RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013

31.1.2014 - (COM(2013)0480 – C7‑0201/2013 – 2013/0224(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Theodoros Skylakakis

Proċedura : 2013/0224(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0080/2014
Testi mressqa :
A7-0080/2014
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013

(COM(2013)0480 – C7‑0201/2013 – 2013/0224(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0480),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0201/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2013[1],

–       wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni ,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0080/2014),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda   1

Proposta għal regolament

Taqsima

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) It-trasport marittimu għandu impatt fuq il-klima globali u fuq il-kwalità tal-arja, bħala riżultat tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) u ta’ emissjonijiet oħrajn, inklużi l-ossidi tan-nitroġenu (NOx), l-ossidi tal-kubrit (SOx), il-metan (CH4), il-materja partikulata (PM) u l-karbonju iswed (BC).

Emenda   3

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) It-trasport marittimu internazzjonali għadu l-uniku mezz ta' trasport li mhuwiex inkluż fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Skont il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta għal dan ir-Regolament, l-emissjonijiet ta'CO2 mit-trasport marittimu internazzjonali żdiedu b'48 % bejn l-1990 u l-2007.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1c) Fid-dawl tal-għarfien xjentifiku li qiegħed jiżviluppa b’mod rapidu għandha ssir valutazzjoni aġġornata regolari fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament, fir-rigward tal-impatt mhux tas-CO2 tat-trasport marittimu fuq il-klima globali. Abbażi tal-valutazzjonijiet tagħha, u meta tikkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Settembru 2011 dwar approċċ komprensiv għall-emissjonijiet antropoġeniċi mhux tas-CO2 rilevanti għall-klima, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-implikazzjonijiet għall-politiki u l-miżuri sabiex jitnaqqsu dawk l-emissjonijiet.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1d) Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni biex tindirizza attivitajiet oħra li jwasslu għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra u sustanzi li jniġġsu l-arja li mhumiex koperti b’dan ir-Regolament, jiġifieri l-użu ta’ refriġeranti minn dgħajjes tas-sajd, u l-emissjonijiet evaporattivi mit-tagħbija u l-ħatt tal-fjuwil u ta' merkanzija bl-ingrossa (eż. VOCs, PM).

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1e) Il-White Paper tal-Kummissjoni "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport" tal-2011 titlob li sal-2050, l-emissjonijiet mit-trasport marittimu jonqsu b'40 % (50 % jekk possibbli) meta mqabbla mal-livelli fl-2005, speċifikament permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipji "l-utent iħallas" u "min iniġġes iħallas".

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 1f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1f) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-“Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport - Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti” (2011/2096(INI)) titlob għal tnaqqis uniformi ta’ 30 % fl-Unjoni fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 u sustanzi li jniġġsu fit-trasport marittimu, li għalihom għandha ssir kontribuzzjoni mill-ftehimiet tal-OMI dwar l-Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija u l-Pjan dwar il-Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Skont id-dejta pprovduta mill-OMI, il-konsum speċifiku ta’ enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 ta’ bastimenti li jistgħu jitnaqqsu b’sa 75 % billi jiġu applikati miżuri operazzjonali u bl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji eżistenti; parti sinifikanti minn dawn il-miżuri tista’ titqies bħala kosteffiċjenti minħabba li l-ispejjeż mnaqqsa tal-fjuwil jiżguraw ħlas lura ta’ kwalunkwe spiża operattiva jew tal-investiment.

(3) Skont id-dejta pprovduta mill-OMI, il-konsum speċifiku ta’ enerġija u l-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ bastimenti li jistgħu jitnaqqsu b’25-75 % billi jiġu applikati miżuri operazzjonali u bl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji eżistenti; parti sinifikanti minn dawn il-miżuri tista’ titqies bħala kosteffiċjenti u li tkun tali li tista' toffri benefiċċji netti għas-settur, minħabba li l-ispejjeż mnaqqsa tal-fjuwil jiżguraw ħlas lura ta’ kwalunkwe spiża operattiva jew tal-investiment.

Emenda   9

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu fil-livell tal-Unjoni, l-aqwa alternattiva possibbli tibqa’ t-twaqqif ta’ sistema għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet ta' CO2 ibbażati fuq il-konsum tal-fjuwil tal-bastimenti bħala l-ewwel pass ta' approċċ fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra.

(4) Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu fil-livell tal-Unjoni, l-aqwa alternattiva possibbli tibqa’ l-implimentazzjoni ta' miżura abbażi tas-suq, fosthom, ipprezzar tal-emissjonijiet jew imposta, li titlob it-twaqqif ta’ sistema għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ibbażati fuq il-konsum tal-fjuwil tal-bastimenti. Il-ġbir tad-dejta dwar tali emissjonijiet huwa l-ewwel pass ta' approċċ fi stadji, ġustifikat mill-ħtieġa ta' tnaqqis ta' tali emissjonijiet, għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra. L-aċċess pubbliku għad-dejta tal-emissjonijiet se jikkontribwixxi biex jitneħħew l-ostakli tas-suq li jżommu milli jittieħdu għadd ta' miżuri li ma jiswewx flus u li jistgħu jnaqqsu l-emissjonijet mis-settur.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati u tad-diskussjonijiet ma’ sħab internazzjonali jindikaw li approċċ fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra għandu jiġi applikat fl-implimentazzjoni ta’ sistema MRV robusta għall-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu bħala l-ewwel pass u l-ipprezzar ta’ dawn l-emissjonijiet fi stadju aktar tard. Dan l-approċċ jiffaċilita li jsir progress sinifikanti fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-ftehim dwar miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijietijiet serra u dwar miżuri oħrajn sabiex dan it-tnaqqis jinkiseb bi spejjeż minimi.

(6) Ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati u tad-diskussjonijiet ma’ sħab internazzjonali jindikaw li approċċ fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra għandu jiġi applikat fl-implimentazzjoni ta’ sistema MRV robusta għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu bħala l-ewwel pass u l-introduzzjoni ta’ strumenti ta’ politika ġodda, jiġifieri, ipprezzar tal-emissjonijiet jew imposta, fi stadju aktar tard. Dan l-approċċ jiffaċilita li jsir progress sinifikanti fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-ftehim dwar miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijietijiet serra u dwar miżuri oħrajn sabiex dan it-tnaqqis jinkiseb bi spejjeż minimi.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-introduzzjoni ta’ sistema MRV tal-Unjoni mistennija li twassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jammontaw għal sa 2 % meta mqabbla ma’ xenarju ta’ żamma tal-istatus quo u tnaqqis fl-ispejjeż netti aggregati sa EUR 1,2 biljun sal-2030 billi tista’ tikkontribwixxi għat-tneħħija ta’ ostakli tas-suq, b’mod partikolari dawk relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti. Dan it-tnaqqis ta’ spejjeż tat-trasport għandu jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, sistema MRV robusta hija prerekwiżit għal kwalunkwe kejl jew standard ta’ effiċjenza bbażat fuq is-suq, jekk tiġi applikata fil-livell tal-Unjoni jew globalment. Hija tipprovdi wkoll dejta affidabbli biex jiġu stabbiliti miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet preċiżi u għall-evalwazzjoni tal-progress fil-kontribut tat-trasport marittimu lejn il-kisba ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.

(7) L-introduzzjoni ta’ sistema MRV tal-Unjoni mistennija li twassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet billi tista’ tikkontribwixxi għat-tneħħija ta’ ostakli tas-suq. Dan it-tnaqqis ta’ spejjeż tat-trasport għandu jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, sistema MRV robusta hija prerekwiżit għal kwalunkwe kejl ibbażat fuq is-suq jew miżuri oħra mmirati biex jipprovdu bażi aħjar għall-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, jekk tiġi applikata fil-livell tal-Unjoni jew globalment. Minħabba n-natura internazzjonali tat-tbaħħir, approċċ globali koordinat huwa l-metodu preferut u l-aktar effettiv sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fit-trasport marittimu internazzjonali. Hija tipprovdi wkoll dejta affidabbli biex jiġu stabbiliti miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet preċiżi u għall-evalwazzjoni tal-progress fil-kontribut tat-trasport marittimu lejn il-kisba ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-vjaġġi fi ħdan l-Unjoni kollha, il-vjaġġi kollha li jaslu mill-aħħar port mhux tal-Unjoni lejn l-ewwel port ta' waqfa tal-Unjoni u l-vjaġġi kollha ħerġin minn port tal-Unjoni lejn il-port ta' waqfa li jmiss mhux tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati rilevanti għal finijiet ta’ monitoraġġ. L-emissjonijiet ta' CO2 fil-portijiet tal-Unjoni inkluż meta l-bastimenti jkunu fl-irmiġġ jew jiċċaqalqu ġewwa port, għandhom ikunu koperti wkoll, b’mod partikolari minħabba li miżuri speċifiċi għat-tnaqqis jew l-evitar ta' dawn jeżistu. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju għall-bastimenti kollha irrispettivament mill-bandiera li jtajru.

(8) Il-vjaġġi fi ħdan l-Unjoni kollha, il-vjaġġi kollha li jaslu mill-aħħar port mhux tal-Unjoni lejn l-ewwel port ta' waqfa tal-Unjoni u l-vjaġġi kollha ħerġin minn port tal-Unjoni lejn il-port ta' waqfa li jmiss mhux tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati rilevanti għal finijiet ta’ monitoraġġ. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-portijiet tal-Unjoni inkluż meta l-bastimenti jkunu fl-irmiġġ jew jiċċaqalqu ġewwa port, għandhom ikunu koperti wkoll, b’mod partikolari minħabba li miżuri speċifiċi u teknoloġiji alternattivi, bħal infrastrutturi ta’ konnessjoni elettrika tal-bastimenti fl-irmiġġ, għat-tnaqqis jew l-evitar ta’ dawn jeżistu. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju għall-bastimenti kollha irrispettivament mill-bandiera li jtajru.

Ġustifikazzjoni

Fil-bliet portwali, l-emissjonijiet tal-bastimenti huma sors ewlieni tat-tniġġis urban. Il-konnessjoni tal-bastimenti fl-irmiġġ mas-sistema elettrika tippermetti lil dawn tal-aħħar jitfu l-muturi tagħhom u b’hekk jeliminaw parti mit-tniġġis. Din it-teknoloġija tintuża diġà u tagħti numru ta’ vantaġġi ambjentali, minbarra l-potenzjal industrijali li tista’ tirrappreżenta.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) Minħabba l-ambitu ġeografiku u l-ħtieġa konkomitanti ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra lil hinn mit-territorju tal-Istati Membri, u minħabba l-inklużjoni ta' intrapriżi marittimi rreġistrati mad-dinja kollha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiżi terzi fi stadju bikri u b'mod xieraq bil-ħsieb li tikseb l-akbar aċċettazzjoni internazzjonali possibbli.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sistema MRV tal-Unjoni speċifika għall-bastimenti għandha tkun ibbażata fuq il-kalkolu ta’ emissjonijiet mill-fjuwil ikkunsmat fuq vjaġġi minn portijiet tal-Unjoni u lejhom għaliex id-dejta dwar il-bejgħ tal-fjuwil ma tistax tipprovdi stimi preċiżi b’mod xieraq dwar il-konsum tal-fjuwil f'dan il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku minħabba l-kapaċitajiet kbar tat-tankijiet tal-bastimenti.

