is-suġġett tad-dejta jkollu r-residenza abitwali tiegħu, ħlief jekk il-kontrollur ikun awtorità pubblika li taġixxi fl-eżerċitu tas-setgħat pubbliċi tagħha. Id-deroga fit-tieni sentenza ma tapplikax għal awtorità pubblika ta’ pajjiż terz.

Emenda  362

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) għandu jkollha d-dritt li teżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 74 u 75 f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar.

1. Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) għandu jkollha d-dritt li teżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 74 f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar. Talbiet skont l-Artikolu 77 ma jistgħux isiru minn korpi, organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 73(2).

Emenda  363

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull persuna li tkun sofriet xi ħsara minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew azzjoni mhux kompatibbli ma’ dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li tingħata kumpens mingħand il-kontrollur jew il-proċessur għall-ħsara li tkun sofriet.

1. Kull persuna li tkun sofriet xi ħsara minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew azzjoni mhux kompatibbli ma’ dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li tingħata kumpens mingħand il-kontrollur għall-ħsara li tkun sofriet.

Emenda  364

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta fl-ipproċessar ikun hemm involuti aktar minn kontrollur jew proċessur wieħed , kull kontrollur jew proċessur għandu jkun responsabbli in solidum għall-ammont sħiħ tal-ħsara.

2. Meta fl-ipproċessar ikun hemm involuti aktar minn kontrollur wieħed, kull kontrollur għandu jkun responsabbli in solidum għall-ammont sħiħ tal-ħsara safejn ir-responsabilità rispettiva tal-kontrolluri in solidum ma tkunx ġiet determinata fl-arranġament legali msemmi fl-Artikolu 24. Fil-każ ta’ grupp ta’ impriżi, il-grupp kollu għandu jkun responsabbli bħala entità ekonomika unika.

Emenda  365

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kontrollur jew il-proċessur jista’ jkun eżenti minn din ir-responsabbiltà, b’mod sħiħ jew in parti, jekk il-kontrollur jew il-proċessur jagħti prova li ma jkunx responsabbli għall-avveniment li jwassal għad-dannu.

3. Il-kontrollur jista’ jkun eżenti minn din ir-responsabbiltà, b’mod sħiħ jew in parti, jekk huwa jagħti prova li ma jkunx responsabbli għall-avveniment li jwassal għad-dannu.

Emenda  366

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata s-setgħa li timponi sanzjonijiet amministrattivi skont dan l-Artikolu.

1. L-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti għandha tingħata s-setgħa li timponi sanzjonijiet amministrattivi skont dan l-Artikolu.

Emenda  367

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sanzjoni amministrattiva għandha tkun f’kull każ individwali effettiva, proporzjonata u dissważiva. L-ammont tal-multa amministrattiva għandu jiġi ffissat b’kunsiderazzjoni xierqa tan-natura, il-gravità u d-dewmien tal-ksur, il-karattru intenzjonali jew b’negliġenza tal-ksur, il-grad tar-responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika u jekk kienx hemm ksur preċedenti minn din il-persuna, il-miżuri u l-proċeduri tekniċi u organizzazzjonali implimentati skont l-Artikolu 23 u l-grad ta' kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja sabiex jiġi rimedjat il-ksur.

2. Is-sanzjoni amministrattiva għandha tkun f’kull każ individwali effettiva, proporzjonata u dissważiva. L-ammont tal-multa amministrattiva għandu jiġi ffissat b’kunsiderazzjoni xierqa tan-natura, il-gravità u d-dewmien tal-ksur, is-sensittività tad-dejta inkwistjoni, il-karattru intenzjonali jew b’negliġenza tal-ksur, il-grad ta’ ħsara ikkawżat mill-ksur, il-grad tar-responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika u jekk kienx hemm ksur preċedenti minn din il-persuna, il-miżuri u l-proċeduri tekniċi u organizzazzjonali implimentati skont l-Artikolu 23 u l-grad ta' kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja sabiex jiġi rimedjat il-ksur. Filwaqt li tingħata xi diskrezzjoni fl-impożizzjoni ta’ tali sanzjonijiet sabiex jitqiesu ċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq u fatti oħra li huma speċifiċi għas-sitwazzjoni, differenzi fl-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi jistgħu jkunu suġġetti għal reviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Fejn xieraq, l-awtorità tal-protezzjoni tad-dejta għandu jkollha wkoll is-setgħa li tirrikjedi li jinħatar uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta jekk il-korp, l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni jkunu għażlu li ma jagħmlux dan.

Emenda  368

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fatturi aggravanti li jappoġġjaw multi amministrattivi fl-ogħla limiti stabbiliti fil-paragrafi 4 sa 6 għandhom jinkludu b’mod partikolari:

 

(i) ksur ripetut magħmul b’nuqqas ta’ attenzjoni għal-liġi applikabbli;

 

(ii) rifjut li wieħed jikkoopera mal-proċess ta’ infurzar jew ix-xkiel tiegħu;

 

(iii) ksur li jkun intenzjonat, serju u li x’aktarx jikkawża ħsara sostanzjali;

 

(iv) meta ma tkunx saret valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta;

 

(v) meta ma jkunx inħatar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  369

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Fatturi mitiganti li jappoġġjaw multi amministrattivi fil-limiti aktar baxxi stabbiliti fil-paragrafi 4 sa 6 għandhom jinkludu b’mod partikolari:

 

(i) miżuri li jkunu ttieħdu mill-persuni fiżiċi jew legali biex jiżguraw konformità mal-obbligi rilevanti;

 

(ii) inċertezza ġenwina dwar jekk l-attività kinitx tikkostitwixxi ksur tal-obbligi rilevanti;

 

(iii) it-temma immedjata tal-ksur hekk kif dan isir magħruf;

 

(iv) il-kooperazzjoni ma' kwalunkwe proċess ta’ infurzar;

 

(v) meta tkun saret valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta;

 

(vi) meta jinħatar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  370

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fil-każ ta l-ewwel nuqqas ta’ konformità mhux intenzjonali ma’ dan ir-Regolament, tista’ tingħata twissija bil-miktub iżda ma tista’ tiġi imposta ebda sanzjoni, fejn:

3. L-awtorità ta’ superviżjoni tista’ tagħti twissija bil-miktub mingħajr ma timponi sanzjoni. L-awtorità ta’ superviżjoni tista’ timponi multa sa EUR 1 000 000 għal ksur ripetut, volontarju jew, fil-każ ta' kumpanija, sa 1 % tal-fatturat annwali tagħha madwar id-dinja.

(a) il-persuna fiżika qed tipproċessa d-dejta personali mingħajr interess kummerċjali; jew

 

(b) intrapriża jew organizzazzjoni li timpjega anqas minn 250 persuna tkun qed tipproċessa d-dejta personali biss bħala attività anċillari għall-attivitajiet ewlenin tagħha.

 

Ġustifikazzjoni

L-ammont massimu tal-multa li tista’ tiġi imposta minn awtorità ta’ superviżjoni, li tista’ tkun ta’ EUR 1 miljun u, għal kumpaniji, 1 % tal-fatturat annwali tagħhom madwar id-dinja, irid jinżamm. Madankollu, trid tinżamm l-indipendenza ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni stabbililta skont l-Artikolu 8(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta’ konsistenza, u b’mod partikolari l-Artikolu 58(3) u (4), jista’ jikkontribwixxi għal politika armonizzata fl-UE għal sanzjonijiet amministrattivi.

Emenda  371

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 250.000, jew fil-każ ta’ impriża sa 0.5 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza

imħassar

Emenda  372

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ma jipprovdix il-mekkaniżmi għal talbiet mis-suġġetti tad-dejta jew ma jwiġibx mill-ewwel jew mhux fil-format mitlub lil suġġetti tad-dejta skont l-Artikolu 12(1) u (2);

imħassar

Emenda  373

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jimponi miżata għall-informazzjoni jew għal tweġiniet għal talbiet ta' soġġetti tad-dejta bi vjolazzjoni tal-Artikolu 12(4).

imħassar

Emenda  374

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 500 000, jew fil-każ ta’ impriża sa 1 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza

imħassar

Emenda  375

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ma jipprovdix l-informazzjoni, jew ma jipprovdix informazzjoni kompluta, jew ma jipprovdix l-informazzjoni b’mod trasparenti biżżejjed, lis-suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu (14);

imħassar

Emenda  376

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ma jipprovdix aċċess lis-suġġett tad-dejta jew ma jirrettifikax dejta personali skont l-Artikoli 15 u 16 jew ma jikkomunikax l-informazzjoni rilevanti lil riċevitur skont l-Artikolu 13;

imħassar

Emenda  377

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ma jikkonformax mad-dritt li wieħed jintnesa jew għat-tħassir, jew jonqos li jistabbilixxi mekkaniżmi sabiex jiżgura li l-limiti ta’ żmien ikunu osservati jew ma jieħux il-passi kollha meħtieġa sabiex jinforma lil partijiet terzi li suġġett tad-dejta għamel talba biex iħassar kwalunkwe konnessjonijiet ma’, kopja jew replika ta’ dejta personali relatata mas-suġġett tad-dejta l-Artikolu 17;

imħassar

Emenda  378

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ma jipprovdix kopja tad-dejta personali f’format elettroniku jew ifixkel lis-suġġett tad-dejta milli jittrasmetti d-dejta personali lil applikazzjoni oħra bi ksur tal-Artikolu 18;

imħassar

Emenda  379

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ma jiddeterminax jew ma jiddeterminax biżżejjed ir-responsabbiltajiet rispettivi ma’ ko-kontrolluri skont l-Artikolu 24;

imħassar

Emenda  380

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 5 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) ma jżommx jew ma jżommx biżżejjed id-dokumentazzjoni skont l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(4), u l-Artikolu 44(3);

imħassar

Emenda  381

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 5 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ma jikkonformax, f’każijiet fejn kategoriji speċjali ta’ dejta ma jkunux involuti, skont l-Artikoli 80, 82 u 83 ma’ regoli relatati mal-libertà tal-espressjoni jew ma’ regoli dwar l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg jew mal-kundizzjonijiet għall-ipproċessar għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika.

imħassar

Emenda  382

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 1 000 000 jew, fil-każ ta’ impriża sa 2 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza:

imħassar

Emenda  383

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jipproċessa dejta personali mingħajr kwalunkwe bażi legali jew bażi legali suffiċjenti għall-ipproċessar jew ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet għall-kunsens skont l-Artikoli 6, 7 u 8;

imħassar

Emenda  384

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jipproċessa kategoriji speċjali ta’ dejta bi ksur tal-Artikoli 9 u 81;

imħassar

Emenda  385

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ma jikkonformax ma' oġġezzjoni jew il-kundizzjoni skont l-Artikolu 19;

imħassar

Emenda  386

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet relatati ma’ miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili skont l-Artikolu 20;

imħassar

Emenda  387

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ma jadottax politiki interni jew ma jimplimentax miżuri xierqa sabiex jiżgura u juri konformità skont l-Artikoli 22, 23 u 30;

imħassar

Emenda  388

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) ma jaħtarx rappreżentant skont l-Artikolu 25;

imħassar

Emenda  389

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) jipproċessa jew jagħti struzzjonijiet għall-ipproċessar ta’ dejta personali bi ksur tal-obbligi relatati mal-ipproċessar f’isem kontrollur skont l-Artikoli 26 u 27;

imħassar

Emenda  390

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) ma jwissix dwar jew ma jinnotifikax ksur ta’ dejta personali jew ma jinnotifikax fil-ħin jew għal kollox il-ksur tad-dejta lill-awtorità ta’ superviżjoni jew lis-suġġett tad-dejta skont l-Artikoli 31 u 32;

imħassar

Emenda  391

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) ma jwettaqx valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont jew jipproċessa dejta personali mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel jew konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikoli 33 u 34;

imħassar

Emenda  392

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) ma jaħtarx uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jew ma jiżgurax il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kompiti skont l-Artikoli 35, 36 u 37;

imħassar

Emenda  393

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) juża ħażin siġill jew marka ta’ protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 39;

imħassar

Emenda  394

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) jagħmel jew jagħti struzzjonijiet sabiex isir trasferiment lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali li ma jkunx permess minn deċiżjoni ta’ adegwatezza jew minn salvagwardji xierqa jew minn deroga skont l-Artikoli 40 sa 44;

imħassar

Emenda  395

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) ma jikkonformax ma’ ordni jew projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar jew is-sospensjoni ta’ flussi ta’ dejta mill-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 53(1);

imħassar

Emenda  396

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt n

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) ma jikkonformax mal-obbligi li jassisti jew iwieġeb jew jipprovdi informazzjoni rilevanti lil, jew aċċess għall-bini lill-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 29, l-Artikolu 34 u l-Artikolu 53(2);

imħassar

Emenda  397

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) ma jikkonformax mar-regoli għas-salvagwardja tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 84.

imħassar

Emenda  398

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex taġġorna l-ammonti ta’ multi amministrattivi msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6, filwaqt li tikkunsidra l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda  399

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-prinċipji ġenerali fil-Kapitolu II, mid-drittijiet tas-suġġett tad-dejta fil-Kapitolu III, dwar il-kontrollur u l-proċessur fil-Kapitolu IV, dwar it-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Kapitolu V, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti fil-Kapitolu VI u dwar il-kooperazzjoni u l-konsistenza fil-Kapitolu VII għall-ipproċessar ta’ dejta personali li jsir unikament għal għanijiet ta’ ġurnaliżmu jew għall-għan ta’ espressjoni artistika jew letterarja għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali mar-regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni.

1. Il-Kapitolu II (Prinċipji), il-Kapitolu III (Drittijiet tas-suġġett tad-dejta), il-Kapitolu IV (Kontrollur u l-proċessur), il-Kapitolu V (Trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali), il-Kapitolu VI (Awtoritajiet ta’ superviżjoni indipendenti), il-Kapitolu VII (Kooperazzjoni u l-konsistenza) kif ukoll l-Artikoli 73, 74, 76 u 79 tal-Kapitolu VIII (Rimedji, responsabbiltà u sanzjonijiet) m'għandhomx japplikaw għall-ipproċessar ta’ dejta personali li jsir unikament għal għanijiet ta’ ġurnaliżmu jew għall-għan ta’ espressjoni artistika jew letterarja għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali mar-regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni.

Ġustifikazzjoni

The new draft legislation on data protection takes the form of a regulation and thus is directly applicable. If data protection law applies directly, the freedom of the press exception must also be directly applicable. An implementation by Member States should not lower down the current level of protection. Furthermore, the exemption should be extended to Articles 73, 74, 76 and 79 of Chapter VIII (on Remedies, Liabilities and Sanctions) because these Articles include new elements which go far beyond what is foreseen in the current directive and are not suitable for journalistic activities or pose a serious threat to press freedom.

Emenda  400

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu joħroġ gwida dwar meta tali eżenzjonijiet jew derogi jistgħu jkunu meħtieġa, wara konsultazzjoni ma’ rappreżentanti tal-istampa, ma’ awturi u artisti, mas-suġġetti tad-dejta u organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili.

Emenda  401

Proposta għal regolament

Artikolu 80a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 80a

 

L-ipproċessar ta’ dejta personali u l-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali

 

Dejta personali f’dokumenti miżmuma minn awtorità pubblika jew korp pubbliku tista' tiġi żvelata minn din l-awtorità jew dan il-korp skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru dwar aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali, li jirrikonċilja d-dritt tal-protezzjoni ta’ dejta personali mal-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jkun żgurat li s-sorveljanza pubblika ta’ kwistjonijiet pubbliċi ma tkunx imxekkla żżejjed minn regoli għall-protezzjoni tad-dejta. Kif espress f’opinjonijiet mill-KEPD, il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 u l-FRA, il-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali għalhekk għandu jkun garantit.

Emenda  402

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar raġunijiet oħra ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  403

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jadottaw bil-liġi regoli speċifiċi li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegati fil-kuntest tax-xogħol, b’mod partikolari għall-finijiet tar-reklutaġġ, it-twettiq tal-kuntratt tax-xogħol, inkluż it-twettiq tal-obbligi stabbiliti bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi, il-ġestjoni, l-ippjanar u l-organizzazzjoni tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u għall-għanijiet tal-eżerċizzju u t-tgawdija, fuq bażi individwali jew kollettiva, ta’ drittijiet u benefiċċji relatati max-xogħol, u għall-għan tat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg.

1. Mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jew ftehim kollettiv bejn min iħaddem u l-ħaddiema jistgħu jadottaw bil-liġi regoli speċifiċi li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegati fil-kuntest tax-xogħol, b’mod partikolari għall-finijiet tar-reklutaġġ, it-twettiq tal-kuntratt tax-xogħol, inkluż it-twettiq tal-obbligi stabbiliti bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi, il-ġestjoni, l-ippjanar u l-organizzazzjoni tax-xogħol, kundanna kriminali, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u għall-għanijiet tal-eżerċizzju u t-tgawdija, fuq bażi individwali jew kollettiva, ta’ drittijiet u benefiċċji relatati max-xogħol, u għall-għan tat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg.

Emenda  404

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  405

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, dejta personali tista’ tkun ipproċessata għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika biss jekk:

1. Mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament, dejta personali li ma taqax fil-kategoriji ta' dejta koperti mill-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, tista’ tkun ipproċessata għal għanijiet ta’ storja, statistika jew riċerka xjentifika skont l-Artikolu 6(2) u l-punt (i) tal-Artikolu 9(2) biss jekk:

Emenda  406

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) dawk l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu mod ieħor bl-ipproċessar ta’ dejta li ma jippermettix jew m’għadux jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-dejta;

(a) dawk l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu b'mod raġonevoli bl-ipproċessar ta’ dejta li ma jippermettix jew m’għadux jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-dejta;

Emenda  407

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Aktar ipproċessar ta’ dejta għal għanijiet ta' storja, statistika jew xjenza ma għandhomx jitqiesu bħala inkompatibbli skont il-punt (b) tal-Artikolu 5(1) dment li l-ipproċessar:

 

(a) ikun suġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji ta’ dan l-Artikolu; kif ukoll

 

(b) jikkonforma mal-leġiżlazzjoni l-oħra rilevanti kollha.

Emenda  408

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, speċjalment dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jadottaw regolamenti speċifiċi li jikkonċernaw l-ipproċessar ta’ dejta personali għal għanijiet ta’ riċerka xjentifika, b’mod partikolari riċerka fis-saħħa pubblika.

Ġustifikazzjoni

Regoli ta’ protezzjoni tad-dejta fil-livell tal-Istati Membri huma kumplessi u varjati wkoll fir-rigward ta' riċerka fis-saħħa pubblika. Il-leġiżlaturi tal-Istati Membri għandhom jingħataw is-setgħa li jżommu jew jadottaw miżuri konkreti dwar reviżjoni etika tar-riċerka fis-saħħa pubblika, imwettqa mingħajr il-ħtieġa ta' kunsens mis-suġġett tad-dejta. Reviżjoni etika fil-livell tal-Istat Membru toffri garanzija lis-suġġetti tad-dejta li l-użu u l-użu mill-ġdid tad-dejta personali tagħhom għal għanijiet ta’ riċerka huma skont il-valuri tas-soċjetà f’dak il-punt partikolari fiż-żmien.

Emenda  409

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) id-dejta personali hija pproċessata għall-iskop biex ikunu ġġenerati rapporti ta’ dejta aggregata, magħmulin kompletament jew minn dejta anonima, jew dejta psewdonima, jew it-tnejn.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta’ rapporti bħal dawn huwa li l-individwi ma jistgħux ikunu identifikati jew rintraċċati. Biex jinħolqu rapporti bħal dawn, setts tad-dejta individwali huma ppuljati flimkien b’mod anonimu u ma għandhom l-ebda impatt fuq il-privatezza. Il-Web Analytics huma eżempju ta’ Rapporti ta’ Dejta Aggregata.

Emenda  410

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fejn id-dejta personali tinġabar għal skopijiet ta’ statistika u tas-saħħa pubblika, tali dejta għandha ssir anonima immedjatament wara t-tmiem tal-operazzjonijiet tal-ġbir, il-kontroll jew it-tqabbil tad-dejta, ħlief jekk id-dejta ta’ identifikazzjoni tibqa’ meħtieġa għal skopijiet ta’ statistika1, u tas-saħħa pubblika bħal riċerka epidemjoloġika, traslazzjonali u klinika.

 

________________________

 

1 Il-Paragrafu 8 tal-Appendiċi għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Nru R (97) rigward il-protezzjoni tad-dejta personali miġbura u pproċessata għal raġunijiet statistiċi – Adottata mill-Kumitat tal-Ministri fit-30 ta' Settembru 1997 fis-602 laqgħa tad-Deputati tal-Ministri

Ġustifikazzjoni

Ir-riċerka epidemjoloġika tiddependi b’mod qawwi fuq l-użu ta’ “dejta marbuta” u ma tistax issir b’dejta kompletament anonimizzata jew psewdonomizzata. Ir-riċerka marbuta kienet oġġett ta’ lussu għal ċerti pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li bil-miżuri ssuġġeriti f’dan ir-Regolament vinkolanti, ikun hemm possibbiltà li din it-tip ta’ riċerka kruċjali titwaqqaf.

Emenda  411

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Kontrollur jew proċessur jista’ jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali għal għanijiet ta’ storja, statistika jew xjenza jekk:

 

(a) dawk l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu mod ieħor bl-ipproċessar ta’ dejta li ma jippermettix jew m’għadux aktar jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-dejta;

 

(b) ir-riċevitur ma għandux aċċess raġonevoli għal dejta li tippermetti l-attribuzzjoni tal-informazzjoni lil suġġett tad-dejta identifikat jew identifikabbli; kif ukoll

 

(c) xi klawżoli kuntrattwali bejn il-kontrollur jew proċessur u r-riċevitur tad-dejta jipprojbixxu l-identifikazzjoni mill-ġdid tas-suġġett tad-dejta u jillimitaw l-ipproċessar skont il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Riċevitur ta’ dejta kodifikata, trasferita għal għanijiet ta’ riċerka xjentifika, ma għandu l-ebda mezz biex jidentifika mill-ġdid lis-suġġetti, u taħt din l-emenda, ma għandux aċċess għall-kodiċi u huwa eskluż kuntrattwalment milli jidentifika mill-ġdid lis-suġġetti tad-dejta. Din l-emenda għandha tifformalizza proċess biex b’mod raġonevoli jkun żgurat li dejta kodifikata ma tistax u mhux se tkun identifikata mill-ġdid minn riċevituri li jinsabu f’pajjiżi terzi, u għalhekk it-trasferiment ta’ din id-dejta jista' jsir mingħajr piżijiet addizzjonali.

Emenda  412

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Fejn is-suġġett tad-dejta jkun meħtieġ li jagħti l-kunsens tiegħu għall-ipproċessar ta’ dejta medika esklussivament għal skopijiet ta’ riċerka tas-saħħa pubblika, l-għażla ta’ kunsens wiesa' tista’ tkun disponibbli għas-suġġett tad-dejta għall-iskopijiet ta’ riċerka epidemjoloġika, traslazzjonali u klinika.

Ġustifikazzjoni

In many fields of medicine and science, it is crucial for researchers to be able to follow the data of a certain patient they have been monitoring. This enables the researchers to understand and constantly improve their search for new treatments and cures. Importantly, epidemiological research involves monitoring populations to decipher trends in lifestyle, genetics, diseases among others, and is crucial for furthering public health research, an example of which is patient registries. Thus record linkage should remain possible, when it comes to the case of using medical data solely for the furthering of public health research, specifically epidemiological, translational and clinical research. With respect to the point on broad consent, the current Directive on Data Protection (95/46/EC) allows for exceptions for the processing of data for public health research and the general aim of the proposed Regulation is to apply the principle of explicit consent for the processing of personal data. For public health research purposes, such as epidemiological, clinical and translational research it becomes virtually impossible to acquire the consent of every single data subject required for research. Public health researchers need to have access to the past, current and future medical records of patients in order to conduct their research. The option of broad consent gives the data subject a measure of control over their data and the option for their data being used for furthering public health research.

Emenda  413

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 kif ukoll kwalunkwe limitazzjoni meħtieġa fuq id-drittijiet tal-informazzjoni lil u l-aċċess mis-suġġett tad-dejta u li jagħtu dettalji dwar il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji għad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta f’dawn iċ-ċirkostanzi.

imħassar

Emenda  414

Proposta għal regolament

Artikolu 83a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 83a

 

L-ipproċessar ta’ dejta dwar kundanni kriminali għall-prevenzjoni ta’ reati finanzjarji

 

Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament u skont il-punt (j) tal-Artikolu 9(2), l-ipproċessar tad-dejta personali li tikkonċerna l-kundanni kriminali jew miżuri relatati ta’ sigurtà għandu jiġi permess jekk jipprovdi miżuri xierqa għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta u jkun:

 

(a) għall-iskopijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni jew l-iskoperta ta’ kriminalità finanzjarja, jew

 

(a) għal raġunijiet ta’ interess pubbliku bħall-protezzjoni kontra theddid transkonfinali ta’ kriminalità finanzjarja,

 

u f’kull każ, irid neċessarjament jitwettaq mingħajr ma jitfittex il-kunsens tas-suġġett tad-dejta sabiex ma jiġux ippreġudikati dawk l-iskopijiet.

Ġustifikazzjoni

The amendment adds a provision in order to allow the processing of criminal convictions data for the purpose of the prevention of financial crime. The EU has demonstrated its commitment to fight against financial crime with recent initiatives such as the review of the Anti-Money laundering Directive, the anti-corruption package, the anti-fraud strategy, and the establishment of the European Parliament special committee on organised crime, corruption and money laundering. This provision is therefore a needed complementary measure that will allow an effective fight against financial crime. Finally, no consent should be asked in this scenario as this would not be forthcoming. Actors of financial crime would not be keen in providing consent and this would therefore defeat the purpose of processing the data.

Emenda  415

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2),l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-dejta tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 14(7), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2) u l-Artikolu 43(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  416

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2002/58 għandu jitħassar.

2. L-Artikolu 1(2), il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 2, l-Artikolu 4(3), (4) u (5) u l-Artikoli 6 u 9 tad-Direttiva 2002/58/KE għandhom jitħassru.

Emenda  417

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-atti delegati u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni għandhom jiġu evalwati mill-Parlament u mill-Kunsill kull sentejn.

PROĊEDURA

Titolu

Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali)

Referenzi

COM(2012)0011 – C7-0025/2012 – 2012/0011(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.2.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

16.2.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Seán Kelly

14.3.2012

Eżami fil-kumitat

31.5.2012

28.11.2012

23.1.2013

 

Data tal-adozzjoni

20.2.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

24

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Béla Kovács, Philippe Lamberts, Marisa Matias, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Catherine Trautmann, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Lara Comi, Ioan Enciu, Satu Hassi, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Seán Kelly, Holger Krahmer, Bernd Lange, Werner Langen, Zofija Mazej Kukovič, Vladko Todorov Panayotov, Pavel Poc, Vladimír Remek, Algirdas Saudargas, Silvia-Adriana Ţicău

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Axel Voss

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (28.1.2013)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali)
(COM(2012)0011 – C7‑0025/2012 – 2012/0011(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Lara Comi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-protezzjoni tad-dejta hija dritt fundamentali u jeħtieġ li tiġi żgurata l-fiduċja taċ-ċittadini biex ikunu jistgħu jibbenefikaw aħjar mill-ambjent onlajn. L-approċċ jeħtieġ li jiġi aġġornat għall-għodda teknoloġiċi l-ġodda u l-flussi ta’ dejta li joħorġu minnhom, għaliex id-dispożizzjonijiet attwali tad-Direttiva 95/46/KE mhumiex jindirizzaw bis-sħiħ il-ħtiġijiet tas-Suq Uniku Diġitali.

Il-varjetà tal-mudelli tan-negozju, ta’ teknoloġiji u servizzi disponibbli – inkluż dawk ta’ importanza kbira fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku u s-Suq Intern – irriżultaw fi spettru wiesa’ ta’ kwistjonijiet dwar il-protezzjoni ta’ dejta. Il-kumpaniji u l-gvernijiet spiss qed jużaw dawn it-teknoloġiji mingħajr ma l-individwi jkunu konxji tal-impatt li jista’ jkollhom.

Fil-25 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposti għal-regolament[1] u direttiva[2] ġodda dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta. Ir-regolament propost għandu l-għan li jikkumplimenta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-Privatezza elettronika (2002/58/EC) u jiżgura li ċ-ċertezza legali u l-konsistenza huma ta’ importanza kbira għall-ħidma effettiva fl-UE f’dan il-qasam.

Ir-regolament propost għandu l-għan li jarmonizza d-drittijiet, jiżgura l-fluss liberu tal-informazzjoni, inaqqas il-burokrazija u jtejjeb l-infurzar. Iż-żieda fit-trasparenza għandha żżid il-fiduċja, u d-dispożizzjonijiet il-ġodda għandhom jagħmlu l-UE iżjed attraenti bħala destinazzjoni għan-negozju. I:

§ jimmodernizza s-sistema legali tal-UE għall-protezzjoni ta’ dejta personali, b’mod partikolari biex jiġu ssodisfati l-isfidi li jirriżultaw mill-globalizzazzjoni u l-użu tat-teknoloġiji l-ġodda;

§ jsaħħaħ id-drittijiet tal-individwi, u fl-istess ħin inaqqas il-formalitajiet amministrattivi sabiex jiżgura l-fluss mingħajr ostakoli ta’ dejta personali fl-UE;

§ jtejjeb iċ-ċarezza u l-koerenza tar-regoli tal-UE għall-protezzjoni ta’ dejta personali u jikseb l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni konsistenti u effettivi ta’ dan id-dritt fundamentali fl-oqsma kollha tal-attivitajiet tal-Unjoni.

Id-dimensjoni tas-suq intern

Il-proposta għandha potenzjal qawwi biex ittejjeb is-suq intern u toħloq kundizzjonijiet indaqs għan-negozji kollha attivi fl-UE. L-elementi ewlenin jinkludu:

§ il-bidla fl-istrument leġiżlattiv (minn direttiva għal regolament);

§ il-prinċipju ta’ ‘punt uniku ta’ servizz’ rigward l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti f’każijiet transkonfinali;

§ il-prinċipju tal-post tas-suq (li jagħmel l-istandards tal-protezzjoni ta’ dejta tal-UE applikabbli wkoll għan-negozji bbażati barra l-UE, jekk ikunu attivi fl-UE);

§ il-prinċipju ġenerali tal-kontabilità (li jieħu post l-obbligu tal-kontrolluri jew tal-proċessuri tad-dejta li jagħmlu notifika ġenerali dwar l-ipproċessar tagħhom lir-regolatur nazzjonali tagħhom);

§ it-tisħiħ tal-għodda eżistenti u l-introduzzjoni ta’ għodda ġdida għall-implimentazzjoni konsistenti u l-infurzar fl-Istati Membri kollha.

It-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumatur

Sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-konsumaturi, jidher li ntlaħaq bilanċ bejn l-interessi li jikkompetu ma’ xulxin bħall-għarfien tal-konsumaturi, l-awtonomija, il-protezzjoni u s-suq intern permezz tal-promozzjoni tat-trasparenza.

Sar titjib b’mod speċjali fir-rigward tal-idea tal-kunsens bħala wieħed mill-fatturi li jilleġittima l-ipproċessar ta’ dejta personali, tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta bħala għodda b’saħħitha għall-protezzjoni tal-konsumatur u tal-kundizzjonijiet għal-legalità tat-trasferimenti ta’ dejta ’l barra mill-UE. Madankollu, jibqa’ ħafna oqsma tal-Proposta li jeħtieġu iżjed irfinar u kjarifika. Dan huwa l-każ b’mod partikolari tal-modalitajiet prattiċi tal-implimentazzjoni b’mod partikolari fir-rigward ta’ xi drittijiet. Jeħtieġ li din l-ambigwità tiġi solvuta u b’mod partikolari dawn l-elementi li ġejjin jeħtieġu l-attenzjoni:

§ jiġi ċċarat fl-Artikolu 17 sa liema livell għandha titħassar ukoll id-dejta miżmuma mill-kontrollur tad-dejta ta’ parti terza, meta jiġi infurmat mill-kontrollur tad-dejta li s-suġġett tad-dejta eżerċità d-dritt tat-tħassir;

§ il-protezzjoni speċifika meħtieġa għall-minuri sal-età ta’ 14 għaliex ikunu għadhom tfal;

§ id-definizzjoni proposta ta’ “dejta personali”;

§ ir-rwol li l-anonimizzazzjoni u l-psewdonimizzazzjoni jista’ jkollhom sabiex jipproteġu s-suġġett tad-dejta;

§ il-Proposta għandha tiġi rfinata fir-rigward tad-diviżjoni preċiża u tad-determinazzjoni tal-obbligi u tar-responsabbiltajiet tal-kontrollur tad-dejta u tal-proċessur tad-dejta;

§ l-operazzjonijiet ta' klassifikazzjoni skont profili predefiniti u d-differenzi fil-“klassifikazzjoni skont profili predefiniti” fis-setturi differenti tal-ekonomija jew tar-relazzjonijiet legali jeħtieġ li jiġu kkunsidrati sew kif ukoll jitqiesu l-konsegwenzi tar-regolamentazzjoni ristrettiva żżejjed f’dan il-qasam.

Meta jqis dan kollu r-Rapporteur jixtieq jiffoka b’mod speċjali fuq:

§ id-definizzjonijiet;

§ id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta;

§ l-obbligi tal-kontrollur tad-dejta u tal-proċessur b’referenza għad-drittijiet tal-konsumatur;

§ il-konsistenza.

Ir-Rapporteur jixtieq ukoll iħaddan ħarsa usa’ lejn in-newtralità teknoloġika; kif ukoll jindirizza:

§ il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-għan;

§ l-użu tal-Atti Delegati u tal-Atti ta’ Implimentazzjoni f’assoċjazzjoni mal-pakkett propost; u,

§ l-implimentazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jitlob lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, jinkorpora dawn l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Għandu jkun żgurat bilanċ xieraq bejn il-protezzjoni tal-privatezza u r-rispett għas-suq uniku. Ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta m’għandhomx jdgħajfu l-kompetittività, l-innovazzjoni u t-teknoloġija ġdida.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) In-newtralità teknoloġika għandha tfisser ukoll li atti simili, b'kundizzjonijiet simili u b'konsegwenzi simili għandhom ikunu ġuridikament ekwivalenti, indipendentement minn jekk jiġrux fuq l-internet jew le, sakemm id-dinamika varja tal-ipproċessar tad-dejta fit-tali ambjenti ma tagħmilx differenza sostanzjali bejnithom.

Ġustifikazzjoni

Kienet meħtieġa premessa li tivvaluta aħjar id-differenza bejn onlajn u offlajn. Mingħajrha, xi atturi ekonomiċi setgħu jipperċepixxu dan ir-regolament bħala maħsub b’mod speċifiku biex jindirizza l-kwistjonijiet fuq l-internet u, b’mod partikolari, il-kwistjonijiet tan-netwerking soċjali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-ipproċessar ta-dejta personali minn persuna fiżika, li hija esklussivament personali jew domestika, bħall-korrispondenza u l-pussess ta’ indirizzi, u mingħajr l-ebda interess bi qligħ u b’hekk mingħajr l-ebda rabta ma’ attività professjonali jew kummerċjali. L-eżenzjoni m’għandhiex tapplika wkoll għal kontrolluri u proċessuri li jipprovdu l-mezzi għall-ipproċessar tad-dejta personali għal dawn l-attivitajiet domestiċi jew personali.

(15) Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali minn persuna fiżika, li hija esklussivament personali jew domestika, bħall-korrispondenza u l-pussess ta’ indirizzi, u mingħajr l-ebda interess bi qligħ u b’hekk mingħajr l-ebda rabta ma’ attività professjonali jew kummerċjali u li ma tinvolvix li din id-dejta tkun aċċessibbli għal numru indefinit ta’ persuni. L-eżenzjoni m’għandhiex tapplika wkoll għal kontrolluri u proċessuri li jipprovdu l-mezzi għall-ipproċessar tad-dejta personali għal dawn l-attivitajiet domestiċi jew personali.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni, l-aktar minħabba l-popolarità tan-netwerks soċjali li jippermettu l-qsim ta’ informazzjoni ma’ mijiet ta’ persuni. Il-Qorti tal-Ġustizzja (il-każijiet C-101/01 u C-73/07) tirrakkomanda l-aċċessibilità ‘minn numru indefinit ta’ persuni’ bħala kriterju ta’ applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni. Il-Kontrollur jikkondividi din il-fehma.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-prinċipji tal-protezzjoni għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna hijiex identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra sabiex tidentifika lill-individwu. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta ma għandhomx japplikaw għal dejta li tku saret anonima b’mod li s-suġġett tad-dejta ma jibqax identifikabbli.

(23) Il-prinċipji tal-protezzjoni għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna hijiex identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra sabiex tidentifika lill-individwu. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta ma għandhomx japplikaw għal dejta li tkun saret anonima b’mod li s-suġġett tad-dejta ma jibqax identifikabbli direttament, inkluż, fejn possibbli, is-separazzjoni tad-dejta pproċessata mid-dejta li tiżvela l-identità. Fil-każ tal-aħħar, anke data psewdonimizzata tkun utli jekk il-muftieħ li jintuża biex id-dejta psewdonimizzata tiġi konnessa mal-identità ikollu sigurtà konformi mat-teknoloġija l-aktar avvanzata.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta’ “dejta personali” teħtieġ kjarifiki sabiex tkun utli kemm fl-esperjenza tal-konsumatur kif ukoll fit-tmexxija tan-negozju. L-introduzzjoni tad-dejta psewdonima u anonima hija ta’ għajnuna f’dan il-qasam.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Ammont kbir ta' data personali jista' jiġi pproċessat għall-finijiet tal-identifikazzjoni u l-prevenzjoni ta' frodi. Meta jiġu vvalutati l-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-dejta u l-legalità tal-ipproċessar, għandu jitqies jekk hux qed jiġu insegwiti talbiet ta' dan it-tip, regolati mid-dritt tal-Istati Membri jew tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-Emenda tfittex li tenfasizza prinċipju li mhux f’kuntrast mar-Regolament attwali, imma fl-istess ħin mhux miktub b’mod ċar.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b) Skont il-prinċipju ta' protezzjoni awtomatika tad-dejta, is-servizzi u l-prodotti fuq l-internet iridu inizjalment joffru protezzjoni massima tal-informazzjoni u d-dejta personali mingħajr ma jirrikjedu li s-suġġett tad-dejta jieħu xi azzjoni.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Meta jużaw is-servizzi onlajn, l-individwi jistgħu jiġu assoċjati ma’ identifikaturi onlajn ipprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli tagħhom, bħal indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew identifikaturi tal-cookies. Dan jista’ jħalli traċċi li, flimkien ma’ identifikaturi uniċi u informazzjoni oħra li jirċievu s-servers, jistgħu jintużaw sabiex jinħolqu profili tal-individwi u jidentifikawhom, dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar li jinvolvi dejta bħal din. Minn dan isegwi li n-numri ta’ identifikazzjoni, id-dejta ta’ lokazzjoni, l-identifikaturi onlajn jew fatturi speċifiċi oħra bħala tali ma għandhomx bżonn neċessajament li jiġu kkunsidrati bħala dejta personali fiċ-ċirkostanzi kollha.

(24) Meta jużaw is-servizzi onlajn, l-individwi jistgħu jiġu assoċjati ma’ identifikaturi onlajn ipprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli tagħhom, bħal indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew identifikaturi tal-cookies. Dan jista’ jħalli traċċi li, flimkien ma’ identifikaturi uniċi u informazzjoni oħra li jirċievu s-servers, jistgħu jintużaw sabiex jinħolqu profili tal-individwi u jidentifikawhom, dan ir-Regolament għandu japplika għall-ipproċessar li jinvolvi dejta bħal din. Minn dan isegwi li għandu jitwettaq studju, għal kull każ individwali u bi qbil mal-iżviluppi teknoloġiċi, dwar jekk in-numri ta’ identifikazzjoni, id-dejta ta’ lokazzjoni, l-identifikaturi onlajn jew fatturi speċifiċi oħra iridux neċessarjament jiġu kkunsidrati bħala dejta personali fiċ-ċirkostanzi kollha imma għandhom jiġu kkunsidrati bħala tali, meta jiġu pproċessati bl-intenzjoni li kontenut partikulari jiġi immirat lejn individwu jew li dak l-individwu jiġi iżolat għal kwalunkwe skop ieħor;

Ġustifikazzjoni

Fil-kuntest ta’ offerta dejjem tiżdied ta’ servizzi ġodda onlajn u ta’ żvilupp teknoloġiku kontinwu, għandu jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni tad-dejta personali taċ-ċittadini. Għalhekk jidher indispensabbli l-eżami ta' kull każ fuq bażi individwali.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-kunsens għandu jingħata b’mod espliċitu permezz ta’ kwalunkwe metodu xieraq li jippermetti indikazzjoni speċifika u informata mogħtija liberament ta’ dak li jixtieq is-suġġett tad-dejta, jew fuq dikjarazzjoni jew minn azzjoni affermattiva mis-suġġett tad-dejta, li jassigura li l-individwi huma konxji li qegħdin jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta’ dejta personali, inkluż billi jimmarkaw kaxxa meta jżuru sit elettroniku tal-Internet jew kwalunkwe dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f’dan il-kuntest tindika b’mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-dejta tal-ipproċessar propost tad-dejta personali tiegħu. Is-silenzju jew in-nuqqas ta’ attività għaldaqstant ma għandhomx jitqiesu bħala kunsens. Il-kunsens għandu jkopri l-attivitajiet ta’ pproċessar kollu li jsir għall-istess għan jew għanijiet. Jekk il-kunsens tas-suġġett għandu jingħata wara talba elettronika, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li qegħda tiġi pprovduta għalih.

(25) Il-kunsens għandu jingħata permezz ta' kwalunkwe metodu xieraq għall-mezz ta' komunikazzjoni użat, li jippermetti indikazzjoni speċifika u informata mogħtija liberament ta' dak li jixtieq is-suġġett tad-dejta, jew fuq dikjarazzjoni jew minn azzjoni affermattiva mis-suġġett tad-dejta, li jassigura li l-individwi huma konxji li qegħdin jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' data personali, inkluż billi jimmarkaw kaxxa meta jżuru sit elettroniku tal-Internet jew kwalunkwe dikjarazzjoni jew imġiba oħra li tindika, b'mod ċar f'dan il-kuntest, l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-dejta tal-ipproċessar propost tad-dejta personali tiegħu. Is-silenzju jew in-nuqqas ta’ attività għaldaqstant ma għandhomx jitqiesu bħala kunsens. Il-kunsens għandu jkopri l-attivitajiet ta’ pproċessar kollu li jsir għall-istess għan jew għanijiet. Jekk il-kunsens tas-suġġett għandu jingħata wara talba elettronika, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li qegħda tiġi pprovduta għalih. L-informazzjoni pprovduta sabiex it-tfal jesprimu l-kunsens għandha tingħata b’lingwaġġ ċar u adattat skont l-età, b’mod li jinftiehem faċilment minn tfal ta' aktar minn 13-il sena.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu ffaċilitati xi sitwazzjonijiet fil-ħajja ta’ kuljum, kemm onlajn kif ukoll offlajn, kien meħtieġ li jiżdied xi kliem speċifiku għall-każijiet fejn il-kunsens jista’ jiġi preżunt mill-kuntest. Pereżempju: li wieħed jitlob id-dijanjożi lit-tabib timplika t-trattament ta’ xi dejta personali, mingħajr il-ħtieġa ta’ azzjoni espliċita kif iddefinita fil-bidu ta’ din il-premessa. Fl-istess waqt, it-tabib jista’ jitkellem ma’ speċjalista, jekk meħtieġ sabiex jagħti d-dijanjożi, mingħajr ma jkun neċessarju li jitlob il-permess.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-istabbiliment ewlieni ta’ kontrollur fl-Unjoni għandu jkun stabbilit skont kriterji oġġettivi u għandu jimplika l-eżerċizzju reali u effettiv ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar permezz ta’ arranġamenti stabbli. Dan il-kriterju m’għandux jiddependi fuq il-fatt jekk l-ipproċessar tad-dejta personali jsirx effettivament f’dak il-post; il-preżenza u l-użu ta’ mezzi tekniċi u teknoloġiji għall-ipproċessar tad-dejta jew l-ipproċessar ta’ attivitajiet, minnhom infushom, ma jikkostitwixxux dan l-istabbilment ewlieni u għaldaqstant mhumiex kriterju determinanti għal stabbilment ewlieni. L-istabbilment ewlieni tal-proċessur għandu jkun il-post fejn tinsab l-amministrazzjoni ċentrali fl-Unjoni.

(27) L-istabbiliment ewlieni ta’ kontrollur jew ta’ proċessur fl-Unjoni għandu jkun stabbilit skont kriterji oġġettivi u għandu jimplika l-eżerċizzju reali u effettiv ta’ attivitajiet ta’ ġestjoni li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar permezz ta’ arranġamenti stabbli. Dan il-kriterju m’għandux jiddependi fuq il-fatt jekk l-ipproċessar tad-dejta personali jsirx effettivament f’dak il-post; il-preżenza u l-użu ta’ mezzi tekniċi u teknoloġiji għall-ipproċessar tad-dejta jew l-ipproċessar ta’ attivitajiet, minnhom infushom, ma jikkostitwixxux dan l-istabbilment ewlieni u għaldaqstant mhumiex kriterju determinanti għal stabbilment ewlieni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkompleta l-emenda għal Art. 4(13)

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Ir-rappreżentant huwa responsabbli, flimkien mal-kontrollur, għal kwalunkwe mġiba li tmur kontra r-Regolament attwali.

Ġustifikazzjoni

Ir-responsabbiltà tar-rappreżentant mhix miktuba b’mod ċar biżżejjed, u din il-premessa tgħin biex tenfasizzaha.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) It-tfal jixirqilhom protezzjoni speċifika tad-dejta personali tagħhom, minħabba li dawn jistgħu jkunu inqas konxji tar-riskji, il-konsegwenzi, is-salvagwardji u d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali. Sabiex ikun stabbilit jekk individwu huwiex minorenni, dan ir-Regolament għandu jassumi d-definizzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti.

(29) It-tfal jixirqilhom protezzjoni speċifika tad-dejta personali tagħhom, minħabba li dawn jistgħu jkunu inqas konxji tar-riskji, il-konsegwenzi, is-salvagwardji u d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u huma konsumaturi vulnerabbli. Sabiex ikun stabbilit jekk individwu huwiex minorenni, dan ir-Regolament għandu jassumi d-definizzjoni stabbilita mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti. B’mod partikolari, għandu jintuża lingwaġġ li jinftiehem faċilment mit-tfal biex ikun żgurat id-dritt tal-kunsens għal tfal li għandhom aktar minn 13-il sena.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali għandu jkun legali, ġust u trasparenti fir-rigward tal-individwi kkonċernati. B’mod partikolari, l-objettivi speċifiċi li għalihom tiġi pproċessata d-dejta għandhom ikunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti meta tinġabar id-dejta. Id-dejta għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ għall-għanijiet li għalihom id-dejta qiegħda tkun ipproċessata; dan jeħtieġ b’mod partikolari li jiġi żgurat li d-dejta miġbura ma tkunx eċċessiva u li l-perjodu li matulu ser tkun maħżuna d-dejta jkunu strettament limitati. Id-dejta personali għandha tkun ipproċessata biss jekk l-għan tal-ipproċessar ma setax jintlaħaq mod ieħor. Għandu jittieħed kull pass raġonevoli sabiex ikun żgurat li d-dejta personali li ma tkunx eżatta tiġi rettifikata jew imħassra. Sabiex ikun assigurat li d-dejta ma tibqax miżmuma għal aktar żmien minn kemm meħtieġ, il-kontrollur għandu jistabbilixxi limiti ta’ żmien għat-tħassir jew għal reviżjoni kultant żmien.