(10) Sistema MRV tal-Unjoni speċifika għall-bastimenti għandha tkun ibbażata fuq il-kalkolu ta’ emissjonijiet mill-fjuwil ikkunsmat jew fuq ir-rappurtar preċiż tal-emissjonijiet reali fuq vjaġġi minn portijiet tal-Unjoni u lejhom għaliex id-dejta dwar il-bejgħ tal-fjuwil ma tistax tipprovdi stimi preċiżi b’mod xieraq dwar il-konsum tal-fjuwil f’dan il-kamp ta’ applikazzjoni speċifiku minħabba l-kapaċitajiet kbar tat-tankijiet tal-bastimenti.

Ġustifikazzjoni

Il-bastimenti li jużaw monitoraġġ kontinwu jirċievu informazzjoni preċiża dwar l-emissjonijiet tagħhom u m’għandhomx għalfejn jikkonvertu din l-informazzjoni lura f’termini ta’ użu ta’ fjuwil.

Emenda   15

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha tkopri wkoll informazzjoni oħra rilevanti għall-klima li tippermetti d-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-bastimenti jew l-analiżi ulterjuri tal-kawżi tal-iżvilupp tal-emissjonijiet. Dan il-kamp ta' applikazzjoni jallinja wkoll is-sistema MRV tal-Unjoni mal-inizjattivi internazzjonali għall-introduzzjoni ta' sistema ta’ standards ta’ effiċjenza għal bastimenti eżistenti, li jkopru wkoll miżuri operazzjonali, u jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli tas-suq relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni.

(11) Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha tkopri wkoll informazzjoni oħra rilevanti sabiex tanalizza ulterjorment il-kawżi tal-iżvilupp tal-emissjonijiet, tallinja s-sistema MRV tal-Unjoni mal-inizjattivi internazzjonali għall-introduzzjoni ta' sistema ta’ standards ta’ effiċjenza għal bastimenti eżistenti, li jkopru wkoll miżuri operazzjonali, u tikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli tas-suq relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u għall-operaturi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u biex isir l-aħjar użu mill-proporzjon kostijiet-benefiċċji tas-sistema MRV mingħajr ma jiġi mhedded l-għan li jkun kopert sehem predominanti ħafna tal-emissjonijiet tal-gassijietijiet serra mit-trasport marittimu, ir-regoli għall-MRV għandhom japplikaw biss għal produtturi kbar. Intagħżel limitu ta’ 5000 tunnellaġġ gross (TG) wara analiżi dettaljata oġġettiva tal-qisien u l-emissjonijiet tal-bastimenti li jmorru lejn portijiet tal-Unjoni u dawk li jiġu minnhom. Il-bastimenti b’aktar minn 5000 TG jammontaw għal madwar 55 % tal-għadd tal-bastimenti li jidħlu f’portijiet tal-Unjoni u jirrappreżentaw madwar 90 % tal-emissjonijiet relatati. Dan il-limitu mhux diskriminatorju għandu jiżgura li l-biċċa l-kbira tal-emittenti rilevanti jiġu koperti. Limitu aktar baxx għandu jirriżulta f’iktar piż amministrattiv filwaqt li limitu ogħla jillimita l-kopertura tal-emissjonijiet u għalhekk l-effettività ambjentali tas-sistema.

(12) Sabiex tiġi żġurata koerenza tas-sistema MRV mad-dritt internazzjonali eżistenti, b’mod partikolari, mal-Anness VI tal-MARPOL, ir-regoli għall-MRV għandhom japplikaw għal bastimenti ta’ 400 TG u aktar. Dan il-limitu mhux diskriminatorju, li għandu jkun applikat b'piż amministrattiv minimu għas-sidien u l-operaturi tal-bastimenti, għandu jiżgura li l-emittenti relevanti kollha jkunu koperti, għandu joħloq kundizzjonijiet ugwali, u għandu jikkontribwixxi biex jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar l-MRV.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Biex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u l-operaturi, ir-regoli tal-monitoraġġ għandhom jiffukaw fuq is-CO2 bħala l-aktar gass serra rilevanti li joħroġ mit-trasport marittimu u li jikkontribwixxi sa 98 % tat-total tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dan is-settur.

imħassar

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Gassijiet serra oħra, aġenti b'impatti klimatiċi (climate forcers) jew sustanzi li jniġġsu l-arja ma għandhomx ikunu koperti mis-sistema MRV tal-Unjoni f’dan l-istadju sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' tagħmir tal-kejl li mhuwiex affidabbli biżżejjed u kummerċjalment disponibbli, ħaġa li tista' xxekkel l-implimentazzjoni tas-sistema MRV tal-Unjoni.

(16) Is-sistema tal-MRV tal-Unjoni hija opportunità li tiżgura r-regolamentazzjoni koerenti tas-settur tat-trasport marittimu fir-rigward ta’ setturi oħra, għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-monitoraġġ ta’ NOx li jinsab ukoll fl-Anness VI tal-MARPOL jiġi inkluż fis-sistema tal-MRV tal-Unjoni.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) Il-Konvenzjoni tal-MARPOL tinkludi l-applikazzjoni obbligatorja tal-Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (EEDI) għall-bastimenti ġodda u l-użu tal-Pjanijiet dwar il-Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (SEEMP) għall-flotta kollha dinjija.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Verifiki minn verifikaturi akkreditati għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ monitoraġġ u r-rapporti tal-emissjonijiet huma korretti u konformi mar-rekwiżiti definiti b'dan ir-Regolament. Bħala element importanti għas-simplifikar tal-verifiki, il-verifikaturi għandhom jiċċekkjaw il-kredibbiltà tad-dejta billi jqabblu d-dejta rrappurtata stmata bid-dejta bbażata fuq id-dejta u l-karatteristiċi tat-traċċar tal-bastiment. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni. Il-verifikaturi għandhom ikunu indipendenti u kompetenti u persuni jew entitajiet legali għandhom jiġu akkreditati minn korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/9319.

(18) Verifiki minn verifikaturi akkreditati għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ monitoraġġ u r-rapporti tal-emissjonijiet huma korretti u konformi mar-rekwiżiti definiti b'dan ir-Regolament. Għalhekk, ir-rekwiżiti ta’ kompetenza huma essenzjali għall-verifikatur biex ikun jista’ jwettaq l-attivitajiet ta’ verifika skont dan ir-Regolament. Bħala element importanti għas-simplifikar tal-verifiki, il-verifikaturi għandhom jiċċekkjaw il-kredibbiltà tad-dejta billi jqabblu d-dejta rrappurtata stmata bid-dejta bbażata fuq id-dejta u l-karatteristiċi tat-traċċar tal-bastiment. Inizjattivi bħal dawn jistgħu jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni. Il-verifikaturi għandhom ikunu indipendenti u kompetenti u persuni jew entitajiet legali għandhom jiġu akkreditati minn korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/9319.

__________________

__________________

19 ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

19 ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Sabiex isir użu tal-aħjar prattiki disponibbli u tal-evidenza xjentifika, għandha tiġi iddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-eżami ta' ċerti aspetti tekniċi tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn bastimenti u li jiġu speċifikati aktar ir-regoli għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet u l-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ta' delega, il-Kummissjoni għandha tara li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(25) Sabiex isir użu tal-aħjar prattiki disponibbli u tal-evidenza xjentifika, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-eżami ta’ ċerti aspetti tekniċi tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn bastimenti u li jiġu speċifikati aktar ir-regoli għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet u l-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ta' delega, il-Kummissjoni għandha tara li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-użu ta’ sistemi awtomatizzati u ta' mudelli elettroniċi standard għar-rappurtar koerenti tal-emissjonijiet u ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima lill-Kummissjoni u Stati involuti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.23

(26) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-użu ta’ sistemi awtomatizzati u ta’ mudelli elettroniċi standard għar-rappurtar koerenti tal-emissjonijiet u ta’ informazzjoni oħra rilevanti lill-Kummissjoni u Stati involuti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.23

__________________

__________________

23 ĠU L 251, 18.9.2012, p. 49

23 ĠU L 251, 18.9.2012, p. 49

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-għan tal-azzjoni proposta, jiġifieri l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-bastimenti bħala l-ewwel pass ta’ approċċ fi stadji sabiex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, minħabba n-natura internazzjonali tat-trasport marittimu u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(27) L-għan tal-azzjoni proposta, jiġifieri l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bastimenti bħala l-ewwel pass ta’ approċċ fi stadji sabiex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet u jinkisbu l-miri stabbiliti fil-White Paper tal-Kummissjoni “Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport”, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, minħabba n-natura internazzjonali tat-trasport marittimu u għalhekk jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima minn bastimenti li jaslu, jidħu jew joħorġu mill-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu b'mod kosteffiċjenti.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ta’ informazzjoni oħra rilevanti għall-klima minn bastimenti li jaslu, jidħu jew joħorġu mill-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu b’mod kosteffiċjenti.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti b’aktar minn 5000 tunnellata gross f’dak li għandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom minn l-aħħar port ta' waqfa lejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti b’aktar minn 400 tunnellata gross f’dak li għandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom minn l-aħħar port ta' waqfa lejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal bastimenti tal-gwerra, awżiljarji navali, bastimenti tal-qbid jew tal-ipproċessar tal-ħut, vapuri b’binja primittiva, vapuri li ma jitħaddmux b’mezzi mekkaniċi u użati għal skopijiet mhux kummerċjali.

2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal bastimenti tal-gwerra, awżiljarji navali, vapuri b’binja primittiva, vapuri li ma jitħaddmux b’mezzi mekkaniċi u użati għal skopijiet mhux kummerċjali.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "emissjonijiet" tfisser ir-rilaxx tas-CO2 fl-atmosfera minn bastimenti kif previst fl-Artikolu 2;

(a) “emissjonijiet” tfisser ir-rilaxx tas-CO2 u l-NOx fl-atmosfera minn bastimenti kif previst fl-Artikolu 2;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) "verifikatur" tfisser entità ġuridika li twettaq attivitajiet ta’ verifika li hija akkreditata minn korp ta’ akkreditazzjoni nazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 u dan ir-Regolament;

(e) “verifikatur” tfisser entità ġuridika li twettaq attivitajiet ta’ verifika li hija akkreditata minn korp ta’ akkreditazzjoni nazzjonali skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 u dan ir-Regolament jew aġenzija inkarigata mis-sistema tal-immudellar għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet minn bastimenti;

__________________

__________________

26 ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

26 ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

Ġustifikazzjoni

Bl-inklużjoni tal-aġenzija bħala verifikatur, ir-Regolament jippermetti lis-sidien tal-bastimenti jużaw l-immudellar bħala mezz ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet.

Emenda   29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) "informazzjoni oħra rilevanti għall-klima" tfisser informazzjoni relatata mal-konsum tal-fjuwil, xogħol tat-trasport u l-effiċjenza enerġetika ta’ bastimenti li jippermettu l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet tal-bastimenti;

(g) “informazzjoni oħra rilevanti”: tfisser informazzjoni relatata għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mal-konsum tal-fjuwil, id-distanza tat-tbaħħir, possibbiltajiet ta’ konnessjoni elettrika fl-irmiġġ u l-effiċjenza enerġetika ta’ bastimenti li jippermettu l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u li jindikaw il-prestazzjonijiet tat-tbaħħir;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) "konservattiv" tfisser li jiġi ddefinit sett ta’ suppożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li ma sseħħ l-ebda valutazzjoni insuffiċjenti ta’ emissjonijiet annwali jew valutazzjoni żejda ta’ distanzi jew ta' ammonti ta’ merkanzija li nġarru;

(j) “konservattiv” tfisser li jiġi ddefinit sett ta’ suppożizzjonijiet sabiex jiġi żgurat li ma sseħħ l-ebda valutazzjoni insuffiċjenti ta’ emissjonijiet annwali jew valutazzjoni żejda ta’ distanzi;

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) "tunnellati ta' CO2" tfisser tunnellati metriċi ta' CO2;

imħassar

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt la (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(la) 'bastiment fl-irmiġġ' tfisser bastiment li jkun sorġut jew ankrat b’mod sikur f’port tal-Unjoni filwaqt li jgħabbi, iħott jew jakkomoda persuni, inkluż il-ħin li fih ma jkunx involut fl-operazzjonijiet tal-merkanzija;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt lb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(lb) “klassi tas-silġ” tfisser in-notazzjoni assenjata lill-bastiment mill-Amministrazzjoni jew mill-organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni li turi li l-bastiment ġie mfassal għan-navigazzjoni f’kundizzjonijiet ta’ baħar bis-silġ.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kumpaniji għandu jimmonitorjaw u jirrappurtaw l-ammont u t-tip ta’ fjuwil ikkunsmat għal kull bastiment matul sena kalendarja f’kull port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u għal kull vjaġġ li jaslu u li jitilqu minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru skont il-paragrafi 2 sa 6.

1. Il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw u jirrappurtaw l-ammont u t-tip ta’ fjuwil ikkunsmat għal kull bastiment matul perjodu ta’ rapportar fil-portijiet kollha li jkunu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u għall-vjaġġi kollha li jaslu u li jitilqu minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru skont il-paragrafi 2 sa 6.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu kompluti u għandhom ikopru l-emissjonijiet kollha mill-kombustjoni tal-fjuwils. Il-kumpaniji għandhom japplikaw miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-dejta fil-perjodu ta’ rappurtar.

2. Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu kompluti u għandhom ikopru l-emissjonijiet ta' CO2 u NOx mill-kombustjoni tal-fjuwils, kemm waqt li l-bastiment ikun fuq il-baħar kif ukoll fl-irmiġġ. Il-kumpaniji għandhom japplikaw miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-dejta fil-perjodu ta’ rappurtar.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. Il-kumpaniji għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti tal-verifika maħruġa skont l-Artikolu 13 fil-monitoraġġ u r-rappurtar sussegwenti tagħhom.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1), (2) u (3), il-kumpanniji għandhom jiddeterminaw l-emissjonijiet tagħhom u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 5000 TG skont kwalunkwe mill-metodi stabbiliti fl-Anness I.

Għall-finijiet tal-Artikolu 4(1), (2) u (3), il-kumpaniji għandhom jiddeterminaw l-emissjonijiet tagħhom u informazzjoni oħra rilevanti għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 400 TG skont kwalunkwe wieħed mill-metodi stabbiliti fl-Anness I.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn jintlaħaq ftehim internazzjonali biex jiġu sorveljati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-metodi stabbiliti fl-Anness I u għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 24, dwar, jekk xieraq, emendi għal dak l-Anness sabiex tispeċifika l-użu ta' miters tal-fluss għal proċessi ta' kombustjoni applikabbli u għall-kejl dirett ta' emissjonijiet.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-31 ta’ Awwissu 2017, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan ta’ monitoraġġ li jindika l-metodu magħżul sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għall-klima ta’ għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 5000 TG.

1. Sal-31 ta’ Awwissu 2017, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan ta’ monitoraġġ li jindika l-metodu magħżul sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 400 TG.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-identifikazzjoni u t-tip tal-bastiment inkluż l-isem tal-bastiment, in-numru tiegħu tar-reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) , il-port tiegħu ta’ reġistrazzjoni jew port domiċili u l-isem ta' sid il-bastiment;

(a) l-identifikazzjoni u t-tip tal-bastiment inkluż l-isem tal-bastiment, in-numru tiegħu tar-reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), il-port tiegħu ta’ reġistrazzjoni jew port ta’ domiċilju, il-klassi tas-silġ tal-bastiment, u l-isem ta’ sid il-bastiment;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) deskrizzjoni tas-sorsi ta’ emissjoni abbord il-bastiment bħal magni prinċipali, magni awżiljari, bojlers u ġeneraturi tal-gass inert u t-tipi ta’ fjuwils użati;

(c) deskrizzjoni tas-sorsi ta’ emissjoni li ġejjin u t-tipi ta’ fjuwils assoċjati magħhom abbord il-bastiment kif ġej:

(i) magna(i) prinċipali

(ii) magna(i) awżiljarja(i)

(iii) bojler(s)

(iv) ġeneratur(i) tal-gass inert;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) deskrizzjoni ta’ proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati għall-aġġornament tal-kompletezza tal-lista tas-sorsi ta’ emissjoni matul is-sena tal-monitoraġġ għall-fini li tiġi żgurata l-kompletezza tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet tal-bastiment;

(d) deskrizzjoni ta’ proċeduri, sistemi u responsabbiltajiet użati għall-aġġornament tal-kompletezza tal-lista tas-sorsi ta’ emissjoni matul il-perjodu tal-monitoraġġ għall-fini li tiġi żgurata l-kompletezza tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet tal-bastiment;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt h – subpunt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-dejta biex jiġu determinati u rreġistrati l-merkanzija li nġarret u l-għadd ta’ passiġġieri kif applikabbli;

imħassar

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ha) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formoli u s-sorsi tad-dejta biex tiġi ddeterminata u rreġistrata d-distanza vjaġġata u l-ħin iddedikat għan-navigazzjoni fis-silġ;

Emenda   45

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) id-data tal-aħħar modifika fil-pjan ta’ monitoraġġ.

imħassar

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ja) tabella ta’ rendikont tar-reviżjoni biex jiġu rreġistrati d-dettalji kollha tal-istorja tar-reviżjoni;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-kumpaniji għandhom jużaw pjanijiet ta’ monitoraġġ standardizzati bbażati fuq mudelli stabbiliti. Regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-pjani ta' monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament.

4. Il-kumpaniji għandhom jużaw pjanijiet ta’ monitoraġġ standardizzati bbażati fuq mudelli stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 sabiex tiddetermina regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-pjanijiet ta' monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1. . Dawk il-mudelli għandhom ikunu sempliċi kemm jista’ jkun u ma joħolqu l-ebda burokrazjija żejda.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kumpanija għandha timmodifika l-pjan ta’ monitoraġġ fi kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Kumpanija għandha timmodifika l-pjan ta’ monitoraġġ fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e). Il-pjan ta’ monitoraġġ għandu jiġi mmodifikat biss fir-rigward tat-tibdil speċifiku li jkun seħħ b’riżultat ta’ dawk is-sitwazzjonijiet.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn isseħħ bidla fis-sjieda tal-bastimenti;

(a) fejn isseħħ bidla fis-sjieda tal-bastimenti, jew bidla fid-detentur tad-DOK jew tal-bandiera;

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-monitoraġġ jista’ jiġi sospiż matul perjodi li matulhom bastiment ikun involut f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza inklużi attivitajiet ta’ salvataġġ tal-ħajja.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat bħala total u ddifferenzjat bejn il-fjuwil użat ġewwa u barra ż-żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet;

(b) l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat bħala total;

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) is-CO2 rilaxxatt;

(c) is-CO2 u NOx rilaxxat;

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-merkanzija li nġarret;

imħassar

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) l-effiċjenza enerġetika kif determinata fl-Anness II;

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ix-xogħol ta' trasport.

imħassar

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) id-data u l-ħin tal-bidu u t-tmiem tal-perjodi li matulhom il-monitoraġġ ġie sospiż minħabba sitwazzjonijiet ta’ emerġenza bħal attivitajiet ta’ salvataġġ tal-ħajja, flimkien ma’ deskrizzjoni tagħhom;

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal trasport marittimu f’baħar fond lejn diversi portijiet tal-Unjoni, il-parti Ewropea tal-vjaġġ għandha titqies bħala vjaġġ wieħed.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mill-ewwel paragrafu, il-bastimenti li joperaw esklussivament fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jwettqu diversi vjaġġi matul il-ġurnata huma eżentati mill-monitoraġġ ta’ emissjonijiet abbażi ta’ kull vjaġġ.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Monitoraġġ fuq bażi annwali

Monitoraġġ fuq bażi annwali

Fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment u għal kull sena kalendarja, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw l-informazzjoni li ġejja, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Anness II:

(a) l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat bħala total u ddifferenzjat bejn il-fjuwil użat ġewwa u barra ż-żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet;

(a) l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat bħala total;

(b) total ta' CO2 rilaxxat;

(b) total ta’ CO2 u NOx rilaxxat;

(c) l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha bejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru

(c) l-emissjonijiet ta’ CO2 u NOx aggregati mill-vjaġġi kollha bejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

(d) l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha li telqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(d) l-emissjonijiet ta’ CO2 u NOx aggregati mill-vjaġġi kollha li telqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

(e) aggregat tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-vjaġġi kollha lejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(e) aggregat tal-emissjonijiet ta’ CO2 u NOx mill-vjaġġi kollha lejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

(f) emissjonijiet ta' CO2 li seħħew fl-irmiġġ fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(f) emissjonijiet ta’ CO2 u NOx li seħħew fl-irmiġġ fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

(g) total tad-distanza vjaġġata:

(g) total tad-distanza vjaġġata:

(h) total tal-ħin iddedikat fuq il-baħar;

(h) total tal-ħin iddedikat fuq il-baħar u fl-irmiġġ;

(i) totali tax-xogħol ta' trasport ;

(j) medju tal-effiċjenza enerġetika.

(j) medju tal-effiċjenza enerġetika.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 3 – punt a – subpunt iii a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iiia) il-klassi tas-silġ tal-bastiment,

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt a – subpunt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) l-effiċjenza teknika tal-bastiment (Energy Efficiency Design Index/EEDI jew Estimated Index Value/EIV) skont ir-Riżoluzzjoni MEPC.215 (63)t al-OMI, fejn applikabbli):

(iv) l-effiċjenza teknika ċċertifikata tal-bastiment espressa bl-Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (Energy Efficiency Design Index/EEDI) fejn applikabbli għat-tip rilevanti tal-bastiment:

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt a – subpunt ix

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ix) l-indirizz, u d-dettalji tat-telefown, il-feks u l-posta elettronika għal persuna tal-kuntatt;

(ix) l-indirizz, u d-dettalji tat-telefown u l-posta elettronika għal persuna tal-kuntatt;

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) id-dettalji dwar perjodi ta’ monitoraġġ sospiżi minħabba sitwazzjonijiet ta’ emerġenza u ta’ salvataġġ tal-ħajja.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. B’mod partikolari l-verifikatur għandu jiżgura li l-emissjonijiet u l-informazzjoni oħra rilevanti għall-klima inklużi fir-rapport dwar l-emissjonijiet kienu ġew determinati f’konformità mal-Artikoli 8, 9 u 10 u l-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6. Il-verifikatur għandu jiżgura wkoll li l-emissjonijiet u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima ddikjarati fir-rapporti huma konsistenti mad-dejta kkalkulata minn sorsi oħra f’konformità mal-Annessi I u II.