(30) Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali għandu jkun legali, ġust u trasparenti fir-rigward tal-individwi kkonċernati. B’mod partikolari, l-objettivi speċifiċi li għalihom tiġi pproċessata d-dejta għandhom ikunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti meta tinġabar id-dejta. Id-dejta għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ għall-għanijiet li għalihom id-dejta qiegħda tkun ipproċessata; dan jeħtieġ li jiġi żgurat li d-dejta miġbura ma tkunx eċċessiva u li l-perjodu li matulu ser tkun maħżuna d-dejta ma jkunx itwal minn dak li huwa neċessarju għall-għanijiet li għalihom qiegħda tiġi pproċessata d-dejta personali. Id-dejta personali għandha tkun ipproċessata biss jekk l-għan tal-ipproċessar ma setax jintlaħaq mod ieħor. Għandu jittieħed kull pass raġonevoli sabiex ikun żgurat li d-dejta personali li ma tkunx eżatta tiġi rettifikata jew imħassra. Sabiex ikun assigurat li d-dejta ma tibqax miżmuma għal aktar żmien minn kemm meħtieġ, il-kontrollur għandu jistabbilixxi limiti ta’ żmien għat-tħassir jew għal reviżjoni kultant żmien. Meta issir valutazzjoni tad-dejta minima neċessarja għall-għanijiet li għalihom qiegħda tiġi pproċessata d-dejta, għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-obbligi ta’ leġiżlazzjoni oħrajn li jeħtieġu li tiġi pproċessata dejta komprensiva meta użata għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi, il-konferma tal-identità u/jew id-determinazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tiċċara l-obbligi tal-kontrolluri li jissorveljaw id-dejta minima neċessarja u l-perjodi ta’ ħażna. B’mod addizzjonali, din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza tal-lingwaġġ ta’ din il-premessa ma’ dak inkluż fl-Artikolu 5(e). L-emenda tfittex ukoll li tarmonizza r-Regolament ma’ leġiżlazzjoni eżistenti, bħal ma huma d-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur u l-Ftehimiet ta’ Kreditu għall-Proprjetà Residenzjali, u prattika tajba eżistenti, armonizzazzjoni li teħtieġ valutazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ konsumatur permezz ta’ valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Sabiex ikun żgurat kunsens liberu, għandu jkun iċċarat li l-kunsens ma jipprovdix bażi legali valida meta l-individwu ma jkollu l-ebda għażla ġenwina u libera u sussegwentement ma jkunx jista’ jirrifjuta jew jirtira l-kunsens mingħajr ħsara.

(33) Sabiex ikun żgurat kunsens liberu, għandu jkun iċċarat li l-kunsens ma jipprovdix bażi legali valida meta l-individwu ma jkollu l-ebda għażla ġenwina u libera u sussegwentement ma jkunx jista’ jirrifjuta jew jirtira l-kunsens mingħajr ħsara. B’mod simili, il-kunsens m’għandux jipprovdi bażi legali għall-ipproċessar tad-dejta meta s-suġġett tad-dejta m’għandux aċċess differenti għal servizzi ekwivalenti.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-kunsens m’għandhux jipprovdi raġuni legali valida għall-ipproċessar tad-dejta personali, meta jkun hemm żbilanċ ċar bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur. Dan huwa speċjalment il-każ fejn is-suġġett tad-dejta jinsab f’sitwazzjoni ta’ dipendenza mill-kontrollur, fost oħrajn, fejn id-dejta personali hija pproċessata mill-impjegatur tad-dejta personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg. Fejn il-kontrullur huwa awtorità pubblika, jkun hemm żbilanċ biss fl-operazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta fejn l-awtorità pubblika tista' timponi obbligu permezz tas-setgħat pubbliċi relevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li ġie mogħti awtomatikament, filwaqt li jittiieħed kont tal-interessi tas-suġġett tad-dejta.

(34) Il-kunsens għandu jingħata b’mod liberu u s-suġġett tad-dejta m’għandux ikun sfurzat jagħti kunsens għall-ipproċessar tad-dejta tiegħu, speċjalment meta jkun hemm żbilanċ sinifikanti bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur. Dan jista’ jkun il-każ fejn is-suġġett tad-dejta jinsab f’sitwazzjoni ta’ dipendenza mill-kontrollur, fost oħrajn, fejn id-dejta personali hija pproċessata mill-impjegatur tad-dejta personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg. Madankollu, meta l-għan tal-ipproċessar tad-dejta huwa fl-interess tas-suġġett tad-dejta u s-suġġett tad-dejta sussegwentement jista’ jirtira l-kunsens mingħajr detriment, il-kunsens għandu jipprovdi raġuni legali valida għall-ipproċessar.

 

Fejn il-kontrullur huwa awtorità pubblika, jkun hemm żbilanċ biss fl-operazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta fejn l-awtorità pubblika tista' timponi obbligu ġdid u mhux iġġustifikat permezz tas-setgħat pubbliċi relevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li ġie mogħti awtomatikament, filwaqt li jittieħed kont tal-interessi tas-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni għandha tassigura li s-suġġett tad-dejta jkollu għażla ġenwina u libera u sussegwentement jista’ jirtira l-kunsens jew joġġezzjona għal ipproċessar ulterjuri fi kwalunkwe sitwazzjoni. M’għandhiex iċċaħħad persuni fiżiċi mill-possibbiltà li jaqblu mal-ipproċessar tad-dejta, speċjalment meta qiegħda fil-għan li huwa għall-benefiċċju tagħhom (pereżempju, l-offerta ta’ assigurazzjoni mill-impjegatur). Ir-regolament m’għandux jassumi li huwa impossibbli li taqbel b’mod liberu mal-ipproċessar tad-dejta fir-relazzjoni tal-impjieg.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Meta d-dejta personali, ipproċessata abbażi tal-kunsens tas-suġġett tad-dejta tkun neċessarja għall-provvediment ta’ servizz, l-irtirar tal-kunsens jista’ jikkostitwixxi r-raġuni għall-waqfien ta’ kuntratt mill-fornitur tas-servizz. Dan għandu japplika b’mod partikolari għas-servizzi li huma pprovduti bla ħlas lill-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda ta' premessa ta' dan it-tip ikollha tifsira ta' sensibilizzazzjoni. Għalkemm il-possibilità li jintemm kuntratt tirriżulta mill-patti tal-kuntratt fil-każi fejn l-ipproċessar tad-dejta jkun meħtieġa għall-provvediment ta' servizz, hemm bżonn li l-utenti jsiru konxi li, f'xi każi, id-dejta hi l-munita li permezz tagħha qed iħallsu għas-servizz. Il-pjattaformi għall-irkanti, pereżempju, jużaw dejta maħżuna biex jeżaminaw il-kredibilità ta' min qed ibigħ permezz tal-pjattaforma u jużaw valutazzjoni reċiproka li jwettqu l-utenti biex jiġbdu aktar klijenti potenzjali imma anke biex jipprevjenu l-frodi. L-irtirar tal-kunsens għall-ipproċessar tad-dejta ta' dan it-tip imur kontra l-iskop reali tat-tali pjattaformi. Il-konsumatur għandu jkun konxju wkoll li l-aċċess li ħafna mudelli kummerċjali jipprovdu għal servizzi "bla ħlas" jiġi kkumpensat b'aċċess għal xi dejta personali tagħhom. L-irtirar tad-dritt għall-ipproċessar ta' dik id-dejta jista' għalhekk iwassal biex jitneħħa l-aċċess għas-servizz.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) L-interessi leġittimi ta’ kontrollur jistgħu jipprovdu bażi legali għall-ipproċessar, diment li l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jkunux aktar importanti. Dan ikun jeħtieġ evalwazzjoni attenta b’mod partikolari fejn is-suġġett tad-dejta jkun minorenni, minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar, għal raġunijiet li huma relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom u mingħajr ħlas. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, il-kontrollur għandu jkun obbligat li jinforma espliċitament lis-suġġett tad-dejta dwar l-interessi leġittimi segwiti u dwar id-dritt li joġġezzjona, u jkun obbligat ukoll li jiddokumenta dawn l-interessi leġittimi. Minħabba li hija r-responsabbiltà tal-leġiżlatur li jipprovdi bil-liġi l-bażi legali għall-awtoritajiet pubbliċi sabiex jipproċessaw id-dejta, din il-bażi legali ma għandhiex tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(38) L-interessi leġittimi ta’ suġġett tad-dejta jistgħu jipprovdu bażi legali għall-ipproċessar, diment li l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jkunux aktar importanti. Dan ikun jeħtieġ evalwazzjoni attenta b’mod partikolari fejn is-suġġett tad-dejta jkun minorenni, minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar, għal raġunijiet li huma relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom u mingħajr ħlas. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, il-kontrollur jew it-terzi persuni li tintbagħtilhom id-dejta għandhom ikunu obbligati li jinformaw espliċitament lis-suġġett tad-dejta dwar l-interessi leġittimi segwiti u dwar id-dritt li joġġezzjona, u jkunu obbligati wkoll li jiddokumentaw dawn l-interessi leġittimi. Minħabba li hija r-responsabbiltà tal-leġiżlatur li jipprovdi bil-liġi l-bażi legali għall-awtoritajiet pubbliċi sabiex jipproċessaw id-dejta, din il-bażi legali ma għandhiex tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur qed tipproponi li tinżamm il-formulazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE. Ta' min ifakkar li r-regolament ma jirrigwardax biss id-dinja diġitali iżda se jkun japplika wkoll għall-attivitajiet offlajn. Għall-finanzjament tal-attivitajiet tagħhom, ċerti setturi, bħal dak tal-pubblikazzjoni tal-ġurnali, jeħtieġu li jutilizzaw sorsi esterni biex jikkuntattjaw abbonati ġodda potenzjali.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a) Ġeneralment, l-armonizzazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta m’għandhiex tneħħi l-possibbiltà li l-Istati Membri jipprattikaw leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, fost l-oħrajn fil-qasam tar-riċerka bbażata fuq ir-reġistri.

Ġustifikazzjoni

Il-qafas legali attwali dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-UE, id-Direttiva 95/46/KE, jagħti lill-Istati Membri livelli varji ta’ libertà biex jadattaw il-leġiżlazzjoni tal-UE għaċ-ċirkostanzi nazzjonali.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 40b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40b) L-ipproċessar tad-dejta personali miġbura għal għan ieħor jista’ jitqiegħed għad-dispożizzjoni tar-riċerka xjentifika pubblika meta tkun tista’ tiġi ddokumentata rilevanza xjentifika tal-ipproċessar tad-dejta miġbura. Għandha titqies il-privatezza mill-mument tad-disinn meta dejta titqiegħed għad-dispożizzjoni tar-riċerka xjentifika pubblika.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Id-deroga mill-projbizzjoni fuq l-ipproċessar ta’ kategoriji sensittivi ta’ dejta għandha tkun permessa wkoll jekk issir bil-liġi, u soġġett għal salvagwardji xierqa, sabiex tkun protetta dejta personali u drittijiet fundamentali oħra, fejn raġunijiet ta’ interess pubbliku hekk jiġġustifikaw u b’mod partikolari għal għanijiet ta’ saħħa, inkluża s-saħħa pubblika u l-protezzjoni soċjali u l-ġestjoni ta’ servizzi ta’ kura tas-saħħa, speċjalment sabiex tkun żgurata l-kwalità u l-kost-effikaċja tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta’ talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jew għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika.

(42) Id-deroga mill-projbizzjoni fuq l-ipproċessar ta’ kategoriji sensittivi ta’ dejta għandha tkun permessa wkoll jekk issir bil-liġi, u soġġett għal salvagwardji xierqa, sabiex tkun protetta dejta personali u drittijiet fundamentali oħra, fejn raġunijiet ta’ interess pubbliku hekk jiġġustifikaw u b’mod partikolari għal għanijiet ta’ saħħa, inkluża s-saħħa pubblika u l-protezzjoni soċjali u l-ġestjoni ta’ servizzi ta’ kura tas-saħħa, inkluża informazzjoni mibgħuta permezz ta’ messaġġi testwali elettroniċi jew posta elettronika lil pazjenti dwar appuntamenti fi sptarijiet jew kliniċi, speċjalment sabiex tkun żgurata l-kwalità u l-kost-effikaċja tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta’ talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jew għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika.

 

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Il-prinċipji ta’ pproċessar ġust u trasparenti jitolbu li s-suġġett tad-dejta għandu jkun informat b’mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta’ pproċessar u l-objettivi tagħha, iż-żmien kemm se ddum maħżuna d-dejta, dwar l-eżistenza tad-dritt ta’ aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressqu lment. Fejn id-dejta tinġabar mis-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat ukoll jekk humiex obbligati li jipprovdu d-dejta u dwar il-konsegwenzi, f’każijiet li ma jipprovdux dik id-dejta.

(48) Il-prinċipji ta’ pproċessar ġust u trasparenti jitolbu li s-suġġett tad-dejta għandu jkun informat b’mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta’ pproċessar u l-objettivi tagħha, tal-kriterji u/jew l-obbligi legali li jippermettu li jiġi determinat iż-żmien kemm se ddum maħżuna d-dejta, dwar l-eżistenza tad-dritt ta’ aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressaq ilment. Fejn id-dejta tinġabar mis-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat ukoll jekk humiex obbligati li jipprovdu d-dejta u dwar il-konsegwenzi, f’każijiet li ma jipprovdux dik id-dejta.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex possibbli li jkun magħruf bil-quddiem iż-żmien kemm se ddum maħżuna d-dejta, billi dan iż-żmien jista' jkun marbut ma' obbligi legali speċifiċi.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) L-informazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali relatata mas-suġġett tad-dejta għandha tingħatalu meta tinġabar, jew, meta d-dejta ma tinġabarx mis-suġġett tad-dejta, f’perjodu raġonevoli, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Fejn id-dejta tista’ tkun żvelata b’mod leġittimu lil riċevitur ieħor, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat meta d-dejta tkun żvelata għall-ewwel darba lir-riċevitur.

(49) L-informazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali relatata mas-suġġett tad-dejta għandha tingħatalu meta tinġabar, jew, meta d-dejta ma tinġabarx mis-suġġett tad-dejta, f’perjodu raġonevoli, skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Fejn id-dejta tista’ tkun żvelata b’mod leġittimu lil riċevitur ieħor, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat meta d-dejta tkun żvelata għall-ewwel darba lir-riċevitur. Fl-istess ħin, l-ebda pproċessar ħlief il-ħażna m’għandu jiġi permess qabel ma s-suġġett tad-dejta jkun konxju kompletament tal-informazzjoni msemmija hawnhekk.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkorrispondi għall-emenda għal Art. 14(4b).

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal dejta li tinġabar dwarhom, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b’mod partikolari rigward għal liema għanijiet id-dejta tkun qiegħda tiġi pproċessata, għal liema perjodu, liema riċevituri jirċievu d-dejta, x’inhi l-loġika tad-dejta li għaddejja mill-ipproċessar u x’jistgħu jkunu, għallinqas meta bbażata fuq it-tfassil ta’ profili, il-konsegwenzi ta’ dan l-ipproċessar. Dan id-dritt ma għandux jaffettwa ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, inklużi sigrieti tan-negozju jew proprjetà intellettwali u b’mod partikolari d-dritt tal-awtur li jipproteġi s-softwer. Madankollu, ir-riżultat ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet m’għandux ikun li l-informazzjoni kollha tiġi rrifjutata lis-suġġett tad-dejta.

(51) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal dejta li tinġabar dwarha, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b’mod partikolari rigward għal liema għanijiet id-dejta tkun qiegħda tiġi pproċessata, il-kriterji li jippermettu li jiġi determinat iż-żmien kemm se ddum maħżuna għal kwalunkwe objettiv, liema riċevituri jirċievu d-dejta, x’inhi l-loġika tad-dejta li għaddejja mill-ipproċessar u x’jistgħu jkunu, għallinqas meta bbażata fuq il-klassifikazzjoni skont profili predefiniti, il-konsegwenzi ta’ dan l-ipproċessar. Dan id-dritt ma għandux jaffettwa ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, inklużi sigrieti tan-negozju jew proprjetà intellettwali u b’mod partikolari d-dritt tal-awtur li jipproteġi s-softwer. Madankollu, ir-riżultat ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet m’għandux ikun li l-informazzjoni kollha tiġi rrifjutata lis-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex dejjem possibbli li jiġi determinat bi preċiżjoni ż-żmien eżatt kemm se ddum maħżuna d-dejta personali, l-aktar fil-każ li tinżamm għal objettivi differenti.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li jkollha dejta personali li tirrigwardaha rettifikata u ‘dritt li tkun minsija’ meta ż-żamma ta’ dejta bħal din ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li d-dejta personali tagħhom titħassar u ma tiġix ipproċessata aktar, meta d-dejta ma tkunx meħtieġa aktar fir-rigward tal-finijiet li għalihom id-dejta tinġabar jew inkella tiġi pproċessata, fejn is-suġġetti tad-dejta jkunu rtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar jew fejn joġġezzjonaw għall-ipproċessar ta’ dejta personali li tirrigwardahom jew inkella meta l-ipproċessar tad-dejta personali ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament. Dan id-dritt huwa partikolarment rilevanti, meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu meta kien tifel, meta ma jkunx għal kollox konxju dwar ir-riskji involuti fl-ipproċessar, u aktar tard jixtieq ineħħi din id-dejta personali b’mod speċjali fuq l-Internet. Madankollu, iż-żamma ulterjuri tad-dejta għandha tkun permessa fejn din tkun meħtieġa għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, meta jkun meħtieġ mil-liġi jew fejn ikun hemm raġuni li jkun ristrett l-ipproċessar tad-dejta minflok titħassar.

(53) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li jkollha dejta personali li tirrigwardaha rettifikata u d-dritt li jkollha t-tali dejta personali mħassra meta ż-żamma ta’ dejta bħal din ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li d-dejta personali tagħhom titħassar u ma tiġix ipproċessata aktar, meta d-dejta ma tkunx meħtieġa aktar fir-rigward tal-finijiet li għalihom id-dejta tinġabar jew inkella tiġi pproċessata, fejn is-suġġetti tad-dejta jkunu rtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar jew fejn joġġezzjonaw għall-ipproċessar ta’ dejta personali li tirrigwardahom jew inkella meta l-ipproċessar tad-dejta personali ma tkunx tikkonforma ma’ dan ir-Regolament. Dan id-dritt huwa partikolarment rilevanti, meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu meta kien tifel, meta ma jkunx għal kollox konxju dwar ir-riskji involuti fl-ipproċessar, u aktar tard jixtieq ineħħi din id-dejta personali b’mod speċjali fuq l-Internet. Madankollu, iż-żamma ulterjuri tad-dejta għandha tkun permessa fejn din tkun meħtieġa għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika, għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, meta jkun meħtieġ mil-liġi jew fejn ikun hemm raġuni li jkun ristrett l-ipproċessar tad-dejta minflok titħassar. Apparti dan, id-dritt għal tħassir m’għandux japplika meta ż-żamma ta’ dejta personali hija neċessarja għat-twettiq ta’ kuntratt mas-suġġett tad-dejta, jew meta jkun hemm rekwiżit regolatorju biex tinżamm din id-dejta, jew għal skopijiet ta’ prevenzjoni ta' reati finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkorrispondi għall-emenda għat-titolu tal-Art. 17.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54) Sabiex jissaħħaħ id-‘dritt li tkun minsi’ fl-ambjent onlajn, id-dritt għat-tħassir għandu jkun estiż ukoll b’mod li kontrollur li jkun għamel id-dejta personali pubblika, għandu jkun obbligat li jinforma lil partijiet terzi li qegħdin jipproċessaw din id-dejta li s-suġġett tad-dejta jitolbu jħassar kwalunkwe rabta ma’, jew kopji jew replika ta’ dik id-dejta personali. Biex jiżgura din l-informazzjoni, il-kontrollur għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, fir-rigward tad-dejta għall-pubblikazzjoni li għaliha l-kontrollur huwa responsabbli. Fir-rigward ta’ pubblikazzjoni ta’ dejta personali ta’ parti terza, il-kontrollur għandu jkun ikkunsidrat bħala responsabbli għall-pubblikazzjoni, meta l-kontrollur ikun awtorizza l-pubblikazzjoni mill-parti terza.

(54) Sabiex jissaħħaħ id-dritt għat-tħassir fl-ambjent onlajn, it-tali dritt għandu jkun estiż ukoll b’mod li kontrollur li jkun ittrasferixxa d-dejta personali jew għamilha pubblika mingħajr struzzjonijiet biex jagħmel hekk mingħand is-suġġett tad-dejta, għandu jkun obbligat li jinforma lil partijiet terzi li qegħdin jipproċessaw din id-dejta li s-suġġett tad-dejta jitolbu jħassar kwalunkwe rabta ma’, jew kopji jew replika ta’ dik id-dejta personali. Biex jiżgura din l-informazzjoni, il-kontrollur għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, fir-rigward tad-dejta għall-pubblikazzjoni li għaliha l-kontrollur huwa responsabbli. Fir-rigward ta’ pubblikazzjoni ta’ dejta personali ta’ parti terza, il-kontrollur għandu jkun ikkunsidrat bħala responsabbli għall-pubblikazzjoni, meta l-kontrollur ikun awtorizza l-pubblikazzjoni mill-parti terza.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda takkompanja l-emenda għall-Artikolu 17(2).

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 55a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(55a) Xi dejta personali, ladarba tkun ġiet pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur tad-dejta, tipproduċi riżultati li jintużaw biss internament mill-kontrollur tad-dejta u li l-format tagħhom ma jfisser xejn anke għas-suġġett tad-dejta. F’dan il-każ, id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta m’għandux japplika, filwaqt li d-drittijiet l-oħra, b’mod partikolari d-dritt għall-oġġezzjoni u d-dritt ta’ aċċess u d-dritt ta’ rettifika, jibqgħu xorta validi.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara s-“sinifikanza” introdotta fl-emenda ta’ qabel.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60) Għandha tiġi stabbiliti r-responsabbiltà komprensiva tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f’isem il-kontrollur. B’mod partikolari, il-kontrollur għandu jiżgura u jkun obbligat li juri l-konformità ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ma’ dan ir-Regolament.

(60) Għandha tiġi stabbilita r-responsabbiltà ġenerali tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f’isem il-kontrollur. B’mod partikolari, il-kontrollur għandu jiżgura u jkun obbligat li juri l-konformità ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ma’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Issaħħaħ il-protezzjoni tad-dejta personali. Hemm bżonn jiġi stabbilit b’mod espliċitu prinċipju ġenerali li r-responsabbiltà hi f'idejn il-kontrollur.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 61a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(61a) Dan ir-Regolament jinkoraġġixxi l-intrapriżi biex jiżviluppaw programmi interni li jidentifikaw l-operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura, l-ambitu jew l-għanijiet tagħhom, u biex jistabbilixxu salvagwardji xierqa ta’ privatezza u jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi ta’ privatezza b’intenzjoni u tekniki li jtejbu l-privatezza. L-intrapriżi li jistgħu juru pubblikament li inkorporaw l-obbligu li jingħata rendikont dwar il-qasam tal-privatezza ma jeħtiġux ukoll l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi addizzjonali ta’ sorveljanza ta’ konsultazzjoni minn qabel u ta’ awtorizzazzjoni minn qabel.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tallinja t-test ma’ approċċ li fih l-obbligu li jingħata rendikont dwar dan il-qasam hu proċess alternattiv li jinċentiva b’mod xieraq prattiċi organizzazzjonali tajba. Tali allinjament imexxi wkoll il-piż tal-ispejjeż ta’ konformità u assigurazzjoni fuq is-suq u mhux fuq il-baġit pubbliku.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 61a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(61b) Il-protezzjoni tad-dejta mill-mument tad-disinn hija għodda utli ħafna għaliex tippermetti li s-suġġett tad-dejta jkollu kontroll sħiħ fuq il-protezzjoni tad-dejta tiegħu stess, tal-informazzjoni li jikkondividi u tas-suġġett li miegħu jikkondividiha. Meta jitqies dan il-prinċipju kif ukoll il-protezzjoni tad-dejta b’kontumaċja, il-kuntest għandu jinfluwenza bil-qawwi l-valutazzjoni tal-legalità tal-ipproċessar.

Ġustifikazzjoni

Din l-Emenda tiċċara l-Emenda għall-Art. 23(2). Din tirreferi għal każijiet fejn is-suġġett tad-dejta jkollu l-għażla li jidħol f’sistema tal-ipproċessar tad-dejta, u f’dak il-każ għandha titqies il-firxa kollha tal-konsegwenzi. Pereżempju, meta jidħlu f’netwerk soċjali, is-suġġetti tad-dejta għandhom jaċċettaw li xi informazzjoni se tkun pubblika sabiex l-utenti l-oħra jkunu jistgħu jagħmlu kuntatt magħhom, filwaqt li l-istess livell ta’ pubbliċità tad-dejta m’għandux jiġi aċċettat minn suġġett tad-dejta li jitlob self.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 61c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(61c) Il-prinċipju tal-protezzjoni tad-dejta mill-mument tad-disinn jeħtieġ li l-protezzjoni tad-dejta tkun inkorporata fiċ-ċiklu kollu tal-ħajja tat-teknoloġija, mill-istadju bikri ħafna tad-disinn, sa meta tiġi attivata, tintuża u, fl-aħħar mill-aħħar, tiġi eliminata. Il-prinċipju ta’ protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku jeħtieġ li konfigurazzjonijiet ta’ privatezza fuq servizzi u prodotti għandhom awtomatikament jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-dejta, bħalma huma l-minimizzazzjoni tad-dejta u l-limitazzjoni tal-iskop.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri, ukoll fir-rigward tas-sorveljanza minn u l-miżuri ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni, titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt dan ir-Regolament, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma’ kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta’ pproċessar titwettaq f’isem kontrollur

(62) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri, ukoll fir-rigward tas-sorveljanza minn u l-miżuri ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni, titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt dan ir-Regolament, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma’ kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta’ pproċessar titwettaq f’isem kontrollur F’każ li tapplika responsabbiltà in solidum, il-proċessur li jkun sewwa l-ħsara li saret lis-suġġett tad-dejta kkonċernat jista’ jiftaħ proċess kontra l-kontrollur għar-rimborż jekk ikun aġixxa bi qbil mal-att ġuridiku li jorbtu ma’ dan tal-aħħar.

Ġustifikazzjoni

Il-proċessur huwa definit bħala l-organizzazzjoni li taġixxi f’isem il-kontrollur. Konsegwentement, meta l-proċessur jirrispetta b’attenzjoni l-istruzzjonijiet li jingħatawlu, kull ksur tad-dejta personali għandu jiġi imputat lill-kontrollur u mhux lill-proċessur, xorta bla ma jiġi affettwat id-dritt għal kumpens tas-suġġett tad-dejta.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65) Sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiddokumenta kull operazzjoni ta’ pproċessar. Kull kontrollur u proċessur għandu jkun obbligat li jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni u jagħmel din id-dokumentazzjoni disponibbli meta tintalab, sabiex tkun tista’ sservi għas-sorveljanza ta’ dawn l-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

(65) Sabiex juri l-konformità ma’ dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jżomm informazzjoni rilevanti dwar il-kategoriji prinċipali ta’ pproċessar imwettqa. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi format uniformi għad-dokumentazzjoni ta’ din l-informazzjoni madwar l-UE. Kull kontrollur u proċessur għandu jkun obbligat li jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni u jagħmel din id-dokumentazzjoni disponibbli meta tintalab, sabiex tkun tista’ tassisti l-awtorità superviżorja fl-evalwazzjoni tal-konformità ta’ dawn il-kategoriji prinċipali ta’ pproċessar ma’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Protezzjoni effettiva tad-dejta teħtieġ li l-organizzazzjonijiet ikollhom komprensjoni ddokumentata biżżejjed tal-attivitajiet ta’ pproċessar tad-dejta tagħhom. Madankollu, il-manutenzjoni tad-dokumentazzjoni għall-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar hija ta’ piż sproporzjonat. Minflok ma jissodisfa l-ħtiġijiet burokratiċi, l-għan tad-dokumentazzjoni għandu jkun li tgħin lill-kontrolluri u l-proċessuri jilħqu l-obbligi tagħhom.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67) Ksur ta’ dejta personali, jekk ma jiġix indirizzat b’mod adegwat u fil-ħin, jista’ jirriżulta f’telf ekonomiku sostanzjali u ħsara soċjali, inkluża l-frodi tal-identità, għall-individwu kkonċernat. Għaldaqstant, malli l-kontrollur isir konxju li sar ksur bħal dan, il-kontrollur għandu jinnotifika l-ksur lill-awtorità ta’ superviżjoni mingħajr dewmien żejjed u, fejn possibbli, fi żmien 24 siegħa. Meta dan ma jkunx jista’ jinkiseb fi żmien 24 siegħa, in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni għar-raġunijiet tad-dewmien. L-individwi li d-dejta personali tagħhom tista’ tkun affettwata ħażin mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Ksur għandu jitqies li jaffettwa ħażin id-dejta personali jew il-privatezza ta’ suġġett tad-dejta meta dan ikun jista’ jwassal, pereżempju, għal serq ta’ identità jew frodi , ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni. In-notifika għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-individwu kkonċernat biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. In-notifiki lis-suġġetti tad-dejta għandhom jsiru malajr kemm jista’ jkun raġonevolment fattibbli, u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ superviżjoni u b’mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra (eż. awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi). Pereżempju, l-opportunità għal suġġetti tad-dejta li jnaqqsu riskju immedjat ta’ ħsara, issejjaħ għal notifika immedjata tas-suġġetti tad-dejta filwaqt li l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri xierqa kontra ksur simili jew kontinwu tista’ tiġġustifika dewmien itwal.

(67) Ksur ta’ dejta personali, jekk ma jiġix indirizzat b’mod adegwat u fil-ħin, jista’ jirriżulta f’telf ekonomiku sostanzjali u ħsara soċjali, inkluża l-frodi tal-identità, għall-individwu kkonċernat. Għaldaqstant, l-indirizzar ta’ telf ekonomiku u ta’ ħsara soċjali ta' dan it-tip għandu jkun l-ewwel u l-ogħla prijorità. Sussegwentement, malli l-kontrollur isir konxju li sar ksur li jista’ jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq il-protezzjoni tad-dejta personali jew il-privatezza tas-suġġett tad-dejta kkonċernat, il-kontrollur għandu jinnotifika l-ksur lill-awtorità ta’ superviżjoni mingħajr dewmien żejjed. L-individwi li d-dejta personali tagħhom tista’ tkun affettwata ħażin mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa, waqt li jiġi evitat li s-suġġett tad-dejta jitgħabba b'informazzjoni żejda. Ksur għandu jitqies li jaffettwa ħażin b’mod sinifikanti d-dejta personali jew il-privatezza ta’ suġġett tad-dejta meta dan ikun jista’ jwassal, pereżempju, għal serq ta’ identità jew frodi, ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti, ħsara għar-reputazzjoni. In-notifika għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-individwu kkonċernat biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. In-notifiki lis-suġġetti tad-dejta għandhom jsiru malajr kemm jista’ jkun raġonevolment fattibbli, u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ superviżjoni u b’mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra (eż. awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi). Pereżempju, l-opportunità għal suġġetti tad-dejta li jnaqqsu riskju immedjat ta’ ħsara, issejjaħ għal notifika immedjata tas-suġġetti tad-dejta filwaqt li l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri xierqa kontra ksur simili jew kontinwu tista’ tiġġustifika dewmien itwal.

Ġustifikazzjoni

Din l-Emenda għandha l-għan li tiċċara l-azzjonijiet li huma mixtieqa fil-każ ta’ ksur tad-dejta, u l-Emendi għall-Artikolu 31 u għall-Artikolu 32.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69) Waqt l-iffissar ta’ regoli dettaljati dwar il-format u l-proċeduri applikabbli għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkostanzi tal-ksur, inkluż jekk id-dejta personali kinitx protetta b’miżuri xierqa ta’ protezzjoni teknika , li jnaqqsu b’mod effettiv il-possibbiltà ta’ frodi tal-identità jew forom oħra ta’ użu ħażin. Barra minn hekk, dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f’każijiet fejn l-iżvelar bikri jista’ jxekkel mingħajr bżonn l-investigazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’ ksur.

(69) Waqt il-valutazzjoni tal-livell ta’ dettall tan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkostanzi tal-ksur, inkluż jekk id-dejta personali kinitx protetta b’miżuri xierqa ta’ protezzjoni teknika, li jnaqqsu b’mod effettiv il-possibbiltà ta’ frodi tal-identità jew forom oħra ta’ użu ħażin. Barra minn hekk, dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f’każijiet fejn l-iżvelar bikri jista’ jxekkel mingħajr bżonn l-investigazzjoni taċ-ċirkostanzi ta’ ksur.

Ġustifikazzjoni

Din l-Emenda ssegwi t-tħassir tal-Artikolu 32(5).

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 70a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(70a) Id-Direttiva 2002/58/KE (kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE) tistabbilixxi obbligi personali ta’ notifika ta’ ksur tad-dejta għall-ipproċessar ta’ dejta personali b’konnessjoni mal-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi disponibbli pubblikament f’netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi fl-Unjoni. Meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament jipprovdu wkoll servizzi oħra, huma jkomplu jkunu soġġetti għall-obbligi ta’ notifika ta’ ksur tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, u mhux dan ir-Regolament. Dawn il-fornituri għandhom ikunu soġġetti għal reġim wieħed ta’ notifika tal-ksur tad-dejta personali kemm għad-dejta personali pproċessata f’konnessjoni mal-provvista ta’ servizz ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament kif ukoll għal kwalunkwe dejta personali oħra li għaliha huma kontrollur.

Ġustifikazzjoni

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandhom ikunu soġġetti għal reġim uniku ta’ notifika għal kwalunkwe ksur fir-rigward tad-dejta li jipproċessaw, u mhux reġimi multipli skont is-servizz offrut. Dan jiżgura kundizzjonijiet ekwi fost atturi tal-industrija.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 97

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(97) Fejn l-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni jseħħ f’aktar minn Stat Membru wieħed, awtorità ta’ superviżjoni waħda għandha tkun kompetenti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-Unjoni u għat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati, sabiex tiżdied l-applikazzjoni konsistenti, tipprovdi ċertezza legali u tnaqqas il-piż amministrattiv għal dawn il-kontrolluri u l-proċessuri.

(97) Fejn l-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni jseħħ f’aktar minn Stat Membru wieħed, awtorità ta’ superviżjoni waħda għandha tkun kompetenti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-ipproċessar tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-Unjoni u għat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati, sabiex tiżdied l-applikazzjoni konsistenti, tipprovdi ċertezza legali u tnaqqas il-piż amministrattiv għal dawn il-kontrolluri u l-proċessuri. B’deroga mill-Artikolu 51(2), meta l-ipproċessar tad-dejta personali ma jitwettaqx primarjament mill-istabbiliment prinċipali, imma minn wieħed mill-istabbilimenti l-oħra tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-Unjoni Ewropea, l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti għal dan l-ipproċessar għandha tkun dik tal-Istat Membru fejn jinsab dan l-istabbiliment l-ieħor. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII, din id-deroga għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment prinċipali titlob dikjarazzjoni supplementari.

Ġustifikazzjoni

Waqt li l-ipproċessar li jkopri bosta pajjiżi huwa faċilment kontrollabbli mill-istabbiliment prinċipali, u għandu jaqa’ fil-kompetenza ta’ awtorità waħda, abbażi ta' dikjarazzjoni ċentralizzata, l-ipproċessar nazzjonali li jitmexxa b'mod deċentralizzat minn sussidjarji u li diffiċli li jkun ikkontrollat mill-istabbiliment prinċipali għandu jaqa’ fil-kompetenza ta' kull awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 105

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(105) Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, għandu jkun stabbilit mekkaniżmu ta’ konsistenza għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nfushom u l-Kummissjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika b’mod partikolari fejn awtorità ta’ superviżjoni jkollha l-ħsieb li tieħu miżura fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma relatati mal-offerta ta’ prodotti, jew servizzi għal suġġetti tad-dejta f’bosta Stati Membri, jew għall-monitoraġġ ta’ dawn is-suġġetti tad-dejta, jew li jistgħu sostanzjalment jaffettwaw il-fluss liberu ta’ dejta personali. Dan għandu japplika wkoll meta xi awtorità ta’ superviżjoni jew il-Kummissjoni titlob li l-kwistjoni għandha tiġi trattata fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura li l-Kummissjoni tista’ tieħu fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont it-Trattati.

(105) Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, għandu jkun stabbilit mekkaniżmu ta’ konsistenza għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni nfushom u l-Kummissjoni. Dan il-mekkaniżmu għandu japplika b’mod partikolari fejn awtorità ta’ superviżjoni jkollha l-ħsieb li tieħu miżura fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma relatati mal-offerta ta’ prodotti, jew servizzi għal suġġetti tad-dejta f’bosta Stati Membri, jew għall-monitoraġġ ta’ dawn is-suġġetti tad-dejta, jew li jistgħu sostanzjalment jaffettwaw il-fluss liberu ta’ dejta personali. Dan għandu japplika wkoll meta xi awtorità ta’ superviżjoni jew il-Kummissjoni titlob li l-kwistjoni għandha tiġi trattata fil-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Barra minn hekk, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li jiksbu l-konsistenza, jekk iqisu li xi miżura mill-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Dejta ta’ xi Stat Membru ma tkunx issodisfat dan il-kriterju. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura li l-Kummissjoni tista’ tieħu fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont it-Trattati.

Ġustifikazzjoni

Din l-Emenda tintroduċi l-Artikolu 63a ġdid.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 111

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(111) Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru u jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju jekk iħoss li d-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament ikunu miksura jew fejn l-awtorità ta’ superviżjoni ma tirreaġixxix għal ilment jew ma tiħux azzjoni meta dik l-azzjoni tkun neċessarja sabiex ikunu protetti id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

(111) Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru u jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju jekk iħoss li d-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament ikunu miksura jew fejn l-awtorità ta’ superviżjoni ma tirreaġixxix għal ilment jew ma tiħux azzjoni meta dik l-azzjoni tkun neċessarja sabiex ikunu protetti id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta. Jekk is-suġġett tad-dejta jqis li l-konsistenza ma tkunx ġiet issodisfata, jista’ jippreżenta lment lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Premessa 113

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(113) Kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta’ awtorità ta’ superviżjoni fir-rigward tagħha. Il-proċeduri kontra awtorità ta’ superviżjoni għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru, fejn tkun stabbilita l-awtorità ta’ superviżjoni.

(113) Kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta’ awtorità ta’ superviżjoni fir-rigward tagħha. Il-proċeduri kontra awtorità ta’ superviżjoni għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru, fejn tkun stabbilita l-awtorità ta’ superviżjoni, jew quddiem il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għal raġunijiet ta’ inkonsistenza mal-applikazzjoni tar-Regolament attwali fi Stati Membri oħra.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Premessa 115

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(115) F’sitwazzjonijiet fejn l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti li tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor ma taġixxix jew tkun ħadet miżuri insuffiċjenti fir-rigward ta’ lment, is-suġġett tad-dejta jista’ titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu jew tagħha sabiex tressaq proċeduri kontra dik l-awtorità ta’ superviżjoni lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor. L-awtorità ta’ superviżjoni mitluba tista’ tiddeċiedi, soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju, jekk huwiex xieraq li tiġi segwita t-talba jew le.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-possibbiltà ma tagħti l-ebda valur miżjud liċ-ċittadini u tirriskja li tikkomprometti l-iżvolġiment tajjeb tal-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet ta' superviżjoni fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' superviżjoni tal-konsistenza.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Premessa 118

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(118) Kwalunkwe ħsara li tista’ ssofri persuna b’riżultat ta’ pproċessar illegali għandha tiġi kkumpensata mill-kontrollur jew mill-proċessur, li jistgħu jkunu eżenti mir-responsabbiltà jekk iġibu provi li huma mhumiex responsabbli għall-ħsara, b’mod partikolari jekk jistabbilixxu tort min-naħa tas-suġġett tad-dejta jew f’każ ta’ forza maġġuri.

(118) Kwalunkwe ħsara li tista’ ssofri persuna b’riżultat ta’ pproċessar illegali għandha tiġi kkumpensata mill-kontrollur jew mill-proċessur, li jistgħu jkunu eżenti mir-responsabbiltà jekk iġibu provi li huma mhumiex responsabbli għall-ħsara, b’mod partikolari jekk jistabbilixxu tort min-naħa tas-suġġett tad-dejta jew f’każ ta’ forza maġġuri. F’każ li tapplika responsabbiltà in solidum, il-proċessur li jkun sewwa l-ħsara li saret lis-suġġett tad-dejta kkonċernat jista’ jiftaħ proċess kontra l-kontrollur għar-rimborż jekk ikun aġixxa bi qbil mal-att ġuridiku li jorbtu ma’ dan tal-aħħar.

 

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal regolament tintroduċi l-prinċipju ġenerali ta' responsabbiltà tal-kontrollur (Artikoli 5f u 22) li jrid jinżamm u jiġi ċċarat. Il-proċessur huwa definit bħala l-organizzazzjoni li taġixxi f’isem il-kontrollur. Jekk il-proċessur ma jsegwix l-istruzzjonijiet li jirċievi, l-Artikolu 26(4) jiddikjara li għandu jitqies li hu kontrollur.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Premessa 120

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(120) Sabiex issaħħaħ u tarmonizza s-sanzjonijiet amministrattivi kontra l-ksur ta’ dan ir-Regolament, kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li tissanzjona reati amministrattivi. Dan ir-Regolament għandu jindika dawn ir-reati u l-limitu massimu għall-multi amministrattivi relatati, li għandhom ikunu ffissati f’kull każ individwali b’mod proporzjonali mas-sitwazzjoni speċifika, bil-kunsiderazzjoni xierqa speċjalment għan-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur. Il-mekkaniżmu ta’ konsistenza jista' jintuża wkoll biex ikopri d-diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi.

(120) Sabiex issaħħaħ u tarmonizza s-sanzjonijiet amministrattivi kontra l-ksur ta’ dan ir-Regolament, kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li tissanzjona reati amministrattivi. Dan ir-Regolament għandu jindika dawn ir-reati u l-limitu massimu għall-multi amministrattivi relatati, li għandhom ikunu ffissati f’kull każ individwali b’mod proporzjonali mas-sitwazzjoni speċifika, bil-kunsiderazzjoni xierqa speċjalment għan-natura, il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur. Sabiex isaħħu s-suq intern, is-sanzjonijiet amministrattivi għandhom ikunu konsistenti fl-Istati Membri kollha. Il-mekkaniżmu ta’ konsistenza jista' jintuża wkoll biex ikopri d-diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi.

Ġustifikazzjoni

Din l-Emenda tantiċipa r-rekwiżit tal-konsistenza tas-sanzjonijiet amministrattivi fl-Artikolu 78 u fl-Artikolu 79.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Premessa 122

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(122) L-ipproċessar ta’ dejta personali rigward is-saħħa, bħala kategorija speċjali ta’ dejta li jistħoqqilha protezzjoni ogħla, spiss jista’ jkun iġġustifikat minn għadd ta’ raġunijiet leġittimi għall-benefiċċju tal-individwi u tas-soċjetà inġenerali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-iżgurar tal-kontinwità tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jipprovdi kundizzjonijiet armonizzati għall-ipproċessar ta’ dejta personali dwar is-saħħa, soġġett għal salvagwardji speċifiċi u adattati sabiex ikunu protetti d-drittijiet fundamentali u d-dejta personali tal-individwi. Dan jinkludi d-dritt tal-individwi li jkollhom aċċess għad-dejta personali dwar is-saħħa tagħhom, pereżempju d-dejta fir-reġistru mediku tagħhom li jkun fih informazzjoni dwar dijanjosi, riżultati ta’ eżamijiet, evalwazzjonijiet mit-tobba u kwalunkwe kura jew intervent ipprovdut.

(122) L-ipproċessar ta’ dejta personali rigward is-saħħa, bħala kategorija speċjali ta’ dejta li jistħoqqilha protezzjoni ogħla, spiss jista’ jkun iġġustifikat minn għadd ta’ raġunijiet leġittimi għall-benefiċċju tal-individwi u tas-soċjetà inġenerali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-iżgurar tal-kontinwità tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jipprovdi kundizzjonijiet armonizzati għall-ipproċessar ta’ dejta personali dwar is-saħħa, soġġett għal salvagwardji speċifiċi u adattati sabiex ikunu protetti d-drittijiet fundamentali u d-dejta personali tal-individwi. Dan jinkludi d-dritt tal-individwi li jkollhom aċċess, direttament jew permezz ta’ persuni ddelegati minn qabel, għad-dejta personali dwar is-saħħa tagħhom, pereżempju d-dejta fir-reġistru mediku tagħhom li jkun fih informazzjoni dwar dijanjosi, riżultati ta’ eżamijiet, evalwazzjonijiet mit-tobba u kwalunkwe kura jew intervent ipprovdut.

Ġustifikazzjoni

Din l-Emenda hija meħtieġa biex tippermetti l-aċċess għall-informazzjoni minn qarib tal-pazjent, b’mod speċjali fejn il-pazjent ma jkunx kapaċi jieħu deċiżjonijiet jew juża din l-informazzjoni, minħabba l-gravità tal-marda.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Premessa 122a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(122a) Professjonist li jipproċessa dejta personali li tikkonċerna s-saħħa għandu jirċievi, jekk ikun possibbli, dejta anonimizzata jew psewdonimizzata, li tħalli l-għarfien tal-identità biss għat-Tabib Ġeneriku jew għall-Ispeċjalista li jkun talab dak l-ipproċessar tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Din l-Emenda għandha l-għan li tissuġġerixxi għodda oħra għall-protezzjoni taċ-ċittadini li d-dejta dwar saħħithom hija kkontrollata jew ipproċessata minn professjonist li m’għandux għalfejn ikun jaf l-identità tas-suġġett tad-dejta.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Premessa 129

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(129) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u li jkun żgurat il-moviment liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, għandhom ikunu adottati atti delegati fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet rigward il-kunsens ta’ minorenni; l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet għal talbiet u drittijiet eċċessivi b’mod ċar għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta u fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt li wieħed ikun minsi u għat-tħassir; il-miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili; il-kriterji u r-rekwiżiti fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur u għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku; proċessur; il-kriterji u rrekwiżiti għad-dokumentazzjoni u s-sigurtà tal-ipproċessar; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta’ notifika ta’ ksur ta’ dejta personali u għan-notifika tagħha lill-awtorità ta’ superviżjoni, u f’cirkostanzi fejn ksur ta’ dejtapersonali x’aktarx li jaffettwa ħażin lis-suġġett tad-dejta; il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta’ grad għoli ta’ riskji speċifiċi li jeħtieġu l-konsultazzjoni minn qabel; il-ħatra u l-kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta; il-kodiċijiet ta’ kondotta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni; il-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferimenti permezz ta’ regoli korporattivi vinkolanti; id-derogi ta’ trasferiment; is-sanzjonijiet amministrattivi; l-ipproċessar għal finijiet ta’ saħħa; l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg u l-ipproċessar għal skopijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż ma’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tassigura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(129) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u li jkun żgurat il-moviment liberu ta’ dejta personali fl-Unjoni, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, għandhom ikunu adottati atti delegati fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet rigward il-kunsens ta’ minorenni; l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta u fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt li wieħed ikun minsi u għat-tħassir; il-miżuri bbażati fuq il-klassifikazzjoni skont profili predefiniti; il-kriterji u r-rekwiżiti fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur; proċessur; il-kriterji u r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta’ notifika ta’ ksur ta’ dejta personali u għan-notifika tagħha lill-awtorità ta’ superviżjoni, u f’cirkostanzi fejn ksur ta’ dejtapersonali x’aktarx li jaffettwa ħażin lis-suġġett tad-dejta; il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jeħtieġu l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta’ grad għoli ta’ riskji speċifiċi li jeħtieġu l-konsultazzjoni minn qabel; il-ħatra u l-kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta; il-kodiċijiet ta’ kondotta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni; il-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferimenti permezz ta’ regoli korporattivi vinkolanti; id-derogi ta’ trasferiment; l-ipproċessar għal finijiet ta’ saħħa; l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg u l-ipproċessar għal skopijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż ma’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tassigura trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Premessa 130

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(130) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet unformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi għal: l-ispeċifikazzjoni tal-forom standard fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni; proċeduri u forom standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta; forom standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; forom u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta; forom standard fir-rigward għar-responsabbiltà tal-kontrollur għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku u għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; forom u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta’ protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(130) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet unformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi għal: l-ispeċifikazzjoni tal-formoli standard fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni; formoli standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; formoli u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; formoli standard fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; formoli u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta’ protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Premessa 131

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(131) Il-proċedura ta’ analiżi għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ forom standard ta’ speċifikazzjoni fir-rigward tal-kunsens ta’ minorenni; proċeduri u forom standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta; forom standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; forom u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta; forom standard fir-rigward għar-responsabbiltà tal-kontrollur għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku u għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; forom u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta’ protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta’ pproċessar f’dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza, minħabba li dawk l-atti huma ta’ ambitu ġenerali.

(131) Il-proċedura ta’ analiżi għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ formoli standard ta’ speċifikazzjoni fir-rigward tal-kunsens ta’ minorenni; proċeduri u formoli standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta; formoli standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; formoli u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; formoli standard fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; formoli u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta’ konsistenza, minħabba li dawk l-atti huma ta’ ambitu ġenerali.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Premessa 139

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(139) Fid-dawl tal-fatt li, kif sottolineat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali mhux dritt assolut, imma jrid ikun ikkunsidrat f’relazzjoni mal-funzjoni tiegħu f’soċjetà u jkun bilanċjat ma’ drittijiet fundamentali oħra, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-Trattati, b’mod speċjali d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u ta’ dik tal-familja, dar u komunikazzjonijiet, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, il-libertà ta’ espressjoni u l-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll id-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika.

(139) Fid-dawl tal-fatt li, kif sottolinjat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali mhux dritt assolut, imma jrid ikun ikkunsidrat f’relazzjoni mal-funzjoni tiegħu f’soċjetà u jkun bilanċjat ma’ drittijiet oħra stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-Trattati, b’mod speċjali d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u ta’ dik tal-familja, dar u komunikazzjonijiet, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, il-libertà ta’ espressjoni u l-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll id-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika,

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Biex tkun żgurata l-fiduċja taċ-ċittadini, is-setturi kollha għandhom jipproteġu d-dejta b’mod tajjeb ugwali. Jekk ksur tad-dejta fis-settur pubbliku joħloq nuqqas ta’ fiduċja fost iċ-ċittadini, dan ikollu effett negattiv fuq l-attivitajiet tal-ICT tas-settur privat u viċeversa. Dan huwa wkoll minnu fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) minn persuna fiżika mingħajr ebda interess ta’ qligħ matul l-attività esklussivament personali jew domestika tagħha;

(d) minn persuna fiżika mingħajr ebda interess ta’ qligħ matul l-attività esklussivament personali jew domestika tagħha u bil-kundizzjoni li l-ebda dejta personali ma ssir aċċessibbli għal numru indefinit ta’ persuni;

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni, l-aktar minħabba l-iżvilupp tan-netwerks soċjali li jippermettu l-qsim ta’ informazzjoni ma’ mijiet ta’ persuni. Il-Qorti tal-Ġustizzja (fis-sentenzi tagħha dwar il-kawżi C-101/01 u C-73/07) tirrakkomanda l-aċċessibilità ‘minn numru indefinit ta’ persuni’ bħala kriterju ta’ applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni. Il-KEPD huwa tal-istess fehma.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) li saru anonimi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2a);

Ġustifikazzjoni

Kjarifika fit-test tal-Premessa 23 li jsemmi l-każ tad-dejta li tkun saret anonima u li għaliha mhemmx lok li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) fl-oqsma koperti bl-Artikoli 153, 154 u 155 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar ir-regolament tar-reklutaġġ u l-konklużjoni u l-konformità tal-ftehimiet kollettivi.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) ta’ persuna fiżika li jiġu magħmula pubbliċi fil-kors tal-eżerċitar tad-dmirijiet professjonali bħalma huma l-isem, id-dettalji u l-funzjoni;

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli ta’ responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva.

3. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE, b’mod partikolari tar-regoli ta’ responsabbiltà ta’ fornituri ta’ servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta’ dik id-Direttiva, kif ukoll għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istati Membri dwar l-ipproċessar tad-dejta, b’mod speċjali fir-rigward ta’ interessi protetti legalment, meta jipprovdu għall-protezzjoni aktar stretta mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament;

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntesti tal-attivitajiet ta’ stabbilment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni.

1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntesti tal-attivitajiet ta’ stabbiliment ta’ kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, kemm jekk l-ipproċessar isir fl-Unjoni u anke jekk le.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-offerta ta’ prodotti u servizzi lil dawn is-suġġetti tad-dejta fl-Unjoni; jew

(a) l-offerta ta’ prodotti u servizzi lil dawn is-suġġetti tad-dejta fl-Unjoni, inkluż is-servizzi pprovduti mingħajr spejjeż finanzjarji għall-individwu, jew;

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tgħin biex tiċċara li l-għan segwit mhux rilevanti għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u li s-servizzi mhux għall-qligħ jew mingħajr ħlas għandu jkollhom l-istess obbligi tal-atturi l-oħra, jekk japplikaw kundizzjonijiet simili.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom.

(b) il-monitoraġġ tal-imġiba ta’ tali suġġetti tad-dejta bl-għan li jiġu offruti prodotti jew servizzi lilhom.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta li mhumiex residenti fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur stabbilit fl-Unjoni, permezz tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom f’pajjiż(i) terz(i).

Ġustifikazzjoni

Kumpaniji jew impjegaturi tal-UE m’għandhomx ikunu permessi li jaċċessaw id-dejta personali tal-impjegati b’mod illegali, biex imbagħad jissorveljaw l-atteġġjament tagħhom, ipoġġuhom fuq lista ta’ nies suspettużi minħabba affiljazzjoni, eċċ., kemm jekk l-impjegat hu bbażat fl-UE u anke jekk le.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) ‘suġġett tad-dejta’ tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista’ tkun identifikata, direttament jew indirettament, b’mezzi li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni, dejta dwar il-lok, identifikatur onlajn jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna;

(1) ‘suġġett tad-dejta’ tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista’ tkun identifikata, direttament jew indirettament, b’mezzi li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni jew identifikatur, dejta dwar il-lok, jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna;

Ġustifikazzjoni

Ir-rispett tal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) 'dejta anonima' tfisser kwalunkwe dejta personali li tkun inġabret, inbidlet jew ipproċessata bi kwalunkwe mod ieħor b'tali mod li ma tistax tiġi attribwita għal suġġett tad-dejta; dejta anonima m’għandhiex tiġi kkunsidrata bħala dejta personali.

Ġustifikazzjoni

In-negozji għandhom jiġu inċentivati li janonimizzaw id-dejta, li fl-aħħar nett issaħħaħ il-protezzjoni tal-privatezza tal-konsumaturi. Il-bidliet għandhom l-għan li jiċċaraw it-tifsira ta’ dejta anonima u, f’konformità mal-premessa 23, jeskludu b’mod espliċitu tali dejta mill-ambitu tar-Regolament. Id-definizzjoni ttieħdet mill-Artikolu 3 punt 6 tal-Att Ġermaniż dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Federali.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) ‘il-klassifikazzjoni skont profili predefiniti' tfisser kwalunkwe forma ta’ pproċessar awtomatiku ta’ dejta personali maħsub biex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika jew biex janalizza jew jipprevedi b’mod partikolari l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-lokalità, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tal-persuna fiżika;

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) ‘dejta psewdonima’ tfisser kwalunkwe dejta personali li tkun inġabret, inbidlet jew ġiet ipproċessata mod ieħor sabiex ma tkunx tista’ tiġi attribwita għal suġġett tad-dejta mingħajr l-użu ta’ dejta addizzjonali li hija suġġetta għal kontrolli tekniċi u organizzazzjonali separati u disinti biex jiġi żgurat li ma ssirx tali attribuzzjoni, jew li tali attribuzzjoni tkun teħtieġ ammont sproporzjonat ta’ ħin, spejjeż u sforz

Ġustifikazzjoni

Din hija parti minn pakkett ta’ emendi li jippermettu l-użu ta’ dejta psewdonima u anonima u li se jinkoraġġixxi prattika kummerċjali tajba li tissalvagwardja l-interessi tas-suġġetti tad-dejta. L-assigurazzjoni li dejta personali ma tistax tiġi attribwita lil suġġett tad-dejta (minħabba li ma tistax tiġi relatata ma’ suġġett tad-dejta mingħajr l-użu ta’ dejta addizzjonali) tgħin biex tippromwovi aktar l-użu kummerċjali tad-dejta filwaqt li tipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) ‘kontrollur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali; meta l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi tal-ħatra tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru;

(5) ‘kontrollur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-objettivi tal-ipproċessar ta’ dejta personali; meta l-objettivi tal-ipproċessar ikunu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istati Membri, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għan-nomina tiegħu jistgħu jiġu stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew bil-liġi ta’ Stat Membru;

Ġustifikazzjoni

Bid-disponibbiltà ta’ teknoloġiji u servizzi ġodda bħall-cloud computing, id-diviżjoni tradizzjonali tal-entitajiet involuti fl-ipproċessar tad-dejta personali tista’ tkun diffiċli, u l-proċessur ikollu f’dawn il-każijiet influwenza sinifikanti fuq il-mod li bih tkun qiegħda tiġi pproċessata d-dejta. Għal din ir-raġuni jidher li huwa raġjonevoli li l-kontrollur jiġi speċifikat bħala l-entità li tiddeċiedi fuq l-għan tal-ipproċessar tad-dejta personali minħabba li d-determinazzjoni tal-finalità hija l-aktar deċiżjoni importanti bil-fatturi l-oħra jservu bħala mezz biex tintlaħaq.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) ‘il-kunsens tas-suġġett tad-dejta’ tfisser indikazzjoni speċifika, infurmata u espliċita tax-xewqa tiegħu mogħtija liberament li biha s-suġġett tad-dejta, jew permezz ta’ dikjarazzjoni jew permezz ta’ azzjoni affermattiva ċara, jaqbel li jsir l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru;

(8) ‘il-kunsens tas-suġġett tad-dejta’ tfisser indikazzjoni mogħtija liberament li trid tkun speċifika, infurmata u kemm jista' jkun espliċita skont il-kuntest, tax-xewqa tiegħu li biha s-suġġett tad-dejta, jew permezz ta’ dikjarazzjoni jew permezz ta’ azzjoni affermattiva ċara, b'mod espliċitu kull meta tkun se tiġi pproċessata d-dejta msemmija fl-Artikolu 9(1), jaqbel li jsir l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru;

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) 'ksur ta’ dejta personali' tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bdil, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, dejta personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata mod ieħor;

(9) 'ksur ta’ dejta personali' tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bdil, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, dejta personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata mod ieħor; dejta kriptata b’mod qawwi, fejn hemm evidenza li l-kodiċi ta' kkriptar ma tkunx ġiet kompromessa, ma taqax fl-ambitu ta’ din il-leġiżlazzjoni

Ġustifikazzjoni

Telf ta’ dejta li ġiet kriptata bi kkriptar qawwi u fejn il-kodiċi ta' kkriptar ma ntilfitx ma joħloq l-ebda riskju ta’ ħsara għall-individwu. Din id-dejta sempliċiment ma tistax tinqara. Meta dejta ma tistax tinqara ma jidhirx li huwa raġjonevoli li titrattaha kif stipulat fl-Artikoli 31 u 32. In-notifika ma toħloqx titjib fil-privatezza għaċ-ċittadini f’din is-sitwazzjoni.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) ‘stabbiliment ewlieni’ tfisser fir-rigward tal-kontrollur, il-post tal-istabbilment tiegħu fl-Unjoni fejn id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali huma meħuda; jekk fl-Unjoni ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali, l-istabbilment ewlieni huwa l-post fejn isiru l-attivitajiet ta' pproċessar ewlenin fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment ta' kontrollur fl-Unjoni. Fir-rigward tal-proċessur, 'stabbiliment ewlieni' tfisser il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu fl-Unjoni.

(13) ‘stabbiliment ewlieni’ tfisser il-post kif indikat mill-impriża jew grupp ta’ impriżi, kemm jekk kontrollur jew proċessur, suġġett għall-mekkaniżmu ta’ konsistenza stabbilit fl-Artikolu 57, fuq il-bażi ta’, iżda mhux limitat għall-kriterji oġġettivi mhux obbligatorji li ġejjin:

 

(a) il-lokazzjoni tal-kwartieri ġenerali Ewropej ta’ grupp ta’ impriżi;

 

(b) il-lokazzjoni tal-entità fi grupp ta’ impriżi b’responsabbiltajiet iddelegati ta’ protezzjoni tad-dejta;

 

(c) il-lokazzjoni tal-entità fil-grupp li tkun fl-aħjar pożizzjoni fir-rigward ta’ funzjonijiet maniġerjali u responsabbiltajiet amministrattivi biex tittratta u tinforza r-regoli kif stabbiliti f’dan ir-Regolament; jew

 

(d) il-lokazzjoni fejn attivitajiet maniġerjali effettivi u reali jiġu eżerċitati, li jiddeterminaw l-ipproċessar tad-dejta permezz ta’ arranġamenti stabbli.

 

L-awtorità kompetenti għandha tiġi infurmata mill-impriża jew grupp ta’ impriżi dwar l-indikazzjoni tal-istabbiliment ewlieni.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni proposta għal ‘stabbiliment ewlieni’ hija vaga wisq u tipprovdi wisq lok għal interpretazzjoni diverġenti. Huwa neċessarju li jkun hemm test uniformi biex jiġi indikat l-“istabbiliment ewlieni” ta’ organizzazzjoni, li jista’ jiġi applikat għall-“impriżi/gruppi ta’ impriżi” bħala l-punt rilevanti ta’ referenza u bbażat fuq sett ta’ kriterji oġġettivi rilevanti. Dawn il-kriterji jintużaw biex ikun iddeterminat l-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Dejta xierqa għar-regoli korporattivi vinkolanti u għalhekk ġie ppruvat li jistgħu jiġu implimentati.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

(c) adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla, li tippermetti pproċessar “mhux eċċessiv” hija aktar xierqa. Hija tikkonsisti f’referenza lura għall-kliem tad-Direttiva oriġinali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 95/46/KE u għandha l-għan li tevita inkonsistenzi ma’ regoli oħra tal-UE, bħalma huma d-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur u l-Pakkett dwar ir-Rekwiżiti Kapitali, li jirrikjedu wkoll, pereżempju, li l-istituzzjonijiet tas-self jipproċessaw dejta personali.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali ; id-dejta personali tista’ tinħażen għal perjodi itwal sakemm id-dejta tiġi pproċessata unikament għal għanijiet ta’ riċerka storika, xjentifika jew ta’ statistika skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 83 u jekk titwettaq reviżjoni perjodika biex tiġi vvalutata l-ħtieġa li titkompla l-ħażna;

(e) miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali ; id-dejta personali tista’ tinħażen għal perjodi itwal sakemm id-dejta tiġi pproċessata unikament għal għanijiet ta’ riċerka storika, xjentifika jew ta’ statistika skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 81 u 83 u jekk titwettaq reviżjoni perjodika biex tiġi vvalutata l-ħtieġa li jitkompla l-ħżin;

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun possibbli wkoll li tinħażen dejta personali għal perjodi itwal għal raġunijiet ta’ saħħa (Artikolu 81) kif ukoll għal skopijiet ta’ riċerka storika, statistika u xjentifika (Artikolu 83), li diġà ssir referenza għaliha fit-test tal-Kummissjoni. Dan għandu jiżgura li d-dejta kollha rilevanti hija disponibbli biex tingħata l-aktar kura xierqa lis-suġġett tad-dejta.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur;

(c) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-konformità ma’ jew biex ikun evitat ksur ta’ obbligu legali jew dritt legali nazzjonali jew tal-UE li għalih huwa soġġett kontrollur, inkluż it-twettiq ta’ kompitu li jsir biex tkun ivvalutata l-affidabbiltà kreditizja jew għal skopijiet ta’ prevenzjoni u identifikazzjoni ta' frodi.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur;

(e) l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur jew għat-twettiq ta’ kompitu li jsir biex tkun ivvalutata l-affidabbiltà kreditizja jew għal skopijiet ta’ prevenzjoni u identifikazzjoni tal-frodi;

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet tal-interessi leġittimi segwiti minn kontrollur, ħlief meta dawn l-interessi huma megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta li jeħtieġu l-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari meta s-suġġett tad-dejta ijkun minorenni. Dan m’għandux japplika għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet tal-interessi leġittimi segwiti minn kontrollur jew kontrolluri jew mill-parti terza jew partijiet terzi li lilhom tiġi żvelata d-dejta, ħlief meta dawn l-interessi huma megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta li jeħtieġu l-protezzjoni tad-dejta personali, b'mod partikolari meta s-suġġett tad-dejta jkun minorenni. Dan m’għandux japplika għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hi intenzjonata biex tirregola s-sitwazzjoni fejn parti terza jkollha interess leġittimu li tipproċessa d-dejta, bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE attwali, li tirrikonoxxi l-interess leġittimu ta' parti terza. Dan hu pereżempju l-każ f'xi Stati Membri fejn is-sħab soċjali jirregolaw il-pagi u l-kundizzjonijiet ta' xogħol l-oħra permezz ta' ftehimiet kollettivi. It-terjdunjins jinnegozjaw mal-impjegaturi biex jiżguraw sett ta' drittijiet komuni li japplikaw għall-impjegati kollha fuq post tax-xogħol, indipendentement mill-fatt jekk ikunux membri ta' unjin jew le. Sabiex din is-sistema taħdem, l-unjins irid ikollhom il-possibilità li jikkontrolla jekk il-ftehimiet kollettivi jkunux qed jiġu osservati.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) id-dejta tinġabar mir-reġistri, listi jew dokumenti pubbliċi aċċessibbli għal kulħadd;

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) l-ipproċessar tad-dejta, fost l-oħrajn l-informazzjoni dwar membri ta’ organizzazzoni, li jsir mill-organizzazzjoni kkonċernata b’konformità mar-regoli statutorji tagħha, hu tal-akbar importanza għall-kontrollur tad-dejta f’organizzazzjonijiet ibbażati fuq sħubija volontarja;

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc) l-ipproċessar huwa neċessarju għal skopijiet ta’ identifikazzjoni u prevenzjoni tal-frodi skont ir-regolament finanzjarju applikabbli jew il-kodiċijiet ta’ prattika stabbiliti tal-industrija jew ta’ korp professjonali;

Ġustifikazzjoni

L-esperjenza fil-prattika wriet li “obbligu legali” ma jinkludix ir-regolament finanzjarju jew il-kodiċijiet ta’ kondotta domestiċi li huma fundamentali fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi, tal-ogħla importanza għall-kontrolluri tad-dejta u għall-protezzjoni tas-suġġetti tad-dejta.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fd) l-ipproċessar huwa neċessarju għad-difiża ta’ interess, il-ġbir ta’ evidenzi bħala provi ġudizzjarji jew il-ftuħ ta’ azzjoni;

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fe (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fe) dejta psewdonima biss tiġi pproċessata.

Ġustifikazzjoni

Din hija parti minn pakkett ta’ emendi li jippermettu l-użu ta’ dejta psewdonima u anonima u li se jinkoraġġixxi prattika kummerċjali tajba li tissalvagwardja l-interessi tas-suġġetti tad-dejta. L-assigurazzjoni li dejta personali ma tistax tiġi attribwita lil suġġett tad-dejta (minħabba li ma tistax tiġi relatata ma’ suġġett tad-dejta mingħajr l-użu ta’ dejta addizzjonali) tgħin biex tippromwovi aktar l-użu kummerċjali tad-dejta filwaqt li tipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-liġi tal-Istat Membru għandha tissodisfa għan ta’ interess pubbliku jew għandha tkun meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, tirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali u tkun proporzjonata mal-għan leġittimu segwit.

Il-liġi tal-Istat Membru għandha tissodisfa għan ta’ interess pubbliku jew għandha tkun meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn. Il-liġi tal-Istat Membru għandha tirrispetta wkoll dan ir-regolament u trattati internazzjonali li l-Istat Membru ddeċieda li jsegwi. Fl-aħħar nett l-Istat Membru huwa obbligat li jevalwa u jiddeċiedi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali hijiex proporzjonata mal-għan leġittimu segwit jew jekk jistax jinkiseb għan leġittimu bl-użu ta’ soluzzjonijiet anqas invażivi fuq il-privatezza.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 6(1)(e) jiddikjara li l-ipproċessar ikun legali jekk: "l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur". Jekk jitqies f'rabta mal-paragrafu 3, dan iħalli lill-Istati Membri marġini wiesa' ħafna għat-tnawwir tal-protezzjoni tad-dejta taċ-ċittadini msemmija f'dan ir-regolament bl-użu tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-armonizzazzjoni bejn l-Istati Membri titqiegħed taħt pressjoni peress li l-interessi nazzjonali se jirriżultaw f'ħafna eżempji ta' leġiżlazzjoni differenti. Id-dejta taċ-ċittadini tiġi pproċessata b'mod differenti fil-pajjiżi differenti.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn l-għan tal-ipproċessar ulterjuri mhuwiex kompatibbli ma’ dak li għalih inġabret id-dejta personali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali tal-inqas f’waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1. Dan għandu japplika b’mod speċjali għal kwalunkwe bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt.

4. Fejn l-għan tal-ipproċessar ulterjuri mhuwiex kompatibbli ma’ dak li għalih inġabret id-dejta personali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali tal-inqas f’waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Dan għandu japplika b’mod speċjali għal kwalunkwe bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ kuntratt.

Ġustifikazzjoni

It-tfassil tal-kunsens fil-kuntest u l-assigurazzjoni ta’ esperjenzi effettivi ta’ privatezza huma konformi mal-għanijiet tal-proposti għall-premessa 25.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għal diversi setturi u sitwazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali li tirrigwarda lil minorenni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

M’hemmx ħtieġa għal iktar speċifikazzjonijiet.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur għandu jġorr l-oneru tal-prova għall-kunsens tas-suġġett tad-dejta għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal għanijiet speċifikati.

1. Fejn huwa meħtieġ kunsens, il-forma ta’ kunsens miġbura għall-ipproċessar tad-dejta personali ta’ suġġett tad-dejta għandha tkun proporzjonata mat-tip ta’ dejta pproċessat, l-għan tal-ipproċessar u kwalunkwe riskji identifikati, kif iddeterminat permezz ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin. L-irtirar tal-kunsens ma għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq kunsens qabel l-irtirar tiegħu.

3. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jirtira l-kunsens tiegħu. L-irtirar tal-kunsens ma għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq kunsens qabel l-irtirar tiegħu jew f’każijiet fejn huwa pprovdut terminu minimu mandatorju għall-ħżin minn liġi nazzjonali jew Ewropea, jew id-dejta hija pproċessata skont dispożizzjonijiet regolatorji Ewropej u nazzjonali, jew għall-għanijiet tal-ġlieda kontra l-frodi jew għanijiet legali. Is-suġġett tad-dejta għandu jikkomunika r-rieda tiegħu li jirtira l-kunsens tiegħu jew tagħha lill-proċessur.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-kunsens ma għandux jipprovdi bażi legali għall-ipproċessar, meta jkun hemm nuqqas ta’ bilanċ sinifikanti bejn il-pożizzjoni tas-suġġett tad-dejta u l-kontrollur.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Terminoloġija bħal ‘żbilanċ sinifikanti’ aktarx tikkawża inċertezza legali. Barra minn hekk, mhijiex neċessarja għax il-liġi tal-kuntratti, inkluża l-liġi dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, tipprovdi salvagwardji adegwati kontra l-frodi, it-theddid, l-isfruttament inġust eċċ u dawn għandhom japplikaw ukoll għal ftehimiet għall-ipproċessar tad-dejta personali.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. It-twettiq ta’ kuntratt jew il-provvediment ta’ servizz ma jistgħux isiru dipendenti fuq il-kunsens għall-ipproċessar jew l-użu ta’ dejta li mhix neċessarja għat-twettiq tal-kuntratt jew il-provvediment tas-servizz skont l-Artikolu 6(1)(b).

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Dan l-artikolu m’għandux japplika fejn il-kunsens tas-suġġett tad-dejta huwa meħtieġ bil-liġi.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c. L-aċċess għal kunsens partikolari fir-rigward tal-Artikolu 6, paragrafu 1 (a), kif ukoll l-Artikolu 9, paragrafu 2 (a), jista’ jkun limitat fil-każijiet fejn jiġu infurzati r-regoli interni tal-organizzazzjonijiet dwar frodi u għal raġunijiet ta’ prevenzjoni tal-kriminalità, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4d. Il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih jgħix individwu li ma għandux il-kapaċità legali biex jaġixxi għandha tapplika biex jiġu determinati l-kundizzjonijiet skont liema jingħata l-kunsens jew jiġi awtorizzat minn din il-persuna.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4e. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tapplika għad-dritt tal-impjegatur li jipproċessa dejta fuq il-bażi ta’ kunsens mill-impjegat u lanqas għad-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi li jipproċessaw dejta fuq il-bażi ta’ kunsens miċ-ċittadin.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-offerta ta’ servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni direttament lil minorenni, l-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni taħt it-13-il sena għandu jkun legali biss jekk u sal-punt li l-kunsens jingħata mill-ġenitur jew il-kustodju tal-minorenni. Il-kontrollur għandu jagħmel kull sforz raġonevoli sabiex jikseb il-kunsens verifikabbli, filwaqt li jieħu in konsiderazzjoni t-teknoloġija disponibbli.

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-offerta ta’ oġġetti u servizzi direttament lil minorenni, l-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni taħt it-13-il sena għandu jkun legali biss jekk u sal-punt li l-kunsens jingħata mill-ġenitur jew il-kustodju tal-minorenni. Il-kontrollur għandu jagħmel kull sforz raġonevoli sabiex jikseb il-kunsens verifikabbli, filwaqt li jieħu in konsiderazzjoni t-teknoloġija disponibbli mingħajr ma jikkawża pproċessar mhux neċessarju ta’ dejta personali.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-informazzjoni pprovduta sabiex ikun espress il-kunsens għandha tingħata b’lingwa ċara u adattata skont l-età, b’mod li jinftiehem faċilment minn tfal ’il fuq minn 13-il sena;

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 1a, 2, u 3 m’għandhiex tapplika fejn l-ipproċessar tad-dejta personali ta’ minorenni jikkonċerna dejta dwar is-saħħa u fejn il-liġi tal-Istat Membri fil-qasam tas-saħħa u l-kura soċjali tagħti prijorità lill-kompetenza ta’ individwu fuq l-età fiżika.

Ġustifikazzjoni

Fil-kuntest ta’ saħħa u kura soċjali l-awtorizzazzjoni minn ġenitur jew gwardjan ta’ minorenni m’għandhiex tkun neċessarja meta l-minorenni jkollu l-kompetenza li jieħu deċiżjoni għalih innifsu. F’Każijiet ta’ Protezzjoni ta’ Minorenni, mhuwiex dejjem fl-interessi tas-suġġett tad-dejta li l-ġenitur jew gwardan tiegħu jkollu aċċess għad-dejta tiegħu u dan hemm bżonn jiġi rifless fil-leġiżlazzjoni.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ipproċessar ta’ dejta personali, li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija fi trejdjunjins, u l-ipproċessar ta’ dejta ġenetika jew dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew sentenzi kriminali jew miżuri relatati ta’ sigurtà għandu jkun ipprojbit.

1. L-ipproċessar ta’ dejta personali, li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija fi trejdjunjins u l-attivitajiet tagħhom, problemi soċjali sinifikanti, informazzjoni privata u l-ipproċessar ta’ dejta ġenetika jew dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew sentenzi kriminali jew miżuri relatati ta’ sigurtà għandu jkun ipprojbit.

Ġustifikazzjoni

Fid-Danimarka l-kategoriji speċjali ta’ dejta li huma mitluba li jiġu protetti l-aktar huma aktar estensivi milli jipproponi r-regolament. Bħala riżultat, ir-regolament fil-fatt ipoġġi liċ-ċittadini Daniżi f’sitwazzjoni agħar mil-leġiżlazzjoni kurrenti. Għal din ir-raġuni, nissuġġerixxi li l-kategoriji speċjali jiġu mwessa’ biex jinkludu “problemi soċjali sinifikanti u informazzjoni privata”.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) is-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta personali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8, għajr meta l-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta’ Stat Membru tipprovdi li l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tistax titneħħa mis-suġġett tad-dejta; jew

(a) is-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens għall-ipproċessar ta’ dik id-dejta personali, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8, għajr meta l-liġi tal-Unjoni jew il-liġi ta’ Stat Membru tipprovdi li l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tistax titneħħa mis-suġġett tad-dejta. B’mod partikolari, dan jinkludi salvagwardji għall-prevenzjoni tat-tqegħid ta’ ħaddiema fuq lista sewda, pereżempju fir-rigward tal-attivitajiet trejdjunjonistiċi tagħhom jew ir-rwoli tagħhom bħala rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà; jew

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ twettiq tal-obbligi u l-eżerċitar ta’ drittijiet speċifiċi tal-kontrollur fil-qasam tal-liġi tax-xogħol safejn dan ikun awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru li tipprovdi għal salvagwardji adegwati; or

(b) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet ta’ twettiq tal-obbligi u l-eżerċitar ta’ drittijiet speċifiċi tal-kontrollur fil-qasam tal-liġi tax-xogħol safejn dan ikun awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni, il-liġi ta’ Stat Membru, jew ftehimiet kollettivi fis-suq tax-xogħol li jipprovdu għal salvagwardji adegwati; or

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-ipproċessar isir waqt l-attivitajiet leġittimi tagħha b’salvagwardji xierqa minn fondazzjoni, assoċjazzjoni jew kwalunkwe korp ieħor mingħajr skop ta’ qligħ b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew trejdjunjonistiku u bil-kundizzjoni li l-ipproċessar huwa relatat biss mal-membri jew ex-membri tal-korp jew ma’ persuni li għandhom kuntatt regolari miegħu b’konnessjoni mal-għanijiet tiegħu u li d-dejta ma tkunx żvelata barra dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-dejta; jew

(d) l-ipproċessar isir waqt l-attivitajiet leġittimi tagħha b’salvagwardji xierqa minn fondazzjoni, assoċjazzjoni, organizzazzjonijiet fis-suq tax-xogħol jew kwalunkwe korp ieħor mingħajr skop ta’ qligħ b’għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew trejdjunjonistiku u bil-kundizzjoni li l-ipproċessar huwa relatat biss mal-membri jew ex-membri tal-korp jew ma’ persuni li għandhom kuntatt regolari miegħu b’konnessjoni mal-għanijiet tiegħu u li d-dejta ma tkunx żvelata barra dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-dejta; jew

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-ipproċessar huwa relatat ma’ dejta personali li b’mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-dejta; jew

(e) l-ipproċessar huwa relatat ma’ dejta personali li b’mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-dejta jew li tkun ġiet ittrasferita b’mod liberu lill-kontrollur fuq l-inizjattiva tas-suġġett tad-dejta u li tiġi pproċessata għall-iskop speċifiku ddeterminat mis-suġġett tad-dejta u fl-interess tiegħu; jew

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) l-ipproċessar ta’ dejta relatata ma’ kundanni kriminali jew miżuri ta’ sigurtà relatati għandu jsir taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali jew fejn l-ipproċessar ikun neċessarju għal konformità ma’ obbligu legali jew regolatorju li jkun soġġett għalih il-kontrollur, jew għat-twettiq ta’ ħidma mwettqa għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, u sakemm jiġi awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li qiegħed jipprovdi għas-salvagwardji xierqa. Reġistru komplet ta’ kundanni kriminali għandu jinżamm biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali.

(j) l-ipproċessar ta’ dejta relatata ma’ kundanni kriminali jew miżuri ta’ sigurtà relatati għandu jsir taħt is-superviżjoni tal-awtorità superviżorja kompetenti jew fejn l-ipproċessar ikun neċessarju għal konformità ma’ jew biex ikun evitat ksur ta’ obbligu legali jew regolatorju tal-UE jew nazzjonali jew ftehimiet kollettivi fis-suq tax-xogħol li jkun soġġett għalih il-kontrollur, jew għat-twettiq ta’ ħidma mwettqa għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku, u sakemm jiġi awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li qiegħed jipprovdi għas-salvagwardji xierqa. Reġistru komplet ta’ kundanni kriminali għandu jinżamm biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u l-organizzazzjonijiet tal-impjegati (unjins tax-xogħol) jistgħu jkomplu jinnegozjaw ma’ xulxin fil-futur u joħolqu ftehimiet kollettivi li huma skont il-kultura nazzjonali, it-tradizzjoni, il-kompetittività u s-sitwazzjoni ekonomika.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) l-ipproċessar tad-dejta personali dwar kundanni kriminali jew miżuri relatati mas-sigurtà jitwettaq fil-kuntest ta’ databases li fihom dejta dwar il-frodi mwettqa kontra l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew membri ta’ gruppi finanzjarji oħra regolati bil-liġi nazzjonali jew tal-UE u stabbiliti minn istituzzjonijiet finanzjarji għall-prevenzjoni tal-frodi; Ir-restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar ta’ dejta relata ma’ kundanni kriminali m’għandhomx japplikaw għal dejta relatata ma’ reati kriminali.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji, il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-ipproċessar tal-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fil-paragrafu 1 u l-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu -11 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -11

 

Prinċipji ġenerali għad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta

 

1. Il-bażi tal-protezzjoni tad-dejta huma drittijiet ċari u mhux ambigwi għas-suġġett tad-dejta fir-rigward tal-kontrollur tad-dejta. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom l-għan li jsaħħu, jiċċaraw, jiggarantixxu u fejn xieraq, jikkodifikaw, dawn id-drittijiet.

 

2. Tali drittijiet jinkludu, fost oħrajn, il-provvediment ta’ informazzjoni ċara, li tinftiehem faċilment dwar il-politiki tal-kontrollur tad-dejta dwar l-aċċess, rettifika u tħassir min-naħa tas-suġġett tad-dejta għad-dejta tiegħu, id-dritt għall-portabbilità tad-dejta u d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-klassifikazzjoni skont profili predefiniti; li b’mod ġenerali t-tali drittijiet għandhom jiġu eżerċitati bla ħlas u li l-kontrollur tad-dejta jieħu ħsieb it-talbiet mis-suġġett tad-dejta f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrollur għandu jipprovdi kull informazzjoni u kull komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta f’forma li tinftiehem, permezz ta’ lingwaġġ ċar u ħafif, adattat għas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari għal informazzjoni indirizzata speċifikament lil minorenni.

2. Il-kontrollur għandu jipprovdi kull informazzjoni u kull komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta f’forma li tinftiehem, permezz ta’ lingwaġġ ċar u ħafif, b’mod partikolari għal informazzjoni indirizzata speċifikament lil minorenni.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni jew il-komunikazzjoni relatati mal-ipproċessar tad-dejta jridu jkunu ċari u jinftiehmu. L-inlużjoni tal-kliem "adattat għas-suġġett tad-dejta" tirriskja li toħloq inċertezza legali. Jidher proporzjonat li jiġi impost obbligu partikolari esklużivament fir-rigward tal-minorenni li jikkostitwixxu kategorija speċifika.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-informazzjoni għas-suġġetti tad-dejta għandha tiġi pprovduta f’format li joffri lis-suġġetti tad-dejta l-informazzjoni meħtieġa biex jifhmu l-pożizzjoni tagħhom u jieħdu deċiżjonijiet b’mod xieraq. Informazzjoni sħiħa għandha tkun disponibbli fuq talba. Għalhekk il-kontrollur għandu jipprovdi trasparenza fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni fil-politiki tiegħu dwar il-protezzjoni tad-dejta permezz ta’ metodu ta’ deskrizzjoni b'ikoni li jinfthiem faċilment għall-istadji differenti tal-ipproċessar tad-dejta.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta msemmija fl-Artikou 13 u l-Artikoli15 sa 19. Il-kontrollur għandu jipprovdi b’mod partikolari mekkaniżmi li jiffaċilitaw it-talba għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi awtomatizzati, il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll mezzi sabiex it-talbiet isiru b’mod elettroniku.

1. Il-kontrollur għandu jistabbilixxi proċeduri għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta msemmija fl-Artikou 13 u l-Artikoli15 sa 19. Il-kontrollur għandu jipprovdi b’mod partikolari mekkaniżmi li jiffaċilitaw it-talba għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi awtomatizzati, il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll mezzi sabiex it-talbiet isiru b’mod elettroniku. Il-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jkunu proċeduri stabbiliti diġà minn awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri sakemm il-proċeduri jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien u, sa mhux aktar minn xahar minn meta jirċievi t-talba, jekk ittieħdetx jew le xi azzjoni skont l-Artikoliu 13 u l-Artikoli 15 sa 19 u biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Dan il-perjodu jista’ jittawwal b’xahar ieħor, jekk diversi suġġetti tad-dejta jeżerċitaw id-dritt tagħhom u l-kooperazzjoni tagħhom hija meħtieġa sa punt raġonevoli biex jiġi evitat sforz sproporzjonat u mhux meħtieġ min-naħa tal-kontrollur. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta.

2. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien u, sa mhux aktar minn xahar minn meta jirċievi t-talba, jekk ittieħdetx jew le xi azzjoni skont l-Artikoliu 13 u l-Artikoli 15 sa 19 u biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Dan il-perjodu jista’ jittawwal b’xahar ieħor, jekk diversi suġġetti tad-dejta jeżerċitaw id-dritt tagħhom u l-kooperazzjoni tagħhom hija meħtieġa sa punt raġonevoli biex jiġi evitat sforz sproporzjonat u mhux meħtieġ min-naħa tal-kontrollur. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta jew sakemm il-kontrollur m’għandux raġuni li jemmen li l-provvediment tal-informazzjoni f’forma elettronika joħloq riskju sinifikanti ta’ frodi.

Ġustifikazzjoni

Ir-rilaxx ta’ ċertu dejta f’forma elettronika bħal fajls ta' kreditu jista’ jirriżulta fil-modifika jew fis-serq ta’ identità meta tiġi pprovduta lill-konsumaturi. Ir-rilaxx ta’ dejta minn aġenziji ta’ referenza ta’ kreditu għandha tkun dipendenti fuq kontrolli ta’ awtentikazzjoni li jissodisfaw kriterji stabbiliti mill-aġenzija li qed iżżomm id-dejta għall-prevenzjoni ta’ interċettazzjoni, użu ħażin, użu frawdulenti jew modifika.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-informazzjoni u l-azzjonijiet meħuda fuq talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bla ħlas. Meta t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba l-karattru ripetittiv tagħhom, il-kontrollur jista’ jitlob ħlas talli jipprovdi l-informazzjoni jew jieħu l-azzjoni mitluba, jew il-kontrollur jista’ ma jiħux l-azzjoni mitluba. F’dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li jagħti prova tan-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

4. L-informazzjoni u l-azzjonijiet meħuda fuq talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bla ħlas. Meta t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba l-karattru ripetittiv tagħhom, il-kontrollur jista’ jitlob ħlas raġonevoli talli jipprovdi l-informazzjoni jew jieħu l-azzjoni mitluba. F’dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li jagħti prova tan-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għat-talbiet manifestament eċċessivi u l-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex il-każ li din id-dispożizzjoni tiġi ppreċiżata iktar permezz ta’ att delegat. L-awtoritajiet ta' superviżjoni tal-Istati Membri huma f'pożizzjoni aħjar biex jirmedjaw għad-diffikultajiet eventwali.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard u proċeduri standard ta’ speċifika għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż il-format elettroniku. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa għal mikroimpriżi impriżi żgħar u ta’ daqs medju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet ta' superviżjoni tal-Istati Membri huma f'pożizzjoni aħjar biex jirmedjaw għad-diffikultajiet eventwali.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontrollur għandu jikkomunika kull rettifika jew tħassir li jkun sar skont l-Artikolu 16 jew 17 lil kull riċevitur li lilu tkun ġiet żvelata d-dejta sakemm din ma tkunx possibbli jew meta tkun tinvolvi sforz sproporzjonat.

Kull rettifika jew tħassir li jsiru skont l-Artikolu 16 jew 17 jiġu estiżi lil kull riċevitur li lilu tkun ġiet żvelata d-dejta mingħajr il-kontroll tas-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Il-bejgħ ta’ database lil parti terza ma teżentax lill-kontrollur tad-dejta mill-eżekuzzjoni tal-obbligi tiegħu. Jekk, minflok, is-suġġett tad-dejta jkun trasferixxa b’mod volontarju jew konxjament xi informazzjoni permezz tal-kontrollur tad-dejta, dan tal-aħħar ma jġorrx iżjed responsabbiltà.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Verifika tal-identità ta' suġġett ta' dejta

 

Il-kontrollur għandu jiżgura li jkun irċieva biżżejjed dokumentazzjoni għall-identità ta’ suġġett tad-dejta, meta s-suġġett tad-dejta jinfurza d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 14-19 f’dan ir-regolament.

Ġustifikazzjoni

F’dan ir-regolament qed jiġu introdotti drittijiet ġodda għaċ-ċittadini. Manankollu, mhu ddikjarat imkien kif iċ-ċittadini għandhom jiddokumentaw l-identitajiet tagħhom biex jinfurzaw id-drittijiet. Huwa importanti li l-identità taċ-ċittadin tiġi ddokumentata u potenzjalment ikkontestata mill-kontrollur biex ikun żgurat li ma jista’ jiġri l-ebda forma ta’ serq tal-identità.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn tinġabar dejta personali relatata ma’ suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jipprovdi mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja lis-suġġett tad-dejta:

1. Fejn tinġabar dejta personali relatata ma’ suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jipprovdi din l-informazzjoni li ġejja lis-suġġett tad-dejta:

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-perjodu li matulu sejra tkun maħżuna d-dejta personali;

(c) il-kriterji u/jew l-obbligi legali li jippermettu li jiġi determinat il-perjodu li matulu d-dejta personali tkun se tinħażen għal kull skop;

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex dejjem possibbli li jiġi determinat bi preċiżjoni ż-żmien eżatt kemm se ddum maħżuna d-dejta personali, l-aktar fil-każ li tinżamm għal objettivi differenti.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa sabiex tiggarantixxi pproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-dejta, billi jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tinġabar id-dejta personali.

(h) kwalunkwe informazzjoni oħra li l-kontrollur iqis li hi meħtieġa sabiex tiggarantixxi pproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-dejta, billi jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tinġabar id-dejta personali.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u jiġi ppreċiżat li l-kontrolluri jistgħu jiżguraw livell ogħla ta' trasparenza.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-dejta ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta u l-provvediment ta’ din l-informazzjoni jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat; jew

(b) id-dejta tkun maħsuba biex taqdi biss l-iskopijiet tal-Artikolu 83, ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta u l-provvediment ta’ din l-informazzjoni jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat u jiġġenera piż amministrattiv eċċessiv, b’mod speċjali meta l-ipproċessar jitwettaq minn intrapriża żgħira jew ta' daqs medju kif definit fir-Rakkomandazzjoni 2003/361 tal-UE; jew

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni toħroġ direttament mill-Art. 11(2) tad-Direttiva 95/46/KE, imma mingħajr din l-ispeċifikazzjoni kienet tirriżulta f’lakuna fil-protezzjoni tal-konsumatur. Din l-emenda tirrestawra l-qbil bejn l-intenzjonijiet oriġinali u l-formulazzjoni.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji għall-kategoriji ta’ riċevituri msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, ir-rekwiżiti għan-notifika ta’ aċċess potenzjali msemmi fil-punt (g) tal-paragrafu 1, il-kriterji għall-informazzjoni ulterjuri meħtieġa li hi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għal setturi u sitwazzjonijiet speċifiċi, u l-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 5. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa għal mikroimpriżi impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

imħassar

Ġustifikazzjoni

M’hemmx il-ħtieġa ta’ speċifikazzjonijiet ulterjuri ta' dan it-tip.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk mitlub, u mingħajr ħlas, il-kontrollur tad-dejta għandu jipprovdi wkoll prova tal-legalità tal-ipproċessar fi żmien raġonevoli.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-kontrollur tad-dejta jipprovdi din il-prova direttament lis-suġġett tad-dejta, l-għadd ta’ kawżi għandu jitnaqqas.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur, komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta.

2. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur, komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata u tintuża għall-klassifikazzjoni skont profili predefiniti. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta. Il-kontrollur għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevoli sabiex jiżgura ruħu mill-identità ta’ suġġett tad-dejta li jkun qed jitlob l-aċċess għad-dejta.

Ġustifikazzjoni

B'mod partikolari, meta t-talba ssir f'forma elettronika, id-dritt ta' aċċess ma għandux jagħti lok għal abbużi. Konsegwentement, il-kontrollur irid jaċċerta ruħu mill-identità ta' min qiegħed jitlob l-aċċess għad-dejta u jrid ikun jista' jipprova li dan ikun sar bl-attenzjoni dovuta.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta dwar il-kontenut tad-dejta personali msemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda ma tidhirx li hija meħtieġa.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Soġġett għas-salvagwardji legali neċessarji, speċjalment sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni ma tintużax biex jittieħdu miżuri jew deċiżjonijiet dwar persuni speċifiċi, l-Istati Membri jistgħu, f’każijiet mingħajr riskju ta’ ksur tal-privatezza, jillimitaw legalment id-drittijiet skont l-Artikolu 15 biss jekk dawn id-drittijiet jiġu pproċessati bħala parti minn riċerka xjentifika skont l-Artikolu 83 ta’ dan ir-Regolament jew biss jekk din id-dejta personali qed tinħażen fil-perjodu ta’ żmien li hemm bżonn biex issir l-istatistika.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 13, paragrafu 2, tad-Direttiva 95/46/KE, ĠU L 281/95.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal dejta psewdonima.