5. B’mod partikolari l-verifikatur għandu jiżgura li l-emissjonijiet u l-informazzjoni oħra rilevanti inklużi fir-rapport dwar l-emissjonijiet kienu ġew determinati f’konformità mal-Artikoli 8, 9 u 10 u l-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6. Il-verifikatur għandu jiżgura wkoll li l-emissjonijiet u informazzjoni oħra rilevanti ddikjarati fir-rapporti huma konsistenti mad-dejta kkalkulata minn sorsi oħra f’konformità mal-Annessi I u II.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7a. Fejn il-verifikatur jidentifika oqsma għal titjib fil-prestazzjoni tal-kumpanija relatati mal-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet, inkluż fir-rigward tal-kisba ta’ iżjed preċiżjoni u titjib fl-effiċjenza tal-monitoraġġ u r-rappurtar, il-verifikatur għandu jinkludi r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib fir-rapport tal-verifika.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mal-proċess ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar billi jqabbel l-emissjonijiet irrappurtati b’dejta stmata ibbażata fuq id-dejta tat-traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi bħall-qawwa tal-magna installata. Fejn jinstabu devjazzjonijiet sinifikanti, il-verifikatur għandu jwettaq analiżijiet supplementari.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura ta’ verifika deskritta għandha tkun għażla għall-kumpanija biex tissorvelja l-emissjonijiet tal-bastimenti u għalhekk qed jiġi ssuġġerit li titħassar.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Matul il-kors taż-żjarat u l-ispezzjonijiet li jitwettqu mill-EMSA biex tissorvelja l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port, l-EMSA għandha tissorvelja wkoll l-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, u 3 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u tirrapporta lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-EMSA diġà twettaq minn 4sa 6 żjarat fl-Istati Membri fis-sena biex tivvaluta l-implimentazzjoni tar-reġim tal-Kontroll tal-Istat tal-Port.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 u 12 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu mhux inqas stretti minn dawk previsti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ rappurtar minn operaturi u għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2017, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b'kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 u 12 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2017, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b'kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-emissjonijiet irrappurtati skont l-Artikolu 11 u l-informazzjoni dwar il-konformità tal-kumpanija mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 11 u 17.

1. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-emissjonijiet irrappurtati skont l-Artikolu 11, waqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali biex jiġi mħares l-interess ekonomiku leġittimu skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE 1atal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

__________________

1aDirettiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-OMI u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta’ domiċilju);

(a) l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-OMI, il-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta’ domiċilju u l-klassi tas-silġ tal-bastiment);

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-effiċjenza teknika tal-bastiment (EEDI jew EIV fejn applikabbli);

(c) l-effiċjenza teknika tal-bastiment (EEDI fejn applikabbli għat-tip rilevanti tal-bastiment);

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-emissjonijiet annwali ta' CO2;

(d) l-emissjonijiet annwali ta’ CO2 u NOx;

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tal-gassijietijiet serra għal kull distanza vjaġġata u merkanzija għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

imħassar

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) it-totali tal-ħin annwali ddedikat fuq il-baħar għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

imħassar

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għall-klima mit-trasport marittimu.

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti mit-trasport marittimu.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament u tista’, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament.

3. Fejn jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament u tiżgura l-allinjament mar-regolamenti internazzjonali rilevanti stabbiliti mill-OMI.

Emenda   77

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 23

Artikolu 23

Delega tas-setgħat

Delega tas-setgħat

Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ta' delega sabiex id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I u II jiġu ssupplimentati u emendati bil-għan li titqies l-evidenza xjentifika aġġornata disponibbli, flimikien mal-informazzjoni rilevanti li tkun disponibbli abbord il-bastimenti u r-regoli internazzjonali rilevanti u l-istandards aċċettati internazzjonalment, għall-identifikzzjoni tal-aktar metodi preċiżi u effiċjenti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, u biex tittejjeb l-eżattezza tal-informazzjoni mitluba relatati mal-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet, hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 safejn dan jikkonċerna elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament.

Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ta’ delega sabiex id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I u II ikunu konferiti fuq il-Kummissjoni sabiex jiġu ssupplimentati u emendati bil-għan li titqies l-evidenza xjentifika aġġornata disponibbli kif ukoll biex tallinja l-Annessi mar-regolamenti internazzjonali rilevanti kif maqbul mal-OMI, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mar-regolamenti internazzjonali biex ikunu identifikati l-aktar metodi preċiżi u effiċjenti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, u biex tittejjeb l-eżattezza tal-informazzjoni mitluba relatati mal-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet. Din is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 biss safejn dan jikkonċerna elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ta' delega msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 23 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Lulju 2015.

1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fil-paragrafu 1a tal-Artikolu 5, l-Artikolu 6(4), fl-Artikoli 15, 16 u 23 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att ta' delega li jkun diġà fis-seħħ.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fil-paragrafu 1a tal-Artikoli 5, l-Artikolu 6(4), l-Artikoli 15, 16 u 23 tista’ tiġi revokata f'kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att ta' delega li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Att ta' delega adottat skont l-Artikolu 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn wara n-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data ta' skadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill kienu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

4. Att delegat adottat skont il-paragrafu 1a tal-Artikoli 5, l-Artikolu 6(4) u l-Artikoli 15, 16 u 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn wara n-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data ta' skadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill kienu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda   81

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Regolament (UE) Nru 525/2013

Artikolu 21a – paragrafi 1 sa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jiddaħħal l-'Artikolu 21a' li ġej:

2. Jiddaħħal l-'Artikolu 21a' li ġej:

Artikolu 21a

Artikolu 21a

Rapportar dwar l-emissjonijiet mit-trasport marittimu

Rapportar dwar l-emissjonijiet mit-trasport marittimu

(1) "Sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena ('sena X') l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għas-sena X-2, l-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX.

(1) "Sal-15 ta’ Jannar ta’ kull sena ('sena X') l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għas-sena X-2, l-emissjonijiet ta' CO2 u NOx mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX.

(2) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament sabiex tispeċifika r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX u b’kont meħud, fejn applikabbli, tad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto jew ftehimiet li jirriżultaw minnhom jew li jiġu warajhom jew deċiżjonijiet adottati fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

(2) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ delega skont l-Artikolu 25 ta’ dan ir-Regolament sabiex tispeċifika r-rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u NOx mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX u b’kont meħud, fejn applikabbli, tad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC u l-Protokoll ta’ Kjoto jew ftehimiet li jirriżultaw minnhom jew li jiġu warajhom jew deċiżjonijiet adottati fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

(3) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format u l-proċess għas-sottomissjoni mill-Istati Membri tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-[Artikolu 26(2)]."

(3) Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-istruttura, il-format u l-proċess għas-sottomissjoni mill-Istati Membri tal-emissjonijiet ta’ CO2 u NOx mit-trasport marittimu skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-[Artikolu 26(2)]."

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Regolament (UE) Nru 525/2013

Artikolu 21a – paragrafu 3a (ġdid)

Test fis-seħħ

Emenda

(3a) Il-Kummissjoni għandha tivvaluta kull sentejn l-impatt ġenerali tas-settur tat-trasport marittimu fuq il-klima globali, anke permezz ta’ emissjonijiet mhux tas-CO2 jew ta’ effetti abbażi ta' dejta dwar l-emissjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 u/jew kif previst fir-Regolament (UE) Nru XXXX/XXXX, u ttejjeb din il-valutazzjoni permezz ta’ referenza għall-avvanzi xjentifiċi u d-dejta dwar it-traffiku marittimu.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da) Immudellar bl-informazzjoni dwar il-moviment tal-bastimenti (AIS) u d-dejta speċifika tal-bastimenti

Emenda  84

Proposta għal regolament

Anness I – punt B – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe ġabra flimkien tal-metodi msemmija hawn fuq u li hija approvata mill-verifikatur, tista’tintuża biex ittejjeb il-preċiżjoni globali tal-kejl.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan l-approċċ ma għandux jintuża meta l-BDN mhumiex disponibbli abbord il-bastimenti, speċjalment meta l-merkanzija sservi bħala fjuwil, pereżempju, l-evaporazzjoni tal-gass naturali llikwifikat (LNG) .

Meta l-BDNs mhumiex disponibbli abbord il-bastimenti, speċjalment meta l-merkanzija sservi bħala fjuwil, pereżempju, l-evaporazzjoni tal-gass naturali llikwifikat (LNG), għandhom jintużaw biss l-inventarji tat-tankijiet tal-fjuwil u l-qari tat-tank tal-fjuwil.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Anness I – punt B – punt 1 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-BDNs ma jkunux disponibbli abbord il-bastimenti, speċjalment meta l-merkanzija sservi bħala fjuwil, pereżempju, l-evaporazzjoni tal-gass naturali llikwifikat (LNG), għandhom jintużaw biss l-inventarji tat-tankijiet tal-fjuwil u l-qari tat-tank tal-fjuwil.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 2 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) id-densità mkejla f’analiżi ta’ test imwettaq f’laboratorju akkreditat għat-testijiet tal-fjuwils, fejn disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Id-densità attwali tal-fjuwil determinata f’laboratorju għall-ittestjar tal-fjuwil, fil-każijiet fejn il-Kumpanija jkollha wieħed, hija iżjed preċiża mid-densità standard għat-tip ta’ fjuwil użat u għalhekk għandha tiġi inkluża bħala għażla.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Anness I – punt B – punt 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kejl dirett tal-emissjonijiet jista' jintuża għal vjaġġi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għal emissjonijiet li jseħħu fil-portijiet li jkunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. L-emissjonijiet ta' CO2 għandhom jinkludu l-emissjonijiet ta' CO2 li joħorġu mill-magni prinċipali, magni awżiljari, bojlers u ġeneraturi tal-gass inert. Għal bastimenti li fuqhom r-rappurtar huwa bbażat fuq dan il-metodu, il-konsum tal-fjuwil għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-emissjonijiet imkejla ta’ CO2 u tal-fattur applikabbli ta’ emissjoni tal-fjuwils ikkonċernati.

Il-kejl dirett tal-emissjonijiet jista' jintuża għal vjaġġi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għal emissjonijiet li jseħħu fil-portijiet li jkunu jinsabu fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. L-emissjonijiet ta’ CO2 u NOx għandhom jinkludu l-emissjonijiet ta’ CO2 u NOx li joħorġu mill-magni prinċipali, magni awżiljari, bojlers u ġeneraturi tal-gass inert.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Anness I – punt B – punt 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-metodu huwa bbażat fuq id-determinazzjoni tal-flussi tal-emissjonijiet ta' CO2 fiċ-ċmieni tal-gass tal-egżost (funnels) bil-multiplikazzjoni tal-konċentrazzjoni tas-CO2 tal-gass tal-egżost mal-fluss tal-gass tal-egżost.

Dan il-metodu huwa bbażat fuq id-determinazzjoni tal-flussi tal-emissjonijiet ta’ CO2 u NOx fiċ-ċmieni tal-gass tal-egżost (funnels) bil-multiplikazzjoni tal-konċentrazzjoni tas-CO2 u NOx tal-gass tal-egżost mal-fluss tal-gass tal-egżost.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Metodu Da: Immudellar bl-informazzjoni dwar il-moviment tal-bastimenti (AIS) u d-dejta speċifika tal-bastimenti.