Ġustifikazzjoni

Din hija parti minn pakkett ta’ emendi li jippermettu l-użu ta’ dejta psewdonima u anonima u li se jinkoraġġixxi prattika kummerċjali tajba li tissalvagwardja l-interessi tas-suġġetti tad-dejta. L-assigurazzjoni li dejta personali ma tistax tiġi attribwita lil suġġett tad-dejta (minħabba li ma tistax tiġi relatata ma’ suġġett tad-dejta mingħajr l-użu ta’ dejta addizzjonali) tgħin biex tippromwovi aktar l-użu kummerċjali tad-dejta filwaqt li tipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt li jkun minsi u għal tħassir

Dritt għal tħassir

Ġustifikazzjoni

It-titolu propost mill-Kummissjoni hu qarrieqi.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) is-suġġett tad-dejta joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ dejta personali skont l-Artikolu 19;

(c) is-suġġett tad-dejta joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ dejta personali skont l-Artikolu 19 u l-oġġezzjoni tintlaqa’;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba tiżgura li suġġett tad-dejta ma jistax sempliċiment jagħmel oġġezzjoni skont l-Artikolu 19, u b’hekk jiskatta l-prinċipju tad-Dritt li Jintesa, meta l-oġġezzjoni tkun bla sustanza.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta l-kontrollur imsemmi fil-paragrafu 1 ikun għamel id-dejta personali pubblika, huwa għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, fir-rigward tad-dejta li l-kontrollur huwa responsabbli għall-pubblikazzjoni tagħha, sabiex jinforma lil partijiet terzi li li qegħdin jipproċessaw din id-dejta, li suġġett tad-dejta jitlobhom biex iħassru kwalunkwe rabta ma’, jew kopja jew replika ta’ dik id-dejta personali. Meta l-kontrollur ikun awtorizza pubblikazzjoni ta’ parti terza ta’ dejta personali, il-kontrollur għandu jitqies bħala responsabbli għal dik il-pubblikazzjoni.

2. Meta l-kontrollur imsemmi fil-paragrafu 1 ikun ittrasferixxa d-dejta personali, jew ikun ippubblikaha mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-dejta, huwa għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, fir-rigward tad-dejta li l-kontrollur huwa responsabbli għall-pubblikazzjoni tagħha, sabiex jinforma lil partijiet terzi li li qegħdin jipproċessaw din id-dejta, li suġġett tad-dejta jitlobhom biex iħassru kwalunkwe rabta ma’, jew kopja jew replika ta’ dik id-dejta personali. Meta d-dejta tkun ġiet ittrasferita, il-kontrollur li jagħmel it-trasferiment għandu jinforma lill-kontrolluri sussegwenti li s-suġġett tad-dejta qed jitlob it-tħassir tad-dejta personali, kwalunkwe rabta ma', jew kopja jew replika ta' dik id-dejta personali. Meta l-kontrollur ikun awtorizza pubblikazzjoni ta’ parti terza ta’ dejta personali, il-kontrollur għandu jitqies bħala responsabbli għal dik il-pubblikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hi mmirata b’mod partikolari lejn it-trasferiment tad-dejta li tkun l-oġġett ta’ talba għat-tħassir. Għandu jkun ċar li, jekk is-suġġett tad-dejta għamilha pubblika, jew ta istruzzjonijiet lill-kontrollur biex jagħmel hekk, jew għamil hekk permezz tal-kontrollur, ir-responsabbiltà xorta tibqa’ tinġarr mis-suġġett tad-dejta. Min-naħa l-oħra, il-kontrollur huwa responsabbli biex japplika din id-dispożizzjoni anke għad-dejta li tkun ġiet trasferita jew rilaxxata b’mod volontarju lill-partijiet terzi li m’għandhom l-ebda relazzjoni mas-suġġett tad-dejta.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-kontrollur imsemmi fil-paragrafu 1 għandu javża lis-suġġett tad-dejta, kull fejn ikun possibbli, dwar l-azzjoni meħuda fuq talba tiegħu mit-terzi persuni msemmija fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Id-drittijiet mogħtija lis-suġġett tad-dejta għandhom jissaħħu. L-Artikolu 17(2) jimponi obbligu ta' responsabilità fuq il-kontrollur. Dan l-obbligu jrid mill-anqas ikun akkumpanjat minn dmir ta' informazzjoni dwar l-azzjoni mwettqa min-naħa tal-partijiet terzi li jipproċessaw id-dejta personali inkwistjoni.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punti ea u eb (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) għall-prevenzjoni jew l-identifikazzjoni ta' frodi jew reat finanzjarju ieħor, l-ikkonfermar ta' identità u/jew id-determinizzazzjoni tal-affidabilità kreditizja,

 

(eb) għaż-żamma ta' evidenza dokumentarja tal-istorja ta' każ partikulari, meta l-kontrollur tad-dejta jkun awtorità pubblika.

Ġustifikazzjoni

Ma jkunx xieraq li l-individwi jkunu jistgħu jħassru dejta dwarhom li qed tinżamm għal raġunijiet leġittimi bi qbil ma' leġiżlazzjoni eżistenti.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 9 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar:

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86, wara li titlob opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, sabiex tispeċifika aktar:

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika l-format elettroniku msemmi fil-paragrafu 1 u l-istandards tekniċi, il-modalitajiet u l-proċeduri għat-trasmissjoni ta’ dejta personali skont il-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ladarba l-format huwa portabbli, is-suq jista’ jipprovdih mingħajr l-intervent tal-Kummissjoni

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona, fuq raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari li jinsab fiha, fi kwalunkwe ħin għall-ipproċessar ta’ dejta personali li jkun ibbażat fuq il-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1), sakemm il-kontrollur ma jagħtix raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta.

1. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona, fuq raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari li jinsab fiha, fi kwalunkwe ħin għall-ipproċessar ta’ dejta personali li jkun ibbażat fuq il-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1), sakemm il-kontrollur ma jagħtix raġunijiet leġittimi għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex turi li bażi leġittima għandha tikkostitwixxi bażi suffiċjenti għall-ipproċessar, skont l-Artikolu 6.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata għal marketing dirett, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għal dan il-marketing. Dan id-dritt għandu jiġi offrut b’mod espliċitu lis-suġġett tad-dejta u b’mod li jintgħaraf u għandu jkun separat minn informazzjoni oħra.

2. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata għal skopijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu għat-tali kummerċjalizzazzjoni. Dan id-dritt għandu jiġi offrut b’mod espliċitu b’mod li jinftiehem mis-suġġett tad-dejta u għandu jkun jista' jintgħaraf b'mod ċar minn informazzjoni oħra.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta tintlaqa’ oġġezzjoni skont il-paragrafi 1 u 2, il-kontrollur ma għandux juża aktar jew jipproċessa mod ieħor id-dejta personali kkonċernata.

3. Meta tintlaqa’ oġġezzjoni skont il-paragrafi 1 u 2, il-kontrollur ma għandux juża aktar jew jipproċessa mod ieħor id-dejta personali kkonċernata għall-għanijiet identifikati fl-oġġezzjoni.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta dejta psewdonima tiġi pproċessata abbażi tal-Artikolu 6(1)(g), is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona bla ħlas għall-ipproċessar. Dan id-dritt għandu jiġi offrut b’mod espliċitu lis-suġġett tad-dejta u b’mod li jinftiehem u jista' jintgħaraf b'mod ċar minn informazzjoni oħra.

Ġustifikazzjoni

Din hija parti minn pakkett ta’ emendi li jippermettu l-użu ta’ dejta psewdonima u anonima u li se jinkoraġġixxi prattika kummerċjali tajba li tissalvagwardja l-interessi tas-suġġetti tad-dejta. L-assigurazzjoni li dejta personali ma tistax tiġi attribwita lil suġġett tad-dejta (minħabba li ma tistax tiġi relatata ma’ suġġett tad-dejta mingħajr l-użu ta’ dejta addizzjonali) tgħin biex tippromwovi aktar l-użu kummerċjali tad-dejta filwaqt li tipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili

Miżuri bbażati fuq ipproċessar awtomatizzat

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 20 jikkonċerna l-ipproċessar awtomatizzat u mhux il-klassifikazzjoni skont profilli predefiniti. It-titolu ta’ dan l-artikolu għandu għalhekk jiġi emendat għal “Miżuri bbażati fuq ipproċessar awtomatizzat”.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li tipproduċi effetti legali rigward din il-persuna fiżika jew taffettwa b’mod sinifikanti lil din il-persuna fiżika, u li tkun ibbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ din il-persuna fiżika jew janalizza jew ibassar b’mod partikolari l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tal-persuna fiżika.

1. Suġġett tad-dejta m’għandux ikun soġġett għal deċiżjoni li tkun inġusta jew diskriminatorja, u li tkun ibbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ dan is-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 20 fil-forma attwali tiegħu ma jirrikonoxxix l-użi pożittivi tal-klassifikazzjoni skont profili predefiniti u lanqas ma jqis il-livell diverġenti ta’ riskju jew impatt fuq il-privatezza tal-individwi assoċjati mal-klassifikazzjoni skont profili predefiniti. Billi jiffoka fuq tekniċi li huma jew “inġusti” jew “diskriminatorji” kif definiti fid-Direttiva 2005/29/KE l-approċċ f’din il-proposta huwa aktar teknoloġikament newtrali u jiffoka fuq l-użi negattivi tat-tekniċi ta’ klassifikazzjoni skont profili predefiniti aktar milli fuq it-teknoloġija nnifisha.

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta’ dan ir-Regolament, persuna tista’ tkun soġġetta biss għal miżura tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1 jekk l-ipproċessar:

imħassar

(a) isir matul id-dħul f’kuntratt jew waqt it-twettiq tiegħu, meta t-talba għad-dħul fil-kuntratt jew it-twettiq tiegħu, magħmula mis-suġġett tad-dejta, tkun ġiet issodisfata jew meta jkunu ġew ippreżentati miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, bħad-dritt li jinkiseb l-intervent tal-bniedem; or

 

(b) ikun awtorizzat espressament minn liġi tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru li tistabbilixxi wkoll miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; or

 

(c) ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-dejta, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u għal salvagwardji xierqa.

 

Ġustifikazzjoni

Tħassir b'segwitu għall-emenda proposta għall-paragrafu 1.

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-ipproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika ma għandux ikun ibbażat unikament fuq il-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fl-Artikolu 9.

3. L-ipproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika ma għandux ikun ibbażat unikament fuq il-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fl-Artikoli 8 u 9.

Ġustifikazzjoni

Tħassir b'segwitu għall-emenda proposta għall-paragrafu 1.

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-kontrollur taħt l-Artikolu 14 għandha tinkludi informazzjoni dwar l-eżistenza tal-ipproċessar għal miżura tat-tip imsemmija fil-paragrafu 1 u l-effetti previsti ta’ dan l-ipproċessar fuq is-suġġett tad-dejta.

imħassar

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għal miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’mod partikolari, kull miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas dwar: l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti mill-ipproċessar; u d-determinazzjoni tal-kontrollur;

2. B’mod partikolari, kull miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas dwar l-objettivi tal-ipproċessar, l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti mill-ipproċessar u d-determinazzjoni tal-kontrollur.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li jiġi garantit livell ogħla ta' protezzjoni, f'każ ta' limitazzjoni, il-leġiżlazzjoni trid issemmi wkoll l-objettivi segwiti mill-ipproċessar tad-dejta personali.

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Responsabbiltà tal-kontrollur

Il-prinċipju tar-responsabbiltà ġenerali tal-kontrollur

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' responsabbiltà li huwa impliċitament introdott bil-Kapitolu 4 tal-proposta għal regolament irid jissemma espliċitament biex jiggarantixxi livell ogħla ta' protezzjoni.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika kwalunkwe kriterju u rekwiżit ieħor għal miżuri adattati msemmija fil-paragrafu 1 minbarra dawk diġà msemmija fil-paragrafu 2, il-kundizzjonijiet għall-mekkaniżmi ta’ verifika u awditjar imsemmija fil-paragrafu 3 u rigward il-kriterji għall-proporzjonalità taħt il-paragrafu 3, u meta wieħed jikkunsidra miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-test huwa diġà ċar biżżejjed, u ma jidhirx li hemm il-ħtieġa għal iktar speċifikazzjoni.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara li jikkunsidra l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni, il-kontrollur għandu, kemm meta jiddetermina l-mezzi għall-ipproċessar u waqt l-ipproċessar innifsu, jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

1. Meta meħtieġ, jistgħu jiġu adottati miżuri mandatorji biex jiżguraw li l-kategoriji tal-oġġetti jew servizzi huma ddisinjati u għandhom konfigurazzjonijiet predefiniti li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali. Tali miżuri għandhom ikunu bbażati fuq l-istandardizzazzjoni skont [ir-Regolament.../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jirrevoka d-Deċiżjoni 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE].

Ġustifikazzjoni

Din hija parti minn pakkett ta’ emendi li għandhom l-għan li jirrikonoxxu li, filwaqt li l-protezzjoni tad-dejta mill-mument tad-disinn u b'mod awtomatiku hija kunċett ta’ min ifaħħru, il-proposta tal-Kummissjoni ma tiksibx ċertezza biżżejjed filwaqt li toħloq riskju ta’ restrizzjonijiet possibbli fuq il-moviment ħieles. Għalhekk, il-mekkaniżmu stabbilit tal-użu tal-istandardizzazzjoni, kif ikkumpilat fil-‘Pakkett tal-Istandardizzazzjoni’, għandu minflok jintuża biex jarmonizza r-rekwiżiti applikabbli u jippermetti moviment ħieles.

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Anonimizzazzjoni jew psewdonimizzazzjoni tad-dejta personali għandha tkun applikata mill-proċessur tad-dejta fejn fattibbli u proporzjonat skont l-għan tal-ipproċessar.

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jassigura li, b’mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar u li partikolarment ma għandhiex tinġabar jew tinżamm aktar minn kemm huwa meħtieġ għal dawk l-għanijiet, kemm f’dak li jirrigwarda l-ammont tad-dejta kif ukoll iż-żmien tal-ħażna tagħha. B’mod partikolari, dawk il-mekkaniżmi għandhom jassiguraw li b’mod awtomatiku d-dejta personali ma tkunx aċċessibbli għal numru mhux definit ta’ individwi.

2. Sakemm jiġu adottati miżuri mandatorji skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda rekwiżiti mandatorji għad-disinn jew awtomatiċi ma jiġu imposti fuq oġġetti jew servizzi relatati mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali li jistgħu jimpedixxu l-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir u l-moviment ħieles ta’ tali oġġetti u servizzi fl-Istati Membri u bejniethom.

Ġustifikazzjoni

Din hija parti minn pakkett ta’ emendi li għandhom l-għan li jirrikonoxxu li, filwaqt li l-protezzjoni tad-dejta mill-mument tad-disinn u b'mod awtomatiku hija kunċett ta’ min ifaħħru, il-proposta tal-Kummissjoni ma tiksibx ċertezza biżżejjed filwaqt li toħloq riskju ta’ restrizzjonijiet possibbli fuq il-moviment ħieles. Għalhekk, minflok, għandu jintuża l-mekkaniżmu stabbilit tal-użu tal-istandardizzazzjoni biex jiġu armonizzati r-rekwiżiti applikabbli u jiġi permess il-moviment ħieles.

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika kwalunkwe kriterju u rekwiżit ieħor għall-miżuri u l-mekkaniżmi xierqa msemmija fil-paragrafu 1 u 2, b’mod partikolari għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn applikabbli fis-setturi, il-prodotti u s-servizzi kollha.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta għal regolament tapplika għas-setturi kollha, kemm fuq l-internet u kemm jekk le. M'għandhiex tkun il-Kummissjoni li tadotta atti delegati fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta mill-bidu nett u b'mod awtomatiku li jistgħu jdgħajfu l-innovazzjoni teknoloġika. L-awtoritajiet ta' superviżjoni tal-Istati Membri u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jinsabu f'pożizzjoni aħjar biex jirmedjaw id-diffikultajiet eventwali.

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi standards tekniċi għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati skont il-proċedura ta’ analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta għal regolament tapplika għas-setturi kollha, kemm fuq l-internet u kemm jekk le. M'għandhiex tkun il-Kummissjoni li tistabbilixxi standards tekniċi li jistgħu jdgħajfu l-innovazzjoni teknoloġika. L-awtoritajiet ta' superviżjoni tal-Istati Membri u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jinsabu f'pożizzjoni aħjar biex jirmedjaw id-diffikultajiet eventwali.

Emenda  143

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta kontrollur jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali flimkien ma’ oħrajn, il-kontrolluri konġunti jridu jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi għall-konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, permezz ta’ arranġament bejniethom.

Meta kontrollur jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali flimkien ma’ oħrajn, il-kontrolluri konġunti jridu jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi għall-konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, permezz ta’ arranġament bejniethom. Fejn din id-determinazzjoni hija nieqsa jew mhix ċara biżżejjed, is-suġġett tad-dejta jista’ jeżerċità d-drittijiet tiegħu ma’ kwalunkwe mill-kontrolluri u huma jkunu responsabbli ndaqs.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħti iżjed protezzjoni lis-suġġett tad-dejta f’dan il-każ speċifiku.

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta operazzjoni ta’ pproċessar tkun sejra ssir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jipprovdi biżżejjed garanziji sabiex jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u l-miżuri organizzattivi li jirregolaw l-ipproċessar li għandu jsir u għandu jassigura l-konformità ma’ dawk il-miżuri.

1. Meta operazzjoni ta’ pproċessar tkun sejra ssir f’isem kontrollur u tinvolvi l-ipproċessar ta’ dejta li tippermetti lill-proċessur li jidentifika b’mod raġonevoli lis-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jipprovdi biżżejjed garanziji sabiex jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri ta’ sigurtà tekniċi u l-miżuri organizzattivi li jirregolaw l-ipproċessar li għandu jsir u għandu jassigura l-konformità ma’ dawk il-miżuri. Il-kontrollur jibqa’ kompletament responsabbli li jiżgura konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Fejn, minħabba tekniki ta’ anonimizzazzjoni xierqa, ma jkunx teknikament vijabbli li l-proċessur jidentifika suġġett tad-dejta, l-Artikolu 26 m’għandux japplika. It-tnaqqis fil-piż amministrattiv jinċentiva investiment f’teknoloġija effettiva ta’ anonimizzazzjoni u użu ta’ sistema qawwija ta’ aċċess ristrett. Il-prinċipju bażiku skont liema jkun l-kontrollur li jkollu r-responsabbiltà primarja u diretta tal-ipproċessar għandu jkun iddikjarat b’mod ċar f’dan l-Artikolu.

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jimpjega proċessur ieħor biss bil-permess minn qabel tal-kontrollur;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-rekiwiżit li tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel mill-kontrollur għall-proċessur biex jimpjega sottoproċessuri timponi piżijiet mingħajr l-ebda benefiċċju ċar fit-termini ta’ tisħiħ tal-protezzjoni tad-dejta. Barra minn hekk, mhuwiex operabbli partikolarment fil-kuntest tal-cloud u speċjalment jekk jiġi interpretat li hemm bżonn ta' awtorizzazzjoni minn qabel biex jintużaw subproċessuri speċifiċi. Dan ir-rekwiżit għandu jitneħħa.

Emenda  146

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) Meta proċessur ikun qed jipproċessa dejta f’isem il-kontrollur, il-proċessur irid jimplimenta l-privatezza mill-mument tad-disinn u l-privatezza awtomatika.

Emenda  147

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-kontrollur jitqies li jkun issodisfa l-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 1 meta jagħżel proċessur li volontarjament iċċertifika ruħu jew volontarjament kiseb ċertifikazzjoni, siġill jew marka skont l-Artikoli 38 jew 39 ta’ dan ir-Regolament li juru l-implimentazzjoni ta’ miżuri tekniċi u organizzazzjonali standard xierqa bi tweġiba għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament għandu joffri inċentivi ċari għall-kontrolluri u l-proċessuri biex jinvestu f’miżuri li jtejbu s-sigurtà u l-privatezza. Meta l-kontrolluri u l-proċessuri jipproponu salvagwardji addizzjonali biex tiġi protetta d-dejta, li huma konformi ma’ jew imorru lil hinn minn standards aċċettati tal-industrija u li jistgħu juru dan permezz ta’ ċertifikati konklużivi, għandhom jibbenefikaw minn rekwiżiti anqas preskrittivi. B’mod partikolari dan jippermetti għall-flessibbiltà u piż imnaqqas għall-fornituri tal-cloud u l-konsumaturi tal-cloud,

Emenda  148

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għar-responsabbiltajiet, id-dmirijiet u l-kompiti fir-rigward ta’ proċessur skont il-paragrafu 1, u l-kundizzjonijiet li jippermettu l-faċilitazzjoni tal-ipproċessar ta’ dejta personali fi grupp ta’ impriżi, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ kontroll u rappurtar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dawn l-ispeċifikazzjonijiet mhumiex meħtieġa. It-trasferimenti intragruppi diġà huma meqjusa f’parti oħra tal-proposta attwali.

Emenda  149

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull kontrollur u proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom iżommu dokumenti dwar l-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

1. Kull kontrollur u proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom iżommu dokumenti dwar il-katetoriji prinċipali ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Protezzjoni effettiva tad-dejta teħtieġ li l-organizzazzjonijiet ikollhom fehim iddokumentat biżżejjed tal-attivitajiet ta’ pproċessar tad-dejta tagħhom. Madankollu, iż-żamma tad-dokumentazzjoni għall-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar hija ta’ piż sproporzjonat. L-għan tad-dokumentazzjoni għandu jkun li tgħin il-kontrolluri u l-proċessuri jissodisfaw l-obbligi tagħhom u mhux biex tissodisfa bżonnijiet burokratiċi.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

2. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li tiġi garantita ċ-ċertezza legali, il-lista ta' informazzjoni li tagħmel parti mid-dokumentazzjoni trid tkun eżawrjenti.

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-objettivi tal-ipproċessar, inkluż l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

(c) l-objettivi ġeneriċi tal-ipproċessar.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tgħix biex tnaqqas piżijiet amministrattivi fuq il-kontrolluri tad-dejta u l-proċessuri tad-dejta.

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) deskrizzjoni ta’ kategoriji ta’ suġġetti tad-dejta u ta’ kategoriji ta’ dejta personali li tirrigwardahom;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-objettiv tar-Regolament huwa doppju. Garanzija ta' livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta personali u tnaqqis tal-piż amministrattiv iġġenerat mir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta. L-obbligu impost fuq il-kontrollur u l-proċessur mill-Artikolu 28(2)(h) huwa biżżejjed biex jintlaħaq dan l-objettiv doppju.

Emenda  153

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ir-riċevituri jew ikategoriji ta’ riċevituri tad-dejta personali, inklużi l-kontrolluri li lilhom tiġi żvelata dejta personali għall-interess leġittimu segwit minnhom;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-objettiv tar-Regolament huwa doppju. Garanzija ta' livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta personali u tnaqqis tal-piż amministrattiv iġġenerat mir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta. L-obbligu impost fuq il-kontrollur u l-proċessur mill-Artikolu 28(2)(h) huwa biżżejjed biex jintlaħaq dan l-objettiv doppju.

Emenda  154

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) fejn applikabbli, trasferimenti ta’ dejta lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u, f’każ ta’ trasferimenti msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 44(1), id-dokumentazzjoni ta’ salvagwardji xierqa;

(f) fejn applikabbli, trasferimenti ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u f’każ ta’ trasferimenti msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 44(1), referenza għas-salvagwardji użati;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tgħix biex tnaqqas piżijiet amministrattivi fuq il-kontrolluri tad-dejta u l-proċessuri tad-dejta.

Emenda  155

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) indikazzjoni ġenerali tal-limiti ta’ żmien għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta’ dejta;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-objettiv tar-Regolament huwa doppju. Garanzija ta' livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta personali u tnaqqis tal-piż amministrattiv iġġenerat mir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta. L-obbligu impost fuq il-kontrollur u l-proċessur mill-Artikolu 28(2)(h) huwa biżżejjed biex jintlaħaq dan l-objettiv doppju.

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità ta’ superviżjoni.

3. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli, fuq talba, għall-awtorità ta’ superviżjoni u, f’format elettroniku, għas-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Il-politika tal-privatezza għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tas-suġġett tad-dejta kif ukoll tal-awtorità ta’ superviżjoni.

Emenda  157

Proposta għal regolament

Artikolu 28 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. awtorità pubblika meta tiġi ttrattata dejta li mhix dejta personali sensittiva kif imsemmija fl-Artikolu 9, paragrafu 1, ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  158

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, sabiex tikkunsidra b’mod partikolari r-responsabbiltajiet tal-kontrollur u tal-proċessur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur. .

imħassar

Ġustifikazzjoni

M’hemmx il-ħtieġa għal speċifikazzjoni ulterjuri ta' dan it-tip.

Emenda  159

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi formoli standard għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Emenda  160

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-miżuri tekniċi u organizzattivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi d-determinazzjonijiet ta’ x’jikkostitwixxi teknoloġija avvanzata, għal setturi speċifiċi u f’sitwzzjonijiet speċifiċi ta’ pproċessar ta’ dejta, b’mod partikolari billi tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija u s-soluzzjonijiet għall-privatezza bid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 4.

imħassar

Emenda  161

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal diversi sitwazzjonijiet, b’mod partikolari sabiex:

imħassar

(a) tipprevjeni kull aċċess mhux awtorizzat għal dejta personali;

 

(b) tipprevjeni kull żvelar, qari, ikkuppjar, tibdil, tħassir jew tneħħija mhux awtorizzata ta’ dejta personali;

 

(c) tiżgura l-verifika tal-legalità tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

Emenda  162

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ ta’ ksur ta’ dejta personali, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni. In-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun akkumpanjata b’ġustifikazzjoni motivata f’każijiet fejn ma ssirx fi żmien 24 siegħa.

1. Fil-każ ta’ ksur ta’ dejta personali, li jista' jkollu impatt negattiv sinifikanti fuq il-protezzjoni tad-dejta personali jew il-privatezza tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn jinnotifika l-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni.

Ġustifikazzjoni

Wara l-ksur tad-dejta, il-prijorità għandha tkun li jittieħdu miżuri xierqa biex titnaqqas il-ħsara. Data ta’ skadenza speċifika tmexxi l-prijorità fuq in-notifika.

Emenda  163

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:

3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha jekk possibbli:

Emenda  164

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, fosthom il-fatti li jirrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Din id-dokumentazzjoni trid tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni li tivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan.

4. Il-kontrollur għandu jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, fosthom il-fatti li jirrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Din id-dokumentazzjoni trid tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni li tivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Artikolu 30. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan.

Ġustifikazzjoni

Il-kontrollur tad-dejta għandu jagħti prova li ħa kwalunkwe miżura raġonevolment possibbli biex jevita l-ksur tad-dejta, minbarra li juri li huwa mmaniġġja b’mod korrett il-ksur li jkun seħħ.

Emenda  165

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbiliment tal-ksur tad-dejta msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u għaċ-ċirkostanzi partikolari li fihom kontrollur u proċessur ikunu meħtieġa jinnotifikaw il-ksur tad-dejta personali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

M’hemmx il-ħtieġa għal speċifikazzjoni ulterjuri ta' dan it-tip.

Emenda  166

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format standard ta’ din in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni, il-proċeduri applikabbli għar-rekwiżit ta’ notifika u l-forma u l-modalitajiet għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, inklużi l-limiti ta’ żmien għat-tħassir tal-informazzjoni miżmuma fiha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Emenda  167

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-ksur tad-dejta personali aktarx li jaffettwa ħażin lill-protezzjoni tad-dejta personali jew lill-privatezza tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 31, jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn.

1. Meta l-ksur tad-dejta personali aktarx li jkollu impatt negattivi sinifikanti fuq il-protezzjoni tad-dejta personali jew il-privatezza tas-suġġett tad-dejta, pereżempju s-serq tal-identità jew frodi, ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara lir-reputazzjoni, il-kontrollur għandu, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 31, jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta b’mod ċar u konċiż u mingħajr dewmien bla bżonn.

Ġustifikazzjoni

Jeżistu każijiet fejn il-kooperazzjoni tas-suġġett tad-dejta tkun fundamentali biex tnaqqas l-effetti negattivi tal-ksur tad-dejta. Pereżempju, jekk jinsteraq numru ta' karta ta’ kreditu, is-suġġett tad-dejta huwa l-uniku wieħed bis-setgħa li jissepara l-pagamenti dovuti minn dawk li mhumiex. Għalhekk, il-kooperazzjoni tiegħu hija anke iżjed importanti min-notifika lill-Awtorità. Iż-żieda ta’ dawn il-każijiet, u li jingħataw il-prijorità, imbagħad isir importanti ħafna.

Emenda  168

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 31(3).

2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali u tinkludi tal-anqas l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 31(3).

Emenda  169

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta ma għandhiex tkun meħtieġa jekk il-kontrollur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta’ superviżjoni li huwa jkun implimenta miżuri ta’ protezzjoni tekonoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha.

3. Il-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġett tad-dejta ma għandhiex tkun meħtieġa jekk il-ksur tad-dejta m’għandux riskju sinifikanti ta’ ħsara għaċ-ċittadini u l-kontrollur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta’ superviżjoni li huwa jkun implimenta miżuri ta’ protezzjoni tekonoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftiehemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċessaha.

Emenda  170

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti rigward iċ-ċirkostanzi li fihom ksur ta’ dejta personali aktarx li jaffettwa ħażin lid-dejta personali msemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Fil-Valutazzjoni tal-Impatt, l-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Dejta għandha l-informazzjoni kollha li teħtieġ biex tqis jekk il-konsegwenzi tal-ksur tad-dejta aktarx li se jkollhom effett negattiv fuq id-dejta personali jew il-privatezza tas-suġġett tad-dejta.

Emenda  171

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format tal-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 u l-proċeduri applikabbli għal dik il-komunikazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Emenda  172

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-dejta minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom u l-għanijiet tagħhom, il-kontrollur jew il-proċessur li jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti fuq id-dejta personali.

1. Meta l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-dejta minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu tagħhom u l-għanijiet tagħhom, jew meta l-ipproċessar jitwettaq bħala proġett tal-infrastruttura tas-settur pubbliku, il-kontrollur jew il-proċessur li jaġixxi f’isem il-kontrollur għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti fuq id-dejta personali.

Emenda  173

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin b’mod partikolari jippreżentaw dawn ir-riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1:

2. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin jippreżentaw dawn ir-riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1:

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-operazzjonijiet ta' pproċessar li jridu jkunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt, stabbilita fl-Artikolu 33(2), tfasslet b'mod ġenerali. Fir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità u biex ikun hemm ċertezza legali, din għandha tkun limitattiva.

Emenda  174

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) informazzjoni dwar il-ħajja sesswali, is-saħħa, ir-razza u l-oriġini etnika jew għall-għoti ta’ kura tas-saħħa, riċerki epidemjoloġiċi, jew stħarriġ dwar mard mentali jew li jittieħed, meta d-dejta tiġi pproċessata biex tieħu miżuri jew deċiżjonijiet dwar individwi speċifiċi fuq skala kbira;

(b) informazzjoni dwar il-ħajja sesswali, is-saħħa, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż, il-kundanni kriminali, ir-razza u l-oriġini etnika jew għall-għoti ta’ kura tas-saħħa, riċerki epidemjoloġiċi, jew stħarriġ dwar mard mentali jew li jittieħed, meta d-dejta tiġi pproċessata biex tieħu miżuri jew deċiżjonijiet dwar individwi speċifiċi fuq skala kbira;

Emenda  175

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-valutazzjoni għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-dejta, il-miżuri previsti sabiex jindirizzaw ir-riskji, salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta’ dejta personali u li juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u persuni oħrajn ikkonċernati.

3. Il-valutazzjoni għandha tinkludi mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti, valutazzjoni tar-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-dejta, il-miżuri previsti sabiex jindirizzaw ir-riskji, salvagwardji, miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi li jiżguraw il-protezzjoni ta’ dejta personali u li juru l-konformità ma’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u persuni oħrajn ikkonċernati u jitqiesu wkoll teknoloġiji u metodi moderni li jistgħu jtejbu l-privatezza taċ-ċittadini.

Emenda  176

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-kontrollur għandu jfittex l-opinjoni tas-suġġetti tad-dejta jew tar-rappreżentanti tagħhom dwar l-ipproċessar maħsub, mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali jew pubbliċi jew għas-sigurtà tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-impożizzjoni ta' obbligu ġenerali fuq il-kontrolluri ta' konsultazzjoni mas-suġġetti tad-dejta, ikun xi jkun is-settur, qabel ma jkun sar kwalunkwe pproċessar ta' dejta tidher sproporzjonata.

Emenda  177

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fejn il-kontrollur huwa awtorità jew korp pubbliku u fejn l-ipproċessar jirriżulta minn obbligu legali skont il-punt (c) ta’ Artikolu 6(1) li jipprovdi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-operazzjonijiet ta' proċessar u regolati mil-liġi tal-Unjoni, il-paragrafi 1 sa 4 m’għandhomx japplikaw, sakemm l-Istati Membri jidhrilhom li hu meħtieġ sabiex iwettqu valutazzjoni bħal din qabel l-attivitajiet ta’ pproċessar.

imħassar

Emenda  178

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni tista’ tispeċifika standards u proċeduri speċifiċi għat-twettiq u l-verifika u l-awditjar tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Emenda  179

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ livell għoli ta’ riskju speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2.

imħassar

Emenda  180

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur u l-proċessur għandu jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fi kwalunkwe każ meta:

1. Il-kontrollur u l-proċessur huma mħeġġa jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fi kwalunkwe każ meta:

Ġustifikazzjoni

Il-ħatra ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandha tkun inkoraġġuta iżda mhux mandatorja, biex ikun żgurat li din ma tiġġenerax obbligi finanzjarji u amministrattivi sproporzjonati fuq organizzazzjonijiet li l-attivitajiet tagħhom ma jippreżentawx riskju sostanzjali għall-privatezza tas-suġġett tad-dejta. Din l-AM hija marbuta mal-AMs tal-Grupp ECR għall-Artikolu 79, li jiżguraw li l-uffiċjali tal-protezzjoni tad-dejta jqisu l-preżenza, jew in-nuqqas, ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta meta jiddeċiedu fuq sanzjonijiet amministrattivi u jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta biex jaħtru uffiċjali tal-protezzjoni tad-dejta bħala forma ta’ sanzjoni amministrattiva.

Emenda  181

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ipproċessar isir minn impriża li timpjega 250 persuna jew aktar; or

imħassar

Emenda  182

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, grupp ta’ impriżi jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta wieħed.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Wara t-tħassir tal-punt (b) tal-paragrafu (1), dan il-paragrafu m'għadux jagħmel sens.

Emenda  183

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 37. Il-livell meħtieġ ta’ għarfien espert għandu jkun stabbilit b’mod partikolari skont l-ipproċessar tad-dejta li jkun sar u l-protezzjoni meħtieġa għad-dejta personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur.

5. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 37. Il-livell meħtieġ ta’ għarfien espert għandu jkun stabbilit b’mod partikolari skont l-ipproċessar tad-dejta li jkun sar u l-protezzjoni meħtieġa għad-dejta personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur. Biex iwettaq il-kompiti tiegħu, għandhom jiġu pprovduti ħin tax-xogħol u infrastruttura xierqa għall-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  184

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jerġa’ jinħatar għal aktar mandati. Waqt il-mandat tiegħu, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jitneħħa biss mill-kariga, jekk huwa ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu.

7. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jerġa’ jinħatar għal aktar mandati.

Ġustifikazzjoni

Bħall-persunal l-ieħor kollu, għandu jkun possibbli li l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jitkeċċa jekk ma jwettaqx il-kompiti stabbiliti mid-diriġenza. Hija d-diriġenza li tiddeċiedi jekk hijiex sodisfatta bil-persuna li impjegat jew le.

Emenda  185

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li jikkuntattjaw lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-dejta tas-suġġett tad-dejta u li jitolbu l-eżerċitar tad-drittijiet taħt dan ir-Regolament.

10. Is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li jikkuntattjaw lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-eżerċitar tad-drittijiet taħt dan ir-Regolament.

Emenda  186

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-kriterji għall-kwalitajiet professjonali tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 5.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dawn l-ispeċifikazzjonijiet ulterjuri mhumiex meħtieġa.

Emenda  187

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-kompiti, iċ-ċertifikazzjoni, l-istatus, is-setgħat u r-riżorsi tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

M’hemmx il-ħtieġa ta’ speċifikazzjonijiet ulterjuri ta' dan it-tip.

Emenda  188

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-istat tad-dritt, il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, inkluż rigward is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali, ir-regoli professjonali u l-miżuri ta’ sigurtà li huma mħarsa f’dak il-pajjiż jew minn dik l-organizzazzjoni internazzjonali; kif ukoll drittijiet effettivi u infurzabbli inkluż rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għal suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li qegħdin jgħixu fl-Unjoni, li d-dejta personali tagħhom tkun sejra tiġi ttrasferita;

(a) l-istat tad-dritt, il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, inkluż rigward is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali, ir-regoli professjonali u l-miżuri ta’ sigurtà li huma mħarsa f’dak il-pajjiż jew minn dik l-organizzazzjoni internazzjonali, il-preċedenti ta’ ġurisprudenza kif ukoll drittijiet effettivi u infurzabbli inkluż rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għal suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li qegħdin jgħixu fl-Unjoni, li d-dejta personali tagħhom tkun sejra tiġi ttrasferita;

Ġustifikazzjoni

F’xi pajjiżi, is-sentenzi preċedenti tal-Qrati għandhom rilevanza kbira (eż.: Pajjiżi bil-Liġi Komuni).

Emenda  189

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista ta’ dawk il-pajjiżi terzi, territorji u setturi tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz u organizzazzjonijiet internazzjonali fejn tkun iddeċidiet li livell adegwat ta’ protezzjoni huwa jew mhuwiex assigurat.

7. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq il-websajt tagħha lista ta’ dawk il-pajjiżi terzi, territorji u setturi tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz u organizzazzjonijiet internazzjonali fejn tkun iddeċidiet li livell adegwat ta’ protezzjoni huwa jew mhuwiex assigurat.

Ġustifikazzjoni

Il-websajt tagħmilha iżjed faċli biex taġġorna u, f’ħafna każijiet, biex issib.

Emenda  190

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 41, kontrollur jew proċessur jista’ jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew orgainizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ippreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali fi strument legali vinkolanti.

1. Meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 41, kontrollur jew proċessur jista’ jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew orgainizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ippreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali fi strument legali vinkolanti, u meta xieraq skont valutazzjoni tal-impatt, meta l-kontrollur jew il-proċessur żgura li d-destinatarju tad-dejta f’pajjiż terz għandu standards għolja ta’ protezzjoni tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Emendi tal-Grupp ECR li għandhom l-għan li jinċentivaw il-kontrolluri biex ikollhom standards għolja ta’ protezzjoni tad-dejta billi jinkoraġġixxuhom iwettqu valutazzjoni tal-impatt, fuq bażi fakultattiva.

Emenda  191

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta, kif adottati skont il-punti (a) u (b), bejn il-kontrollur tad-dejta jew il-proċessur tad-dejta u d-destinatarju ta’ dejta li tinsab f’pajjiż terz, li tista’ tinkludi termini standard għal trasferimenti lil destinatarju li jinsab f’pajjiż terz;

Ġustifikazzjoni

L-istudju tad-dipartiment għall-politiki tal-Parlament dwar ir-riforma tal-pakkett dwar il-protezzjoni tad-dejta jindika li, taħt ir-Regolament propost, klawżoli standard ma jestendux għal ftehimiet bejn proċessuri u sottoproċessuri. Din id-differenza tista’ tiżvantaġġa b’mod sinifikanti impriżi tal-UE u negozji inizjali ta’ teknoloġija ġdida. Din l-emenda tfittex li tnaqqas id-distakk.

Emenda  192

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew mill-proċessur, li ma jistax ikun ikkwalifikat bħala frekwenti jew enormi,u meta l-kontrollur jew il-proċessur evalwa ċ-ċirkostanzi kollha tal-operazzjoni ta’ trasferiment tad-dejta jew l-operazzjonijiet ta’ trasferiment tas-sett tad-dejta u abbażi ta’ din l-evalwazzjoni ppreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, fejn meħtieġ.

(h) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet tal-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur jew mill-proċessur, li ma jistax ikun ikkwalifikat bħala frekwenti jew enormi, jew meta, qabel tali trasferiment, id-dejta personali diġà ġiet magħmula pubblika fil-pajjiż terz, u meta l-kontrollur jew il-proċessur evalwa ċ-ċirkostanzi kollha tal-operazzjoni ta’ trasferiment tad-dejta jew l-operazzjonijiet ta’ trasferiment tas-sett tad-dejta u abbażi ta’ din l-evalwazzjoni ppreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, fejn meħtieġ.

Emenda  193

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar ‘raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku’ fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-paragrafu 1 kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji xierqa msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  194

Proposta għal regolament

Artikolu 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 62

imħassar

Atti ta’ implimentazzjoni

 

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex:

 

(a) tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-Regolament skont l-objettivi u r-rekwiżiti tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet ikkomunikati minn awtoritajiet ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 58 jew 61, dwar kwistjoni li fir-rigward tagħha ġiet adottata deċiżjoni motivata skont l-Artikolu 60(1), jew dwar kwistjoni li fir-rigward tagħha, awtorità ta’ superviżjoni ma tippreżentax abbozz ta’ miżura u li dwarha l-awtorità ta’ superviżjoni indikat li m’għandhiex l-intenzjoni li ssegwi l-opinjoni tal-Kummissjoni li ġiet adottata skont l-Artikolu 59;

 

(b) tiddeċiedi, fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 59(1), jekk tiddikjarax l-abbozzi ta’ klawżoli standard ta’ protezzjoni tad-dejta msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 58(2), bħala li għandhom validità ġenerali;

 

(c) tispeċifika l-format u l-proċeduri għall-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi f’din it-taqsima;

 

(d) tispeċifika l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, u bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, b’mod partikolari l-format standardizzat imsemmi fl-Artikolu 58(5), (6) u (8).

 

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

2. Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta’ urġenza relatati mal-interessi tas-suġġetti tad-dejta fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 87(3). Dawk l-atti għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

 

3. In-nuqqas jew l-adozzjoni ta’ miżura taħt din it-taqsima ma għandux jippreġudika kwalunkwe miżura oħra mill-Kummissjoni taħt it-Trattati.

 

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex għaqli li l-Kummissjoni titgħabba żżejjed b’dawn il-kompiti, li jistgħu jiġu ttrattati b’mod iżjed effettiv mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Emenda  195

Proposta għal regolament

Artikolu 63a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 63a

 

Proċeduri tal-appell

 

(1) Bla ħsara għall-kompetenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jista' joħroġ opinjonijiet vinkolanti jekk:

 

(a) is-suġġett tad-dejta jew il-kontrollur tad-dejta jappellaw għal raġunijiet ta’ applikazzjoni inkonsistenti ta' dan ir-Regolament fl-Istati Membri; jew

 

(b) abbozz ta' miżura tal-awtorità kompetenti jkun għadda mill-Mekkaniżmu kollu ta' Konsistenza li hu deskritt f'din it-Taqsima mingħajr ma jkun għadu tqies bħala konsistenti mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-UE kollha kemm hi,

 

(2) Qabel tinħareġ din l-opinjoni, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jqis kull informazzjoni li l-Awtorità kompetenti għall-Protezzjoni tad-Dejta taf, inkluża l-perspettiva tal-partijiet interessati.

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-kompetenza tal-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Pajjiż tal-pajjiż tal-istabbiliment ewlieni, hija meħtieġa miżura oħra biex tiżgura l-konsistenza fis-suq uniku kollu għall-każ remot ta’ miżura li tkun tant kontroversjali li l-mekkaniżmu kollu ta’ konsistenza ma jkunx ipproduċa kunsens wiesa’.

Emenda  196

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) joħroġ opinjonijiet dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57;

(d) joħroġ opinjonijiet dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni skont il-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 57 u fl-Artikolu 63a;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkorrispondi mal-Artikolu 63a ġdid

Emenda  197

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzu għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru jekk huwa jħoss li l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament.

1. Mingħajr preġudizzu għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru jekk huwa jħoss li l-ipproċessar ta’ dejta personali dwaru ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament. Dan l-ilment m’għandux jimponi spejjeż fuq is-suġġett tad-dejta.

Emenda  198

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tħares id-drittijiet u l-interessi ta’ suġġetti tad-dejta rigward il-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom u li tkun ġiet ikkostitwita kif xieraq skont il-liġi ta’ Stat Membru għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar jekk tqis li d-drittijiet ta’ suġġett tad-dejta taħt dan ir-Regolament ikunu nkisru minħabba l-ipproċessar ta’ dejta personali.

imħassar

Emenda  199

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull persuna fiżika jew ġuridika għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta’ awtorità ta’ superviżjoni li tirrigwardaha.

1. Bla ħsara għall-proċedura deskritta fl-Artikolu 63a (ġdid), kull persuna fiżika jew ġuridika, inklużi kull kontrollur tad-dejta u proċessur tad-dejta, għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra d-deċiżjonijiet ta’ awtorità ta’ superviżjoni li tirrigwardaha jew taffetwaha.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija essenzjali biex tiċċara l-prinċipju bażiku li l-kontrolluri tad-dejta jistgħu jfittxu rimedju ġudizzjarju meta jiġu affettwati bid-deċiżjonijiet, anke meta huma nnifishom mhumiex is-suġġett dirett tad-deċiżjoni minn awtorità nazzjonali.

Emenda  200

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Suġġett tad-dejta li huwa interessat minn deċiżjoni ta’ awtorità ta’ superviżjoni fi Stat Membru ieħor minn fejn is-suġġett tad-dejta għandu r-residenza abitwali tiegħu, jista’ jitlob lill-awtorità ta’ superviżjoni tal-Istat Membru fejn huwa għandu r-residenza abitwali tiegħu sabiex tibda proċeduri f’ismu kontra l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-possibbiltà ma tagħti l-ebda valur miżjud liċ-ċittadini u tirriskja li tikkomprometti l-iżvolġiment tajjeb tal-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet ta' superviżjoni fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' superviżjoni tal-konsistenza.

Emenda  201

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) għandu jkollha d-dritt li teżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 74 u 75 f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar.

imħassar

Emenda  202

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull persuna li tkun sofriet xi ħsara minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew azzjoni mhux kompatibbli ma’ dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li tingħata kumpens mingħand il-kontrollur jew il-proċessur għall-ħsara li tkun sofriet.