L-aġenzija inkarigata mis-sistema tal-immudellar tagħmel ftehim bil-miktub mas-sid tal-bastiment inkwistjoni. Fit-tmiem tal-perjodu tal-monitoraġġ, l-emissjonijiet tas-CO2 ikkalkulati jitqabblu mal-ktieb tar-rekords taż-żejt tal-bastiment u l-BDNs sabiex kwalunkwe diskrepanza tinstab u tiġi ikkoreġuta.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Anness II – punt A – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-bastimenti tal-passiġġieri, in-numru ta’ passiġġieri għandu jintuża biex jirrappreżenta l-merkanzija li tinġarr. Għall-kategoriji l-oħra kollha ta’ bastimenti, l-ammont ta’ merkanzija li tinġarr għandu jkun espress bħala tunnellati metriċi u metri kubi ta’ merkanzija.

imħassar

Emenda 92

Proposta għal regolament

Anness II – punt A – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ix-xogћol ta' trasport gћandu jkun iddeterminat billi d-distanza vjaġġata tiġi mmultiplikata mal-ammont ta’ merkanzija li tinġarr.

imħassar

Emenda  93

Proposta għal regolament

Anness II – punt B – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-effiċjenza enerġetika medja għandha tiġi mmonitorjata bl-użu ta' mill-anqas erba' indikaturi, il-konsum tal-fjwuil għal kull distanza, il-konsum tal-fjwuil għal kull xogħol ta' trasport, l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull distanza u l-emissjonijiet ta' CO2 għal kull xogħol ta' trasport, li għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

L-effiċjenza enerġetika medja għandha tiġi mmonitorjata bl-użu ta’ żewġ indikaturi, il-konsum tal-fjwuil għal kull distanza u l-emissjonijiet ta’ CO2 u NOx għal kull distanza, li għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:

Konsum tal-fjuwil għal kull distanza = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total tad-distanza vjaġġata

Konsum tal-fjuwil għal kull distanza = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total tad-distanza vjaġġata

Konsum tal-fjuwil għal kull xogħol ta' trasport = total tal-konsum tal-fjuwil annwali/total ta' xogħol ta' trasport

Emissjonijiet ta' CO2 għal kull distanza = total tal-emissjonijiet annwali ta' CO2 / total tad-distanza vjaġġata

Emissjonijiet ta’ CO2 u NOx għal kull distanza = total tal-emissjonijiet annwali ta’ CO2 u NOx / total tad-distanza vjaġġata

Emissjonijiet ta' CO2 għal kull xogħol ta' trasport = total tal-emissjonijiet annwali ta' CO2 / total ta' xogħol ta' trasport

  • [1]  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Is-settur tat-trasport marittimu għandu rwol ewlieni fl-ekonomija Ewropea. Huwa responsabbli għal parti kbira mit-trasport internazzjonali ta’ merkanzija bejn is-27 Stat Membru tal-UE u l-bqija tad-dinja, filwaqt li jipprovdi kontribut sinifikanti għat-trasport intra-UE tal-merkanzija. Skont it-“Trasport tal-UE f’ċifri, 2012”, fl-2010 is-settur marittimu kien responsabbli għat-trasport tal-merkanzija ta’ madwar 1 400 biljun tunnellata-kilometru (tkm) fis-27 Stat Membru tal-UE, it-tieni wara t-trasport bit-triq (1 800 biljun tkm). It-trasport marittimu huwa anqas importanti mit-trasport tal-passiġġieri fis-27 Stat Membru tal-UE meta niġu għall-għadd ta’ passiġġieri trasportati; madankollu, jibqa’ mezz ta’ trasport importanti fiż-żoni fejn mezzi oħra ta’ trasport huma limitati minħabba l-ambjent ġeografiku (eż. gżejjer).

Minħabba d-dipendenza tiegħu fuq il-kombustjoni tal-fjuwils fossili u l-fatt li huwa wieħed mis-sorsi ta’ emissjonijiet antropoġeniċi l-anqas irregolati, l-emissjonijiet mis-settur tat-trasport marittimu jikkontribwixxu kemm għat-tniġġis tal-arja kif ukoll għat-tibdil fil-klima. L-impatt ambjentali tas-settur minħabba l-emissjonijiet bħad-diossidu tal-karbonju (CO2), l-ossidi tan-nitroġenu (NOx), l-ossidi tal-kubrit (SOx), il-metan (CH4), il-materja partikulata (PM) u l-karbonju iswed (BC) mit-trasport marittimu li jseħħ fl-ibħra Ewropej jista’ jikkontribwixxi sa 10-20 % tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu globali. Meta jiġi kkunsidrat it-traffiku kollu tal-bastimenti mit-trasport marittimu nazzjonali u internazzjonali li jasal jew jitlaq mill-portijiet tas-27 Stat Membru tal-UE, il-kontribut jista’ jitla’ sa 30 % għas-CO2. Rapport tekniku riċenti miż-ŻEE (Nru 4/2013) jindirizza l-impatt tas-settur fuq il-kwalità tal-arja u t-tibdil furzat fil-klima fl-Ewropa. L-emissjonijiet ta’ NOx mit-trasport marittimu internazzjonali fl-ibħra Ewropej huma mistennija li jiżdiedu u jistgħu jkunu ugwali għal sorsi bbażati fuq l-art mill-2020 ’il quddiem. Fil-livell globali, l-emissjonijiet mill-bastimenti kemm ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u kemm tal-gassijietijiet serra (GHGs), bil-kontribut għal tibdil furzat tal-klima b’mod dirett u indirett, jindikaw effett tat-tkessiħ nett minkejja ż-żieda sinifikanti tal-emissjonijiet ta’ CO2. It-tnaqqis proġettat ta’ emissjonijiet ta’ SO2 u ta’ PM mit-trasport marittimu internazzjonali għandu jwassal għal tnaqqis tal-effett dirett tat-tkessiħ minħabba l-aerosol fuq l-Ewropa. Ir-rapport taż-ŻEE juri kemm huwa importanti li jiġi kkunsidrat l-impatt doppju tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu internazzjonali fuq il-kwalità tal-arja u t-tibdil furzat tal-klima. Għalhekk, sistema integrata għall-monitoraġġ, in-notifika u l-verifika (MRV) li tkopri l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u tal-GHGs ser tikkontribwixxi biex tiġi pprovduta informazzjoni aħjar dwar il-kobenefiċċji u l-għażliet ta’ kompromess fir-rigward tal-politiki relatati fl-Ewropa.

Sfond regolatorju u sfidi tat-teknoloġija

Fit-tfassil ta’ politika internazzjonali u Ewropea favur il-kwalità tal-arja u l-klima, ġiet identifikata l-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni internazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-bastimenti. Fl-1997 ġie miżjud anness ġdid mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL). L-Anness VI tal-MARPOL ifittex li jnaqqas l-emissjonijiet fl-arja minn bastimenti (SOx, NOx, sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS), komposti organiċi volatili (VOCs)) u l-kontribut tagħhom għat-tniġġis tal-arja lokali u l-problemi ambjentali globali. L-Anness VI daħal fis-seħħ fid-19 ta’ Mejju 2005 u l-Anness VI rivedut bil-limiti stretti ta’ emissjonijiet sinifikanti daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2010. Fl-2007, it-trasport marittimu internazzjona kien stmat li kkontribwixxa madwar 2.7 % fl-emissjonijiet globali ta’ CO2. L-OMI adottat ukoll miżuri obbligatorji tekniċi u operazzjonali għall-effiċjenza enerġetika bil-għan li jitnaqqas l-ammont ta’ emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu internazzjonali.

Fil-livell tal-UE, id-Direttiva 2009/29/KE tipprevedi “proposta li tinkludi emissjonijiet marittimi internazzjonali ... fl-impenn Komunitarju ta’ tnaqqis bil-għan li l-Att propost jidħol fis-seħħ sal-2013”. Il-White Paper dwar it-Trasport tal-2011 tal-Kummissjoni ssejjaħ biex “emissjonijiet ta’ CO2 tal-UE mit-trasport marittimu jitnaqqsu b’40 % (jekk fattibbli 50 %) sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-2005”. Is-sena l-oħra, il-Kummissjoni ħabbret li mhux se tlaħħaq dik l-iskadenza u għalissa lanqas mhija se toħroġ bi proposta biex jiġu limitati l-emissjonijiet. F’Ġunju 2013, il-Kummissjoni ressqet din il-proposta għal sistema ta’ monitoraġġ, notifika u verifika (MRV) ta’ emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu internazzjonali. B’mod parallel, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni b’punti ta’ diskussjoni miftuħa dwar kif fil-futur jistgħu jiġu integrati l-emissjonijiet tat-trasport marittimu fil-politiki tat-tnaqqis tal-GHG fl-UE.

Fil-futur huwa mistenni tkabbir kbir tal-kummerċ dinji minħabba ż-żieda proġettata tal-popolazzjoni dinjija b’2 biljun persuna fid-deċennji li ġejjin, flimkien mal-parteċipazzjoni attiva ta’ 2 biljun persuna oħra fl-ekonomija globali. Dan it-tkabbir jirrappreżenta sfida għas-settur marittimu sabiex jilħaq il-mira ta' emissjonijiet meħtieġa biex tinkiseb l-istabbilizzazzjoni fit-temperaturi globali. Għalhekk, b’mod parallel, it-teknoloġiji u l-prattiki innovattivi jeħtieġ ukoll li jiġu żviluppati u applikati fil-futur fir-rigward tal-kwalità tal-fjuwil/tibdil tal-fjuwil, it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-miżuri operattivi tal-bastimenti.

Kummenti tar-rapporteur

Dan ir-Regolament jipprovdi opportunità għal approċċ wiesa’ Ewropew għal sistema ta’ MRV tal-GHGs u tal-emissjonijiet li jniġġsu l-arja mis-settur marittimu. Dan l-approċċ għandu jippermetti lill-Ewropa tiżviluppa politiki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għas-settur marittimu fil-futur qarib konsistenti mal-politiki globali tal-klima, tat-tniġġis tal-arja u tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk hemm il-ħtieġa li jitwessa l-kamp ta’ applikazzjoni billi tiġi inkluża sistema tal-MRV tal-emissjonijiet ta’ NOx flimkien ma’ dawk l-emissjonijiet ta’ CO2. L-emissjonijiet marittimi kemm ta’ CO2 kif ukoll ta’ NOx qed jiżdiedu b’mod sinifikanti, filwaqt li qed jikkawżaw tibdil furzat importanti fil-klima. Simili għar-Regolament MMR Nru 525/2013 tal-UE dwar is-settur tal-avjazzjoni, hemm proposta valutazzjoni tal-impatti ambjentali tat-trasport marittimu fuq il-klima globali permezz ta’ emenda għar-Regolament MMR. Il-Kummissjoni, abbażi ta’ din il-valutazzjoni, għandha tindirizza l-impatt ambjentali tal-emissjonijiet marittimi bħal PM, BC u CH4, kif ukoll ta’ attivitajiet oħra li jwasslu għal emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja u ta’ GHGs, jiġifieri l-użu ta’ refriġeranti minn dgħajjes tas-sajd, u l-emissjonijiet evaporattivi mit-tagħbija u l-ħatt ta’ fjuwils u ta’ merkanzija bl-ingrossa (eż. VOCs, PM).

Il-Kummissjoni pproponiet li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għall-bastimenti ta’ aktar minn 5 000 TG. Sabiex titjieb il-kopertura tal-emissjonijiet u biex tinħoloq koerenza ma’ regoli internazzjonali oħra bħal dawk definiti fl-Anness VI tal-MARPOL, il-kamp ta’ applikazzjoni għandu jiġi estiż għall-bastimenti kollha ta’ aktar minn 400 TG. Peress li dan il-limitu ġie diskuss ukoll fl-OMI, dan jallinja r-regoli tal-UE ma’ qafas internazzjonali futur probabbli.

Filwaqt li huwa importanti li jiġi żgurat li dan ir-Regolament ikopri l-emissjonijiet marittimi b’mod kemm jista’ jkun koerenti, huwa wkoll ta’ importanza kruċjali li wieħed jiffoka fuq l-essenzjali u jillimita l-ispejjeż tal-implimentazzjoni u l-piż amministrattiv. Bl-istess mod, il-kumpaniji m’għandhomx ikunu obbligati li jippubblikaw informazzjoni li tkun sensittiva għan-negozju u li tkun potenzjalment qarrieqa. Għaldaqstant ir-rapporteur jipproponi li jiġi eskluż ix-xogħol tat-trasport mill-informazzjoni l-oħra rilevanti għall-klima peress li mhuwiex relatat mal-kejl tal-emissjonijiet. Is-suq marittimu diġà għandu – minħabba l-ispejjeż għolja tal-fjuwils – inċentivi għolja ħafna biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, u l-effiċjenza enerġetika tax-xogħol tat-trasport fil-ħajja reali hija kwistjoni ferm aktar sofistikata, li ma tistax tiġi ddeterminata mingħajr l-għarfien taċ-ċirkostanzi tas-suq speċifiċi li jiddettaw id-deċiżjonijiet tas-sidien u l-operaturi tal-bastimenti. Mingħajr l-għarfien tal-merkanziji disponibbli, il-massa tagħhom meta mqabbla mal-piż tagħhom, il-kondizzjonijiet tat-temp, il-prezzijiet rilevanti, il-limitazzjonijiet ġeografiċi u limitazzjonijiet oħrajn, il-perjodu ta’ żmien tal-kunsinna, eċċ, l-effiċjenza enerġetika reali tal-vjaġġ u l-impatt tiegħu fuq il-benessri soċjali ma jistgħux jiġu determinati. Għall-kuntrarju, il-pubblikazzjoni eponimika parzjali ta’ tali informazzjoni tista’ tagħti tagħrif żbaljat lill-pubbliku dwar l-effiċjenza enerġetika reali u toħloq tilwim bla bżonn.

OPINJONItal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (20.1.2014)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza fl-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013
(COM(2013)0480 – C7-0201/2013 - 2013/0224(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marita Ulvskog

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu.

Il-fatt li t-trasport marittimu internazzjonali huwa eskluż mill-impenji tal-UE fir-rigward tal-emissjonijiet tal-UE għadu jirrappreżenta problema konsiderevoli. Mhuwiex raġonevoli li mezz wieħed ta' trasport jiġi eżentat mill-politika tal-klima, għalhekk il-Kummissjoni, minkejja l-assenza ta' ftehim internazzjonali, imissha diġà ipproponiet strumenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet f'dan is-settur. Minkejja diversi snin ta' xogħol, il-proċess tal-OMI għadu ma kisibx riżultati suffiċjenti. Il-politika tal-UE f'dan il-qasam mhijiex adegwata u l-livell ta' ambizzjoni jrid jiżdied.

Il-miżuri proposti f'dan ir-regolament huma meħtieġa sabiex jinkiseb impenn tanġibbli dwar l-emissjonijiet tat-trasport marittimu internazzjonali u jiġu żviluppati strumenti adegwati fuq il-bażi tas-suq mill-aktar fis possibbli.

Ir-rapporteur tqis li jkun raġonevoli li l-proċess tal-OMI jingħata ċans ieħor, iżda jekk sal-31 ta' Diċembru 2015 ma jiġi ffirmat l-ebda ftehim internazzjonali li jinkludi impenji għal tnaqqis tal-emissjonijiet, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar tnaqqis fl-emissjonijiet u strumenti.

Ir-rapporteur tqis li l-kalendarju propost għad-dħul fis-seħħ u l-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament miexi bil-mod wisq. Hija, għalhekk, tipproponi kalendarju aktar veloċi li jirrifletti l-importanza ta' azzjoni rapida dwar kwistjonijiet klimatiċi.

Il-Kummissjoni tipproponi li l-bastimenti tas-sajd ta' aktar minn 5000 tunnellata grossa jiġu eżentati minn dan ir-regolament. Ma tingħata l-ebda raġuni għal dan. Ir-rapporteur tissuġġerixxi li din l-eżenzjoni titneħħa.

Hija tikkunsidra wkoll li r-regolament għandu jippromwovi l-metodi li jiddeterminaw l-emissjonijiet li għandhom l-akbar potenzjal li jipprovdu dejta preċiża u jipprovdu inċentivi ċari għal tnaqqis fl-emissjonijiet mill-bastimenti kkonċernati. Huwa propost, għalhekk, li l-kumpaniji affettwati mir-regolament ikunu jistgħu jagħżlu bejn il-miters tal-fluss għall-proċessi ta' kombustjoni applikabbli u l-kejl ta' emissjonijiet diretti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija17 li appella għall-kontribuzzjoni tas-setturi kollha tal-ekonomija biex jinkiseb dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet, fosthom dawk tat-trasport marittimu internazzjonali, jipprovdi mandat ċar: "...fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali li jinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fil-miri ta' tnaqqis tiegħu permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali ma jkun ġie approvat mill-Istati Membri u/jew l-ebda ftehim bħal dan permezz tal-UNFCCC ma jkun ġie approvat mill-Komunità sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta li tinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fl-impenn għat-tnaqqis Komunitarju bil-għan li l-att propost jidħol fis-seħħ sal-2013. Tali proposta għandha timminimizza kull impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-Komunità waqt li tikkunsidra l-benefiċċji ambjentali li jista' jkun hemm."

(1) Il-Pakkett dwar il-Klima u l-Enerġija 17 jesiġi l-kontribut tas-setturi kollha tal-ekonomija biex jinkiseb dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet, minbarra dawk tat-trasport marittimu internazzjonali, iżda jipprovdi mandat ċar: "...fil-każ li l-ebda ftehim internazzjonali li jinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fil-miri ta' tnaqqis tiegħu permezz tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali ma jkun ġie approvat mill-Istati Membri u/jew l-ebda ftehim bħal dan permezz tal-UNFCCC ma jkun ġie approvat mill-Komunità sal-31 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta li tinkludi l-emissjonijiet marittimi internazzjonali fl-impenn għat-tnaqqis Komunitarju bil-għan li l-att propost jidħol fis-seħħ sal-2013. Tali proposta għandha timminimizza kull impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-Komunità waqt li tikkunsidra l-benefiċċji ambjentali li jista' jkun hemm."

__________________

__________________

17 Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u d-Direttiva 2009/29/KE.

17 Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE u d-Direttiva 2009/29/KE.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) It-trasport marittimu internazzjonali għadu l-uniku mezz ta' trasport li mhuwiex inkluż fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. Skont il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta għal dan ir-Regolament, l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu internazzjonali tal-Unjoni żdiedu b'48 % bejn l-1990 u l-2008.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Fl-2011, il-White Paper tal-Kummissjoni dwar it-trasport stabbiliet mira ta' tnaqqis ta' emissjonijiet ta' 40 % fl-2050 meta mqabbla mal-2005 għat-trasport marittimu internazzjonali tal-Unjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) F’Lulju 2011, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) adottat miżuri tekniċi u operazzjonali, b’mod partikolari l-Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (Energy Efficiency Design Index/EEDI) għall-bastimenti ġodda u l-Pjan dwar il-Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (Ship Energy Efficiency Management Plan/SEEMP), li se jġibu titjib f’termini tat-tnaqqis fiż-żieda mistennija fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, iżda li waħedhom ma jistgħux iwasslu għat-tnaqqis assolut meħtieġ fl-emissjonijiet tal-gassijietijiet serra mit-trasport marittimu internazzjonali biex jinżammu l-isforzi skont l-għan globali li ż-żidiet fit-temperaturi globali jiġu limitati għal 2 °C.

(2) F’Lulju 2011, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) adottat miżuri tekniċi u operazzjonali, b’mod partikolari l-Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (Energy Efficiency Design Index/EEDI) għall-bastimenti ġodda u l-Pjan dwar il-Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (Ship Energy Efficiency Management Plan/SEEMP), li se jġibu titjib f’termini tat-tnaqqis fiż-żieda mistennija fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, iżda li waħedhom ma jistgħux iwasslu għat-tnaqqis assolut meħtieġ fl-emissjonijiet tal-gassijietijiet serra mit-trasport marittimu internazzjonali biex jinżammu l-isforzi skont l-għan globali li ż-żidiet fit-temperaturi globali jiġu limitati għal 2 °C. Anki meta jitqiesu dawn il-miżuri tal-OMI, it-tbassir tal-kummerċ globali juri li l-emissjonijiet relatati mal-UE mit-trasport marittimu se jiżdiedu b'51 % oħra sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-2010, li jindika li huma meħtieġa miżuri addizzjonali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha tkopri wkoll informazzjoni oħra rilevanti għall-klima li tippermetti d-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-bastimenti jew l-analiżi ulterjuri tal-kawżi tal-iżvilupp tal-emissjonijiet. Dan il-kamp ta' applikazzjoni jallinja wkoll is-sistema MRV tal-Unjoni mal-inizjattivi internazzjonali għall-introduzzjoni ta' sistema ta’ standards ta’ effiċjenza għal bastimenti eżistenti, li jkopru wkoll miżuri operazzjonali, u jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli tas-suq relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni.

imħassar

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a) L-Unjoni qagħdet lura milli tistabbilixxi miri ta' tnaqqis għal trasport marittimu internazzjonali sakemm ikun hemm ftehim globali. Impenn globali jkun aħjar minn azzjoni unilaterali tal-Unjoni peress li ambitu aktar wiesa' jkun aktar effettiv biex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 24b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24b) L-Unjoni għadha ma stabbilietx miri ta' tnaqqis ta' CO2 għat-trasport marittimu internazzjonali minħabba li tippreferi li jkun hemm ftehim globali fil-qafas tal-IMO f'dan il-qasam. Madankollu, fil-każ li ftehim fil-livell globali ma jkunx jista' jintlaħaq qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni Ewropea għandha tevalwa l-possibbiltajiet li tinħoloq mira għall-Unjoni kollha biex jitnaqqas is-CO2 mit-trasport marittimu internazzjonali u għal mekkaniżmi possibbli ta' appoġġ.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Sabiex isir użu tal-aħjar prattiki disponibbli u tal-evidenza xjentifika, għandha tiġi iddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-eżami ta' ċerti aspetti tekniċi tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn bastimenti u li jiġu speċifikati aktar ir-regoli għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet u l-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ta' delega, il-Kummissjoni għandha tara li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

imħassar

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-użu ta’ sistemi awtomatizzati u ta' mudelli elettroniċi standard għar-rappurtar koerenti tal-emissjonijiet u ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima lill-Kummissjoni u Stati involuti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni23.

imħassar

__________________

23 ĠU L 251, 18.9.2012, p. 49.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima minn bastimenti li jaslu, jidħu jew joħorġu mill-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu b'mod kosteffiċjenti.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) minn bastimenti li jaslu, jidħlu jew joħorġu mill-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu b'mod kosteffiċjenti.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) "informazzjoni oħra rilevanti għall-klima" tfisser informazzjoni relatata mal-konsum tal-fjuwil, xogħol tat-trasport u l-effiċjenza enerġetika ta’ bastimenti li jippermettu l-analiżi tax-xejriet fl-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-prestazzjonijiet tal-bastimenti;

imħassar

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu kompluti u għandhom ikopru l-emissjonijiet kollha mill-kombustjoni tal-fjuwils. Il-kumpaniji għandhom japplikaw miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-dejta fil-perjodu ta’ rappurtar.

2. Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikopru l-emissjonijiet ta' CO2 mill-kombustjoni tal-fjuwils, kemm waqt li l-bastiment ikun fuq il-baħar kif ukoll fl-irmiġġ. Il-kumpaniji għandhom japplikaw miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-dejta fil-perjodu ta’ rappurtar.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-31 ta’ Awwissu 2017, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan ta’ monitoraġġ li jindika l-metodu magħżul sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għall-klima ta’ għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 5000 TG.

1. Sal-31 ta’ Awwissu 2015, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan ta’ monitoraġġ li jindika l-metodu magħżul sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għall-klima għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 5000 TG.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Jannar 2018, il-kumpanija għandha tissottometti pjan ta’ monitoraġġ lill-verifikatur mingħajr dewmien mhux dovut u mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ewwel waqfa tagħhom f'port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Jannar 2016, il-kumpanija għandha tissottometti pjan ta’ monitoraġġ lill-verifikatur mingħajr dewmien mhux dovut u mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ewwel waqfa tagħhom f'port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt h – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet u s-sorsi tad-dejta għad-determinazzjoni u d-dokumentazzjoni tad-distanza għal kull vjaġġ magħmul;

imħassar

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt h – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-dejta biex jiġu determinati u rreġistrati l-merkanzija li nġarret u l-għadd ta’ passiġġieri kif applikabbli;

imħassar

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt h – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-dejta biex jiġi ddeterminat u rreġistrat il-ħin iddedikat fuq il-baħar bejn il-port tat-tluq u l-port tal-wasla;

imħassar

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta’ Jannar 2018, fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw annwalment l-emissjonijiet għal kull bastiment, u għal kull vjaġġ billi japplikaw il-metodu xieraq fost dawk stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I u billi jikkalkulaw l-emissjonijiet skont il-Parti A tal-Anness I

Mill-1 ta’ Jannar 2016, fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw annwalment l-emissjonijiet għal kull bastiment, u għal kull vjaġġ billi japplikaw il-metodu xieraq fost dawk stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I u billi jikkalkulaw l-emissjonijiet skont il-Parti A tal-Anness I

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat bħala total u ddifferenzjat bejn il-fjuwil użat ġewwa u barra ż-żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet;

(b) l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat bħala total;

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) id-distanza vjaġġata:

imħassar

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-ħin iddedikat fuq il-baħar;

imħassar

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-merkanzija li nġarret;

imħassar

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ix-xogħol ta' trasport.

imħassar

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – subparagrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mill-ewwel paragrafu, il-bastimenti li joperaw esklużivament fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huma eżentati mill-monitoraġġ ta’ emissjonijiet abbażi ta’ kull vjaġġ.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat bħala total u ddifferenzjat bejn il-fjuwil użat ġewwa u barra ż-żoni ta’ kontroll tal-emissjonijiet;

(a) l-ammont u l-fattur ta’ emissjoni għal kull tip ta’ fjuwil ikkunsmat bħala total;

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) total tad-distanza vjaġġata:

imħassar

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) total tal-ħin iddedikat fuq il-baħar;

imħassar

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) totali tax-xogħol ta' trasport ;

imħassar

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) medju tal-effiċjenza enerġetika.

imħassar

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mill-2019, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera konċernati, rapport dwar l-emissjonijiet li jikkonċerna l-emissjonijiet u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima matul il-perijodu kollu ta’ rappurtar għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħhom, li jkun ġie vverifikat bħala sodisfaċenti minn verifikatur, skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14.

1. Mill-2017, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera konċernati, rapport dwar l-emissjonijiet li jikkonċerna l-emissjonijiet ta' CO2 u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima matul il-perjodu kollu ta’ rappurtar għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħhom, li jkun ġie vverifikat bħala sodisfaċenti minn verifikatur, skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. B’mod partikolari l-verifikatur għandu jiżgura li l-emissjonijiet u l-informazzjoni oħra rilevanti għall-klima inklużi fir-rapport dwar l-emissjonijiet kienu ġew determinati f’konformità mal-Artikoli 8, 9 u 10 u l-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6. Il-verifikatur għandu jiżgura wkoll li l-emissjonijiet u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima ddikjarati fir-rapporti huma konsistenti mad-dejta kkalkulata minn sorsi oħra f’konformità mal-Annessi I u II.

3. B’mod partikolari l-verifikatur għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta' CO2 inklużi fir-rapport dwar l-emissjonijiet kienu ġew determinati f’konformità mal-Artikoli 8, 9 u 10 u l-pjan ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6. Il-verifikatur għandu jiżgura wkoll li l-emissjonijiet ta' CO2 iddikjarati fir-rapporti huma konsistenti mad-dejta kkalkulata minn sorsi oħra f’konformità mal-Annessi I u II.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) il-kalkoli li jwasslu sabiex tiġi stabbilita l-effiċjenza enerġetika;

imħassar

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mit-30 ta’ Ġunju 2019 il-bastimenti li jaslu fi, fi jew jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għandhom iġorru abbord dokument validu li jiċċertifika l-konformità tal-bastiment mal-obbligi tar-rappurtar u tal-monitoraġġ għal perjodu ta’ rappurtar ikkonċernat, maħruġ skont l-Artikolu 17.

Mit-30 ta’ Ġunju 2017 il-bastimenti li jaslu fi, fi jew jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għandhom iġorru abbord dokument validu li jiċċertifika l-konformità tal-bastiment mal-obbligi tar-rappurtar u tal-monitoraġġ għal perjodu ta’ rappurtar ikkonċernat, maħruġ skont l-Artikolu 17.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 u 12 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu mhux inqas stretti minn dawk previsti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ rappurtar minn operaturi u għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2017, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b'kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 u 12 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu mhux inqas stretti minn dawk previsti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ rappurtar minn operaturi u għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2015, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b'kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tal-gassijietijiet serra għal kull distanza vjaġġata għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

imħassar

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) il-medja annwali tal-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tal-gassijietijiet serra għal kull distanza vjaġġata u merkanzija għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

imħassar

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) it-totali tal-ħin annwali ddedikat fuq il-baħar għal vjaġġi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

imħassar

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għall-klima mit-trasport marittimu.

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali dwar l-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament u tista’, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament.

3. Fejn jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha timpenja ruħha li tipproponi immedjatament li d-dispożizzjonijiet maqbula fuq livell internazzjonali jiddaħħlu fid-dritt Komunitarju.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 23

imħassar

Delega tas-setgħat

Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ta' delega sabiex id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I u II jiġu ssupplimentati u emendati bil-għan li titqies l-evidenza xjentifika aġġornata disponibbli, flimikien mal-informazzjoni rilevanti li tkun disponibbli abbord il-bastimenti u r-regoli internazzjonali rilevanti u l-istandards aċċettati internazzjonalment, għall-identifikzzjoni tal-aktar metodi preċiżi u effiċjenti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, u biex tittejjeb l-eżattezza tal-informazzjoni mitluba relatati mal-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet, hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 safejn dan jikkonċerna elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Fl-istennija ta' ftehim internazzjonali dwar l-adozzjoni ta' miżuri globali, mhuwiex xieraq li l-Kummissjoni tkun tista' taqbeż il-koleġiżlaturi permezz ta' setgħat delegati jew ta' implimentazzjoni eċċessivi.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 24

imħassar

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ta' delega msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 23 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Lulju 2015.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att ta' delega li jkun diġà fis-seħħ.

3. Hekk kif tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Att ta' delega adottat skont l-Artikolu 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn wara n-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data ta' skadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill kienu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Fl-istennija ta' ftehim internazzjonali dwar l-adozzjoni ta' miżuri globali, mhuwiex xieraq li l-Kummissjoni tkun tista' taqbeż il-koleġiżlaturi permezz ta' setgħat delegati jew ta' implimentazzjoni eċċessivi.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

imħassar

Atti ta’ implimentazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 93/389/KE. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Fl-istennija ta' ftehim internazzjonali dwar l-adozzjoni ta' miżuri globali, mhuwiex xieraq li l-Kummissjoni tkun tista' taqbeż il-koleġiżlaturi permezz ta' setgħat delegati jew ta' implimentazzjoni eċċessivi.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-1 ta' Lulju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2014.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

PROĊEDURA

Titolu

Il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u emenda tar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Referenzi

COM(2013)0480 – C7-0201/2013 – 2013/0224(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

4.7.2013

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

4.7.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marita Ulvskog

4.9.2013

Data tal-adozzjoni

9.1.2014

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

14

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Norbert Glante, Fiona Hall, Kent Johansson, Romana Jordan, Marisa Matias, Jaroslav Paška, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Alejo Vidal-Quadras, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jerzy Buzek, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Seán Kelly, Zofija Mazej Kukovič, Vladko Todorov Panayotov, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sandrine Bélier, Jean Lambert

OPINJONItal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (22.1.2014)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013
(COM(2013)0480 – C7‑0201/2013 – 2013/0224(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Brian Simpson

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Skont rapport tal-2009 ta' grupp ta' esperti tal-OMI, l-emissjonijiet mit-trasport marittimu internazzjonali żdiedu b'mod rapidu f'dawn l-aħħar snin, u fin-nuqqas ta' regolament huma previsti li jitilgħu għal 1,475 miljun tunnellata sal-2020, jiġifieri 6 % tat-total globali tal-emissjonijiet ta' CO2. Fl-2007, it-trasport marittimu kien responsabbli għal 2,7 % tat-total globali tal-emissjonijiet ta' CO2.

Fil-livell Ewropew, il-kontribuzzjoni tal-bastimenti li jaslu jew jitilqu mill-portijiet UE-27 tammonta għal 30 % tal-emissjonijiet ta' CO2 tat-trasport marittimu dinji[1]. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent indikat ukoll li t-trasport marittimu fl-ibħra Ewropej jikkontribwixxi għal frazzjoni kbira ta' NOx (10-20 %), SO2 (10-25 %) u PM2.5 globali (10-25 %), b'madwar 70 % tal-emissjonijiet globali fi ħdan 400 km ta' kosti. Studji epidemijoloġiċi wrew li l-emissjonijiet mit-trasport marittimu għandhom implikazzjonijiet fuq is-saħħa b'madwar 50,000 każ ta' mewt fis-sena purament kaġun tal-arja mniġġsa mit-trasport marittimu.[2]

L-introduzzjoni mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) fl-2011 ta' Indiċi tal-Effiċjenza tal-Enerġija (EEDI) mandatorju għal ċerti kategoriji ta' bastimenti ġodda u użu mandatorju tal-Pjan dwar il-Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika tal-Bastimenti (SEEMP) fost il-flotta eżistenti huwa l-ewwel pass lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 tat-trasport marittimu. Madankollu, kif rikonoxxut mal-Kummissjoni, dawn il-miżuri mhumiex se jkunu biżżejjed biex tonqos it-tendenza ta' emissjonijiet ta' CO2 dejjem jiżdiedu fis-settur tat-trasport marittimu u sabiex sal-2050 jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis stabbiliti fil-White Paper tal-Kummissjoni tal-2011 "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport" ta' 40 % (50 % jekk possibbli) meta mqabbel mal-livelli fl-2005.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Il-White Paper tal-Kummissjoni "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport" tal-2011 titlob li sal-2050, l-emissjonijiet mit-trasport marittimu jonqsu b'40 % (50 % jekk possibbli) meta mqabbel mal-livelli fl-2005 , speċifikament permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipji "l-utent iħallas" u "min iniġġes iħallas".