1. Kull persuna li tkun sofriet xi ħsara materjali jew immaterjali minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali, inkluż t-tqegħid f'lista sewda, jew azzjoni mhux kompatibbli ma’ dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li tingħata kumpens mingħand il-kontrollur jew il-proċessur għall-ħsara li tkun sofriet u għal kwalunkwe ħsara emozzjonali.

Emenda  203

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li jkunu implimentati, inkluż meta l-kontrollur ma jkunx ikkonforma mal-obbligu li jaħtar rappreżentant. Il-pieni pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li jkunu implimentati, inkluż meta l-kontrollur ma jkunx ikkonforma mal-obbligu li jaħtar rappreżentant. Il-pieni pprovduti għandhom ikunu effettivi, konsistenti, proporzjonati u dissważivi.

Ġustifikazzjoni

Il-pieni għandhom jiġu applikati b’mod konsistenti fl-Unjoni Ewropea kollha.

Emenda  204

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata s-setgħa li timponi sanzjonijiet amministrattivi skont dan l-Artikolu.

1. Kull awtorità ta’ superviżjoni kompetenti għandha tingħata s-setgħa li timponi sanzjonijiet amministrattivi skont dan l-Artikolu.

Emenda  205

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sanzjoni amministrattiva għandha tkun f’kull każ individwali effettiva, proporzjonata u dissważiva. L-ammont tal-multa amministrattiva għandu jiġi ffissat b’kunsiderazzjoni xierqa tan-natura, il-gravità u d-dewmien tal-ksur, il-karattru intenzjonali jew b’negliġenza tal-ksur, il-grad tar-responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika u jekk kienx hemm ksur preċedenti minn din il-persuna, il-miżuri u l-proċeduri tekniċi u organizzazzjonali implimentati skont l-Artikolu 23 u l-grad ta' kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja sabiex jiġi rimedjat il-ksur.

2. Is-sanzjoni amministrattiva għandha tkun f'kull każ individwali effettiva, proporzjonata, nondiskriminatorja u dissważiva. L-ammont tal-multa amministrattiva għandu jiġi ffissat b’kunsiderazzjoni xierqa tan-natura, il-gravità u d-dewmien tal-ksur, il-karattru intenzjonali jew b’negliġenza tal-ksur, il-kategorija partikulari tad-dejta personali, il-grad ta' ħsara jew riskju ta' ħsara li joħloq il-ksur, il-grad tar-responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika u jekk kienx hemm ksur preċedenti minn din il-persuna, il-miżuri u l-proċeduri tekniċi u organizzazzjonali implimentati skont l-Artikolu 23 u l-grad ta' kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja sabiex jiġi rimedjat il-ksur. Fejn xieraq, l-Awtorità tal-Protezzjoni tad-Dejta għandu jkollha wkoll is-setgħa li tirrikjedi li jinħatar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jekk il-korp, l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni għażlet li ma tagħmilx dan.

Ġustifikazzjoni

Din l-AM għandha l-għan li tiżgura li ksur deliberat jew bi traskuraġni jimmerita pieni aktar sostanzjali minn ksur li huwa biss negliġenti. Il-pakkett ta’ emendi relatati mas-sanzjonijiet amministrattivi għandu l-għan li jiżgura li l-pien hija proporzjonata mal-kondotta, u li s-sanzjonijiet l-aktar punittivi jiġu rriżervati għall-aktar imġiba ħażina serja. Il-kapaċita tal-Awtorità tal-Protezzjoni tad-Dejta li tirrikjedi li jinħatar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandha l-għan ukoll li tiżgura proporzjonalità f'termini ta’ sanzjonijiet.

Emenda  206

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-fatturi aggravanti għandhom jinkludu b'mod partikulari:

 

(a) ksur ripetut imwettaq b'diżubbidjenzai imprudenti tal-liġi applikabbli;

 

(b) rifjut ta’ kooperazzjoni ma’ jew xkiel għal proċess ta’ infurzar;

 

(c) ksur li huwa deliberat, serju u aktarx jikkawża ħsara sostanzjali;

 

(d) ma saritx valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta;

 

(e) ma nħatarx uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  207

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-fatturi mitiganti għandhom jinkludu:

 

(a) it-teħid ta' miżuri mill-persuna fiżika jew ġuridika biex tiżgura konformità mal-obbligi rilevanti;

 

(b) inċertezza ġenwina dwar jekk l-attività ikkostitwixxiet ksur tal-obbligi rilevanti;

 

(c) temma immedjata tal-ksur mat-tagħrif;

 

(d) kooperazzjoni ma’ kwalunkwe proċessi ta’ infurzar;

 

(e) it-twettiq ta' valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta;

 

(f) il-ħatra ta' uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  208

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 250,000, jew fil-każ ta’ impriża sa 0.5 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza

imħassar

(a) ma jipprovdix il-mekkaniżmi għal talbiet mis-suġġetti tad-dejta jew ma jwiġibx mill-ewwel jew mhux fil-format mitlub lil suġġetti tad-dejta skont l-Artikolu 12(1) u (2);

 

(b) jimponi miżata għall-informazzjoni jew għal tweġiniet għal talbiet ta' soġġetti tad-dejta bi vjolazzjoni tal-Artikolu 12(4).

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 79, paragrafu 3.

Emenda  209

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 500 000, jew fil-każ ta’ impriża sa 1 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza

imħassar

(a) ma jipprovdix l-informazzjoni, jew ma jipprovdix informazzjoni kompluta, jew ma jipprovdix l-informazzjoni b’mod trasparenti biżżejjed, lis-suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu (14);

 

(b) ma jipprovdix aċċess lis-suġġett tad-dejta jew ma jirrettifikax dejta personali skont l-Artikoli 15 u 16 jew ma jikkomunikax l-informazzjoni rilevanti lil riċevitur skont l-Artikolu 13;

 

(c) ma jikkonformax mad-dritt li wieħed jintnesa jew għat-tħassir, jew jonqos li jistabbilixxi mekkaniżmi sabiex jiżgura li l-limiti ta’ żmien ikunu osservati jew ma jieħux il-passi kollha meħtieġa sabiex jinforma lil partijiet terzi li suġġett tad-dejta għamel talba biex iħassar kwalunkwe konnessjonijiet ma’, kopja jew replika ta’ dejta personali relatata mas-suġġett tad-dejta l-Artikolu 17;

 

(d) ma jipprovdix kopja tad-dejta personali f’format elettroniku jew ifixkel lis-suġġett tad-dejta milli jittrasmetti d-dejta personali lil applikazzjoni oħra bi ksur tal-Artikolu 18;

 

(e) ma jiddeterminax jew ma jiddeterminax biżżejjed ir-responsabbiltajiet rispettivi ma’ ko-kontrolluri skont l-Artikolu 24;

 

(f) ma jżommx jew ma jżommx biżżejjed id-dokumentazzjoni skont l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(4), u l-Artikolu 44(3);

 

(g) ma jikkonformax, f’każijiet fejn kategoriji speċjali ta’ dejta ma jkunux involuti, skont l-Artikoli 80, 82 u 83 ma’ regoli relatati mal-libertà tal-espressjoni jew ma’ regoli dwar l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg jew mal-kundizzjonijiet għall-ipproċessar għal għanijiet ta’ storja, statistika u riċerka xjentifika.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 79, paragrafu 3.

Emenda  210

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 1 000 000 jew, fil-każ ta’ impriża sa 2 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b’intenzjoni jew b’negliġenza:

imħassar

(a) jipproċessa dejta personali mingħajr kwalunkwe bażi legali jew bażi legali suffiċjenti għall-ipproċessar jew ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet għall-kunsens skont l-Artikoli 6, 7 u 8;

 

(b) jipproċessa kategoriji speċjali ta’ dejta bi ksur tal-Artikoli 9 u 81;

 

(c) ma jikkonformax ma' oġġezzjoni jew il-kundizzjoni skont l-Artikolu 19;

 

(d) ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet relatati ma’ miżuri bbażati fuq it-tfassil ta’ profili skont l-Artikolu 20;

 

(e) ma jadottax politiki interni jew ma jimplimentax miżuri xierqa sabiex jiżgura u juri konformità skont l-Artikoli 22, 23 u 30;

 

(f) ma jaħtarx rappreżentant skont l-Artikolu 25;

 

(g) jipproċessa jew jagħti struzzjonijiet għall-ipproċessar ta’ dejta personali bi ksur tal-obbligi relatati mal-ipproċessar f’isem kontrollur skont l-Artikoli 26 u 27;

 

(h) ma jwissix dwar jew ma jinnotifikax ksur ta’ dejta personali jew ma jinnotifikax fil-ħin jew għal kollox il-ksur tad-dejta lill-awtorità ta’ superviżjoni jew lis-suġġett tad-dejta skont l-Artikoli 31 u 32;

 

(i) ma jwettaqx valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont jew jipproċessa dejta personali mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel jew konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikoli 33 u 34;

 

(j) ma jaħtarx uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jew ma jiżgurax il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kompiti skont l-Artikoli 35, 36 u 37;

 

(k) juża ħażin siġill jew marka ta’ protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 39;

 

(l) jagħmel jew jagħti struzzjonijiet sabiex isir trasferiment lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali li ma jkunx permess minn deċiżjoni ta’ adegwatezza jew minn salvagwardji xierqa jew minn deroga skont l-Artikoli 40 sa 44;

 

(m) ma jikkonformax ma’ ordni jew projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar jew is-sospensjoni ta’ flussi ta’ dejta mill-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 53(1);

 

(n) ma jikkonformax mal-obbligi li jassisti jew iwieġeb jew jipprovdi informazzjoni rilevanti lil, jew aċċess għall-bini lill-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 29, l-Artikolu 34 u l-Artikolu 53(2);

 

(o) ma jikkonformax mar-regoli għas-salvagwardja tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 84.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 79, paragrafu 3.

Emenda  211

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex taġġorna l-ammonti ta’ multi amministrattivi msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6, filwaqt li tikkunsidra l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 79, paragrafu 3.

Emenda  212

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament u skont il-punt (h) tal-Artikolu 9(2), l-ipproċessar tad-dejta personali li tirrigwarda s-saħħa għandu jkun ibbażat fuq il-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istat Membru li għandu jipprovdi għal miżuri speċifiċi u xierqa sabiex iħares l-interessi leġittimi tas-suġġett, u jkun meħtieġ għal:

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament u skont il-punt (h) tal-Artikolu 9(2), l-ipproċessar tad-dejta personali li tirrigwarda s-saħħa għandu jkun ibbażat fuq il-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi tal-Istat Membru li għandu jipprovdi għal miżuri speċifiċi, konsistenti u xierqa sabiex iħares l-interessi leġittimi tas-suġġett, u jkun meħtieġ għal:

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda tar-rekwiżit tal-konsistenza jippermetti li l-liġijiet tal-Istati Membri jkollhom inqas gradi ta’ libertà, meta jitqies l-għan tas-Suq Uniku.

Emenda  213

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar raġunijiet oħra ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

M’hemmx il-ħtieġa ta’ speċifikazzjonijiet ulterjuri ta' dan it-tip.

Emenda  214

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jadottaw bil-liġi regoli speċifiċi li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegati fil-kuntest tax-xogħol, b’mod partikolari għall-finijiet tar-reklutaġġ, it-twettiq tal-kuntratt tax-xogħol, inkluż it-twettiq tal-obbligi stabbiliti bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi, il-ġestjoni, l-ippjanar u l-organizzazzjoni tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, u għall-għanijiet tal-eżerċizzju u t-tgawdija, fuq bażi individwali jew kollettiva, ta’ drittijiet u benefiċċji relatati max-xogħol, u għall-għan tat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg.

1. Fil-limiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jadottaw bil-liġi jew bi ftehim kollettiv bejn l-impjegaturi u l-impjegati, regoli speċifiċi li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali tal-impjegati fil-kuntest tax-xogħol, b’mod partikolari għall-finijiet tar-reklutaġġ, it-twettiq tal-kuntratt tax-xogħol, inkluż it-twettiq tal-obbligi stabbiliti bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi, il-ġestjoni, l-ippjanar u l-organizzazzjoni tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, il-kundanni kriminali u għall-għanijiet tal-eżerċizzju u t-tgawdija, fuq bażi individwali jew kollettiva, ta’ drittijiet u benefiċċji relatati max-xogħol, u għall-għan tat-terminazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg. Dan ir-Regolament għandu, bi qbil mal-prinċipji tal-Artikolu 5, jirrispetta l-ftehimiet kollettivi fir-rigward tar-regolamentazzjoni deċentralizzata tal-ipproċessar tad-dejta tal-impjegatur konklużi bi qbil ma' dan ir-Regolament.

Emenda  215

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3. Dan ir-regolament jirrikonoxxi r-rwol tas-sħab soċjali. Fi Stati Membri fejn tħalla f’idejn il-partijiet fis-suq tax-xogħol biex jirregolaw pagi u kundizzjonijiet oħra tax-xogħol permezz ta’ ftehimiet kollettivi, l-obbligi u d-drittijiet tas-sħab soċjali skont ftehimiet kollettivi għandhom jitqiesu b’mod speċifiku meta jiġi applikat l-Artikolu 6.1(f).

Emenda  216

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-ipproċessar ta’ dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 kif ukoll kwalunkwe limitazzjoni meħtieġa fuq id-drittijiet tal-informazzjoni lil u l-aċċess mis-suġġett tad-dejta u li jagħtu dettalji dwar il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji għad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta f’dawn iċ-ċirkostanzi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

M’hemmx il-ħtieġa ta’ speċifikazzjonijiet ulterjuri ta' dan it-tip.

Emenda  217

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri speċifiċi biex jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali għal skopijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-artikolu, kif ukoll jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  218

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Stat Membru li jadotta miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 83, paragrafu 3a, għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri adottati qabel id-data stabbilita fl-Artikolu 91, paragrafu 2, u mingħajr dewmien bla bżonn jinforma lill-Kummissjoni dwar bidliet eventwali fi stadju sussegwenti tal-miżuri.

Emenda  219

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni,ir-regoli adottati skont il-paragrafu 1, sa mhux aktar tard mid-dejta speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni,ir-regoli adottati skont il-paragrafu 1, sabiex il-Kummissjoni tivverifika l-konsistenza mar-regoli tal-Istati Membri l-oħra, sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

Ġustifikazzjoni

Is-Suq Uniku jeħtieġ l-applikazzjoni konsistenti tar-Regolament attwali.

Emenda  220

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2),l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-dejta tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 20(5), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(7) u l-Artikolu 82(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li jkun hemm korrispondenza mal-emendi li ħassru setgħa ta' dan it-tip. Fejn saret korrezzjoni fil-paragrafu msemmi, ikun instab żball tal-ittajpjar.

Emenda  221

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’dejta aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 20(5), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(7), u l-Artikolu 82(3) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkompleta dawk li jħassru din is-setgħa. Fejn ġie emendat l-Artikolu msemmi, ikun instab żball tal-ittajpjar.

Emenda  222

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 20(5), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(7), u l-Artikolu 82(3) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex isiru effettivi dawk l-emendi li ħassru s-setgħa msemmija fil-bidu ta’ dan l-artikolu.

Emenda  223

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Meta tadotta l-atti msemmija f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tippromwovi n-newtralità teknoloġika.

Emenda  224

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma taħt obbligi li jirrapportaw ksur ta’ dejta personali skont id-Direttiva 2002/58/KE kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali relatata mal-provvediment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi disponibbli pubblikament, dan ir-Regolament m’għandux jimponi obbligi addizzjonali fir-rigward tal-proċess ta’ notifika ta’ ksur ta’ dejta personali lill-awtorità superviżorja u fir-rigward tal-proċess ta’ komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali lis-suġġetti tad-dejta. Din il-persuna fiżika jew ġuridika għandha tinnotifika ksur ta’ dejta personali li jaffettwa kull dejta personali li għaliha hi l-kontrollur skont il-proċess ta’ notifika ta’ ksur ta’ dejta personali stabbilit fid-Direttiva 2002/58/KE kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu ġdid jistabbilixxi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi huma suġġetti għal reġim uniku ta’ notifika għal kwalunkwe ksur fir-rigward tad-dejta li jipproċessaw, u mhux reġimi multipli skont is-servizz offrut jew id-dejta miżmuma. Dan jiżgura kundizzjonijiet ekwi fost atturi tal-industrija.

Emenda  225

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2002/58 għandu jitħassar.

2. L-Artikolu 1(2), l-Artikolu 2(c) u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/58/KE għandhom jitħassru.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprovdi allinjament essenzjali tad-Direttiva 2002/58/KE mar-Regolament preżenti. Barra minn hekk, tevita regolamentazzjoni doppja, li tista’ tagħmel ħsara serja lill-kompetittività tas-setturi koperti bid-Direttiva 2002/58/KE. Ir-rekwiżiti ġenerali tar-Regolament preżenti, inkużi dawk relatati mal-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-privatezza, jiżguraw li l-lokazzjoni tiġi ttrattata bil-livell xieraq ta’ kura irrispettivament mis-sors jew l-industrija tal-kontrollur tad-dejta tagħha.

Emenda  226

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-atti ddelegati u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni għandhom jiġu evalwati mill-Parlament u mill-Kunsill kull sentejn.

PROĊEDURA

Titolu

Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali)

Referenzi

COM(2012)0011 – C7-0025/2012 – 2012/0011(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.2.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

16.2.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Lara Comi

29.2.2012

Eżami fil-kumitat

21.6.2012

10.10.2012

28.11.2012

17.12.2012

Data tal-adozzjoni

23.1.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

16

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Preslav Borissov, Cristian Silviu Buşoi, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Christian Engström, Dolores García-Hierro Caraballo, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Hans-Peter Mayer, Angelika Niebler, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Jürgen Creutzmann, Anna Hedh, Constance Le Grip, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Konstantinos Poupakis, Kyriacos Triantaphyllides, Patricia van der Kammen, Sabine Verheyen

  • [1]  Ir-Reegolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali), COM(2012) 11 finali; minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ukoll “Regolament Ġenerali”.
  • [2]  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, detezzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ din id-dejta, COM(2012) 10 finali.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (25.3.2013)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Dejta Ġenerali)
(COM(2012)0011 – C7‑0025/2012 – 2012/0011(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marielle Gallo

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal regolament iżżomm il-prinċipji tad-Direttiva 95/46/KE u ssaħħaħ id-drittijiet taċ-ċittadini fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta personali. Ir-rapporteur għal opinjoni tilqa' favorevolment ix-xogħol tal-Kummissjoni u tixtieq tagħmel dawn l-osservazzjonijiet li ġejjin.

Minkejja r-retiċenza espressa minn ċerti partijiet, ir-rapporteur għal opinjoni tixtieq iżżomm definizzjoni wiesgħa tad-dejta personali u l-prinċipju tal-kunsens espliċitu bħala raġuni ta' legalità tat-trattament. Dawn huma żewġ kundizzjonijiet meħtieġa għall-protezzjoni b'mod effikaċi ta' tali dritt fundamentali u għall-ispirazzjoni ta' fiduċja fi ħdan il-konċittadini tagħna, partikolarment fid-dinja diġitali.

Ir-rapporteur għal opinjoni tipproponi għalhekk li tissaħħaħ il-protezzjoni tat-tfal billi jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 8 biex jinkludi l-bejgħ tal-prodotti u tas-servizzi kollha minflok ma titkompla r-restrizzjoni tiegħu għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni.

Barra minn hekk, ir-rapporteur għal opinjoni tipproponi li tħassar l-Artikolu 18 li jintroduċi d-dritt għall-portabbiltà tad-dejta. Dan id-dritt il-ġdid previst mill-proposta għal direttiva ma jagħti l-ebda valur miżjud għaċ-ċittadini meta mqabbel mad-dritt ta' aċċess stabbilit fl-Artikolu 15 tal-proposta għal regolament u li jippermetti lis-suġġett tad-dejta jikseb komunikazzjoni tad-dejta li tkun ġiet proċessata.

Ir-rapporteur għal opinjoni tixtieq tintroduċi b'mod espliċitu l-prinċipju ġenerali ta' responsabbiltà tal-kontrollur. Fil-fatt, il-proposta għal regolament issaħħaħ l-obbligi li jinkombu lill-kontrolluri biex jitħalla eżerċizzju effikaċi tad-drittijiet konferiti lis-suġġett tad-dejta. Madankollu, jinħtieġu aktar miżuri biex jiġi stabbilit b'mod espliċitu dan il-prinċipju ġenerali ta' responsabbiltà.

Id-"dritt li tkun minsi" għandu jissaħħaħ ukoll. L-Artikolu 17(2) jimponi obbligu ta' responsabbiltà fuq il-kontrollur fir-rigward tad-dejta pproċessata minn parti terza. Ir-rapporteur għal opinjoni tipproponi l-introduzzjoni ta' obbligu għall-kontrollur li jinforma lill-persuna kkonċernata bl-azzjoni meħuda mill-parti terza bħala tweġiba għat-talba.

Id-dispożizzjonijiet relatati mat-trasferimenti tad-dejta lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali ġew żviluppati u preċiżati konsiderevolment. Ir-rapporteur għal opinjoni tipproponi l-introduzzjoni tas-sistema ta' rikonoxximent reċiproku tar-regoli korporattivi vinkolanti diġà implimentati mill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29. L-awtorità kompetenti jmissha tkun dik tal-post li fih il-kontrollur jew il-proċessur għandu l-istabbiliment prinċipali.

Għal dak li għandu x'jaqsam mal-kompetenzi tal-awtoritajiet ta' superviżjoni, ir-rapporteur għal opinjoni tilqa' favorevolment l-adozzjoni tal-prinċipju tal-"punt uniku ta' servizz" li jissemplifika l-kompitu tal-operaturi ekonomiċi b'sede f'diversi Stati Membri. Madankollu ma nistgħux ninjoraw il-fatt li ċ-ċittadini ġeneralment jirrikorru għand l-awtorità tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom u jistennew li din l-awtorità tieħu l-passi neċessarji biex tiggarantixxi r-rispett ta' drittijiethom. L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-punt uniku ta' servizz ma għandhiex tittrasforma lill-awtoritajiet ta' superviżjoni l-oħra f'sempliċi "kaxxi tal-ittri". Ir-rapporteur għal opinjoni tipproponi li jiġi ċċarat li l-awtorità ewlenija għandha l-obbligu li tikkoopera mal-awtoritajiet ta' superviżjoni l-oħrajn involuti u mal-Kummissjoni Ewropea, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII tar-Regolament.

Rigward is-sanzjonijiet amministrattivi, ir-rapporteur għal opinjoni tilqa' pożittivament l-ammonti sinifikattivi previsti mill-proposta għal regolament. L-awtoritajiet ta' superviżjoni madankollu għandu jkollhom marġini ta' manuvra wiesa' fl-impożizzjoni ta' multi. L-Artikolu 8(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistabblixxi l-prinċipju ta' indipendenza tal-awtoritajiet ta' superviżjoni. Il-mekkaniżmu ta' konsistenza jaf jikkontribwixxi għal politika armonizzata fi ħdan l-UE fil-qasam tal-multi.

Il-proposta għal regolament fiha wkoll numru konsiderevoli ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni. Uħud minn dawn l-atti huma neċessarji billi jżidu elementi mhux essenzjali mar-regolament; fir-rigward ta' oħrajn, ir-rapporteur għal opinjoni tipproponi li jitħassru sempliċement. Din il-kwistjoni tista' tkun eżaminata separatament mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali. Fil-fatt, skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali huwa kompetenti għall-verifika tal-bażi ġuridika ta' kull inizjattiva leġiżlattiva u jista' jiddeċiedi, jew fuq inizjattiva proprja, inkella fuq talba tal-kumitat kompetenti responsabbli, dwar l-użu li jsir mill-atti delegati u ta' implimentazzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-integrazzjoni ekonomika u soċjali li rriżultat mill-funzjonament tas-suq intern wasslet għal żieda sostanzjali fi flussi transkonfinali. L-iskambju ta' dejta bejn atturi ekonomiċi u soċjali, pubbliċi u privati fl-Unjoni żdied. L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri qegħdin jintalbu mil-liġi tal-Unjoni sabiex jikkooperaw u jiskambjaw dejta personali sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom jew iwettqu kompiti f'isem awtorità fi Stat Membru ieħor.

(4) L-integrazzjoni ekonomika u soċjali li rriżultat mill-funzjonament tas-suq intern wasslet għal żieda sostanzjali f'attivitajiet transkonfinali. L-iskambju ta' dejta bejn atturi ekonomiċi u soċjali, pubbliċi u privati fl-Unjoni żdied. L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri qegħdin jintalbu mil-liġi tal-Unjoni sabiex jikkooperaw u jiskambjaw dejta personali sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom jew iwettqu kompiti f'isem awtorità fi Stat Membru ieħor.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u l-globalizzazzjoni ġabu sfidi ġodda għall-protezzjoni tad-dejta personali. L-iskala ta' qsim u ġbir tad-dejta żdiedet b'mod impressjonanti. It-teknoloġija tippermetti kemm lil kumpaniji privati kif ukoll lil awtoritajiet pubbliċi li jagħmlu użu minn dejta personali fuq skala mingħajr preċedenti sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom. L-individwi qegħdin dejjem aktar jagħmlu l-informazzjoni personali disponibbli pubblikament u globalment. It-teknoloġija bidlet kemm l-ekonomija kif ukoll il-ħajja soċjali, u teħtieġ li tiffaċilita aktar il-fluss liberu tad-dejta fl-Unjoni u t-trasferiment lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, filwaqt li tassigura livell għoli ta' protezzjoni tad-dejta personali.

(5) L-iżviluppi teknoloġiċi rapidi u l-globalizzazzjoni ġabu sfidi ġodda għall-protezzjoni tad-dejta personali. L-iskala ta' qsim u ġbir tad-dejta żdiedet b'mod impressjonanti. It-teknoloġija tippermetti kemm lil kumpaniji privati kif ukoll lil awtoritajiet pubbliċi li jagħmlu użu minn dejta personali fuq skala mingħajr preċedenti sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom. L-individwi qegħdin dejjem aktar jagħmlu l-informazzjoni personali disponibbli pubblikament u globalment. It-teknoloġija bidlet kemm l-ekonomija kif ukoll il-ħajja soċjali, u dan wassal għall-bżonn li jkun iffaċilitat il-fluss liberu tad-dejta fl-Unjoni u jiġi assigurat it-trasferiment lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u jkun żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tad-dejta personali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali minn persuna fiżika, li hija esklussivament personali jew domestika, bħall-korrispondenza u l-pussess ta' indirizzi, u mingħajr l-ebda interess bi qligħ u b'hekk mingħajr l-ebda rabta ma' attività professjonali jew kummerċjali. L-eżenzjoni m'għandhiex tapplika wkoll għal kontrolluri u proċessuri li jipprovdu l-mezzi għall-ipproċessar tad-dejta personali għal dawn l-attivitajiet domestiċi jew personali.

(15) Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali minn persuna fiżika, li hija esklussivament personali jew domestika, bħall-korrispondenza u l-pussess ta' indirizzi, u mingħajr l-ebda interess bi qligħ u b'hekk mingħajr l-ebda rabta ma' attività professjonali jew kummerċjali u li ma jinvolvux li din id-dejta tkun aċċessibbli għal numru indefinit ta' persuni. L-eżenzjoni m'għandhiex tapplika wkoll għal kontrolluri u proċessuri li jipprovdu l-mezzi għall-ipproċessar tad-dejta personali għal dawn l-attivitajiet domestiċi jew personali.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-eżenzjoni, l-aktar minħabba l-iżvilupp tan-netwerks soċjali li jippermettu l-qsim ta' informazzjoni ma' mijiet ta' persuni. Il-Qorti tal-Ġustizzja (kawżi C-101/01 u C-73/07) tirrakkomanda l-aċċessibilità "minn numru indefinit ta' persuni" bħala kriterju ta' applikazzjoni ta' din l-eżenzjoni Il-KEPD jikkondividi din il-fehma.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Meta jużaw is-servizzi onlajn, l-individwi jistgħu jiġu assoċjati ma' identifikaturi onlajn ipprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli tagħhom, bħal indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew identifikaturi tal-cookies. Dan jista' jħalli traċċi li, flimkien ma' identifikaturi uniċi u informazzjoni oħra li jirċievu s-servers, jistgħu jintużaw sabiex jinħolqu profili tal-individwi u jidentifikawhom. Minn dan isegwi li n-numri ta' identifikazzjoni, id-dejta ta' lokazzjoni, l-identifikaturi onlajn jew fatturi speċifiċi oħra bħala tali ma għandhomx bżonn neċessarjament li jiġu kkunsidrati bħala dejta personali fiċ-ċirkostanzi kollha.

(24) Meta jużaw is-servizzi onlajn, l-individwi jistgħu jiġu assoċjati ma' identifikaturi onlajn ipprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli tagħhom, bħal indirizzi tal-Protokoll tal-Internet jew identifikaturi tal-cookies. Dan jista' jħalli traċċi li, flimkien ma' identifikaturi uniċi u informazzjoni oħra li jirċievu s-servers, jistgħu jintużaw sabiex jinħolqu profili tal-individwi u jidentifikawhom. Minn dan isegwi li għandu jitwettaq studju ta' kull każ fuq bażi individwali u skont l-iżviluppi teknoloġiċi, dwar jekk in-numri ta' identifikazzjoni, id-dejta ta' lokazzjoni, l-identifikaturi onlajn jew fatturi speċifiċi oħra bħala tali ma għandhomx bżonn neċessarjament li jiġu kkunsidrati bħala dejta personali fiċ-ċirkostanzi kollha.

Ġustifikazzjoni

B'numru dejjem ikbar ta' servizzi online u bi żvilupp teknoloġiku kostanti, għandu jkun hemm livell ogħla ta' protezzjoni tad-dejta personali taċ-ċittadini. Għalhekk jidher indispensabbli l-eżami ta' kull każ fuq bażi individwali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-kunsens għandu jingħata b'mod espliċitu permezz ta' kwalunkwe metodu xieraq li jippermetti indikazzjoni speċifika u informata mogħtija liberament ta' dak li jixtieq is-suġġett tad-dejta, jew fuq dikjarazzjoni jew minn azzjoni affermattiva mis-suġġett tad-dejta, li jassigura li l-individwi huma konxji li qegħdin jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' dejta personali, inkluż billi jimmarkaw kaxxa meta jżuru sit elettroniku tal-Internet jew kwalunkwe dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f'dan il-kuntest tindika b'mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-dejta tal-ipproċessar propost tad-dejta personali tiegħu. Għalhekk, is-silenzju jew l-inattività m'għandhomx jikkostitwixxu kunsens. Il-kunsens għandu jkopri l-attivitajiet kollha tal-ipproċessar imwettqa għall-istess objettiv jew objettivi. Jekk il-kunsens tas-suġġett għandu jingħata wara talba elettronika, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li qiegħda tiġi pprovduta għalih.

(25) Il-kunsens għandu jingħata b'mod espliċitu permezz ta' kwalunkwe metodu xieraq għall-midja użata li jippermetti indikazzjoni speċifika u informata mogħtija liberament ta' dak li jixtieq is-suġġett tad-dejta, jew fuq dikjarazzjoni jew minn azzjoni affermattiva mis-suġġett tad-dejta, li jassigura li l-individwi huma konxji li qegħdin jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' dejta personali, inkluż billi jimmarkaw kaxxa meta jżuru sit elettroniku tal-Internet jew kwalunkwe dikjarazzjoni jew imġiba oħra li f'dan il-kuntest tindika b'mod ċar l-aċċettazzjoni tas-suġġett tad-dejta tal-ipproċessar propost tad-dejta personali tiegħu. Għalhekk, is-silenzju jew l-inattività m'għandhomx jikkostitwixxu kunsens. Dan minkejja l-possibbiltà tal-espressjoni tal-kunsens għall-ipproċessar skont id-Direttiva 2002/58/KE bl-użu tal-konfigurazzjonijiet adatti ta' brawżer jew applikazzjoni oħra. Il-kunsens għandu jkopri l-attivitajiet kollha tal-ipproċessar imwettqa għall-istess objettiv jew objettivi. Jekk il-kunsens tas-suġġett għandu jingħata wara talba elettronika, it-talba għandha tkun ċara, konċiża u li ma toħloqx tfixkil bla bżonn għall-użu tas-servizz li qiegħda tiġi pprovduta għalih.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-istabbiliment ewlieni ta' kontrollur fl-Unjoni għandu jkun stabbilit skont kriterji oġġettivi u għandu jimplika l-eżerċizzju reali u effettiv ta' attivitajiet ta' ġestjoni li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar permezz ta' arranġamenti stabbli. Dan il-kriterju m'għandux jiddependi fuq il-fatt jekk l-ipproċessar tad-dejta personali jsirx effettivament f'dak il-post; il-preżenza u l-użu ta' mezzi tekniċi u teknoloġiji għall-ipproċessar tad-dejta jew l-ipproċessar ta' attivitajiet, minnhom infushom, ma jikkostitwixxux dan l-istabbilment ewlieni u għaldaqstant mhumiex kriterju determinanti għal stabbilment ewlieni. "L-istabbiliment ewlieni tal-proċessur" għandu jkun il-post fejn tinsab l-amministrazzjoni ċentrali fl-Unjoni.

(27) L-istabbiliment ewlieni ta' impriża jew grupp ta' impriżi, sew jekk kontrollur sew jekk proċessur, għandu jintgħażel skont kriterji oġġettivi u għandu jimplika l-eżerċizzju reali u effettiv ta' attivitajiet ta' dejta li jiddeterminaw id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar permezz ta' arranġamenti stabbli. Dan il-kriterju m'għandux jiddependi fuq il-fatt jekk l-ipproċessar tad-dejta personali jsirx effettivament f'dak il-post; il-preżenza u l-użu ta' mezzi tekniċi u teknoloġiji għall-ipproċessar tad-dejta jew l-ipproċessar ta' attivitajiet, minnhom infushom, ma jikkostitwixxux dan l-istabbilment ewlieni u għaldaqstant mhumiex kriterju determinanti għal stabbilment ewlieni.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-kunsens m'għandux jipprovdi raġuni legali valida għall-ipproċessar tad-dejta personali, meta jkun hemm żbilanċ ċar bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur. Dan huwa speċjalment il-każ fejn is-suġġett tad-data jinsab f'sitwazzjoni ta' dipendenza mill-kontrollur, fost oħrajn, fejn id-dejta personali hija pproċessata mill-impjegatur tad-dejta personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg. Fejn il-kontrollur huwa awtorità pubblika, jkun hemm żbilanċ biss fl-operazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta fejn l-awtorità pubblika tista' timponi obbligu permezz tas-setgħat pubbliċi relevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li ġie mogħti awtomatikament, filwaqt li jittieħed kont tal-interessi tas-suġġett tad-dejta.

(34) Il-kunsens m'għandux jipprovdi raġuni legali valida għall-ipproċessar tad-dejta personali, meta jkun hemm żbilanċ ċar bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur. Dan huwa speċjalment il-każ fejn is-suġġett tad-data jinsab f'sitwazzjoni ta' dipendenza mill-kontrollur, fost oħrajn, fejn id-dejta personali hija pproċessata mill-impjegatur tad-dejta personali tal-impjegat fil-kuntest tal-impjieg, jew fejn kontrollur ikollu setgħa sostanzjali fis-suq fir-rigward ta' ċerti prodotti jew servizzi u meta dawn il-prodotti jew servizzi huma offruti bil-kundizzjoni li jingħata l-kunsens għall-ipproċessar ta' dejta personali, jew meta bidla unilaterali u mhux essenzjali f'termini ta' servizz ma tagħti l-ebda għażla oħra lis-suġġett tad-dejta ħlief li jaċċetta l-bidla jew li jabbanduna riżorsa onlajn fejn huwa jkun investa ammont sinifikanti ta' ħin. Fejn il-kontrollur huwa awtorità pubblika, jkun hemm żbilanċ biss fl-operazzjonijiet speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta fejn l-awtorità pubblika tista' timponi obbligu permezz tas-setgħat pubbliċi relevanti tagħha u l-kunsens ma jistax jitqies li ġie mogħti awtomatikament, filwaqt li jittieħed kont tal-interessi tas-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Ħafna siti ta' midja soċjali jwasslu lill-utenti jinvestu ħin u enerġija sinifikanti fl-iżvilupp ta' profili onlajn. Kien ikun hemm żbilanċ ċar, fis-sens tal-proposta tal-Kummissjoni, fi kwalunkwe sitwazzjoni li fiha l-utenti jingħataw l-għażla bejn l-aċċettazzjoni ta' proċessar ta' dejta ġdid u bla bżonn u l-abbandun tal-isforzi li diġà għamlu fir-rigward tal-profil tagħhom. Każ ieħor ta' żbilanċ ċar kien ikun jekk is-suq għas-servizz inkwistjoni jkun monopolistiku/oligopolistiku, sabiex is-suġġett tad-dejta ma jkollux fil-fatt il-possibbiltà reali li jagħżel fornitur ta' servizzi li jirrispetta l-privatezza. Il-portabbiltà tad-dejta ma tindirizzax bis-sħiħ il-kwistjoni, billi ma ssolvix it-telf tal-effetti tan-netwerk f'netwerks soċjali akbar.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) L-interessi leġittimi ta' kontrollur jistgħu jipprovdu bażi legali għall-ipproċessar, diment li l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jkunux aktar importanti. Dan ikun jeħtieġ evalwazzjoni attenta b'mod partikolari fejn is-suġġett tad-dejta jkun minorenni, minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar, għal raġunijiet li huma relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom u mingħajr ħlas. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, il-kontrollur għandu jkun obbligat li jinforma espliċitament lis-suġġett tad-dejta dwar l-interessi leġittimi segwiti u dwar id-dritt li joġġezzjona, u jkun obbligat ukoll li jiddokumenta dawn l-interessi . Minħabba li hija r-responsabbiltà tal-leġiżlatur li jipprovdi bil-liġi l-bażi legali għall-awtoritajiet pubbliċi sabiex jipproċessaw id-dejta, din il-bażi legali ma għandhiex tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(38) L-interessi leġittimi ta' persuna jistgħu jipprovdu bażi legali għall-ipproċessar, diment li l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta ma jkunux aktar importanti. Dan ikun jeħtieġ evalwazzjoni attenta b'mod partikolari fejn is-suġġett tad-dejta jkun minorenni, minħabba li t-tfal jistħoqqilhom protezzjoni speċifika. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għall-ipproċessar, għal raġunijiet li huma relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom u mingħajr ħlas. Sabiex tkun żgurata t-trasparenza, il-kontrollur jew il-partijiet terzi li tintbagħtilhom id-dejta għandhom ikunu obbligati li jinformaw espliċitament lis-suġġett tad-dejta dwar l-interessi leġittimi segwiti u dwar id-dritt li joġġezzjona, u jkunu obbligati wkoll li jiddokumentaw dawn l-interessi leġittimi. Minħabba li hija r-responsabbiltà tal-leġiżlatur li jipprovdi bil-liġi l-bażi legali għall-awtoritajiet pubbliċi sabiex jipproċessaw id-dejta, din il-bażi legali ma għandhiex tapplika għall-ipproċessar mill-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE għandha tinżamm. Ta' min ifakkar li r-Regolament ma jirrigwardax biss id-dinja diġitali iżda se jkun japplika wkoll għall-attivitajiet offlajn. Ċerti setturi, bħal dak tal-pubblikazzjoni tal-ġurnali, għall-finanzjament tal-attivitajiet tagħhom, jeħtieġ li jutilizzaw sorsi esterni biex jikkuntattjaw abbonati ġodda potenzjali.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' persuna fiżika, il-kontrollur tad-dejta m'għandux ikun obbligat li jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-għan waħdieni li jikkonforma ma' xi dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' talba għall-access, il-kontrollur għandu jkun intitolat li jitlob aktar informazzjoni mingħand is-suġġett biex b'hekk ikun jista' jsib id-dejta personali li dik il-persuna qiegħda tfittex.

(45) Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' persuna fiżika, il-kontrollur tad-dejta m'għandux ikun obbligat li jirrikorri għal informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-għan waħdieni li jikkonforma ma' xi dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' talba għall-access, il-kontrollur għandu jkun intitolat li jitlob aktar informazzjoni mingħand is-suġġett biex b'hekk ikun jista' jsib id-dejta personali li dik il-persuna qiegħda tfittex.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Il-prinċipji ta' pproċessar ġust u trasparenti jitolbu li s-suġġett tad-dejta għandu jkun informat b'mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta' pproċessar u l-objettivi tagħha, iż-żmien kemm se ddum maħżuna d-dejta, dwar l-eżistenza tad-dritt ta' aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressqu lment. Fejn id-dejta tinġabar mis-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jiġi infurmat ukoll dwar jekk huwiex obbligat jipprovdu d-dejta u dwar il-konsegwenzi, f'każijiet li ma jipprovdux dik id-dejta.

(48) Il-prinċipji ta' pproċessar ġust u trasparenti jitolbu li s-suġġett tad-dejta għandu jkun informat b'mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta' pproċessar u l-objettivi tagħha, il-kriterji li jippermettu d-determinazzjoni taż-żmien kemm se ddum maħżuna d-dejta għal kull objettiv, dwar l-eżistenza tad-dritt ta' aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressqu lment. Fejn id-dejta tinġabar mis-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jiġi infurmat ukoll dwar jekk huwiex obbligat jipprovdu d-dejta u dwar il-konsegwenzi, f'każijiet li ma jipprovdux dik id-dejta.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex dejjem possibbli li jiġi determinat bi preċiżjoni ż-żmien eżatt kemm se ddum maħżuna d-dejta personali, l-aktar fil-każ li tinżamm għal objettivi differenti.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal dejta li tinġabar dwarha, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b'mod partikolari rigward għal liema għanijiet id-dejta tkun qiegħda tiġi pproċessata, għal liema perjodu, liema riċevituri jirċievu d-dejta, x'inhi l-loġika tad-dejta li għaddejja mill-ipproċessar u x'jistgħu jkunu, għallinqas meta bbażata fuq it-tfassil ta' profili, il-konsegwenzi ta' dan l-ipproċessar. Dan id-dritt ma għandux jaffettwa ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn, inklużi sigrieti tan-negozju jew proprjetà intellettwali u b'mod partikolari d-dritt tal-awtur li jipproteġi s-softwer. Madankollu, ir-riżultat ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet m'għandux ikun li l-informazzjoni kollha tiġi rrifjutata lis-suġġett tad-dejta.

(51) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal dejta li tinġabar dwarha, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b'mod partikolari rigward għal liema għanijiet id-dejta tkun qiegħda tiġi pproċessata, għal liema perjodu, liema riċevituri jirċievu d-dejta, x'inhi l-loġika tad-dejta li għaddejja mill-ipproċessar u x'jistgħu jkunu, għallinqas meta bbażata fuq it-tfassil ta' profili, il-konsegwenzi ta' dan l-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu barra minn hekk ikollu d-dritt li jikkomunika d-dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata u, fuq talba elettronika, kopja elettronika tad-dejta mhux kummerċjali li tkun qiegħda tiġi pproċessata f'format interoperabbli u strutturat li jħallu użu ulterjuri. Dawn id-drittijiet ma għandhomx jaffettwaw ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn, inklużi sigrieti tan-negozju jew proprjetà intellettwali u b'mod partikolari d-dritt tal-awtur li jipproteġi s-softwer. Madankollu, ir-riżultat ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet m'għandux ikun li l-informazzjoni kollha tiġi rrifjutata lis-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex dejjem possibbli li jiġi determinat bi preċiżjoni ż-żmien eżatt kemm se ddum maħżuna d-dejta personali, l-aktar fil-każ li tinżamm għal objettivi differenti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li jkollha dejta personali li tirrigwardaha rettifikata u 'dritt li tkun minsija' meta ż-żamma ta' dejta bħal din ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li d-dejta personali tagħhom titħassar u ma tiġix ipproċessata aktar, meta d-dejta ma tkunx meħtieġa aktar fir-rigward tal-finijiet li għalihom id-dejta tinġabar jew inkella tiġi pproċessata, fejn is-suġġetti tad-dejta jkunu rtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar jew fejn joġġezzjonaw għall-ipproċessar ta' dejta personali li tirrigwardahom jew inkella meta l-ipproċessar tad-dejta personali ma tkunx tikkonforma ma' dan ir-Regolament. Dan id-dritt huwa partikolarment rilevanti, meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu meta kien tifel, meta ma jkunx għal kollox konxju dwar ir-riskji involuti fl-ipproċessar, u aktar tard jixtieq ineħħi din id-dejta personali b'mod speċjali fuq l-Internet. Madankollu, iż-żamma ulterjuri tad-dejta għandha tkun permessa fejn din tkun meħtieġa għal għanijiet ta' storja, statistika u riċerka xjentifika, għal raġunijiet ta' interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, meta jkun meħtieġ mil-liġi jew fejn ikun hemm raġuni li jkun ristrett l-ipproċessar tad-dejta minflok titħassar.

(53) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li jkollha dejta personali li tirrigwardaha rettifikata u 'dritt li tkun minsija' meta ż-żamma ta' dejta bħal din ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt li d-dejta personali tagħhom titħassar u ma tiġix ipproċessata aktar, meta d-dejta ma tkunx meħtieġa aktar fir-rigward tal-finijiet li għalihom id-dejta tinġabar jew inkella tiġi pproċessata, fejn is-suġġetti tad-dejta jkunu rtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar jew fejn joġġezzjonaw għall-ipproċessar ta' dejta personali li tirrigwardahom jew inkella meta l-ipproċessar tad-dejta personali ma tkunx tikkonforma ma' dan ir-Regolament. Dan id-dritt huwa partikolarment rilevanti, meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens tiegħu meta kien tifel, meta ma jkunx għal kollox konxju dwar ir-riskji involuti fl-ipproċessar, u aktar tard jixtieq ineħħi din id-dejta personali b'mod speċjali fuq l-Internet. Madankollu, iż-żamma ulterjuri tad-dejta għandha tkun permessa fejn din tkun meħtieġa għal għanijiet ta' storja, statistika, aggregata u riċerka xjentifika, għal raġunijiet ta' interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika, għall-għan ta' pproċessar ta' dejta dwar is-saħħa għal raġunijiet ta' kura tas-saħħa, għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni, meta jkun meħtieġ mil-liġi jew fejn ikun hemm raġuni li jkun ristrett l-ipproċessar tad-dejta minflok titħassar.

Ġustifikazzjoni

Huwa fl-interess vitali tas-suġġett tad-dejta li tinżamm irreġistrata bis-sħiħ is-saħħa tiegħu sabiex jirċievi l-aħjar kura u trattament matul ħajtu. Id-dritt li jkun minsi m'għandux japplika fejn dejta tiġi pproċessata għall-għanijiet ta' kura tas-saħħa kif stabbilit fl-Artikolu 81(a).

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55) Sabiex isaħħu aktar il-kontroll fuq id-dejta tagħhom u d-dritt tagħhom għall-aċċess, is-suġġetti tad-dejta għandu jkollhom id-dritt, fejn id-dejta personali tkun ipproċessata b'mezzi elettroniċi u f'format strutturat u użat b'mod komuni, li jiksbu kopja tad-dejta dwarhom f'format elettroniku użat komunement. Is-suġġett tad-dejta għandu jitħalla wkoll jittrasmetti dik id-dejta, li kien ipprovda, minn applikazzjoni awtomatizzata, bħal netwerk soċjali, għal oħra. Dan għandu japplika meta s-suġġett tad-dejta pprovda d-dejta lis-sistema ta' pproċessar awtomatizzata, abbażi tal-kunsens tiegħu jew fit-twettiq ta' kuntratt.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Is-suġġett tad-data għandu d-dritt ta' aċċess, kif stabbilit fl-Artikolu 15 tal-proposta għal regolament. Id-dritt ta' aċċess jagħti lil kull persuna kkonċernata d-dritt li tikseb komunikazzjoni tad-dejta personali li hi soġġetta għall-ipproċessar. L-Artikolu 18 jippermetti lis-suġġett tad-data jikseb kopja tad-data tiegħu, ma jagħti l-ebda valur miżjud fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali taċ-ċittadini u joħloq taħwid dwar il-portata eżatta tad-dritt ta' aċċess li huwa dritt kapitali.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58) Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li tkun ibbażata fuq l-ipprofilar permezz ta' pproċessar awtomatizzat. Madankollu, din il-miżura għandha tkun permessa meta tkun espressament awtorizzata mil-liġi, imwettqa waqt id-dħul fi jew it-twettiq ta' kuntratt, jew meta s-suġġett tad-dejta jkun ta l-kunsens. Fi kwalunkwe każ, dan l-ipproċessar għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, inkluża informazzjoni speċifika tas-suġġett tad-dejta u d-dritt li jikseb intervent uman u li miżura bħal din ma għandhiex tirrigwarda tfal.

(58) Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li ma jkunx soġġett għal deċiżjoni li tkun ibbażata fuq l-ipprofilar permezz ta' pproċessar awtomatizzat u li tipproduċi effetti legali negattivi jew tolqot negattivmaent tali suġġett tad-dejta. Dan mhuwiex il-każ għal miżuri relatati ma' komunikazzjoni kummerċjali, pereżempju fil-qasam tal-ġestjoni tar-relazzjonijiet mal-klijenti jew l-akkwist tal-klijenti. Madankollu, din id-deċiżjoni għandha tkun permessa meta tkun espressament awtorizzata mil-liġi, jew meta l-ipproċessar huwa leġittimu skont il-punti (a) sa (fa) tal-Artikolu 6(1). Fi kwalunkwe każ, dan l-ipproċessar għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa, inkluża informazzjoni speċifika tas-suġġett tad-dejta u d-dritt li jikseb intervent uman u li miżura bħal din ma għandhiex tirrigwarda tfal. It-tfassil ta' profili ma għandux ikollu l-effetti diskriminatorji kontra individwi abbażi, pereżempju, ta' razza jew oriġini etnika, reliġjon jew orjentament sesswali, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2).

Ġustifikazzjoni

Il-kliem propost tal-Kummissjoni jimplika li t-tfassil tal-profili kollu għandu konsegwenzi negattivi, filwaqt li xi tfassil tal-profili jista' jkollu ħafna impatti pożittivi; bħal titjib jew personalizzazzjoni tas-servizzi għal konsumaturi simili.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60) Għandha tiġi stabbiliti r-responsabbiltà komprensiva tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f'isem il-kontrollur. B'mod partikolari, il-kontrollur għandu jiżgura u jkun obbligat li juri l-konformità ta' kull operazzjoni ta' pproċessar ma' dan ir-Regolament.

(60) Għandha tiġi stabbilita r-responsabbiltà ġenerali tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f'isem il-kontrollur. B'mod partikolari, il-kontrollur għandu jiżgura u jkun obbligat li juri l-konformità ta' kull operazzjoni ta' pproċessar ma' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Issaħħaħ il-protezzjoni tad-dejta personali. Jeħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu prinċipju ġenerali ta' responsabbiltà tal-kontrollur.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri, ukoll fir-rigward tas-sorveljanza minn u l-miżuri ta' awtoritajiet ta' superviżjoni, titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt dan ir-Regolament, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma' kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta' pproċessar titwettaq f'isem kontrollur

(62) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri, ukoll fir-rigward tas-sorveljanza minn u l-miżuri ta' awtoritajiet ta' superviżjoni, titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt dan ir-Regolament, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma' kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta' pproċessar titwettaq f'isem kontrollur F'każ ta' responsabbiltà in solidum, il-proċessur li rrimedja għad-danni kkawżati lis-suġġett tad-dejta jista' jagħmel appell kontra l-kontrollur biex jitlob rimbors, f'każ li jkun aġixxa konformement mal-att legali li jorbtu ma' dan tal-aħħar.

Ġustifikazzjoni

Il-proċessur huwa definit bħala l-organizzazzjoni li taġixxi f'isem il-kontrollur. Konsegwentement, meta l-proċessur jirrispetta skrupolożament l-istruzzjonijiet li ngħatawlu, tista' tiġi attribwita vjolazzjoni tad-dejta personsali lill-kontrollur u mhux lill-proċessur, mingħajr madankollu ma jintlaqat id-dritt għal remunerazzjoni tas-suġġett tad-data.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65) Sabiex juri l-konformità ma' dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jiddokumenta kull operazzjoni ta' pproċessar. Kull kontrollur u proċessur għandu jkun obbligat li jikkoopera mal-awtorità ta' superviżjoni u jagħmel din id-dokumentazzjoni disponibbli meta tintalab, sabiex tkun tista' sservi għas-sorveljanza ta' dawn l-operazzjonijiet ta' pproċessar.

(65) Sabiex juri l-konformità ma' dan ir-Regolament, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jżomm informazzjoni rilevanti dwar il-kategoriji prinċipali ta' pproċessar imwettqa. Kull kontrollur u proċessur għandu jkun obbligat li jikkoopera mal-awtorità ta' superviżjoni u jagħmel din id-dokumentazzjoni disponibbli meta tintalab, sabiex tkun tista' tassisti l-awtorità superviżorja fl-evalwazzjoni tal-konformità ta' dawn il-kategoriji prinċipali ta' pproċessar ma' dan ir-Regolament.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67) Ksur ta' dejta personali, jekk ma jiġix indirizzat b'mod adegwat u fil-ħin, jista' jirriżulta f'telf ekonomiku sostanzjali u ħsara soċjali, inkluża l-frodi tal-identità, għall-individwu kkonċernat. Għaldaqstant, malli l-kontrollur isir konxju li sar ksur bħal dan, il-kontrollur għandu jinnotifika l-ksur lill-awtorità ta' superviżjoni mingħajr dewmien żejjed u, fejn possibbli, fi żmien 24 siegħa. Meta dan ma jkunx jista' jinkiseb fi żmien 24 siegħa, in-notifika għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni għar-raġunijiet tad-dewmien. L-individwi li d-dejta personali tagħhom tista' tkun affettwata ħażin mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Għandu jitqies li l-ksur jaffettwa b'mod ħażin id-dejta personali jew il-privatezza tas-suġġett tad-dejta fejn jista' jirriżulta, pereżempju, fis-serq ta' identità jew frodi, ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni. In-notifika għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-individwu kkonċernat biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. In-notifiki lis-suġġetti tad-dejta għandhom jsiru malajr kemm jista' jkun raġonevolment fattibbli, u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta' superviżjoni u b'mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra (eż. awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi). Pereżempju, l-opportunità għal suġġetti tad-dejta li jnaqqsu riskju immedjat ta' ħsara, issejjaħ għal notifika immedjata tas-suġġetti tad-dejta filwaqt li l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri xierqa kontra ksur simili jew kontinwu tista' tiġġustifika dewmien itwal.

(67) Ksur ta' dejta personali, jekk ma jiġix indirizzat b'mod adegwat u fil-ħin, jista' jirriżulta f'telf ekonomiku sostanzjali u ħsara soċjali, inkluża l-frodi tal-identità, għall-individwu kkonċernat. Għaldaqstant, malli l-kontrollur isir konxju li sar ksur li jista' jaffettwa b'mod sinifikanti lill-individwu kkonċernat, il-kontrollur għandu jinnotifika l-ksur lill-awtorità ta' superviżjoni mingħajr dewmien żejjed. L-individwi li d-dejta personali tagħhom tista' tkun affettwata ħażin b'mod sinifikanti mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Għandu jitqies li l-ksur jaffettwa b'mod ħażin u sinifikanti d-dejta personali jew il-privatezza tas-suġġett tad-dejta fejn jista' jirriżulta, pereżempju, fis-serq ta' identità jew frodi, ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni. In-notifika għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali kif ukoll rakkomandazzjonijiet lill-individwu kkonċernat biex jitnaqqsu l-effetti negattivi potenzjali. In-notifiki lis-suġġetti tad-dejta għandhom jsiru malajr kemm jista' jkun raġonevolment fattibbli, u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta' superviżjoni u b'mod li jirrispetta l-gwida mogħtija minnha jew minn awtoritajiet rilevanti oħra (eż. awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi). Pereżempju, l-opportunità għal suġġetti tad-dejta li jnaqqsu riskju immedjat ta' ħsara, issejjaħ għal notifika immedjata tas-suġġetti tad-dejta filwaqt li l-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri xierqa kontra ksur simili jew kontinwu tista' tiġġustifika dewmien itwal.

Ġustifikazzjoni

F'każ ta' ksur, il-kontrollur għandu jikkonċentra, għall-ewwel, fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri kollha xierqa biex jimpedixxi t-tkomplija tal-ksur. Obbligu ta' notifika fi żmien 24 siegħa lill-awtorità ta' superviżjoni kompetenti, flimkien ma' sanzjonijiet fil-każ ta' nuqqas ta' ubbidjenza, iġorru r-riskju li jkollhom l-effett oppost. Barra minn hekk, kif ġie stabbilit mill-grupp ta' ħidma tal-Artikolu 29 tal-opinjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2012, in-nofitika ma għandhiex tirrigwarda ksur żgħir biex jiġi evitat piż żejjed fuq l-Awtoritajiet ta' Superviżjoni

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 82

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(82) Il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi wkoll li pajjiż terz, jew territorju jew settur ta' pproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, ma joffrux livell adegwat ta' protezzjoni tad-dejta. Għaldaqstant, it-trasferiment tad-dejta personali lejn dak il-pajjiż terz ma għandux ikun permess. F'dak il-każ, għandu jsir provvediment għal konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali bħal dawn.

(82) Il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi wkoll li pajjiż terz, jew territorju jew settur ta' pproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, ma joffrux livell adegwat ta' protezzjoni tad-dejta. Għaldaqstant, it-trasferiment tad-dejta personali lejn dak il-pajjiż terz għandu jkun permess b'riżerva ta' garanziji xierqa jew skont derogi mħabbra f'dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur issegwi r-rakkomandazzjoni tal-KEPD li jinsabu fl-opinjoni tiegħu tas-7 ta' Marzu 2012 (punt 220).

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 85a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(85a) Grupp ta' kumpaniji li qed jippjana li jissottometti għall-approvazzjoni regoli korporattivi vinkolanti jista' jipproponi awtorità ta' superviżjoni bħala l-awtorità ewlenija. Din għandha tkun l-awtorità ta' superviżjoni tal-Istat Membru li fih jinstab l-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur.

Ġustifikazzjoni

Il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 stabbilixxa sistema għar-rikonoxximent reċiproku ta' regoli korporattivi vinkolanti (WP 107, 14 ta' April 2005). Din is-sistema għandha tiġi inkorporata f'dan ir-Regolament. Il-kriterju għan-nomina tal-awtorità kompetenti għandu jkun il-post tal-istabbiliment ewlieni, kif stabbilit fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 87

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(87) Dawn id-derogi għandhom b'mod partikolari japplikaw għal trasferimenti tad-dejta meħtieġa u neċessarji għall-protezzjoni ta' raġunijiet importanti ta' interess pubbliku, pereżempju f'każijiet ta' trasferimenti internazzjonali ta' dejta bejn awtoritajiet tal-kompetizzjoni, amministrazzjonijiet tad-dwana jew tat-taxxa, awtoritajiet superviżorji finanzjarji, bejn servizzi li huma kompetenti għal kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali jew għal awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

(87) Dawn id-derogi għandhom b'mod partikolari japplikaw għal trasferimenti tad-dejta meħtieġa u neċessarji għall-protezzjoni ta' raġunijiet importanti ta' interess pubbliku, pereżempju f'każijiet ta' trasferimenti internazzjonali ta' dejta bejn awtoritajiet tal-kompetizzjoni, amministrazzjonijiet tad-dwana jew tat-taxxa, awtoritajiet superviżorji finanzjarji, bejn servizzi li huma kompetenti għal kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali, bejn korpi responsabbli għall-ġlieda kontra l-frodi fl-isports, jew għal awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 115

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(115) F'sitwazzjonijiet fejn l-awtorità ta' superviżjoni kompetenti li tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor ma taġixxix jew tkun ħadet miżuri insuffiċjenti fir-rigward ta' lment, is-suġġett tad-dejta jista' titlob lill-awtorità ta' superviżjoni fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu jew tagħha sabiex tressaq proċeduri kontra dik l-awtorità ta' superviżjoni lill-qorti kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor. L-awtorità ta' superviżjoni mitluba tista' tiddeċiedi, soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju, jekk huwiex xieraq li tiġi segwita t-talba jew le.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-opportunità ma tagħti l-ebda valur miżjud liċ-ċittadini u tirriskja li tikkomprometti l-iżvolġiment tajjeb tal-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet ta' superviżjoni fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' superviżjoni tal-konsistenza.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 118

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(118) Kwalunkwe ħsara li tista' ssofri persuna b'riżultat ta' pproċessar illegali għandha tiġi kkumpensata mill-kontrollur jew mill-proċessur, li jistgħu jkunu eżenti mir-responsabbiltà jekk iġibu provi li huma mhumiex responsabbli għall-ħsara, b'mod partikolari jekk jistabbilixxu tort min-naħa tas-suġġett tad-dejta jew f'każ ta' forza maġġuri.

(118) Kwalunkwe ħsara li tista' ssofri persuna b'riżultat ta' pproċessar illegali għandha tiġi kkumpensata mill-kontrollur jew mill-proċessur, li jistgħu jkunu eżenti mir-responsabbiltà jekk iġibu provi li huma mhumiex responsabbli għall-ħsara, b'mod partikolari jekk jistabbilixxu tort min-naħa tas-suġġett tad-dejta jew f'każ ta' forza maġġuri. F'każ ta' responsabbiltà in solidum, il-proċessur li rrimedja għad-danni kkawżati lis-suġġett tad-dejta jista' jagħmel appell kontra l-kontrollur biex jitlob rimbors, f'każ li jkun aġixxa konformement mal-att legali li jorbtu ma' dan tal-aħħar.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal regolament tintroduċi l-prinċipju ġenerali ta' responsabbiltà tal-kontrollur (Artikoli 5f u 22) li jrid jinżamm u jiġi ċċarat. Il-proċessur huwa definit bħala l-organizzazzjoni li taġixxi f'isem il-kontrollur. Jekk il-proċessur ma jsegwix l-istruzzjonijiet li jirċievi, l-Artikolu 26(4) jiddikjara li għandu jitqies li hu kontrollur.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 121 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(121a) Dan ir-Regolament jippermetti li jiġi meqjus il-prinċipju ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti uffiċjali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dejta personali f'dokumenti miżmuma minn awtorità pubblika jew korp pubbliku tista' tiġi żvelata minn din l-awtorità jew dan il-korp skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li tirregola lil dik l-awtorità pubblika jew dak il-korp pubbliku. Tali leġiżlazzjoni għandha tgħaqqad id-dritt għall-protezzjoni ta' dejta personali mal-prinċipju ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti uffiċjali.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 129

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(129) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni fiżiċi u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u li jkun żgurat il-moviment liberu ta' dejta personali fl-Unjoni, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni. B'mod partikolari, għandhom ikunu adottati atti delegati fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet rigward il-kunsens ta' minorenni; l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' dejta; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet għal talbiet u drittijiet eċċessivi b'mod ċar għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta u fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt li wieħed ikun minsi u għat-tħassir; il-miżuri bbażati fuq il-klassifikazzjoni skont profili predefiniti; il-kriterji u r-rekwiżiti fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur u għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b'mod awtomatiku; proċessur; il-kriterji u r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni u s-sigurtà tal-ipproċessar; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta' notifika ta' ksur ta' dejta personali u għan-notifika tagħha lill-awtorità ta' superviżjoni, u f'cirkostanzi fejn ksur ta' dejtapersonali x'aktarx li jaffettwa ħażin lis-suġġett tad-dejta; il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta' pproċessar li jeħtieġu l-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbilment ta' grad għoli ta' riskji speċifiċi li jeħtieġu l-konsultazzjoni minn qabel; il-ħatra u l-kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta; il-kodiċijiet ta' kondotta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni; il-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferimenti permezz ta' regoli korporattivi vinkolanti; id-derogi ta' trasferiment; is-sanzjonijiet amministrattivi; l-ipproċessar għal finijiet ta' saħħa; l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg u l-ipproċessar għal skopijiet ta' storja, statistika u riċerka xjentifika. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(129) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni fiżiċi u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u li jkun żgurat il-moviment liberu ta' dejta personali fl-Unjoni, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni. B'mod partikolari, għandhom ikunu adottati atti delegati fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kriterji u l-kundizzjonijiet rigward il-kunsens ta' minorenni; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta u fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; il-kriterji u r-rekwiżiti fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur; proċessur; il-kriterji u r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni; il-ħatra u l-kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta; il-kodiċijiet ta' kondotta; il-kriterji u r-rekwiżiti għall-mekkaniżmi taċ-ċertifikazzjoni; il-kriterji u r-rekwiżiti għat-trasferimenti permezz ta' regoli korporattivi vinkolanti; l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg u l-ipproċessar għal skopijiet ta' storja, statistika u riċerka xjentifika. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 130

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(130) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet unformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi għal: l-ispeċifikazzjoni tal-formoli standard fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali ta' minorenni; proċeduri u formoli standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta; formoli standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; formoli u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta; forom standard fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b'mod awtomatiku u għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta' ksur ta' dejta personali lill-awtorità ta' superviżjoni u l-komunikazzjoni ta' ksur ta' dejta personali lis-suġġett tad-dejta; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; formoli u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta' protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta' pproċessar f'dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta' konsistenza. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni46. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju.

(130) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet unformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat implimentattivi għal; l-ispeċifikazzjoni tal-formoli standard fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali ta' minorenni; proċeduri u formoli standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta; formoli standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; formoli u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta; forom standard fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b'mod awtomatiku u għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; formoli u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta' protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta' pproċessar f'dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta' konsistenza. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni46. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tqis il-miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 131

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(131) Il-proċedura ta' analiżi għandha tintuża għall-adozzjoni ta' formoli standard ta' speċifikazzjoni fir-rigward tal-kunsens ta' minorenni; proċeduri u formoli standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta; formoli standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; formoli u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; id-dritt għall-portabbiltà tad-dejta; forom standard fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur għall-protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b'mod awtomatiku u għad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta' ksur ta' dejta personali lill-awtorità ta' superviżjoni u l-komunikazzjoni ta' ksur ta' dejta personali lis-suġġett tad-dejta; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; formoli u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; il-livell adegwat ta' protezzjoni li jagħti pajjiż terz jew territorju jew settur ta' pproċessar f'dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta' konsistenza, minħabba li dawk l-atti huma ta' ambitu ġenerali.

(131) Il-proċedura ta' analiżi għandha tintuża għall-adozzjoni ta' formoli standard ta' speċifikazzjoni fir-rigward tal-kunsens ta' minorenni; proċeduri u formoli standard għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta; formoli standard għall-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta; formoli u proċeduri standard fir-rigward tad-dritt tal-aċċess; forom standard fir-rigward tar-responsabbiltà tal-kontrollur fil-qasam tad-dokumentazzjoni; rekwiżiti speċifiċi għas-sigurtà tal-ipproċessar; il-format standard u l-proċeduri għan-notifika ta' ksur ta' dejta personali lill-awtorità ta' superviżjoni u l-komunikazzjoni ta' ksur ta' dejta personali lis-suġġett tad-dejta; standards u proċeduri għall-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta; formoli u proċeduri għall-awtorizzazzjoni minn qabel u l-konsultazzjoni minn qabel; mekkaniżmi u standards tekniċi għaċ-ċertifikazzjoni; l-iżvelar mhux awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni; l-assistenza reċiproka; l-operazzjonijiet konġunti; id-deċiżjonijiet taħt il-mekkaniżmu ta' konsistenza, minħabba li dawk l-atti huma ta' ambitu ġenerali.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 139

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(139) Fid-dawl tal-fatt li, kif sottolineat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali mhux dritt assolut, imma jrid ikun ikkunsidrat f'relazzjoni mal-funzjoni tiegħu f'soċjetà u jkun bilanċjat ma' drittijiet fundamentali oħra, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-Trattati, b'mod speċjali d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u ta' dik tal-familja, dar u komunikazzjonijiet, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, il-libertà ta' espressjoni u l-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll id-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika.

(139) Fid-dawl tal-fatt li, kif sottolineat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, id-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali mhux dritt assolut, imma jrid ikun ikkunsidrat f'relazzjoni mal-funzjoni tiegħu f'soċjetà u jkun bilanċjat ma' drittijiet oħra stabbiliti permezz tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea , skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif stabbiliti fit-Trattati, b'mod speċjali d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u ta' dik tal-familja, dar u komunikazzjonijiet, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, il-libertà ta' espressjoni u l-informazzjoni, il-libertà tal-intrapriża u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust kif ukoll id-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni;

imħassar

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) minn persuna fiżika mingħajr ebda interess ta' qligħ matul l-attività esklussivament personali jew domestika tagħha;persuni fiżiċi

(d) minn persuna fiżika mingħajr ebda interess ta' qligħ matul l-attività esklussivament personali jew domestika tagħha u bil-kundizzjoni li l-ebda dejta personali ma ssir aċċessibbli għal numru indefinit ta' persuni;

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni ta' din l-eżenzjoni, l-aktar minħabba l-iżvilupp tan-netwerks soċjali li jippermettu l-qsim ta' informazzjoni ma' mijiet ta' persuni. Il-Qorti tal-Ġustizzja (kawżi C-101/01 u C-73/07) tirrakkomanda l-aċċessibilità "minn numru indefinit ta' persuni" bħala kriterju ta' applikazzjoni ta' din l-eżenzjoni. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) huwa tal-istess fehma.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) minn awtoritajiet kompetenti għat-tħejjija u t-tixrid tal-istatistika uffiċjali li tkun fdata lilhom.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitnaqqas il-piż tal-għoti ta' risposta lil dawk li ġew mistħarrġa, l-NSIs u l-Kummissjoni se jkollhom id-dritt ta' aċċess liberu u użu tar-reġistri amministrattivi xierqa, li jappartjenu għas-sistemi rispettivi tal-Amministrazzjoni Pubblika kif meħtieġ għall-implimentazzjoni, it-tħejjija u t-tixrid tal-istatistika Ewropea.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) li tkun saret anonima.

Ġustifikazzjoni

Skont id-definizzjoni, dejta anonima ma tikkostitwixxix dejta personali.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec) mill-awtoritajiet kompetenti għat-tħejjija tal-listi elettorali;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitnaqqas il-piż tal-għoti ta' risposta lil dawk li ġew mistħarrġa, l-NSIs u l-Kummissjoni se jkollhom id-dritt ta' aċċess liberu u użu tar-reġistri amministrattivi xierqa, li jappartjenu għas-sistemi rispettivi tal-Amministrazzjoni Pubblika kif meħtieġ għall-implimentazzjoni, it-tħejjija u t-tixrid tal-istatistika Ewropea.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) 'suġġett tad-dejta' tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista' tkun identifikata, direttament jew indirettament, b'mezzi li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, b'mod partikolari b'referenza għal numru ta' identifikazzjoni, dejta dwar il-lok, identifikatur onlajn jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna;

(1) 'suġġett tad-dejta' tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista' tkun identifikata, direttament jew indirettament, b'mezzi li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn persuna fiżika jew ġuridika, b'mod partikolari b'referenza għal numru ta' identifikazzjoni, dejta dwar il-lok, identifikatur onlajn jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta' dik il-persuna;

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) 'dejta anonima' tfisser informazzjoni li qatt ma ġiet relatata ma' suġġett tad-dejta jew inġabret, inbidlet jew ġiet ipproċessata mod ieħor biex ma tkunx tista' tiġi attribwita għal suġġett tad-dejta;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) 'dejta psewdonoma' tfisser kwalunkwe dejta personali li nġabret, inbidlet jew ġiet ipproċessata mod ieħor sabiex ma tkunx tista' tiġi attribwita għal suġġett tad-dejta mingħajr l-użu ta' dejta addizzjonali li hija suġġetta għal kontrolli tekniċi u organizzattivi separati u disinti biex jiżguraw li ma ssirx tali attribuzzjoni;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) 'tfassil ta' profili' tfisser kull forma ta' proċessar awtomatizzat maħsub biex jivvaluta, jew jiġġenera dejta dwar, aspetti li għandhom x'jaqsmu ma' persuni fiżiċi jew biex janalizza jew jipprevedi ir-rendiment fix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi, l-affidabilità, l-aġir jew il-personalità ta' persuna fiżika;

Ġustifikazzjoni

It-tfassil ta' profili jista' jinvolvi riskji serji għas-suġġetti tad-dejta. Dan għandu tendenza li jsaħħaħ id-diskriminazzjonijiet, jagħmel id-deċiżjonijiet anqas trasparenti u jġorr riskju inevitabbli ta' deċiżjonijiet ħżiena. Għal dawn ir-raġunijiet għandu jiġi rregolat b'mod strett: l-użu tiegħu għandu jiġi limitat b'mod ċar, u f'dawk il-każijiet fejn jista' jintuża, għandu jkun hemm salvagwardji kontra d-diskriminazzjoni u s-suġġetti tad-dejta għandhom ikunu jistgħu jirċievu informazzjoni ċara u sinifikanti dwar il-loġika tat-tfassil ta' profili u l-konsegwenzi tiegħu. Filwaqt li xi gruppi jqisu t-tfassil ta' profil bħala rimedju għal bosta problemi, wieħed għandu jinnota li hemm riċerka sinifikanti li tindirizza l-limitazzjonijiet tiegħu. Notevolment, it-tfassil ta' profil għandu t-tendenza li jkun inutli għal xi karatteristiċi rari ħafna, minħabba r-riskju ta' pożittivi foloz. Barra minn dan, jista' jkun diffiċli jew impossibbli biex il-profili jiġu vverifikati. Il-profili humma bbażati fuq algoritmi kumplessi u dinamiċi li jevolvu b'mod kostanti u li huwa diffiċli li wieħed jispjegahom lis-suġġetti tad-dejta. Spiss, dawn l-algoritmi jikkwalifikaw bħala sigrieti kummerċjali u ma jingħatawx faċilment lis-suġġetti tad-dejta. Madankollu, meta l-persuni fiżiċi jiġu soġġetti għat-tfassil ta' profil, għandhom ikunu intitolati għal informazzjoni dwar il-loġika li tkun intużat fil-miżura, kif ukoll spjegazzjoni tad-deċiżjoni finali jekk ikun inkiseb intervent uman. Dan jgħin biex inaqqas in-nuqqas ta' trasparenza, li jista' jimmina l-fiduċja fl-ipproċessar tad-dejta u jista' jwassal għat-telf ta' fiduċja l-aktar f'servizzi onlajn. Hemm ukoll riskju serju li jintużaw b'mod mifrux profili mhux affidabbli u (fil-fatt) diskriminatorji, fi kwistjonijiet ta' importanza kbira lil individwi u gruppi, u din hija l-motivazzjoni għal bosta tibdiliet issuġġeriti f'dan l-Artikolu li għandhom l-għan li jtejbu l-protezzjoni tas-suġġetti tad-dejta mid-diskriminazzjoni. B'rabta ma' dan, l-użu ta' dejta sensittiva fil-ġenerazzjoni ta' profili wkoll għandu jiġi ristrett.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) 'kontrollur' tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma' oħrajn jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' dejta personali; meta l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi tal-ħatra tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta' Stat Membru;

(5) 'kontrollur' tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma' oħrajn jiddetermina l-objettivi tal-ipproċessar ta' dejta personali; meta l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta' Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi tal-ħatra tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta' Stat Membru;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) 'dejta ġenetika' tfisser id-dejta kollha, ta' kwalunkwe tip, li tirrigwarda l-karatteristiċi ta' individwu li jintirtu jew jinkisbu waqt l-iżvilupp bikri ta' qabel it-twelid.

(10) 'dejta ġenetika' tfisser informazzjoni dwar il-karatteristiċi ereditarji, jew it-tibdil tagħhom, ta' persuna identifikata jew identifikabbli, miksuba permezz ta' analiżi tal-aċidu nuklejku;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni proposta hija wiesgħa wisq u tbiddel karatteristiċi li jintirtu bħall-kulur tax-xagħar u tal-għajnejn f'dejta sensittiva li teħtieġ protezzjoni ogħla. Il-bidla proposta hija bbażata fuq standards internazzjonali eżistenti.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) 'stabbiliment ewlieni' tfisser fir-rigward tal-kontrollur, il-post tal-istabbilment tiegħu fl-Unjoni fejn id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali huma meħuda; jekk fl-Unjoni ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali, l-istabbilment ewlieni huwa l-post fejn isiru l-attivitajiet ta' pproċessar ewlenin fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment ta' kontrollur fl-Unjoni. Fir-rigward tal-proċessur, 'stabbilment ewlieni' tfisser il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tiegħu fl-Unjoni;

(13) 'stabbiliment ewlieni' tfisser il-post tal-istabbilment tal-impriżi jew tal-grupp ta' impriżi fl-Unjoni, sew jekk kontrollur sew jekk proċessur, fejn id-deċiżjonijiet ewlenin dwar l-għanijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-dejta personali huma meħuda.

 

Il-kriterji oġġettivi li ġejjin jistgħu jitqiesu fost oħrajn:

 

(1) Il-post tas-sede tal-kontrollur jew tal-proċessur;

 

 

 

(2) Il-post tal-entità fi ħdan grupp ta' impriżi li tinsab fl-aħjar pożizzjoni f'termini ta' funzjonijiet maniġerjali u responsabbiltajiet amministrattivi biex tittratta u tinforza r-regoli kif stabbiliti f'dan ir-Regolament; jew

 

(3) il-post fejn huma eżerċitati attivitajiet maniġerjali effettivi u reali li jiddeterminaw l-ipproċessar tad-dejta permezz ta' arranġamenti stabbli.

 

(a) L-impriża jew il-grupp ta' impriżi fl-Unjoni, sew jekk kontrollur sew jekk proċessur, għandhom jiddeżinjaw l-istabbiliment ewlieni għall-għan ta' konformità mal-protezzjoni tad-dejta u għandhom jinnotifikaw dan lill-awtorità ta' superviżjoni rilevanti;

 

(b) L-awtorità ta' superviżjoni notifikata tista' f'każijiet ta' nuqqas ta' qbil dwar id-deżinjazzjoni tal-istabbiliment ewlieni titlob l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) 'awtorità ta' superviżjoni kompetenti' tfisser awtorità ta' superviżjoni b'kompetenza esklużiva biex tikkontrolla l-attivitajiet ta' pproċessar tal-kontrollur jew tal-proċessur, skont l-Artikolu 51(2);

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 19b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) 'statistika uffiċjali' tfisser l-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva, aggregata u rappreżentattiva, li tikkaratterizza fenomenu kollettiv f'popolazzjoni partikolari;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 4, punt 19c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19c) 'listi elettorali' tfisser dejta personali u dejta marbuta mal-post tar-residenza, tal-persuni bid-dritt ta' vot;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta' informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

(c) adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun ipproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, l-għanijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta' informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla, li tippermetti pproċessar "mhux eċċessiv" hija aktar xierqa. Hija tikkonsisti f'riferiment għall-formulazzjoni tad-Direttiva oriġinali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta 95/46/KE u għandha l-għan li tevita inkonsistenzi ma' regoli oħra tal-UE, bħalma huma d-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur u l-Pakkett dwar ir-Rekwiżiti Kapitali, li jirrikjedu wkoll, pereżempju, li l-istituzzjonijiet tas-self jipproċessaw dejta personali.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) eżatta u miżmuma aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx eżatta, meħud kont tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien;

(d) eżatta u meta jkun meħtieġ, miżmuma aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx eżatta, meħud kont tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tissewwa mingħajr dewmien;

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' aktar ċarezza, sempliċità u effikaċja.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) miżmuma b'mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali; id-dejta personali tista' tinħażen għal perjodi itwal sakemm id-dejta tiġi pproċessata unikament għal għanijiet ta' riċerka storika, xjentifika jew ta' statistika skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 83 u jekk titwettaq reviżjoni perjodika biex tiġi vvalutata l-ħtieġa li titkompla l-ħażna;

(e) miżmuma b'mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali; id-dejta personali tista' tinħażen għal perjodi itwal sakemm id-dejta tiġi pproċessata unikament għal għanijiet ta' riċerka storika, xjentifika, aggregata jew ta' statistika skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet tal-Artikoli 81 u 83 u jekk titwettaq reviżjoni perjodika biex tiġi vvalutata l-ħtieġa li titkompla l-ħażna;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet tal-interessi leġittimi segwiti minn kontrollur, ħlief meta dawn l-interessi huma megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta li jeħtieġu l-protezzjoni tad-dejta personali, b'mod partikolari meta s-suġġett tad-dejta jkun minuri. Dan m'għandux japplika għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-għanijiet tal-interessi leġittimi segwiti minn kontrollur jew minn parti terza jew partijiet terzi li lilhom id-data tiġi kkomunikata, ħlief meta dawn l-interessi huma megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-dejta li jeħtieġu l-protezzjoni tad-dejta personali, b'mod partikolari meta s-suġġett tad-dejta jkun minuri. Dan m'għandux japplika għall-ipproċessar li jsir minn awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur tipproponi li tistabbilixxi l-formulazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE. Ta' min ifakkar li r-Regolament ma jirrigwardax biss id-dinja diġitali iżda se jkun japplika wkoll għall-attivitajiet offlajn. Ċerti setturi, bħal dak tal-pubblikazzjoni tal-ġurnali, għall-finanzjament tal-attivitajiet tagħhom, jeħtieġu li jutilizzaw sorsi esterni biex jikkuntattjaw abbonati ġodda potenzjali.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) l-ipproċessar huwa neċessarju għal skopijiet ta' identifikazzjoni u prevenzjoni ta' frodi skont regolament finanzjarju applikabbli jew industrija stabbilita, jew korp professjonali, kodiċi ta' prattika.

Ġustifikazzjoni

L-esperjenza fil-prattika wriet li "obbligu legali" ma jinkludix ir-regolament finanzjarju jew il-kodiċijiet ta' kondotta nazzjonali li huma fundamentali fil-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi, tal-ogħla importanza għall-kontrolluri tad-dejta u għall-protezzjoni tas-suġġetti tad-dejta.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn l-għan tal-ipproċessar ulterjuri mhuwiex kompatibbli ma' dak li għalih inġabret id-dejta personali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali tal-inqas f'waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1. Dan għandu japplika b'mod speċjali għal kwalunkwe bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' kuntratt.

4. Fejn l-għan tal-ipproċessar ulterjuri mhuwiex kompatibbli ma' dak li għalih inġabret id-dejta personali, l-ipproċessar għandu jkollu bażi legali tal-inqas f'waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1. Dan għandu japplika b'mod speċjali għal kwalunkwe bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta' kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Din ir-referenza għandha tinkludi l-punt (f) tal-paragrafu 1 peress li inkella japplikaw kundizzjonijiet aktar stretti għall-ipproċessar sussegwenti milli għall-ġbir ta' dejta personali.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1 għal diversi setturi u sitwazzjonijiet ta' pproċessar tad-dejta, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali li tirrigwarda lil minorenni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal regolament tipprevedi numru konsiderevoli ta' atti delegati li mhuwiex ġustifikat. Speċifikament, teżisti ġurisprudenza fil-qasam, u l-kwistjoni tal-kunsens għall-ipproċessar tad-dejta personali tal-minorenni hija rregolata mill-Artikolu 8.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-dejta għandu jingħata fil-kuntest ta' dikjarazzjoni bil-miktub li tirrigwarda wkoll kwistjoni oħra, ir-rekwiżit biex jingħata kunsens għandu jiġi ppreżentat b'mod li jintgħaraf fid-dehra tiegħu minn din il-kwistjoni l-oħra.

2. Jekk il-kunsens tas-suġġett tad-dejta għandu jingħata fil-kuntest ta' dikjarazzjoni bil-miktub li tirrigwarda wkoll kwistjoni oħra, ir-rekwiżit biex jingħata kunsens għandu jiġi ppreżentat b'mod li jintgħaraf fid-dehra tiegħu minn din il-kwistjoni l-oħra. Il-permess tas-suġġett tad-dejta jista' jintalab elettronikament, partikolarment fil-kuntest ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fil-każ li s-suġġett tad-dejta jirtira l-kunsens tiegħu, il-kontrollur jista' jirrifjuta li jipprovdi iżjed servizzi lis-suġġett tad-dejta jekk l-ipproċessar tad-dejta huwa vitali għall-provvista tas-servizz jew biex jiġi żgurat li jinżammu l-karatteristiċi tas-servizz.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-kunsens ma għandux jipprovdi bażi legali għall-ipproċessar, meta jkun hemm nuqqas ta' bilanċ sinifikanti bejn il-pożizzjoni tas-suġġett tad-dejta u l-kontrollur.

4. Il-kunsens ma għandux jipprovdi bażi legali għall-ipproċessar, meta jkun hemm nuqqas ta' bilanċ sinifikanti bejn il-pożizzjoni tas-suġġett tad-dejta u l-kontrollur, li jirriżulta f'nuqqas ta' libertà fl-għoti ta' kunsens.

Ġustifikazzjoni

Kien hemm bżonn ta' ċertezza tad-dritt ulterjuri minħabba li hemm numru ta' sitwazzjonijiet fejn hemm żbilanċ sinifikanti bejn is-suġġett tad-dejta u l-kontrollur tad-dejta; pereżempju relazzjoni ta' impjieg, relazzjoni bejn tabib u pazjent eċċ. L-importanza hawnhekk għandha tkun ikkonċentrata fuq in-nuqqas ta' libertà meta jingħata l-kunsens.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih persuna li ma għandhiex il-kapaċità ġuridika li taġixxi għandha tapplika biex jiġu determinati l-kundizzjonijiet li bihom jingħata l-kunsens jew jiġi awtorizzat minn din il-persuna.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-offerta ta' servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni direttament lil minorenni, l-ipproċessar tad-dejta personali ta' minorenni taħt il-13-il sena għandu jkun legali biss jekk u sal-punt li l-kunsens jingħata mill-ġenitur jew mill-kustodju tal-minorenni. Il-kontrollur għandu jagħmel kull sforz raġonevoli sabiex jikseb il-kunsens verifikabbli, filwaqt li jieħu inkonsiderazzjoni t-teknoloġija disponibbli.

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-ipproċessar tad-dejta personali ta' minorenni taħt il-13-il sena normalment ikun jirrikjedi li l-kunsens jingħata jew jiġi awtorizzat mill-ġenitur jew mir-rappreżentant legali tal-minorenni. Il-formola adatta għall-ksib tal-kunsens għandha tkun ibbażata fuq kwalunkwe riskju li jinħoloq għall-minorenni bl-ammont ta' dejta, it-tip tagħha u n-natura tal-ipproċessar. Il-kontrollur għandu jagħmel kull sforz raġonevoli sabiex jikseb il-kunsens verifikabbli, filwaqt li jieħu inkonsiderazzjoni t-teknoloġija disponibbli. Il-metodi biex jinkiseb kunsens verifikabbli ma għandhomx iwasslu għal aktar ipproċessar tad-dejta personali li inkella ma jkunx meħtieġ.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-paragrafi 1, 2, u 3 ma għandhomx japplikaw meta l-ipproċessar tad-dejta personali ta' minorenni jikkonċerna dejta dwar is-saħħa u fejn il-liġi tal-Istat Membru fil-qasam tas-saħħa u l-kura soċjali tagħti prijorità lill-kompetenza ta' individwu fuq l-età fiżika.

Ġustifikazzjoni

Fil-kuntest ta' saħħa u kura soċjali l-awtorizzazzjoni minn ġenitur jew gwardjan ta' minorenni ma għandhiex tkun neċessarja meta l-minorenni jkollu l-kompetenza li jieħu deċiżjoni għalih innifsu. F'Każijiet ta' Protezzjoni ta' Minorenni, mhuwiex dejjem fl-interessi tas-suġġett tad-dejta li l-ġenitur jew il-kustodju tiegħu jkollu aċċess għad-dejta tiegħu u dan jeħtieġ li jiġi rifless fil-leġiżlazzjoni.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ipproċessar ta' dejta personali, li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija fi trejdjunjins, u l-ipproċessar ta' dejta ġenetika jew dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew sentenzi kriminali jew miżuri relatati ta' sigurtà għandu jkun ipprojbit.

1. L-ipproċessar ta' dejta personali, li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija u l-attivitajiet fi trejdjunjins, u l-ipproċessar ta' dejta ġenetika jew dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew sentenzi kriminali jew miżuri relatati ta' sigurtà għandu jkun ipprojbit. B'mod partikolari, dan jinkludi salvagwardji għall-prevenzjoni tal-projbizzjoni ta' ħaddiema, pereżempju fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom fit-trade unions jew ir-rwoli tagħhom ta' rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà.

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa speċifikazzjoni ulterjuri li d-dejta personali mhux ser tintuża qatt kontra s-suġġett tad-dejta f'kuntest ta' impjieg. Barra minn hekk, huwa importanti li jkun enfasizzat li l-aċċess għad-dejta personali tal-ħaddiema għandu jkun ipprojbit fit-termini tas-sħubija tagħhom fi trade union iżda wkoll fit-termini ta' kwalunkwe attività tal-union li jistgħu jieħdu sehem fihom.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali; jew

(f) l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet inkwistjoni fi proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv ta' kwalunkwe tip; jew

Ġustifikazzjoni

Jidher xieraq li tiddaħħal referenza ta' amplifikazzjoni b'mod li jkun ċar li din it-tip ta' dejta tista' tiġi pproċessata meta l-għan huwa li jiġu stabbiliti, eżerċitati jew difiżi t-talbiet inkwistjoni fi proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv ta' kwalunkwe tip.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) l-ipproċessar ta' dejta relatata ma' kundanni kriminali jew miżuri ta' sigurtà relatati għandu jsir taħt il-kontroll ta' awtorità uffiċjali jew fejn l-ipproċessar ikun neċessarju għal konformità ma' obbligu legali jew regolatorju li jkun soġġett għalih il-kontrollur, jew għat-twettiq ta' ħidma mwettqa għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku, u sakemm jiġi awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li qiegħed jipprovdi għas-salvagwardji xierqa. Reġistru komplet ta' kundanni kriminali għandu jinżamm biss taħt il-kontroll ta' awtorità uffiċjali.

(j) l-ipproċessar ta' dejta relatata ma' kundanni kriminali jew miżuri ta' sigurtà relatati għandu jsir taħt il-kontroll ta' awtorità uffiċjali jew fejn l-ipproċessar ikun neċessarju għal konformità ma' obbligu legali jew regolatorju li jkun soġġett għalih il-kontrollur, jew għat-twettiq ta' ħidma mwettqa għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku, u sakemm jiġi awtorizzat mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru li qiegħed jipprovdi għas-salvagwardji xierqa. Reġistru komplet jew parzjali ta' kundanni kriminali għandu jinżamm biss taħt il-kontroll ta' awtorità uffiċjali.

Ġustifikazzjoni

Għal kull reġistru ta' dan it-tip, kemm komplet jew parzjali, għandu jkun taħt il-kontroll tal-awtoritajiet uffiċjali.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji, il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-ipproċessar tal-kategoriji speċjali ta' dejta personali msemmija fil-paragrafu 1 u l-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Is-suppożizzjoni tad-delega li tinsab fil-paragrafu 3 fil-fehma tagħna hija eċċessiva, u dan isir f'qasam partikolarment sensittiv għat-tip ta' dejta li din ir-regola tirreferi għaliha. Konsegwentement, jirriżulta aktar xieraq li dawn l-aspetti jiġu implimentati f'dan ir-Regolament.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix lill-kontrollur jidentifika persuna fiżika, il-kontrollur m'għandux ikun obbligat li jakkwista informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-iskop uniku li jikkonforma ma' xi dispożizzjoni minn dan ir-Regolament.

Jekk id-dejta pproċessata minn kontrollur ma tippermettix lill-kontrollur jidentifika persuna fiżika, il-kontrollur m'għandux ikun obbligat li jirrikorri għal informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-dejta għall-iskop uniku li jikkonforma ma' xi dispożizzjoni minn dan ir-Regolament.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrollur għandu jipprovdi kull informazzjoni u kull komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta' dejta personali lis-suġġett tad-dejta f'forma li tinftiehem, permezz ta' lingwaġġ ċar u ħafif, adattat għas-suġġett tad-dejta, b'mod partikolari għal informazzjoni indirizzata speċifikament lil minorenni.

2. Il-kontrollur għandu jipprovdi kull informazzjoni u kull komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta' dejta personali lis-suġġett tad-dejta f'forma li tinftiehem, permezz ta' lingwaġġ ċar u ħafif, b'mod partikolari għal informazzjoni indirizzata speċifikament lil minorenni.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni jew il-komunikazzjoni relatati mal-ipproċessar tad-dejta jridu jkunu ċari u jinftiehmu. L-inklużjoni tal-kliem "adattat għas-suġġett tad-dejta" tirriskja li toħloq inċertezza tad-dritt. Jidher proporzjonat li jiġi impost obbligu partikolari esklużivament fir-rigward tal-minorenni li jikkostitwixxu kategorija speċifika.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien u, sa mhux aktar minn xahar minn meta jirċievi t-talba, jekk ittieħdetx jew le xi azzjoni skont l-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19 u biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Dan il-perjodu jista' jittawwal b'xahar ieħor, jekk diversi suġġetti tad-dejta jeżerċitaw id-dritt tagħhom u l-kooperazzjoni tagħhom hija meħtieġa sa punt raġonevoli biex jiġi evitat sforz sproporzjonat u mhux meħtieġ min-naħa tal-kontrollur. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f'forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f'forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta.

2. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien u, sa mhux aktar minn 40 jum ta' kalendarju minn meta jirċievi t-talba, jekk ittieħdetx jew le xi azzjoni skont l-Artikolu 13 u l-Artikoli 15 sa 19 u biex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa. Dan il-perjodu jista' jittawwal aktar, jekk diversi suġġetti tad-dejta jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirriżulta f'numru kbir u eċċezzjonali ta' talbiet u l-kooperazzjoni tagħhom hija meħtieġa sa punt raġonevoli biex jiġi evitat sforz sproporzjonat u mhux meħtieġ min-naħa tal-kontrollur. Madankollu, il-kontrollur għandu jikkonforma mat-talbiet mill-aktar fis prattikabbli u, jekk mitlub, għandu jiġġustifika din l-estensjoni lill-awtorità ta' superviżjoni. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub jew, fejn ikun fattibbli, il-kontrollur tad-dejta jista' jagħti aċċess għal pjattaforma sikura onlajn li tagħti lis-suġġett tad-dejta b'aċċess dirett għad-dejta personali tiegħu. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f'forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f'forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta jew mhux disponibbli f'dak il-format.

Ġustifikazzjoni

It-tneħħija tat-tariffa tista' twassal għal żieda f'talbiet għal aċċess għad-dejta, li flimkien ma' limitu qasir ta' żmien toħloq piż kbir fuq il-kumpaniji kif ukoll fuq diversi organizzazzjonijiet u korpi pubbliċi. Barra minn hekk, id-dokumentazzjoni tad-dejta mhijiex dejjem disponibbli f'kopja elettronika u ż-żieda ta' dan l-obbligu jżid il-piż amministrattiv. Il-kontrolluri għandhom jitħallew u jiġu inkoraġġiti jagħtu dejta fuq pjattaformi sikuri onlajn li jagħtu aċċess dirett u faċli għas-suġġett tad-dejta bi prezz irħis ħafna għall-kontrolluri.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-informazzjoni u l-azzjonijiet meħuda fuq talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bla ħlas. Meta t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b'mod partikolari minħabba l-karattru ripetittiv tagħhom, il-kontrollur jista' jitlob ħlas talli jipprovdi l-informazzjoni jew jieħu l-azzjoni mitluba, jew il-kontrollur jista' ma jiħux l-azzjoni mitluba. F'dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa' r-responsabbiltà li jagħti prova tan-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

4. L-informazzjoni u l-azzjonijiet meħuda fuq talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bla ħlas. Meta t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b'mod partikolari minħabba l-volum għoli, il-kumplessità jew il-karattru ripetittiv tagħhom, il-kontrollur jista' jitlob ħlas adegwat, mhux għall-profitti, talli jipprovdi l-informazzjoni jew jieħu l-azzjoni mitluba, jew il-kontrollur jista' jirrifjuta li jieħu l-azzjoni mitluba. F'dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa' r-responsabbiltà li jagħti prova tan-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

Ġustifikazzjoni

Il-forniment tad-dejta miżmuma f'bażi tad-dejta għandha l-kost tagħha. It-talba ta' kontribut adegwat, mhux għall-profitti, mingħand is-suġġetti tad-dejta għall-aċċess għad-dejta tista' tgħin sabiex tillimita t-talbiet frivoli u hija kritika sabiex tiskoraġġixxi lil dawk li jwettqu l-frodi milli jiksbu volumi għolja ta' dejta ta' kreditu tal-konsumaturi li tista' tintuża għall-finijiet frodulenti.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għat-talbiet manifestament eċċessivi u l-ħlasijiet imsemmija fil-paragrafu 4.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex il-każ li din id-dispożizzjoni tiġi ppreċiżata iktar permezz ta' att delegat. L-awtoritajiet ta' superviżjoni tal-Istati Membri huma f'pożizzjoni aħjar biex jirmedjaw għad-diffikultajiet eventwali.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi formoli standard u proċeduri standard ta' speċifika għall-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, inkluż il-format elettroniku. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet ta' superviżjoni tal-Istati Membri huma f'pożizzjoni aħjar biex jirmedjaw għad-diffikultajiet eventwali.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-kontrollur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta;

(a) id-dettalji ta' kuntatt tal-kontrollur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta;

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-għanijiet tal-ipproċessar li għalihom hija maħsuba d-dejta personali, inklużi t-termini tal-kuntratt u l-kundizzjonijiet ġenerali meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (b) tal-Artikolu 6(1) u l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

(b) l-għanijiet tal-ipproċessar li għalihom hija maħsuba d-dejta personali, u l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrollur meta l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-punt (f) tal-Artikolu 6(1);

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-perjodu li matulu d-dejta personali tkun se tinħażen;

(c) il-perjodu li matulu d-dejta personali tkun se tinħażen, jew jekk dan ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi ddeterminat dan il-perjodu;

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) id-dritt li wieħed iressaq ilment lill-awtorità ta' superviżjoni u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità ta' superviżjoni;

(e) id-dritt li wieħed iressaq ilment lill-awtorità ta' superviżjoni;

Ġustifikazzjoni

Obbligu li jiġu speċifikati dettalji ta' kuntatt tal-awtorità superviżorja assoċjat ma' responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni żbaljata jkun jeħtieġ reviżjoni kontinwa tal-informazzjoni rilevanti, li tkun sproporzjonata għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju b'mod partikolari.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) fejn japplika, li l-kontrollur għandu l-ħsieb li jittrasferixxi lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u l-livell ta' protezzjoni mogħti minn dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali permezz ta' referenza għal deċiżjoni xierqa mill-Kummissjoni;

(g) fejn japplika, li l-kontrollur għandu l-ħsieb li jittrasferixxi lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u l-eżistenza jew l-assenza ta' deċiżjoni xierqa mill-Kummissjoni;

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni dwar deċiżjoni jew l-assenza ta' deċiżjoni min-naħa tal-Kummissjoni, tiżgura livell suffiċjenti ta' informazzjoni tas-suġġett tad-dejta u tiċċara l-obbligu tal-kontrollur.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa sabiex tiggarantixxi pproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-dejta, billi jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tinġabar id-dejta personali.

(h) kwalunkwe informazzjoni oħra li l-kontrollur iqis li hi meħtieġa sabiex tiggarantixxi pproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-dejta, billi jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi li fihom tinġabar id-dejta personali.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni u jiġi ppreċiżat li l-kontrolluri jistgħu jiżguraw livell ogħla ta' trasparenza.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fil-ħin meta tinkiseb id-dejta personali mingħand is-suġġett tad-dejta; jew

(a) ġeneralment fil-ħin meta tinkiseb id-dejta personali mingħand is-suġġett tad-dejta, jew mill-aktar fis possibbli meta dan tal-ewwel ma jkunx prattikabbli, ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, jew jitnaqqsu l-garanziji tas-suġġett tad-dejta; jew

Ġustifikazzjoni

Għal xi attivitajiet tista' tkun meħtieġa flessibbiltà minima, li l-użu tajjeb tagħha jista' altrimenti jkun faċilment ikkontrollat mill-awtoritajiet ta' superviżjoni. Barra minn hekk, u skont il-mod li bih issir il-ġabra tad-dejta, jingħataw aktar garanziji lis-suġġett tad-dejta jekk din l-informazzjoni tintbagħat f'mument immedjatament wara, bil-miktub jew onlajn, b'mod li mbagħad jinkiseb għarfien tajjeb dwar is-sitwazzjoni.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, meta ssir ir-reġistrazzjoni jew fi żmien perjodu raġonevoli wara l-ġbir, wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom inġabret id-dejta jew ġiet ipproċessata mod ieħor, jew, jekk hemm il-ħsieb ta' xi żvelar lil xi riċevitur ieħor, u sa mhux aktar tard minn meta d-dejta tiġi żvelata għall-ewwel darba.

(b) meta d-dejta personali ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta, meta ssir ir-reġistrazzjoni jew fi żmien perjodu raġonevoli wara l-ġbir, wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom inġabret id-dejta jew ġiet ipproċessata mod ieħor, jew, jekk hemm il-ħsieb ta' xi żvelar lil xi riċevitur ieħor, u sa mhux aktar tard minn meta d-dejta tiġi żvelata għall-ewwel darba jew, jekk id-dejta għandha tintuża għal komunikazzjoni mal-persuna kkonċernata, l-aktar tard fiż-żmien tal-ewwel komunikazzjoni lil dik il-persuna.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-dejta ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta u l-provvediment ta' din l-informazzjoni jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat; jew

(b) id-dejta ma tinġabarx mingħand is-suġġett tad-dejta u l-provvediment ta' din l-informazzjoni jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat u jiġġenera piż amministrattiv eċċessiv, speċjalment meta l-ipproċessar isir minn SME kif definita fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u medji1; jew

 

_____________

 

1 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li jiġi żgurat li l-SMEs ma jitpoġġewx taħt piż amministrattiv mhux meħtieġ minħabba r-Regolament.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji għall-kategoriji ta' riċevituri msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, ir-rekwiżiti għan-notifika ta' aċċess potenzjali msemmi fil-punt (g) tal-paragrafu 1, il-kriterji għall-informazzjoni ulterjuri meħtieġa li hi msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 għal setturi u sitwazzjonijiet speċifiċi, u l-kundizzjonijiet u s-salvagwardji xierqa għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 5. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 7 jaqbżu l-limiti ġenerali għall-użu ta' din it-teknika, u jikkostitwixxu, jekk ikun il-każ, kwistjonijiet li għandhom jiġu riżolti fit-test tar-Regolament.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-perjodu li matulu sejra tkun maħżuna d-dejta personali;

(d) il-perjodu li matulu sejra tkun maħżuna d-dejta personali, jew jekk dan ma jkunx possibbli, il-kriterji użati biex jiġi ddeterminat dan il-perjodu;

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur, komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f'forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f'forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta.

2. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur, komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata, u, fuq talba elettronika, kopja elettronika tad-dejta ta' natura mhux kummerċjali li tkun qiegħda tiġi pproċessata f'format interoperabbli u strutturat li tħalli użu ulterjuri. Il-kontrollur għandu jivverifika l-identità tas-suġġett tad-dejta li jitlob aċċess għal dejta fil-limiti tal-Artikoli 5 sa 10 ta' dan ir-Regolament.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-istituzzjonijiet ta' kreditu li jżommu d-dejta għar-raġunijiet li ġejjin għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu:

 

- raġunijiet ta' ġestjoni tar-riskji;

 

- sodisfazzjon tar-rekwiżiti ta' superviżjoni u ta' konformità tal-UE u internazzjonali;

 

- raġunijiet ta' abbuż tas-suq.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta l-kontrollur imsemmi fil-paragrafu 1 ikun għamel id-dejta personali pubblika, huwa għandu jieħu l-passi kollha raġonevoli, inklużi miżuri tekniċi, fir-rigward tad-dejta li l-kontrollur huwa responsabbli għall-pubblikazzjoni tagħha, sabiex jinforma lil partijiet terzi li li qegħdin jipproċessaw din id-dejta, li suġġett tad-dejta jitlobhom biex iħassru kwalunkwe rabta ma', jew kopja jew replika ta' dik id-dejta personali. Meta l-kontrollur ikun awtorizza pubblikazzjoni ta' parti terza ta' dejta personali, il-kontrollur għandu jitqies bħala responsabbli għal dik il-pubblikazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni ma taħdimx fil-prattika minħabba n-natura tal-Internet u l-possibbiltajiet li l-informazzjoni titqiegħed fuq diversi siti globalment.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni skont l-Artikolu 80;

(a) għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni skont l-Artikolu 80 jew waqt l-għoti ta' servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess ta' tali espressjoni;

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni proposta mill-Kummissjoni tipprovdi biżżejjed lill-midja biex tiddefendi d-drittijiet tagħha fi żmien diġitali.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għal raġunijiet ta' interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika skont l-Artikolu 81;

(b) għal skopijiet ta' kura tas-saħħa jew għal raġunijiet ta' interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika skont l-Artikolu 81;

Ġustifikazzjoni

Huwa fl-interess vitali tas-suġġett tad-dejta li jżomm dokumentazzjoni totali tas-saħħa tiegħu sabiex jirċievi l-aħjar kura u trattament matul ħajtu. Id-dritt li jkun minsi ma għandux japplika fejn dejta tiġi pproċessata għall-għanijiet ta' kura tas-saħħa kif stabbilit fl-Artikolu 81(a).

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) għall-konformità ma' obbligu legali li tinżamm id-dejta personali bil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur; il-liġijiet tal-Istat Membru għandhom jissodisfaw għan ta' interess pubbliku, jirrispettaw l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni ta' dejta personali u jkunu proporzjonati għall-għan leġittimu segwit;

(d) għall-konformità ma' obbligu legali li tinżamm id-dejta personali bil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li għaliha huwa soġġett il-kontrollur skont il-liġi tal-Unjoni; il-liġijiet tal-Istat Membru għandhom jissodisfaw għan ta' interess pubbliku, jirrispettaw l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni ta' dejta personali u jkunu proporzjonati għall-għan leġittimu segwit;

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar:

imħassar

(a) il-kriterji u r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għal setturi speċifiċi u f'sitwazzjonijiet speċifiċi ta' pproċessar ta' dejta;

 

(b) il-kundizzjonijiet għat-tħassir ta' konnessjonijiet, kopji jew repliki ta' dejta personali minn servizzi ta' komunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku kif imsemmi fil-paragrafu 2;

 

(c) il-kriterji u l-kundizzjonijiet għar-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali msemmija fil-paragrafu 4.

 

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-atti delegati, ma nistgħux naċċettaw il-paragrafu 9 ta' dan l-artikolu peress li jipprovdi għar-regolamentazzjoni ta' aspetti li huma essenzjali għal fehim tar-regola. Meta wieħed iqis li dawn l-aspetti għandhom jiġu neċessarjament ikkunsidrati, l-implimentazzjoni għandha ssir mir-Regolament innifsu.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta tintlaqa' oġġezzjoni skont il-paragrafi 1 u 2, il-kontrollur ma għandux juża aktar jew jipproċessa mod ieħor id-dejta personali kkonċernata.

3. Meta tintlaqa' oġġezzjoni skont il-paragrafu 1, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar ir-raġunijiet serji u leġittimi li jgħinuh fit-termini stabbiliti fil-paragrafu 1, jew inkella jieqaf juża jew jipproċessa kwalunkwe forma ta' dejta personali inkwistjoni . Meta tkun saret oġġezzjoni rigward il-paragrafu 2, il-kontrollur ma għandux juża aktar jew jipproċessa bi kwalunkwe mod ieħor id-dejta personali kkonċernata.

Ġustifikazzjoni

Fil-fatt, jekk qabel id-dritt għal oġġezzjoni jkun possibbli li l-kontrollur jagħti prova ta' raġunijiet serji u leġittimi, ma jkunx hemm raġuni għaliex il-formulazzjoni sempliċi tal-oġġezzjoni għandha tagħti bidu għall-konsegwenza mixtieqa skont l-imsemmi paragrafu 3.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li tipproduċi effetti legali rigward din il-persuna fiżika jew taffettwa b'mod sinifikanti lil din il-persuna fiżika, u li tkun ibbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma' din il-persuna fiżika jew janalizza jew ibassar b'mod partikolari l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-post, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba tal-persuna fiżika.

1. Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li ma jkunx soġġett għal deċiżjoni li tipproduċi effetti legali negattivi jew li tolqot negattivament dan is-suġġett tad-dejta, li tkun ibbażata unikament jew prevalentement ipproċessar awtomatizzat maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati ma' dan is-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jitqies li xi attivitajiet ta' tfassil tal-profili għandhom benefiċċji konsiderevoli għall-konsumaturi u jistgħu jkunu bażi tajba għal servizz tajjeb għall-konsumatur. Id-definizzjoni wiesgħa ta' tfassil tal-profili ma tagħmilx differenza bejn attivitajiet ta' rutina ta' pproċessar tad-dejta li huma pożittivi fin-natura u tfassil tal-profili aktar negattiv. Tfassil tal-profili pożittiv ħafna drabi jintuża biex ifassal servizzi għall-konsumaturi billi jirreġistra l-bżonnijiet u l-preferenzi tagħhom.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' dan ir-Regolament, persuna tista' tkun soġġetta biss għal miżura tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1 jekk l-ipproċessar:

2. Soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' dan ir-Regolament, suġġett tad-dejta jista' jkun soġġett għal miżura tat-tip imsemmi fil-paragrafu 1 jekk l-ipproċessar:

(a) isir matul id-dħul f'kuntratt jew waqt it-twettiq tiegħu, meta t-talba għad-dħul fil-kuntratt jew it-twettiq tiegħu, magħmula mis-suġġett tad-dejta, tkun ġiet issodisfata jew meta jkunu ġew ippreżentati miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, bħad-dritt li jinkiseb l-intervent tal-bniedem; jew

(a) ikun awtorizzat minn liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li tistabbilixxi wkoll miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; jew

(b) ikun awtorizzat espressament minn liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li tistabbilixxi wkoll miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; jew

(b) huwa leġittimu skont l-Artikolu 6(1)(a) sa (fa) ta' dan ir-Regolament;

(c) ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-dejta, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 u għal salvagwardji xierqa.

 

 

B'kunsiderazzjoni xierqa tal-Artikolu 9(2), it-tfassil ta' profili ma għandux ikollu l-effetti diskriminatorji kontra individwi abbażi, pereżempju, ta' razza jew oriġini etnika, reliġjon jew orjentament sesswali.

(Il-punt (b) fit-test tal-Kummissjoni sar punt (a) fl-emenda tal-Parlament u ġie emendat ukoll.)

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta personali intiża sabiex tevalwa ċerti aspetti personali relatati ma' persuna naturali ma għandux jintuża sabiex jidentifika jew jindividwalizza l-minorenni.

Ġustifikazzjoni

It-tfassil ta' profili jista' jinvolvi riskji serji għas-suġġetti tad-dejta. Dan għandu tendenza li jsaħħaħ id-diskriminazzjonijiet, jagħmel id-deċiżjonijiet anqas trasparenti u jġorr riskju inevitabbli ta' deċiżjonijiet ħżiena. Għal dawn ir-raġunijiet għandu jiġi rregolat b'mod strett: l-użu tiegħu għandu jiġi limitat b'mod ċar, u f'dawk il-każijiet fejn jista' jintuża, għandu jkun hemm salvagwardji kontra d-diskriminazzjoni u s-suġġetti tad-dejta għandhom ikunu jistgħu jirċievu informazzjoni ċara u sinifikanti dwar il-loġika tat-tfassil ta' profili u l-konsegwenzi tiegħu. Filwaqt li xi gruppi jqisu t-tfassil ta' profil bħala rimedju għal bosta problemi, wieħed għandu jinnota li hemm riċerka sinifikanti li tindirizza l-limitazzjonijiet tiegħu. Notevolment, it-tfassil ta' profil għandu t-tendenza li jkun inutli għal xi karatteristiċi rari ħafna, minħabba r-riskju ta' pożittivi foloz. Barra minn dan, jista' jkun diffiċli jew impossibbli biex il-profili jiġu vverifikati. Il-profili humma bbażati fuq algoritmi kumplessi u dinamiċi li jevolvu b'mod kostanti u li huwa diffiċli li wieħed jispjegahom lis-suġġetti tad-dejta. Spiss, dawn l-algoritmi jikkwalifikaw bħala sigrieti kummerċjali u ma jingħatawx faċilment lis-suġġetti tad-dejta. Madankollu, meta l-persuni fiżiċi jiġu soġġetti għat-tfassil ta' profil, għandhom ikunu intitolati għal informazzjoni dwar il-loġika li tkun intużat fil-miżura, kif ukoll spjegazzjoni tad-deċiżjoni finali jekk ikun inkiseb intervent uman. Dan jgħin biex inaqqas in-nuqqas ta' trasparenza, li jista' jimmina l-fiduċja fl-ipproċessar tad-dejta u jista' jwassal għat-telf ta' fiduċja l-aktar f'servizzi onlajn. Hemm ukoll riskju serju li jintużaw b'mod mifrux profili mhux affidabbli u (fil-fatt) diskriminatorji, fi kwistjonijiet ta' importanza kbira lil individwi u gruppi, u din hija l-motivazzjoni għal bosta tibdiliet issuġġeriti f'dan l-Artikolu li għandhom l-għan li jtejbu l-protezzjoni tas-suġġetti tad-dejta mid-diskriminazzjoni. B'rabta ma' dan, l-użu ta' dejta sensittiva fil-ġenerazzjoni ta' profili wkoll għandu jiġi ristrett.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għal miżuri xierqa għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B'mod partikolari, kull miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas dwar: l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti mill-ipproċessar; u d-determinazzjoni tal-kontrollur;

2. B'mod partikolari, kull miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas dwar l-objettivi tal-ipproċessar, l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti mill-ipproċessar u d-determinazzjoni tal-kontrollur.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li jiġi garantit livell ogħla ta' protezzjoni, f'każ ta' limitazzjoni, il-leġiżlazzjoni trid issemmi wkoll l-objettivi segwiti mill-ipproċessar tad-dejta personali.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 22 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Responsabbiltà tal-kontrollur

Il-prinċipju tar-responsabbiltà ġenerali tal-kontrollur

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipju ta' responsabbiltà li huwa impliċitament introdott bil-Kapitolu 4 tal-proposta għal regolament irid jissemma espliċitament biex jiggarantixxi livell ogħla ta' protezzjoni.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu b'mod partikolari:

2. Il-miżuri pprovduti fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu b'mod partikolari:

Ġustifikazzjoni

Huwa aħjar li dawn il-miżuri jiġu promossi bħala prattika tajba, speċjalment għaliex inkella dan joħloq obbligu mhux realistiku minn perspettiva regolatorja.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-ħatra ta' uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 35(1).

(e) il-ħatra ta' uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 35(1), jew l-obbligu u ż-żamma ta' ċertifikazzjoni skont il-politiki ta' ċertifikazzjoni definiti mill-Kummissjoni.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika kwalunkwe kriterju u rekwiżit ieħor għal miżuri adattati msemmija fil-paragrafu 1 minbarra dawk diġà msemmija fil-paragrafu 2, il-kundizzjonijiet għall-mekkaniżmi ta' verifika u awditjar imsemmija fil-paragrafu 3 u rigward il-kriterji għall-proporzjonalità taħt il-paragrafu 3, u meta wieħed jikkunsidra miżuri speċifiċi għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju.

imħassar

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara li jikkunsidra l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni, il-kontrollur għandu, kemm meta jiddetermina l-mezzi għall-ipproċessar u waqt l-ipproċessar innifsu, jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b'mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

1. Wara li jikkunsidra l-aħħar żviluppi, l-għarfien teknoloġiku attwali u l-kost tal-implimentazzjoni, il-kontrollur għandu, kemm meta jiddetermina l-mezzi għall-ipproċessar u waqt l-ipproċessar innifsu, jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa adegwati għall-attivitajiet u l-objettivi tagħhom, b'mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jassigura li, b'mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar u li partikolarment ma għandhiex tinġabar jew tinżamm aktar minn kemm huwa meħtieġ għal dawk l-għanijiet, kemm f'dak li jirrigwarda l-ammont tad-dejta kif ukoll iż-żmien tal-ħażna tagħha. B'mod partikolari, dawk il-mekkaniżmi għandhom jassiguraw li b'mod awtomatiku d-dejta personali ma tkunx aċċessibbli għal numru mhux definit ta' individwi.

2. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi sabiex jassigura li, b'mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-dejta personali li ma tkunx eċċessiva għal kull għan speċifiku tal-ipproċessar u li partikolarment ma għandhiex tinġabar jew tinżamm jew tinxtered aktar minn kemm huwa meħtieġ għal dawk l-għanijiet, kemm f'dak li jirrigwarda l-ammont tad-dejta kif ukoll iż-żmien tal-ħażna tagħha. B'mod partikolari, dawk il-mekkaniżmi għandhom jassiguraw li b'mod awtomatiku d-dejta personali ma tkunx aċċessibbli għal numru mhux definit ta' individwi.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika kwalunkwe kriterju u rekwiżit ieħor għall-miżuri u l-mekkaniżmi xierqa msemmija fil-paragrafu 1 u 2, b'mod partikolari għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn applikabbli fis-setturi, il-prodotti u s-servizzi kollha.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta għal regolament tapplika għas-setturi kollha, kemm fuq l-internet u kemm jekk le. Ma għandhiex tkun il-Kummissjoni li tadotta atti delegati fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta mill-bidu nett u b'mod awtomatiku li jistgħu jdgħajfu l-innovazzjoni teknoloġika. L-awtoritajiet ta' superviżjoni tal-Istati Membri u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jinsabu f'pożizzjoni aħjar biex jirmedjaw id-diffikultajiet eventwali.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi standards tekniċi għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta għal regolament tapplika għas-setturi kollha, kemm fuq l-internet u kemm jekk le. Ma għandhiex tkun il-Kummissjoni li tistabbilixxi standards tekniċi li jistgħu jdgħajfu l-innovazzjoni teknoloġika. L-awtoritajiet ta' superviżjoni tal-Istati Membri u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jinsabu f'pożizzjoni aħjar biex isolvu d-diffikultajiet eventwali.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta kontrollur jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta' dejta personali flimkien ma' oħrajn, il-kontrolluri konġunti jridu jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi għall-konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, permezz ta' arranġament bejniethom.

Meta kontrollur jiddetermina l-objettivi tal-ipproċessar ta' dejta personali flimkien ma' oħrajn, il-kontrolluri konġunti jridu jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi għall-konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, permezz ta' arranġament bejniethom.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) impriża li timpjega inqas minn 250 persuna; jew

(b) impriża li timpjega inqas minn 250 persuna sakemm il-proċessi li jkunu mwettqa minnha ma jkunux ikkunsidrati mill-awtoritajiet ta' superviżjoni bħala ta' riskju għoli, skont il-karatteristiċi tagħhom, it-tip ta' dejta jew in-numru tal-persuni involuti; jew

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għar-responsabbiltajiet, id-dmirijiet u l-kompiti fir-rigward ta' proċessur skont il-paragrafu 1, u l-kundizzjonijiet li jippermettu l-faċilitazzjoni tal-ipproċessar ta' dejta personali fi grupp ta' impriżi, b'mod partikolari għall-finijiet ta' kontroll u rappurtar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Is-setgħat mogħtija minn din ir-regola lill-Kummissjoni jidhru eċċessivi. Il-kontenut tagħhom, jekk jitqiesu meħtieġa, għandhom jiġu żviluppati fit-test tar-Regolament.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull kontrollur u proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom iżommu dokumenti dwar l-operazzjonijiet kollha ta' pproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

1. Kull kontrollur u proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom iżommu dokumenti tal-kategoriji ewlenin tal-ipproċessar taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-obbligu previst fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-SMEs li jipproċessaw dejta biss bħala attività anċillari għall-bejgħ ta' oġġetti u servizzi.

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjoni tal-prinċipju 'aħseb l-ewwel fiż-żgħir' għandha tapplika hawn u għandhom jitqiesu l-SMEs li għalihom dan l-obbligu jkun ta' piż kbir. L-SMEs li l-attivitajiet ta' pproċessar tad-dejta tagħhom ma jirrappreżentawx aktar minn 50 % tal-fatturat tal-kumpanija għandhom jitqiesu anċillari.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2 – punt d u e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) deskrizzjoni ta' kategoriji ta' suġġetti tad-dejta u ta' kategoriji ta' dejta personali li tirrigwardahom;

(d) fejn applikabbli, trasferimenti ta' dejta lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta' dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u, f'każ ta' trasferimenti msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 44(1), id-dokumentazzjoni ta' salvagwardji xierqa;

(e) riċevituri jew ikategoriji ta' riċevituri tad-dejta personali, inklużi l-kontrolluri li lilhom tiġi żvelata dejta personali għall-interess leġittimu segwit minnhom;

(e) id-deskrizzjoni ta' mekkaniżmi msemmija fl-Artikolu 22

Ġustifikazzjoni

Dawk l-organizzazzjonijiet li ma jkollhomx Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jew ċertifikazzjoni insuffiċjenti, jitqies meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji aktar stretti għall-konsenja tal-kontijiet tagħhom, dak li jiġri minħabba l-bżonn ta' mudell partikolari, u li jkollhom d-dokumentazzjoni minima fil-forma legali meħtieġa.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, sabiex tikkunsidra b'mod partikolari r-responsabbiltajiet tal-kontrollur u tal-proċessur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur. .

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, sabiex tikkunsidra b'mod partikolari r-responsabbiltajiet tal-kontrollur u tal-proċessur u, jekk ikun hemm, tar-rappreżentant tal-kontrollur.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi formoli ta' standards għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

6. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi formoli standard għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur u l-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jikkooperaw, fuq talba, mal-awtorità ta' superviżjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, b'mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 53(2) u billi jagħtu l-aċċess kif ipprovdut fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu.

1. Il-kontrollur u, meta jkun opportun, il-proċessur u, jekk ikun hemm, ir-rappreżentant tal-kontrollur, għandhom jikkooperaw, fuq talba, mal-awtorità ta' superviżjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, b'mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 53(2) u billi jagħtu l-aċċess kif ipprovdut fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel paragrafu għandu jiġi ċċarat fis-sens li l-proċessur se jirrispondi fejn xieraq, u mhux b'mod ġenerali bħal ma jagħmel il-kontrollur.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Bi tweġiba għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-awtorità ta' superviżjoni taħt l-Artikolu 53(2), il-kontrollur u l-proċessur għandhom iwieġbu lill-awtorità ta' superviżjoni fi żmien perjodu raġonevoli li jkun speċifikat mill-awtorità ta' superviżjoni. It-tweġiba għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri meħuda u r-riżultati miksuba, b'risposta għall-kummenti tal-awtorità ta' superviżjoni.

Bi tweġiba għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-awtorità ta' superviżjoni taħt l-Artikolu 53(2), il-kontrollur, personalment jew permezz tar-rappreżentant tiegħu, u l-proċessur għandhom iwieġbu lill-awtorità ta' superviżjoni fi żmien perjodu raġonevoli li jkun speċifikat mill-awtorità ta' superviżjoni. It-tweġiba għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri meħuda u r-riżultati miksuba, b'risposta għall-kummenti tal-awtorità ta' superviżjoni.

Ġustifikazzjoni

Fit-tieni paragrafu hemm nuqqas ta' referenza għar-rappreżentant fil-każ ta' kontrolluri barra mill-UE.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-miżuri tekniċi u organizzattivi msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi d-determinazzjonijiet ta' x'jikkostitwixxi teknoloġija avvanzata, għal setturi speċifiċi u f'sitwzzjonijiet speċifiċi ta' pproċessar ta' dejta, b'mod partikolari billi tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġija u s-soluzzjonijiet għall-privatezza bid-disinn u l-protezzjoni tad-dejta b'mod awtomatiku, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 4.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal regolament tipprevedi numru konsiderevoli ta' atti delegati li mhuwiex ġustifikat. Speċifikament, l-adozzjoni ta' miżuri tekniċi min-naħa tal-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-ipproċessar tirriskja li taffettwa ħażin l-innovazzjoni teknoloġika. Barra minn dan, il-paragrafu 4 tal-istess Artikolu jipprevedi l-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni biex jippreċiża r-rekwiżiti previsti fil-paragrafi 1 u 2.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal diversi sitwazzjonijiet, b'mod partikolari sabiex:

imħassar

(a) tipprevjeni kull aċċess mhux awtorizzat għal dejta personali;

 

(b) tipprevjeni kull żvelar, qari, ikkuppjar, tibdil, tħassir jew tneħħija mhux awtorizzata ta' dejta personali;

 

(c) tiżgura l-verifika tal-legalità tal-operazzjonijiet ta' pproċessar.

 

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ ta' ksur ta' dejta personali, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih, jinnotifika l-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta' superviżjoni. In-notifika lill-awtorità ta' superviżjoni għandha tkun akkumpanjata b'ġustifikazzjoni motivata f'każijiet fejn ma ssirx fi żmien 24 siegħa.

1. Fil-każ ta' ksur ta' dejta personali li għandu effett konsiderevoli fuq is-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu mingħajr dewmien bla bżonn jinnotifika l-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta' superviżjoni.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skont il-punt (f) tal-Artikolu 26(2), il-proċessur għandu jwissi u jinforma lill-kontrollur minnufih wara l-istabbiliment ta' ksur ta' dejta personali.

2. Skont il-punt (f) tal-Artikolu 26(2), il-proċessur għandu jwissi u jinforma lill-kontrollur minnufih wara l-istabbiliment ta' ksur ta' dejta personali ta' dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

 

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-komunikazzjoni ta' ksur ta' dejta personali lis-suġġett tad-dejta ma għandhiex tkun meħtieġa jekk il-kontrollur ikun implimenta miżuri ta' protezzjoni xierqa, u jekk dawk il-miżuri jkunu ġew applikati għad-dejta kkonċernata bil-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta' protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftihemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata b'aċċess għaliha.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbiliment tal-ksur tad-dejta msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u għaċ-ċirkostanzi partikolari li fihom kontrollur u proċessur ikunu meħtieġa jinnotifikaw il-ksur tad-dejta personali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-atti delegati tal-Kummissjoni għandhom jiġu limitati hawnhekk għall-istabbiliment ta' format unifikat għan-notifika tal-kwistjonijiet u għas-sospensjoni tar-reġistru tal-fallimenti u l-inċidenti.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 33 - paragrafu 2 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-operazzjonijiet ta' pproċessar li ġejjin b'mod partikolari jippreżentaw dawn ir-riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1:

2. L-operazzjonijiet ta' pproċessar li ġejjin jippreżentaw dawn ir-riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1:

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-operazzjonijiet ta' pproċessar li jridu jkunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt, stabbilita fl-Artikolu 33(2), tfasslet b'mod ġenerali. Fir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità u biex ikun hemm ċertezza tad-dritt, din għandha tkun limitattiva.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-kontrollur għandu jfittex l-opinjoni tas-suġġetti tad-dejta jew tar-rappreżentanti tagħhom dwar l-ipproċessar maħsub, mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta' interessi kummerċjali jew pubbliċi jew għas-sigurtà tal-operazzjonijiet ta' pproċessar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-impożizzjoni ta' obbligu ġenerali fuq il-kontrolluri ta' konsultazzjoni mas-suġġetti tad-dejta, ikun xi jkun is-settur, qabel ma jkun sar kwalunkwe pproċessar ta' dejta tidher sproporzjonata.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fejn il-kontrollur huwa awtorità jew korp pubbliku u fejn l-ipproċessar jirriżulta minn obbligu legali skont il-punt (c) ta' Artikolu 6(1) li jipprovdi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-operazzjonijiet ta' proċessar u regolati mil-liġi tal-Unjoni, il-paragrafi 1 sa 4 m'għandhomx japplikaw, sakemm l-Istati Membri jidhrilhom li hu meħtieġ sabiex iwettqu valutazzjoni bħal din qabel l-attivitajiet ta' pproċessar.

5. Fejn il-kontrollur huwa awtorità jew korp pubbliku jew fejn id-dejta hija pproċessata minn korp ieħor li ġie fdat bir-responsabbiltà li jwettaq kompiti ta' servizz pubbliku, u fejn l-ipproċessar jirriżulta minn obbligu legali skont il-punt (c) tal-Artikolu 6(1) li jipprovdi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-operazzjonijiet ta' proċessar u regolati mil-liġi tal-Unjoni, il-paragrafi 1 sa 4 m'għandhomx japplikaw, sakemm l-Istati Membri jidhrilhom li hu meħtieġ sabiex iwettqu valutazzjoni bħal din qabel l-attivitajiet ta' pproċessar.

Ġustifikazzjoni

Għandha tkun in-natura tas-servizz ipprovdut, u mhux in-natura tal-korp li jipprovdi dak is-servizz li tiddetermina jekk japplikawx regoli ta' valutazzjoni tal-impatt fuq id-dejta. Pereżempju, organizzazzjonijiet privati huma ħafna drabi fdati bir-responsabbiltà li jipprovdu servizzi pubbliċi. Għandu jkun hemm approċċ wieħed uniku fit-twettiq tas-servizzi pubbliċi irrispettivament minn jekk il-korp li qed iwettaq dak is-servizz huwiex awtorità jew korp pubbliku, jew organizzazzjoni privata kkuntrattata.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta' pproċessar li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, inklużi l-kundizzjonijiet għall- modularità, il-verifika u l-awditjar. Billi tagħmel hekk, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-miżuri speċifiċi, għal mikroimpriżi, impriżi żgħar u ta' daqs medju.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-atti delegati mhumiex iġġustifikati hawnhekk, minħabba li se jiżviluppaw aspetti ewlenin tar-regola. Mill-perspettiva tagħna dak li huwa xieraq f'dan il-każ huwa li jiġi definit b'mod korrett, fi ħdan ir-regola, l-iskop tiegħu.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 34 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorizzazzjoni minn qabel u konsultazzjoni minn qabel Il-kontrollur jew il-proċessur, skont kif ikun il-każ, għandu jikseb awtorizzazzjoni mill-awtorità ta' superviżjoni qabel l-ipproċessar ta' dejta personali, sabiex jassigura l-konformità tal-ipproċessar maħsub ma' dan ir-Regolament u b'mod partikolari sabiex inaqqas ir-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta meta:

Konsultazzjoni minn qabel

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli 34(1) għandu jiġi trasferit fil-Kapitolu 5, li jikkonċerna t-trasferiment tad-dejta personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali. It-titolu tal-Artikolu għandu għalhekk jinbidel.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontrollur jew il-proċessur, skont il-każ, jiksbu awtorizzazzjoni tal-awtorità ta' superviżjoni qabel l-ipproċessar tad-data personali bil-għan li tiġi garantita l-konformità tal-ipproċessar previst ma' dan ir-Regolament u, partikolarment, jittaffew ir-riskji għas-suġġetti tad-data meta kontrollur jew proċessur jadottaw klawżoli kuntrattwali bħal dawk previsti fl-Artikolu 42(2)(d), jew ma joffrux il-garanziji xierqa fi strument ġuridikament vinkolanti kif imsemmi fl-Artikolu 42(5) li jirregolament it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali.

imħassar

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-awtorità ta' superviżjoni fit-tħejjija ta' miżura leġiżlattiva li għandha tiġi adottata mill-parlament nazzjonali jew ta' miżura bbażata fuq din il-miżura leġiżlattiva, li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar, sabiex jassiguraw il-konformità tal-ipproċessar maħsub ma' dan ir-Regolament u b'mod partikolari sabiex inaqqsu r-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li aħna nħossuna pożittivi li fil-proċessi leġiżlattivi jsiru konsultazzjonijiet f'isem l-idoneità u l-kwalità tar-regoli previsti, ma nemmnux li regolament tal-Unjoni jkun strument xieraq sabiex jiġu previsti regoli ta' dan it-tip li jaffettwaw il-proċedura leġiżlattiva fl-Istati Membri.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ipproċessar isir minn impriża li timpjega 250 persuna jew aktar; jew jew

imħassar

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Kontrolluri u proċessuri tal-SMEs għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta biss meta l-attivitajiet bażiċi tal-SMEs jikkonsistu f'operazzjonijiet ta' pproċessar tad-dejta li, minħabba n-natura, il-portata u/jew l-għan tagħhom, jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Il-ħatra ta' uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta ma għandhiex tkun marbuta man-numru ta' impjegati iżda għandu jkun approċċ ibbażat fuq ir-riskju li jiffoka fuq l-attivitajiet ta' pproċessar, kif ukoll in-numru ta' suġġetti tad-dejta li l-organizzazzjoni tipproċessa d-dejta tagħhom.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, grupp ta' impriżi jista' jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta wieħed.

2. Grupp ta' impriżi jista' jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta wieħed.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. F'każijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontrollur jew il-proċessur jew assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta' kontrolluri jew proċessur jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

4. Il-kontrollur jew il-proċessur jew l-assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta' kontrolluri jew proċessur jistgħu jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b'mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 37. Il-livell meħtieġ ta' għarfien espert għandu jkun stabbilit b'mod partikolari skont l-ipproċessar tad-dejta li jkun sar u l-protezzjoni meħtieġa għad-dejta personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur.

5. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b'mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 37, skont kriterji ta' professjonalità stretti. Il-livell meħtieġ ta' għarfien espert għandu jkun stabbilit b'mod partikolari skont l-ipproċessar tad-dejta li jkun sar u l-protezzjoni meħtieġa għad-dejta personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur.

Ġustifikazzjoni

Barra minn hekk, jekk huwa veru li l-Uffiċjal għandu jwettaq l-kompiti tiegħu taħt suppożizzjonijiet ta' professjonalità stretta (emenda tal-paragrafu 5), waħda mir-raġunijiet għaliex preċiżament għandu jista' jitneħħa mill-kariga hija minħabba n-nuqqas ta' attenzjoni serja għal dawn is-suppożizzjonijiet stess (ara l-emenda għall-paragrafu 7).

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għal perjodu ta' mill-inqas sentejn. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista' jerġa' jinħatar għal aktar mandati. Waqt il-mandat tiegħu, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista' jitneħħa biss mill-kariga, jekk huwa ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta' dmirijietu.

7. Waqt il-mandat tiegħu, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista' jitneħħa biss mill-kariga, jekk huwa ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-qadi ta' dmirijietu, jew għal ksur serju relatat ma' dawn.

 

Ġustifikazzjoni

Din is-salvagwardja fil-perspettiva tagħna tista' tiġi f'kunflitt mal-libertà ta' servizzi kuntrattwali u taffettwa ħażin il-kompetizzjoni fis-suq. L-istess limitazzjoni taffettwa aspetti temporanji tal-liġi tax-xogħol jew tad-drittijiet statutorji ta' uffiċjali pubbliċi, u tista' toħloq sitwazzjonijiet problematiċi. Għalhekk, is-salvagwardji u l-garanziji tal-funzjoni tal-Uffiċjal jistgħu jiġu mfittxija permezz ta' mezzi oħrajn, iżda mhux permezz tal-impożizzjoni ta' perjodu minimu ta' permanenza.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u l-kriterji għall-kwalitajiet professjonali tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 5.

imħassar

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jappoġġja lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u għandu jipprovdi persunal, post, tagħmir u kwalunkwe riżorsa oħra meħtieġa sabiex iwettaq id-dmirijiet u l-kompiti kif imsemmija fl-Artikolu 34.

3. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jappoġġja lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u, meta jkun meħtieġ, għandu jipprovdi persunal, post, tagħmir u kwalunkwe riżorsa oħra meħtieġa sabiex iwettaq id-dmirijiet u l-kompiti kif imsemmija fl-Artikolu 34.

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu jidher li ġie miktub primarjament bil-ħsieb tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jkun wieħed mill-ħaddiema jew mill-amministrazzjoni tal-kumpanija jew istituzzjoni, iżda l-kliem tiegħu ma jaqbilx ħafna mas-suppożizzjonijiet ta' esternalizzazzjoni ta' din il-funzjoni permezz ta' kuntratti ta' servizzi.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament u jiddokumenta din l-attività u t-tweġibiet li jirċievi;

(a) jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament;

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-kompiti, iċ-ċertifikazzjoni, l-istatus, is-setgħat u r-riżorsi tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni u l-istatus tal-uffiċjal.

Ġustifikazzjoni

Il-ħidma tal-Kummissjoni għandha tiffoka hawnhekk fuq iċ-ċertifikazzjoni u l-istatus tal-Uffiċjal, b'tali mod li fejn tkun teżisti, din il-pożizzjoni ssir minn persuni bil-ħiliet meħtieġa u protetta bil-garanziji xierqa.

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) ir-rispett tad-drittijiet tal-konsumatur;

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu, b'mod partikolari fil-livell Ewropew, l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni ta' protezzjoni tad-dejta u ta' siġilli u marki tal-protezzjoni tad-dejta, li jippermettu lis-suġġetti tad-dejta jevalwaw malajr il-livell ta' protezzjoni tad-dejta pprovduta mill-kontrolluri u mill-proċessuri. Il-mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi u operazzjonijiet ta' pproċessar differenti.

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu, b'mod partikolari fil-livell Ewropew, l-istabbiliment ta' politiki ta' ċertifikazzjoni ta' protezzjoni tad-dejta u ta' siġilli u marki tal-protezzjoni tad-dejta, li jippermettu lis-suġġetti tad-dejta jevalwaw malajr il-livell ta' protezzjoni tad-dejta pprovduta mill-kontrolluri u mill-proċessuri. Il-politiki ta' ċertifikazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-kisba tal-għażliet u l-benefiċċji msemmija fih, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi u operazzjonijiet ta' pproċessar differenti.

 

Il-politiki ta' ċertifikazzjoni fl-Unjoni se jiġu mfassla mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta bil-parteċipazzjoni ta' partijiet interessati oħrajn, u se jkunu uffiċjalment approvati mill-Kummissjoni. Dawn il-politiki għandhom jimmiraw mhux biss lejn l-istituzzjonijiet iżda aktar speċjalment l-operaturi ta' dan il-qasam.

 

Il-politiki ta' ċertifikazzjoni se jindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi tal-atturi fis-setturi differenti, b'attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-impriżi mikro, żgħar u medji, kif ukoll it-trażżin meħtieġ tal-ispejjeż tagħhom sabiex ikunu jistgħu jsiru għodda effettiva. L-akkwist, it-tiġdid u t-telf ta' ċertifikazzjonijiet jinvolvi l-konsegwenzi mistennija matul dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċertifikazzjonijiet għandhom ikunu artikolati permezz ta' proċedura rigoruża għall-bini tal-kapaċità, li għandha tkun mgħammra bil-ħajja u l-aġġornabbiltà tagħha stess. Dawn iċ-ċertifikazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti f'ċerti każijiet għat-tiġdid u l-aġġornament. Huma għandhom ikunu jistgħu jiġu kkanċellati meta jseħħu vjolazzjonijiet serji.. Dan għandu jwassal b'mod immedjat għat-telf tal-benefiċċji li jistgħu jagħtu.

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 40a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 40a

 

Awtorizzazzjoni minn qabel

 

Il-kontrollur jew il-proċessur, skont il-każ, jiksbu awtorizzazzjoni tal-awtorità ta' superviżjoni qabel l-ipproċessar tad-data personali bil-għan li tiġi garantita l-konformità tal-ipproċessar previst ma' dan ir-Regolament u, partikolarment, jittaffew ir-riskji għas-suġġetti tad-data meta kontrollur jew proċessur jadottaw klawsoli kuntrattwali bħal dawk previsti fl-Artikolu 42(2)(d), jew ma joffrux il-garanziji xierqa fi strument ġuridikament vinkolanti kif imsemmi fl-Artikolu 42(5) li jirregolament it-trasferiment ta' data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali.

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Trasferiment jista' jseħħ jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-pajjiż terz, jew territorju jew settur ta' pproċessar f'dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tassigura livell adegwat ta' protezzjoni. Trasferiment bħal dan ma għandux ikun jeħtieġ awtorizzazzjoni ulterjuri.

1. Trasferiment jista' jseħħ jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li l-pajjiż terz, jew territorju jew settur ta' pproċessar f'dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tassigura livell adegwat ta' protezzjoni. Trasferiment bħal dan ma għandux ikun jeħtieġ awtorizzazzjoni speċifika.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel paragrafu ta' din ir-regola, li juża l-espressjoni "awtorizzazzjoni ulterjuri", jidher li jimplika li għad hemm deċiżjoni ta' adegwatezza li teħtieġ l-awtorizzazzjoni inizjali għat-trasferiment. Dan mhuwiex il-każ. Dak li eżattament iwassal għal deċiżjonijiet ta' adegwatezza hija l-possibbiltà li jsiru trasferimenti mingħajr awtorizzazzjoni speċifika minn qabel. Għalhekk aħna nipproponi li jiġu emendati l-kliem u jiġu sostitwiti "awtorizzazzjoni ulterjuri" b'"awtorizzazzjoni speċifika".

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f'dak il-pajjiż terzi, jew organizzazzjoni internazzjonali tassigura livell adegwat ta' protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' analiżi stabbilita fl-Artikolu 87(2).

3. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar f'dak il-pajjiż terzi, jew organizzazzjoni internazzjonali tassigura livell adegwat ta' protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun adottata biss skont il-proċedura ta' analiżi. Barra minn hekk, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun kkonsultat f'dan l-ambitu.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi skont il-paragrafu 5, kull trasferiment ta' dejta personali lill-pajjiż terz, jew lil territorju jew settur tal-ipproċessar f'dak il-pajjiż terz, jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni għandu jkun ipprojbit, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 42 sa 44. Fi żmien debitu, il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali bl-għan li tirrimedja s-sitwazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

6. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi skont il-paragrafu 5, kull trasferiment ta' dejta personali lill-pajjiż terz, jew lil territorju jew settur tal-ipproċessar f'dak il-pajjiż terz, jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni għandu jkun limitat, fit-termini li jirriżultaw fl-Artikoli 42 sa 44. Fi żmien debitu, il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali bl-għan li tirrimedja s-sitwazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

L-użu tat-terminu "ipprojbit" għandu jiġi ċċarat u tintuża l-espressjoni "limitat".

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 41, kontrollur jew proċessur jista' jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ippreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta' dejta personali fi strument legali vinkolanti.

1. Meta l-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda deċiżjoni skont l-Artikolu 41, jew jekk jidhrilha li pajjiż terz, reġjun jew settur tal-ipproċessar tad-dejta ta' pajjiż terz, jew ta' organizzazzjoni internazzjonal, ma joffrix livell suffiċjenti ta' protezzjoni tad-dejta, kontrollur jew proċessur jista' jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ippreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta' dejta personali fi strument legali vinkolanti, u meta jkun xieraq skont valutazzjoni tal-impatt, meta l-kontrollur jew il-proċessur ikun aċċerta li r-riċevitur tad-dejta fil-pajjiż terz iżomm standards għoljin ta' protezzjoni tad-dejta.

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-awtorità ta' superviżjoni li tapprova r-regoli korporattivi vinkolanti għandha tkun dik tal-post li fih il-kontrollur jew il-proċessur għandu l-istabbiliment ewlieni.

Ġustifikazzjoni

Il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 stabbilixxa sistema għar-rikonoxximent reċiproku ta' regoli korporattivi vinkolanti (WP 107, 14 ta' April 2005 u WP 195, 6 ta' Ġunju 2012 għall-proċessuri). Din is-sistema għandha tiġi inkorporata f'dan ir-Regolament. Il-kriterju għan-nomina tal-awtorità kompetenti għandu jkun il-post tal-istabbiliment ewlieni, kif stabbilit fl-Artikolu 51(2) tar-Regolament.

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku; jew

(d) it-trasferiment ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku pereżempju f'każijiet ta' trasferimenti internazzjonali tad-dejta bejn awtoritajiet tal-kompetizzjoni, amministrazzjonijiet tad-dwana jew tat-taxxa, awtoritajiet superviżorji finanzjarji, bejn servizzi li huma kompetenti għal kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali jew għal awtoritajiet kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni ta' reati; jew

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali; jew

(e) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali jew amministrattivi; jew

Ġustifikazzjoni

Jidher xieraq li jiġu inkorporati l-proċeduri amministrattivi, peress li dawn huma f'ħafna każijiet l-approċċ inizjali għall-eżerċizzju u d-difiża tad-dritt suġġettiv.

Emenda  142

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar 'raġunijiet importanti ta' interess pubbliku' fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-paragrafu 1 kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji xierqa msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-atti delegati li huma previsti fil-paragrafu 7 jidhrulna li huma eċċessivi, peress li jikkontemplaw aspetti essenzjali tar-regola, u mhux sempliċiment l-iżvilupp. Jekk jitqies meħtieġ li jiġu kkumplimentati aspetti ewlenin tar-regoli li jinsabu f'dan l-artikolu, dan għandu jsir f'dik id-dispożizzjoni.

Emenda  143

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtorità ta' superviżjoni għandha taġixxi b'indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tad-dmirijiet u s-setgħat fdati lilha.

1. L-awtoritajiet ta' superviżjoni għandhom jaġixxu b'indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tad-dmirijiet u s-setgħat fdati lilhom.

Emenda  144

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-membri tal-awtorità ta' superviżjoni għandhom, fil-qadi ta' dmirijiethom, la jfittxu li jieħdu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi ħadd.

2. Il-membri tal-awtoritajiet ta' superviżjoni għandhom, fil-qadi ta' dmirijiethom, la jfittxu li jieħdu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi ħadd.

Emenda  145

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtorità ta' superviżjoni tiġi pprovduta riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji adegwati, bini u infrastruttura neċessarja għat-twettiq effettiv tad-dmirijiet u s-setgħat tagħha, inklużi dawk li jridu jitwettqu fil-kuntest tal-assistenza reċiproka, kooperazzjoni u parteċipazzjoni fil-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

5. Kull Stat Membru għandu jassigura, b'konformità mad-distribuzzjoni interna tal-kompetenzi tiegħu, li l-awtoritajiet ta' superviżjoni jiġu pprovduti riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji adegwati, bini u infrastruttura neċessarja għat-twettiq effettiv tad-dmirijiet u s-setgħat tagħhom, inklużi dawk li jridu jitwettqu fil-kuntest tal-assistenza reċiproka, kooperazzjoni u parteċipazzjoni fil-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Emenda  146

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtorità ta' superviżjoni jrid ikollha l-persunal tagħha stess li għandu jinħatar minn u soġġett għad-diskrezzjoni tal-kap tal-awtorità ta' superviżjoni.

6. Kull Stat Membru għandu jassigura, b'konformità mad-distribuzzjoni interna tal-kompetenzi tiegħu, li l-awtoritajiet ta' superviżjoni jrid ikollhom il-persunal tagħhom stess li għandu jinħatar minn u soġġett għad-diskrezzjoni tal-kap tal-awtorità ta' superviżjoni.

Emenda  147

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-awtorità ta' superviżjoni tkun soġġetta għal kontroll finanzjarju ma għandux jaffettwa l-indipendenza tagħha. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità ta' superviżjoni jkollha baġits annwali separati. Il-baġits għandhom isiru pubbliċi.

7. L-Istati Membri għandhom jassiguraw, b'konformità mad-distribuzzjoni interna tal-kompetenzi tagħhom, li l-awtoritajiet ta' superviżjoni jkunu soġġetti għal kontroll finanzjarju, mingħajr ma jaffettwa l-indipendenza tagħhom. L-Istati Membri għandhom jassiguraw, b'konformità mad-distribuzzjoni interna tal-kompetenzi tagħhom, li l-awtoritajiet ta' superviżjoni jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom isiru pubbliċi.

Emenda  148

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri tal-awtorità ta' superviżjoni jridu jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru kkonċernat.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri tal-awtorità jew tal-awtoritajiet ta' superviżjoni jridu jinħatru mill-organi tal-parlament jew tal-gvern tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda  149

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dmirijiet ta' membru għandhom jintemmu fl-eventwalità ta' skadenza tat-terminu tal-ħatra, riżenja jew irtirar obbligatorju skont il-paragrafu 5.

3. Id-dmirijiet ta' membru għandhom jintemmu fl-eventwalità ta' skadenza tat-terminu tal-ħatra jew fil-każ ta' inkapaċità li jaqdi l-mandat, inkompatibbiltà, riżenja, sensja, kundanna definittiva ta' delitt internazzjonali jew irtirar obbligatorju.

Emenda  150

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Membru jista' jitkeċċa jew jitneħħielu d-dritt għal pensjoni jew benefiċċji oħrajn flokha mill-qorti nazzjonali kompetenti, jekk il-membru ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet jew ikun ħati ta' mġiba ħażina serja.

4. Membru jista' jitneħħa jew jitkeċċa mill-organu li ħatru, jekk il-membru ma jissodisfax aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet jew ikun ħati ta' nuqqas ta' twettiq serju tal-obbligi tiegħu relatati mal-kariga.

Emenda  151

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) it-twaqqifu l-istatus tal-awtorità ta' superviżjoni;

(a) it-twaqqif u l-istatus tal-awtoritajiet ta' superviżjoni;

Emenda  152

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-kwalifiki, l-esperjenza u l-ħiliet meħtieġa sabiex jeżerċitaw id-dmirijiet tal-membri tal-awtorità ta' superviżjoni;

(b) il-kwalifiki, l-esperjenza u l-ħiliet meħtieġa sabiex jeżerċitaw id-dmirijiet tal-membri tal-awtoritajiet ta' superviżjoni;

Emenda  153

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ir-regoli u l-proċeduri għall-ħatra tal-membri tal-awtorità ta' superviżjoni, kif ukoll ir-regoli dwar l-azzjonijiet jew impjiegi inkompatibbli mad-dmirijiet tal-uffiċċju;

(c) ir-regoli u l-proċeduri għall-ħatra tal-membri tal-awtoritajiet ta' superviżjoni, kif ukoll ir-regoli dwar l-azzjonijiet jew impjiegi inkompatibbli mad-dmirijiet tal-uffiċċju;

Emenda  154

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) it-tul tal-mandat tal-membri tal-awtorità ta' superviżjoni li ma għandux ikun inqas minn erba' snin, ħlief għall-ewwel ħatra wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir- Regolament, li parti minnha jista' jseħħ għal perjodu iqsar fejn dan ikun neċessarju għall-ħarsien tal-indipendenza tal-awtorità ta' superviżjoni permezz ta' proċedura ta' ħatra mqassma;

(d) it-tul tal-mandat tal-membri tal-awtoritajiet ta' superviżjoni li ma għandux ikun inqas minn erba' snin, ħlief għall-ewwel ħatra wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir- Regolament, li parti minnha jista' jseħħ għal perjodu iqsar fejn dan ikun neċessarju għall-ħarsien tal-indipendenza tal-awtoritajiet ta' superviżjoni permezz ta' proċedura ta' ħatra mqassma;

Emenda  155

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jekk il-membri tal-awtorità ta' superviżjoni għandhomx ikunu eliġibbli għal ħatra mill-ġdid;

(e) jekk il-membri tal-awtoritajiet ta' superviżjoni għandhomx ikunu eliġibbli għal ħatra mill-ġdid;

Emenda  156

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) ir-Regolamenti u l-kundizzjonijiet komuni li jirregolaw id-dmirijiet tal-membri u tal-persunal tal-awtorità ta' superviżjoni;

(f) ir-Regolamenti u l-kundizzjonijiet komuni li jirregolaw id-dmirijiet tal-membri u tal-persunal tal-awtoritajiet ta' superviżjoni;

Emenda  157

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

g) ir-regoli u l-proċeduri dwar it-terminazzjoni tad-dmirijiet tal-membri tal-awtorità ta' superviżjoni, inkluż fejn ma jkunux jissodisfaw aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom jew jekk ikunu ħatja ta' mġiba ħażina serja.

(g) ir-regoli u l-proċeduri dwar it-terminazzjoni tad-dmirijiet tal-membri tal-awtoritajiet ta' superviżjoni, inkluż fejn ma jkunux jissodisfaw aktar il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom jew jekk ikunu ħatja ta' mġiba ħażina serja.

Emenda  158

Proposta għal regolament

Artikolu 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri u l-persunal tal-awtorità ta' superviżjoni għandhom ikunu soġġetti, kemm waqt kif ukoll wara t-terminu tal-ħatra tagħhom, għal dmir ta' segretezza professjonali fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jsiru jafu biha fil-kors tal-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom.

Il-membri u l-persunal tal-awtoritajiet ta' superviżjoni għandhom ikunu soġġetti, kemm waqt kif ukoll wara t-terminu tal-ħatra tagħhom, għal dmir ta' segretezza professjonali fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jsiru jafu biha fil-kors tal-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom.

Emenda  159

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. F'każ ta' lment minn suġġett tad-dejta jew minn korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2), l-awtorità ta' superviżjoni kompetenti li tintervjeni fir-rigward tal-ilment għandha tkun dik tal-Istat Membru li fih ikun tressaq l-ilment.

Emenda  160

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta l-ipproċessar ta' dejta personali iseħħ fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbiliment ta' kontrollur jew ta' proċessur fl-Unjoni, u l-kontrollur jew il-proċessur ikun stabbilit f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità ta' superviżjoni tal-istabbiliment ewlieni tal-kontrollur jew il-proċessur għandha tkun kompetenti għas-sorveljanza tal-attivitajiet ta' pproċessar tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-Istati Membri kollha, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijet tal-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament.

2. Fil-kuntest tal-attivitajiet ta' kontrollur jew ta' proċessur stabbilit f'aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità ta' superviżjoni tal-Istat Membru li fih l-istabbiliment ewlieni jinsab għandha tkun kompetenti għas-sorveljanza tal-attivitajiet ta' pproċessar tal-kontrollur jew tal-proċessur, inkluża l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, fl-Istati Membri kollha.

 

L-awtorità ta' superviżjoni kompetenti għandha tikkoopera mal-awtoritajiet ta' superviżjoni l-oħra u mal-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament.

 

Fil-każijiet ta' nuqqas ta' qbil abbażi tal-applikazzjoni tar-Regolament, kwalunkwe awtorità ta' superviżjoni tista' titlob l-opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Emenda  161

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta' lment jew fuq talba ta' awtorità ta' superviżjoni oħra, u tinforma lis-suġġett tad-dejta kkonċernat, jekk is-suġġett tad-dejta jkun indirizza lment lil din l-awtorità ta' superviżjoni, dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli;

(d) twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta' lment jew fuq talba ta' awtorità ta' superviżjoni oħra jew permezz ta' rapport tal-pulizija, u tinforma lis-suġġett tad-dejta kkonċernat, jekk is-suġġett tad-dejta jkun indirizza lment lil din l-awtorità ta' superviżjoni, dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli;

Ġustifikazzjoni

Aħna nifhmu li għandu jiġi kkunsidrat l-intervent mill-awtoritajiet tal-pulizija permezz ta' rapport bħala kawża possibbli ta' bidu ta' investigazzjonijiet, meta wara l-attivitajiet imwettqa minnhom, jirriżultaw fatti rilevanti li jistgħu jikkostitwixxu ksur tal-privatezza tal-individwi.

Emenda  162

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) tikkoordina l-politiki taċ-ċertifikazzjoni fit-territorju rispettiv tagħhom, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39.

Ġustifikazzjoni

B'kunsiderazzjoni tal-kriterji li nżommu fil-pożizzjoni tagħna rigward it-tisħiħ tal-politiki ta' ċertifikazzjoni, aħna naħsbu li huwa importanti li ssir referenza għas-setgħat tal-awtorità/ajiet ta' superviżjoni jew ta' kontroll f'dan ir-rigward.

Emenda  163

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt jb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(jb) twettaq verifiki jew pjanijiet ta' verifiki dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

Emenda  164

Proposta għal regolament

Artikolu 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull awtorità ta' superviżjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha. Ir-rapport għandu jkun ippreżentat lill-parlament nazzjonali u għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku, għall-Kummissjoni u għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Kull awtorità ta' superviżjoni għandha tfassal rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha. Ir-rapport għandu jkun ippreżentat lill-parlament rispettiv u/jew lill-awtoritajiet oħrajn maħtura skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u għandu jkun magħmul disponibbli għall-pubbliku, għall-Kummissjoni u għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Ġustifikazzjoni

Fl-opinjoni tagħna, għandha ssir emenda sabiex il-kliem ikun koerenti wkoll għal dawk il-pajjiżi li għandhom aktar minn awtorità waħda ta' superviżjoni fit-territorju tagħhom.

Emenda  165

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta l-awtorità ta' superviżjoni kkonċernata jkollha l-ħsieb li ma ssegwix l-opinjoni tal-Kummissjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar dan fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 u tipprovdi ġustifikazzjoni. F'dan il-każ l-abbozz ta' miżura ma għandux ikun adottat għal xahar ieħor.

4. Meta l-awtorità ta' superviżjoni kkonċernata jkollha l-ħsieb li ma ssegwix l-opinjoni tal-Kummissjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar dan fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 u tipprovdi ġustifikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Dan il-perjodu supplementari jidher irraġonevoli.

Emenda  166

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati ta' urġenza relatati mal-interessi tas-suġġetti tad-dejta fil-każijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha minnufih tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 87(3). Dawk l-atti għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-prerogattiva tal-Kummissjoni taffettwa ħażin l-indipendenza tal-awtoritajiet ta' superviżjoni.

Emenda  167

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) jipproponi l-pedamenti tal-politika Ewropea ta' ċertifikazzjonijiet u jissorveljahom u jivvalutahom, u jibgħat ir-riżultati lill-Kummissjoni.

Emenda  168

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jeleġġi president u żewġ viċi-presidenti minn fost il-membri tiegħu. Viċi-president għandu jkun il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, sakemm dan ma jkunx ġie elett president.

1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jeleġġi president u żewġ viċi presidenti minn fost il-membri tiegħu.

Ġustifikazzjoni

M'hemm l-ebda raġuni li tiġġustifika li l-Kontrollur għandu d-dritt aqwa minn kwalunkwe Awtorità oħra sabiex ikun viċi president.

Emenda  169

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzu għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità ta' superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru jekk huwa jħoss li l-ipproċessar ta' dejta personali dwaru ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament.

1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju ieħor, kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem l-awtorità ta' superviżjoni fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu jew fl-Istat Membru fejn il-kontrollur tad-dejta għandu l-istabbiliment ewlieni tiegħu; jekk huwa jħoss li l-ipproċessar ta' dejta personali dwaru ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament.

Emenda  170

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Indipendentement minn ilment ta' suġġett tad-dejta, kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem awtorità ta' superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru, jekk tqis li jkun seħħ ksur ta' dejta personali.

imħassar

Emenda  171

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju biex jobbliga lill-awtorità ta' superviżjoni taġixxi dwar ilment, fin-nuqqas ta' deċiżjoni li tkun neċessarja biex tipproteġi d-drittjiet tiegħu, jew meta l-awtorità ta' superviżjoni ma tinfurmax lis-suġġett tad-dejta fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tal-ilment skont il-punt (b) tal-Artikolu 52(1).

2. Wara tliet xhur mid-data tat-tressiq ta' lment, jekk l-awtorità ta' superviżjoni ma tkunx informat lis-suġġett tad-dejta dwar dan, ifisser li t-talba tkun ġiet miċħuda. It-talba tkun tqiset bħala miċħuda wkoll, jekk wara li jgħaddu sitt xhur mit-tressiq tal-ilment, l-istess ilment ma jkunx ġie riżolt b'mod definittiv mill-awtorità superviżorja.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt jiġi stabbilit limitu ta' żmien massimu għat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-każ ta' lmenti, li nistabbilixxu li huwa sitt xhur. Aħna nistgħu nikkunsidraw perjodu itwal f'każijiet eċċezzjonali. Fi kwalunkwe każ, huwa stmat li l-ilmenti għandu jkollhom skadenza stabbilita biex tiġi pprovduta informazzjoni lis-suġġett tad-dejta dwar l-ilment, li jekk tinqabeż, tkun ekwivalenti f'kull effett għar-rifjut tiegħu.

Emenda  172

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Suġġett tad-dejta li huwa interessat minn deċiżjoni ta' awtorità ta' superviżjoni fi Stat Membru ieħor minn fejn is-suġġett tad-dejta għandu r-residenza abitwali tiegħu, jista' jitlob lill-awtorità ta' superviżjoni tal-Istat Membru fejn huwa għandu r-residenza abitwali tiegħu sabiex tibda proċeduri f'ismu kontra l-awtorità ta' superviżjoni kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-opportunità ma tagħti l-ebda valur miżjud liċ-ċittadini u tirriskja li tikkomprometti l-iżvolġiment tajjeb tal-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet ta' superviżjoni fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' superviżjoni tal-konsistenza.

Emenda  173

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jkun hemm proċeduri pendenti fil-mekkaniżmu ta' konsistenza msemmi fl-Artikolu 56, li jirrigwardaw l-istess miżura, deċiżjoni jew prattika, qorti tista' tissospendi l-proċeduri miġjuba quddiemha, ħlief meta l-urġenza tal-kwistjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta ma tippermettix li wieħed jistenna l-eżitu tal-proċedura fil-mekkaniżmu ta' konsistenza.

3. Meta jkun hemm proċeduri pendenti fil-mekkaniżmu ta' konsistenza msemmi fl-Artikolu 56, li jirrigwardaw l-istess miżura, deċiżjoni jew prattika, qorti tista' tissospendi l-proċeduri miġjuba quddiemha, fuq talba ta' waħda mill-partijiet u wara li jinstemgħu l-partijiet kollha, ħlief meta l-urġenza tal-kwistjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta ma tippermettix li wieħed jistenna l-eżitu tal-proċedura fil-mekkaniżmu ta' konsistenza.

Ġustifikazzjoni

Is-sospensjoni tal-proċess tfisser li ssir azzjoni biss fuq talba ta' waħda mill-partijiet u wara smigħ ikkontestat, peress li din is-soluzzjoni hija aktar konsistenti ma' dan it-tip ta' proċessi.

Emenda  174

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 73(2) għandu jkollha d-dritt li teżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 74 u 75 f'isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

M'hemmx bżonn prattiku għal tali mekkaniżmu.

Emenda  175

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta fl-ipproċessar ikun hemm involuti aktar minn kontrollur jew proċessur wieħed , kull kontrollur jew proċessur għandu jkun responsabbli in solidum għall-ammont sħiħ tal-ħsara.

2. Meta fl-ipproċessar ikun hemm involuti aktar minn kontrollur jew proċessur wieħed, kull kontrollur jew proċessur għandu jkun responsabbli in solidum għall-ammont sħiħ tal-ħsara. Fil-każ ta' responsabbiltà in solidum, il-proċessur li sewwa l-ħsara tal-persuna kkonċernata jista' jieħu azzjoni kontra l-kontrollur biex jieħu rimbors, jekk dan aġixxa skont l-att legali msemmi fl-Artikolu 26(2).

Emenda  176

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull awtorità ta' superviżjoni għandha tingħata s-setgħa li timponi sanzjonijiet amministrattivi skont dan l-Artikolu.

1. L-awtorità ta' superviżjoni kompetenti skont l-Artikolu 51(2) għandha tingħata s-setgħa li timponi sanzjonijiet amministrattivi skont dan l-Artikolu.

Emenda  177

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F'kull każ individwali s-sanzjoni amministrattiva għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva. L-ammont tal-multa amministrattiva għandu jiġi ffissat b'kunsiderazzjoni xierqa tan-natura, il-gravità u d-dewmien tal-ksur, il-karattru intenzjonali jew b'negliġenza tal-ksur, il-grad tar-responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika u jekk kienx hemm ksur preċedenti minn din il-persuna, il-miżuri u l-proċeduri tekniċi u organizzazzjonali implimentati skont l-Artikolu 23 u l-grad ta' kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja sabiex jiġi rimedjat il-ksur.

2. F'kull każ individwali s-sanzjoni amministrattiva għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva. L-ammont tal-multa amministrattiva għandu jiġi ffissat, fost affarijiet oħrajn, b'kunsiderazzjoni xierqa:

 

(a) in-natura, il-gravità u d-dewmien tal-ksur,

 

(b) is-sensittività tad-dejta inkwistjoni,

 

(c) il-karattru doluż jew kolpuż tal-ksur,

 

(d) il-grad ta' kooperazzjoni jew rifjut jew ostruzzjoni għall-kooperazzjoni ma' kwalunkwe proċess ta' infurzar,

 

(e) il-miżuri li jkunu ttieħdu minn persuna fiżika jew ġuridika sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi rilevanti;

 

(f) il-portata tad-dannu jew tar-riskju ta' dannu maħluqa mill-ksur,

 

(g) il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika u ta' ksur kommess preċedentement minn din il-persuna,

 

(h) il-miżuri u l-proċeduri tekniċi u organizzattivi implimentati skont l-Artikolu 23 u l-grad ta' kooperazzjoni mal-awtorità ta' superviżjoni bil-għan li jiġi rimedjat il-ksur.

(Il-punt tal-paragrafu 2 fit-test tal-Kummissjoni sar il-punti (a), (c), (g) u (h) fl-emenda tal-Parlament.)

Emenda  178

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 2a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-awtorità ta' superviżjoni tista' tagħti twissija bil-miktub mingħajr ma timponi sanzjoni. L-awtorità ta' superviżjoni tista' timponi multa sa EUR 1 000 000 għal ksur ripetut, volontarju jew, fil-każ ta' kumpanija, sa 2 % tal-fatturat annwali tagħha fid-dinja kollha.

Ġustifikazzjoni

L-ammont massimu tal-multa li tista' tiġi imposta minn awtorità ta' superviżjoni, li tista' tkun ta' EUR 1 miljun u, għal kumpaniji, 2 % tal-fatturat annwali tagħhom fid-dinja kollha, irid jinżamm. Madankollu, għandha tinżamm ukoll l-indipendenza tal-awtoritajiet superviżorji stabbilita bl-Artikolu 8(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Barra dan, il-mekkaniżmu ta' konsistenza, u b'mod partikolari l-Artikolu 58(3) u (4), jista' jikkontribwixxi għal politika armonizzata fl-UE għal sanzjonijiet amministrattivi.

Emenda  179

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 3 – punti a u b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-persuna fiżika qed tipproċessa d-dejta personali mingħajr interess kummerċjali; jew

(a) impriża jew organizzazzjoni li timpjega anqas minn 250 persuna hija lesta li tikkoopera mal-awtorità ta' superviżjoni għall-istabbiliment ta' miżuri korrettivi li jippermettu li jiġi evitat ksur simili fil-futur. Il-kollaborazzjoni msemmija f'dan il-punt hija stabbilita skont impenji sodi mwettqa mal-awtorità ta' superviżjoni. In-nuqqas ta' kollaborazzjoni mal-awtorità ta' superviżjoni debitament akkreditata, wara li jgħaddu sitt xhur mill-bidu tal-proċess, tiddetermina l-impożizzjoni tal-multa li, jekk ikun applikabbli, tkun oriġinat minnu.

(b) intrapriża jew organizzazzjoni li timpjega anqas minn 250 persuna tkun qed tipproċessa d-dejta personali biss bħala attività anċillari għall-attivitajiet ewlenin tagħha.

(b) amministrazzjoni pubblika tikkollabora mal-awtorità ta' superviżjoni għall-istabbiliment ta' miżuri li jipprevjenu ksur simili fil-futur. Il-kollaborazzjoni msemmija f'dan il-punt hija determinata mill-ftehimiet jew deċiżjonijiet meħuda mill-amministrazzjoni kkonċernata, fejn se ssir referenza għall-oriġini tal-miżuri mwettqa. In-nuqqas ta' kollaborazzjoni mal-awtorità ta' superviżjoni debitament akkreditata, wara sena mill-bidu tal-proċess, se jiddetermina l-impożizzjoni tal-multa li, jekk ikun applikabbli, tkun oriġinat minnu.

Għall-finijiet ta' dan l-artikolu, il-każijiet preċedenti tas-sanzjonijiet għall-ksur kolpuż għandhom jiġu kkanċellati skont it-termini li ġejjin:

 

sentejn jekk is-sanzjonijiet ikunu akkumpanjati minn multi sa EUR 250 000, jew fil-każ ta' impriża sa 0,5 % tal-fatturat annwali tagħha fid-dinja kollha; erba' snin jekk is-sanzjonijiet ikunu akkumpanjati minn multi sa EUR 500 000, jew fil-każ ta' impriża sa 1 % tal-fatturat annwali tagħha fid-dinja kollha; sitt snin jekk is-sanzjonijiet ikunu akkumpanjati minn multi sa EUR 1 000 000, jew fil-każ ta' impriża sa 2 % tal-fatturat annwali tagħha fid-dinja kollha.

 

 

Għall-finijiet ta' dan l-artikolu, il-każijiet preċedenti tas-sanzjonijiet għall-ksur kolpuż serju jew doluż għandhom jiġu kkanċellati skont it-termini li ġejjin:

 

 

ħames snin jekk is-sanzjonijiet ikunu akkumpanjati minn multi sa EUR 250 000, jew fil-każ ta' impriża sa 0,5 % tal-fatturat annwali tagħha fid-dinja kollha; għaxar snin jekk is-sanzjonijiet ikunu akkumpanjati minn multi sa EUR 500 000, jew fil-każ ta' impriża sa 1 % tal-fatturat annwali tagħha fid-dinja kollha; ħmistax-il sena jekk is-sanzjonijiet ikunu akkumpanjati minn multi sa EUR 1 000 000, jew fil-każ ta' impriża sa 2 % tal-fatturat annwali tagħha fid-dinja kollha.

(Il-parti tal-punt (d) fit-test tal-Kummissjoni saret il-parti tal-punt (a) fl-emenda tal-Parlament.)

Ġustifikazzjoni

L-istabbiliment ta' lista usa' ta' sanzjonijiet alternattivi, b'enfasi speċjali fuq strateġija bbażata fuq l-evitar ta' ksur fil-futur. Il-maġġoranza tas-sanzjonijiet alternattivi previsti jfittxu l-istabbiliment ta' impenji li jistabbilixxu l-mezzi biex jipprevjenu ksur fil-futur. L-impenji ta' korrezzjoni huma evidenti mill-ftehimiet mal-awtorità ta' superviżjoni, jew atti jew riżoluzzjonijiet adottati mill-amministrazzjoni kkonċernata.

Emenda  180

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafi 4 sa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorità ta' superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 250.000 jew, fil-każ ta' impriża sa 0.5 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b'intenzjoni jew b'negliġenza:

imħassar

(a) ma jipprovdix il-mekkaniżmi għal talbiet mis-suġġetti tad-dejta jew ma jwiġibx mill-ewwel jew mhux fil-format mitlub lil suġġetti tad-dejta skont l-Artikolu 12(1) u (2);

 

(b) jimponi miżata għall-informazzjoni jew għal tweġiniet għal talbiet ta' soġġetti tad-dejta bi vjolazzjoni tal-Artikolu 12(4).

 

5. L-awtorità ta' superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 500.000 jew, fil-każ ta' impriża sa 1 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b'intenzjoni jew b'negliġenza:

 

(a) ma jipprovdix l-informazzjoni, jew ma jipprovdix informazzjoni kompluta, jew ma jipprovdix l-informazzjoni b'mod trasparenti biżżejjed, lis-suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(3) u l-Artikolu (14);

 

(b) ma jipprovdix aċċess lis-suġġett tad-dejta jew ma jirrettifikax dejta personali skont l-Artikoli 15 u 16 jew ma jikkomunikax l-informazzjoni rilevanti lil riċevitur skont l-Artikolu 13;

 

(c) ma jikkonformax mad-dritt li wieħed jintnesa jew għat-tħassir, jew jonqos li jistabbilixxi mekkaniżmi sabiex jiżgura li l-limiti ta' żmien ikunu osservati jew ma jieħux il-passi kollha meħtieġa sabiex jinforma lil partijiet terzi li suġġett tad-dejta għamel talba biex iħassar kwalunkwe konnessjonijiet ma', kopja jew replika ta' dejta personali relatata mas-suġġett tad-dejta l-Artikolu 17;

 

(d) ma jipprovdix kopja tad-dejta personali f'format elettroniku jew ifixkel lis-suġġett tad-dejta milli jittrasmetti d-dejta personali lil applikazzjoni oħra bi ksur tal-Artikolu 18;

 

(e) ma jiddeterminax jew ma jiddeterminax biżżejjed ir-responsabbiltajiet rispettivi ma' kokontrolluri skont l-Artikolu 24;

 

(f) ma jżommx jew ma jżommx biżżejjed id-dokumentazzjoni skont l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(4), u l-Artikolu 44(3);

 

(g) ma jikkonformax, f'każijiet fejn kategoriji speċjali ta' dejta ma jkunux involuti, skont l-Artikoli 80, 82 u 83 ma' regoli relatati mal-libertà tal-espressjoni jew ma' regoli dwar l-ipproċessar fil-kuntest tal-impjieg jew mal-kundizzjonijiet għall-ipproċessar għal għanijiet ta' storja, statistika u riċerka xjentifika.

 

6. L-awtorità ta' superviżjoni għandha timponi multa sa EUR 1 000 000 jew, fil-każ ta' impriża sa 2 % tal-fatturat annwali dinji tagħha, lil kull min, b'intenzjoni jew b'negliġenza:

 

(a) jipproċessa dejta personali mingħajr kwalunkwe bażi legali jew bażi legali suffiċjenti għall-ipproċessar jew ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet għall-kunsens skont l-Artikoli 6, 7 u 8;

 

(b) jipproċessa kategoriji speċjali ta' dejta bi ksur tal-Artikoli 9 u 81;

 

(c) ma jikkonformax ma' oġġezzjoni jew il-kundizzjoni skont l-Artikolu 19;

 

(d) ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet relatati ma' miżuri bbażati fuq it-tfassil ta' profili skont l-Artikolu 20;

 

(e) ma jadottax politiki interni jew ma jimplimentax miżuri xierqa sabiex jiżgura u juri konformità skont l-Artikoli 22, 23 u 30;

 

(f) ma jaħtarx rappreżentant skont l-Artikolu 25;

 

(g) jipproċessa jew jagħti struzzjonijiet għall-ipproċessar ta' dejta personali bi ksur tal-obbligi relatati mal-ipproċessar f'isem kontrollur skont l-Artikoli 26 u 27;

 

(h) ma jwissix dwar jew ma jinnotifikax ksur ta' dejta personali jew ma jinnotifikax fil-ħin jew għal kollox il-ksur tad-dejta lill-awtorità ta' superviżjoni jew lis-suġġett tad-dejta skont l-Artikoli 31 u 32;

 

(i) ma jwettaqx valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont jew jipproċessa dejta personali mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel jew konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikoli 33 u 34;

 

(j) ma jaħtarx uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jew ma jiżgurax il-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kompiti skont l-Artikoli 35, 36 u 37;

 

(k) juża ħażin siġill jew marka ta' protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 39;

 

(l) jagħmel jew jagħti struzzjonijiet sabiex isir trasferiment lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali li ma jkunx permess minn deċiżjoni ta' adegwatezza jew minn salvagwardji xierqa jew minn deroga skont l-Artikoli 40 sa 44;

 

(m) ma jikkonformax ma' ordni jew projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar jew is-sospensjoni ta' flussi ta' dejta mill-awtorità ta' superviżjoni skont l-Artikolu 53(1);

 

(n) ma jikkonformax mal-obbligi li jassisti jew iwieġeb jew jipprovdi informazzjoni rilevanti lil, jew aċċess għall-bini lill-awtorità ta' superviżjoni skont l-Artikolu 28(3), l-Artikolu 29, l-Artikolu 34(6) u l-Artikolu 53(2);

 

(o) ma jikkonformax mar-regoli għas-salvagwardja tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 84.

 

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex taġġorna l-ammonti ta' multi amministrattivi msemmija fil-paragrafi 4, 5 u 6, filwaqt li tikkunsidra l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2.

 

Emenda  181

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi mid-dispożizzjonijiet dwar il-prinċipji ġenerali fil-Kapitolu II, mid-drittijiet tas-suġġett tad-dejta fil-Kapitolu III, dwar il-kontrollur u l-proċessur fil-Kapitolu IV, dwar it-trasferiment ta' dejta personali lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Kapitolu V, l-awtoritajiet ta' superviżjoni indipendenti fil-Kapitolu VI u dwar il-kooperazzjoni u l-konsistenza fil-Kapitolu VII għall-ipproċessar ta' dejta personali li jsir unikament għal għanijiet ta' ġurnaliżmu jew għall-għan ta' espressjoni artistika jew letterarja għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali mar-regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni.

1. Il-Kapitolu II (Prinċipji), il-Kapitolu III (Drittijiet tas-suġġett tad-dejta), il-Kapitolu IV (Kontrollur u proċessur), il-Kapitolu V (Trasferiment ta' dejta personali lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali), il-Kapitolu VI (Awtoritajiet ta' superviżjoni indipendenti), il-Kapitolu VII (Kooperazzjoni u konsistenza) kif ukoll l-Artikoli 73, 74, 76 u 79 tal-Kapitolu VIII (Rimedji, responsabbiltà u sanzjonijiet) ma għandhomx japplikaw għall-ipproċessar ta' dejta personali li jsir għal għanijiet ta' ġurnaliżmu jew għall-għan ta' espressjoni artistika jew letterarja għar-rikonċiljazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali mar-regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni.

Ġustifikazzjoni

L-abbozz ta' leġiżlazzjoni l-ġdid dwar il-protezzjoni tad-dejta jieħu l-forma ta' regolament u għaldaqstant japplika direttament. Jekk liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta tapplika direttament, l-eċċezzjoni marbuta mal-libertà tal-istampa għandha tapplika direttament ukoll. L-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri ma għandhiex tbaxxi l-livell attwali ta' protezzjoni. Barra minn hekk, l-eżenzjoni jmissha tkun estiza għall-Artikoli 73,74, 76 u 79 tal-Kapitolu VIII (Rimedji, responsabbiltajiet u sanzjonijiet) billi dawn l-Artikoli jinkludu elementi ġodda li jmorru oltre dak previst fid-direttiva attwali u mhumiex idonei għall-attivitajiet ġurnalistiċi jew joħolqu theddida gravi għal-libertà tal-istampa. Il-kelma ‘unikament’ timmina ċ-ċertezza tad-dritt billi toffri lakuna potenzjalment sinifikanti li timmina l-dispożizzjoni stabbilita b'dan l-artikolu.

Emenda  182

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi tiegħu li jkun adotta skont il-paragrafu 1 sa mhux aktar tard mid-dejta speċifikata fl-Artikolu 91(2) u, mingħajr dewmien, dwar kwalunkwe liġi ta' emenda jew emenda sussegwenti li taffettwahom.

imħassar

Emenda  183

Proposta għal regolament

Artikolu 80a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 80a

 

Ipproċessar ta' dejta personali u l-prinċipju ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti uffiċjali

 

Id-dejta personali f'dokumenti miżmuma minn awtorità pubblika jew korp pubbliku tista' tiġi żvelata minn din l-awtorità jew dan il-korp skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti uffiċjali, li jgħaqqad id-dritt tal-protezzjoni ta' dejta personali mal-prinċipju ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti uffiċjali.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jkun żgurat li s-sorveljanza pubblika ta' kwistjonijiet pubbliċi ma tkunx imxekkla mingħajr ħtieġa minn regoli għall-protezzjoni tad-dejta. Kif espress f'opinjonijiet mill-KEPD, il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 u l-FRA, il-prinċipju ta' aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali għalhekk għandu jkun garantit f'Artikolu u mhux biss fi premessa.

Emenda  184

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 87 sabiex tispeċifika aktar raġunijiet oħra ta' interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-unika oġġezzjoni li nagħmlu għal din ir-regola hija mogħtija mid-delega favur il-Kummissjoni li tinsab fil-paragrafu 3. Mill-perspettiva tagħna, il-limiti aċċettabbli għad-delega leġiżlattiva jinqabżu, u konsegwentement il-kwistjonijiet imsemmija għandhom jiġu ttrattati bl-istess strument, jew issa jew permezz ta' riformi iktar tard li jistgħu jkunu meħtieġa, sabiex tkun żgurata l-effikaċja fil-futur.

Emenda  185

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għas-salvagwardji għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-delega li tinsab fil-paragrafu 3 favur il-Kummissjoni hija eċċessiva, u dak indikat f'dan il-paragrafu għandu jiġi implimentat fid-dispożizzjoni xierqa.

Emenda  186

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-limiti ta' dan ir-Regolament, dejta personali tista' tkun ipproċessata għal għanijiet ta' storja, statistika jew riċerka xjentifika biss jekk:

1. Fil-limiti ta' dan ir-Regolament, dejta personali tista' tkun ipproċessata għal għanijiet ta' storja, statistika jew riċerka xjentifika, kif ukoll ta' riċerka uffiċjali jew amministrattiva preliminari għad-determinazzjoni tal-filjazzjoni naturali, biss jekk:

 

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu ffaċilitati r-riċerki tal-filjazzjoni naturali, f'każijiet ta' serq jew ħtif tat-trabi, hawnhekk nipproponu l-introduzzjoni ta' klawsola fl-ewwel paragrafu immirata biex tagħmel leġittimi b'mod ċar il-proċessi għal dawn ir-riċerki.

Emenda  187

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) dawk l-għanijiet ma jistgħux jintlaħqu mod ieħor bl-ipproċessar ta' dejta li ma jippermettix jew m'għadux jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-dejta;

(a) dawk l-għanijiet ma jistgħux jinkisbu b'mod raġonevoli bl-ipproċessar ta' dejta li ma jippermettix jew m'għadux jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-dejta; kif ukoll

Emenda  188

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-dejta li tippermetti l-attribuzzjoni ta' informazzjoni lil suġġett tad-dejta identifikat jew li jista' jkun identifikat tinżamm b'mod separat mill-informazzjoni l-oħra sakemm dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu b'dan il-mod.

(b) id-dejta li tippermetti l-attribuzzjoni ta' informazzjoni lil suġġett tad-dejta identifikat jew li jista' jkun identifikat tinżamm b'mod separat mill-informazzjoni l-oħra sakemm dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu b'dan il-mod.

 

Id-dejta personali pproċessata fil-qafas tar-riċerka uffiċjali jew amministrattiva preliminari għad-determinazzjoni tal-filjazzjoni naturali għandha tiġi komunikata biss lis-suġġetti tad-dejta fejn xieraq u mingħajr preġudizzju għall-preżentazzjoni ta' akkużi kriminali meta jiġi previst hekk legalment.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu ffaċilitati r-riċerki tal-filjazzjoni naturali, f'każijiet ta' serq jew ħtif tat-trabi, huwa introdott paragrafu fl-aħħar tal-paragrafu 1, sabiex jiġu stabbiliti s-salvagwardji adegwati għall-privatezza tad-dejta personali pproċessata fil-qafas tar-riċerki ġudizzjarji jew amministrattivi preġudizzjarji, b'tali mod li din id-dejta tiġi kkomunikata biss meta jkun meħtieġ bil-liġi.

Emenda  189

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 2 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Korpi li jkunu qegħdin jagħmlu riċerka storika, statistika jew xjentifika jistgħu jippubblikaw jew b'mod ieħor jiżvelaw pubblikament dejta personali biss jekk:

2. Korpi li jkunu qegħdin jagħmlu riċerka storika, statistika, aggregata jew xjentifika jistgħu jippubblikaw jew b'mod ieħor jiżvelaw pubblikament dejta personali biss jekk:

Emenda  190

Proposta għal regolament

Artikolu 83 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Aktar ipproċessar ta' dejta għal għanijiet storiċi, statistiċi, aggregati jew xjentifiċi ma għandhomx jitqiesu bħala inkompatibbli skont il-punt (b) tal-Artikolu 5(1) dment li l-ipproċessar:

 

(a) ikun suġġett għall-kundizzjonijiet u s-salvagwardji ta' dan l-Artikolu; kif ukoll

 

(b) jikkonforma mal-leġiżlazzjonijiet l-oħra rilevanti kollha.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta attwali għall-Artikolu 83 tidher li tippermetti l-ipproċessar ta' dejta dwar is-saħħa, f'forma identifikabbli, għall-finijiet ta' riċerka mingħajr referenza għall-kunsens. L-uniċi salvagwardji (li d-dejta identifikabbli għandha tinżamm separata u li r-riċerkaturi jistgħu jużaw dejta identifikabbli biss jekk ir-riċerka ma tistax titwettaq bl-użu ta' dejta mhux identifikabbli) inaqqsu b'mod sinifikanti l-protezzjoni tad-dejta dwar is-saħħa. Hemm riskju li l-proposta attwali tippermetti li r-riċerkaturi jużaw dejta identifikabbli mingħajr kunsens.

Emenda  191

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 86 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 kif ukoll kwalunkwe limitazzjoni meħtieġa fuq id-drittijiet tal-informazzjoni lil u l-aċċess mis-suġġett tad-dejta u li jagħtu dettalji dwar il-kundizzjonijiet u s-salvagwardji għad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta f'dawn iċ-ċirkostanzi.

imħassar

Emenda  192

Proposta għal regolament

Artikolu 85 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-knejjes u l-assoċjazzjonijiet reliġjużi li japplikaw regoli komprensivi skont il-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-istabbilment ta' awtorità ta' superviżjoni indipendenti skont il-Kapitolu VI ta' dan ir-Regolament.

2. Il-knejjes u l-assoċjazzjonijiet reliġjużi li japplikaw regoli komprensivi skont il-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-istabbilment ta' awtorità ta' superviżjoni indipendenti skont il-Kapitolu VI ta' dan ir-Regolament, jew jiksbu ċertifikazzjoni biżżejjed għall-proċessi li jsiru skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 39.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit tal-awtorità ta' superviżjoni jista' jeżisti flimkien ma' dak taċ-ċertifikazzjoni, li jista' jkun utli speċjalment għall-komunitajiet reliġjużi b'inqas riżorsi ekonomiċi.

Emenda  193

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2),l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat mid-dejta tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 30, l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2),l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat mid-dejta tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  194

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) tista' tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) tista' tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delegazzjoni ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

Emenda  195

Proposta għal regolament

Artikolu 86 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 12(5), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 30(3), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 79(6), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 15(3), l-Artikolu 17(9), l-Artikolu 20(6), l-Artikolu 22(4), l-Artikolu 23(3), l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 31(5), l-Artikolu 32(5), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 34(8), l-Artikolu 35(11), l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 39(2), l-Artikolu 43(3), l-Artikolu 44(7), l-Artikolu 81(3), l-Artikolu 82(3) u l-Artikolu 83(3) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  196

Proposta għal regolament

Artikolu 86 - paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-Kummissjoni se tippromwovi n-newtralità teknoloġika dwar l-adozzjoni tal-atti msemmija f'dan l-Artikolu.

PROĊEDURA

Titolu

Protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (Regolament dwar il-Protezzjoni ta' Data Ġenerali)

Referenzi

COM(2012)0011 – C7-0025/2012 – 2012/0011(COD)

Kumitat(i) responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.2.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

14.6.2012

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Marielle Gallo

14.6.2012

Eżami fil-kumitat

10.7.2012

6.11.2012

21.2.2013

 

Data tal-adozzjoni

19.3.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

6

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Zbigniew Ziobro, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Eva Lichtenberger, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ricardo Cortés Lastra

PROĊEDURA

Titolu

Il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali)

Referenzi

COM(2012)0011 – C7-0025/2012 – 2012/0011(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.1.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.2.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.2.2012

EMPL

24.5.2012

ITRE

16.2.2012

IMCO

16.2.2012

 

JURI

14.6.2012

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

13.2.2012

 

 

 

       Data tal-ħatra

Rapporteur(s)

 

Jan Philipp Albrecht

12.4.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2012

31.5.2012

9.7.2012

19.9.2012

 

5.11.2012

10.1.2013

21.1.2013

20.3.2013

 

6.5.2013

21.10.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

21.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Salvatore Caronna, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Kinga Gál, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Clemente Mastella, Véronique Mathieu Houillon, Anthea McIntyre, Nuno Melo, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Wim van de Camp, Axel Voss, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Silvia Costa, Dimitrios Droutsas, Evelyne Gebhardt, Monika Hohlmeier, Jan Mulder, Raül Romeva i Rueda, Carl Schlyter, Marco Scurria

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Pilar Ayuso, Miloslav Ransdorf, Britta Reimers, Kay Swinburne, Rafał Trzaskowski, Pablo Zalba Bidegain

Data tat-tressiq

22.11.2013