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar "Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti"(2011/2096(INI)) titlob "tnaqqis uniformi ta' 30 % f'emissjonijiet tas-CO2 mal-Ewropa kollha u tal-pollutanti tat-trasport bil-merkanzija, fejn se tingħata kontribuzzjoni mill-ftehimiet tal-OMI dwar l-Indiċi ta' Effiċjenza Enerġetika u l-Pjan ta' Ġestjoni tal-Effiċjenza Enerġetika, u jitlob biex l-għanijiet kollha msemmija f'dan il-paragrafu jiġu kkunsidrati bħala prijoritarji u għalhekk jiġu riveduti kull sena;"

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Skont id-dejta pprovduta mill-OMI, il-konsum speċifiku ta’ enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 ta’ bastimenti li jistgħu jitnaqqsu b’sa 75 % billi jiġu applikati miżuri operazzjonali u bl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji eżistenti; parti sinifikanti minn dawn il-miżuri tista’ titqies bħala kosteffiċjenti minħabba li l-ispejjeż mnaqqsa tal-fjuwil jiżguraw ħlas lura ta’ kwalunkwe spiża operattiva jew tal-investiment.

(3) Skont id-dejta pprovduta mill-OMI, il-konsum speċifiku ta’ enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 ta’ bastimenti jistgħu jitnaqqsu sa massimu ta' 75 % billi jiġu applikati miżuri operazzjonali u bl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji eżistenti; parti sinifikanti minn dawn il-miżuri tista’ titqies bħala kosteffikaċi ‒ jew saħansitra toffri benefiċċji netti lis-settur ‒ minħabba li l-ispejjeż mnaqqsa tal-fjuwil jiżguraw ħlas lura ta’ kwalunkwe spiża operattiva jew tal-investiment.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu fil-livell tal-Unjoni, l-aqwa alternattiva possibbli tibqa’ t-twaqqif ta’ sistema għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet ta' CO2 ibbażati fuq il-konsum tal-fjuwil tal-bastimenti bħala l-ewwel pass ta' approċċ fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra.

(4) Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu fil-livell tal-Unjoni, l-aqwa alternattiva possibbli tibqa’ l-implimentazzjoni ta’ miżura bbażata fuq is-suq fejn it-twaqqif ta’ sistema għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (MRV) tal-emissjonijiet ta' CO2 ibbażati fuq il-konsum tal-fjuwil tal-bastimenti jkun l-ewwel pass ta' approċċ fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati u tad-diskussjonijiet ma’ sħab internazzjonali jindikaw li approċċ fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra għandu jiġi applikat fl-implimentazzjoni ta’ sistema MRV robusta għall-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu bħala l-ewwel pass u l-ipprezzar ta’ dawn l-emissjonijiet fi stadju aktar tard. Dan l-approċċ jiffaċilita li jsir progress sinifikanti fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-ftehim dwar miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijietijiet serra u dwar miżuri oħrajn sabiex dan it-tnaqqis jinkiseb bi spejjeż minimi.

(6) Ir-riżultati tal-konsultazzjoni tal-partijiet interessati u tad-diskussjonijiet ma’ sħab internazzjonali jindikaw li approċċ fi stadji għall-inklużjoni tal-emissjonijiet tat-trasport marittimu fl-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet serra f'dan l-istadju għandu jiġi applikat fl-implimentazzjoni ta’ sistema MRV robusta għall-emissjonijiet ta' CO2 biss mit-trasport marittimu bħala l-ewwel pass u l-ipprezzar ta’ dawn l-emissjonijiet fi stadju aktar tard. Dan l-approċċ jagħmilha faċli li jkun hemm progress sinifikanti fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-ftehim dwar miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijietijiet serra u dwar miżuri oħrajn sabiex dan it-tnaqqis jinkiseb bi spejjeż minimi.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-introduzzjoni ta’ sistema MRV tal-Unjoni mistennija li twassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jammontaw għal sa 2 % meta mqabbla ma’ xenarju ta’ żamma tal-istatus quo u tnaqqis fl-ispejjeż netti aggregati sa EUR 1,2 biljun sal-2030 billi tista’ tikkontribwixxi għat-tneħħija ta’ ostakli tas-suq, b’mod partikolari dawk relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti. Dan it-tnaqqis ta’ spejjeż tat-trasport għandu jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, sistema MRV robusta hija prerekwiżit għal kwalunkwe kejl jew standard ta’ effiċjenza bbażat fuq is-suq, jekk tiġi applikata fil-livell tal-Unjoni jew globalment. Hija tipprovdi wkoll dejta affidabbli biex jiġu stabbiliti miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet preċiżi u għall-evalwazzjoni tal-progress fil-kontribut tat-trasport marittimu lejn il-kisba ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.

(7) L-introduzzjoni ta’ sistema MRV tal-Unjoni mistennija li twassal għal tnaqqis tal-emissjonijiet li jammontaw għal masimu ta' 2 % meta mqabbla ma’ xenarju ta’ żamma tal-istatus quo u tnaqqis fl-ispejjeż netti aggregati sa EUR 1,2 biljun sal-2030 billi tista’ tikkontribwixxi għat-tneħħija ta’ ostakli tas-suq, b’mod partikolari dawk relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-bastimenti. Dan it-tnaqqis ta’ spejjeż tat-trasport għandu jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, sistema MRV robusta hija prerekwiżit għal kwalunkwe kejl jew standard ta’ effiċjenza bbażat fuq is-suq. Minħabba n-natura internazzjonali tat-tbaħħir, approċċ globali koordinat huwa l-metodu preferut u l-aktar effettiv sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet fit-trasport marittimu internazzjonali. Hija tipprovdi wkoll dejta affidabbli biex jiġu stabbiliti miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet preċiżi u għall-evalwazzjoni tal-progress fil-kontribut tat-trasport marittimu lejn il-kisba ta’ ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-vjaġġi fi ħdan l-Unjoni kollha, il-vjaġġi kollha li jaslu mill-aħħar port mhux tal-Unjoni lejn l-ewwel port ta' waqfa tal-Unjoni u l-vjaġġi kollha ħerġin minn port tal-Unjoni lejn il-port ta' waqfa li jmiss mhux tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati rilevanti għal finijiet ta’ monitoraġġ. L-emissjonijiet ta' CO2 fil-portijiet tal-Unjoni inkluż meta l-bastimenti jkunu fl-irmiġġ jew jiċċaqalqu ġewwa port, għandhom ikunu koperti wkoll, b’mod partikolari minħabba li miżuri speċifiċi għat-tnaqqis jew l-evitar ta' dawn jeżistu. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju għall-bastimenti kollha irrispettivament mill-bandiera li jtajru.

(8) Il-vjaġġi fi ħdan l-Unjoni kollha, il-vjaġġi kollha li jaslu mill-aħħar port mhux tal-Unjoni lejn l-ewwel port ta' waqfa tal-Unjoni u l-vjaġġi kollha ħerġin minn port tal-Unjoni lejn il-port ta' waqfa li jmiss mhux tal-Unjoni għandhom jiġu kkunsidrati rilevanti għal finijiet ta’ monitoraġġ. L-emissjonijiet fil-portijiet tal-Unjoni inkluż meta l-bastimenti jkunu fl-irmiġġ jew jiċċaqalqu ġewwa port, għandhom ikunu koperti wkoll, b’mod partikolari minħabba li jeżistu miżuri speċifiċi għat-tnaqqis jew l-evitar ta' dawn. Dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati b’mod mhux diskriminatorju għall-bastimenti kollha irrispettivament mill-bandiera li jtajru, wara li l-Kummissjoni tkun stabbiliet li l-pajjiżi terzi ma esprimew l-ebda riżerva.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a) Minħabba l-ambitu ġeografiku u l-ħtieġa konkomitanti ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 lil hinn mit-territorju tal-Istati Membri, u minħabba l-inklużjoni ta' intrapriżi marittimi rreġistrati mad-dinja kollha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiżi terzi fi stadju bikri u b'mod xieraq bil-ħsieb li tikseb l-akbar aċċettazzjoni internazzjonali possibbli.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha tkopri wkoll informazzjoni oħra rilevanti għall-klima li tippermetti d-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-bastimenti jew l-analiżi ulterjuri tal-kawżi tal-iżvilupp tal-emissjonijiet. Dan il-kamp ta' applikazzjoni jallinja wkoll is-sistema MRV tal-Unjoni mal-inizjattivi internazzjonali għall-introduzzjoni ta' sistema ta’ standards ta’ effiċjenza għal bastimenti eżistenti, li jkopru wkoll miżuri operazzjonali, u jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli tas-suq relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni.

(11) Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha tippermetti d-determinazzjoni tal-effiċjenza tal-bastimenti jew l-analiżi ulterjuri tal-kawżi tal-iżvilupp tal-emissjonijiet. Dan il-kamp ta' applikazzjoni jallinja wkoll is-sistema MRV tal-Unjoni mal-inizjattivi internazzjonali għall-introduzzjoni ta' sistema ta’ standards ta’ effiċjenza għal bastimenti eżistenti, li jkopru wkoll miżuri operazzjonali, u jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli tas-suq relatati man-nuqqas ta’ informazzjoni.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u għall-operaturi, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u biex isir l-aħjar użu mill-proporzjon kostijiet-benefiċċji tas-sistema MRV mingħajr ma jiġi mhedded l-għan li jkun kopert sehem predominanti ħafna tal-emissjonijiet tal-gassijietijiet serra mit-trasport marittimu, ir-regoli għall-MRV għandhom japplikaw biss għal produtturi kbar. Intagħżel limitu ta’ 5000 tunnellaġġ gross (TG) wara analiżi dettaljata oġġettiva tal-qisien u l-emissjonijiet tal-bastimenti li jmorru lejn portijiet tal-Unjoni u dawk li jiġu minnhom. Il-bastimenti b’aktar minn 5000 TG jammontaw għal madwar 55 % tal-għadd tal-bastimenti li jidħlu f’portijiet tal-Unjoni u jirrappreżentaw madwar 90 % tal-emissjonijiet relatati. Dan il-limitu mhux diskriminatorju għandu jiżgura li l-biċċa l-kbira tal-emittenti rilevanti jiġu koperti. Limitu aktar baxx għandu jirriżulta f’iktar piż amministrattiv filwaqt li limitu ogħla jillimita l-kopertura tal-emissjonijiet u għalhekk l-effettività ambjentali tas-sistema.

(12) Sabiex tkun żġurata koerenza mad-Dritt internazzjonali eżistenti, b'mod partikolari mal-MARPOL VI, is-sistema MRV għandha tapplika għal bastimenti ta' 400 TG u aktar.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Biex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u l-operaturi, ir-regoli tal-monitoraġġ għandhom jiffukaw fuq is-CO2 bħala l-aktar gass serra rilevanti li joħroġ mit-trasport marittimu u li jikkontribwixxi sa 98 % tat-total tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dan is-settur.

(13) Biex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u l-operaturi, ir-regoli tal-monitoraġġ għandhom jiffukaw biss fuq is-CO2 f’dan l-istadju għaliex huwa l-aktar gass serra rilevanti li joħroġ mit-trasport marittimu u li jikkontribwixxi sa 98 % tat-total tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ dan is-settur.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Ir-regoli għandhom iqisu r-rekwiżiti eżistenti u d-dejta diġà disponibbli abbord il-bastimenti; għalhekk, is-sidien tal-bastimenti għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu wieħed minn dawn l-erba’ metodi ta’ monitoraġġ: l-użu tan-Noti ta' Kunsinna tal-Fjuwil tal-Banker, monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-Banker, miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli jew għall-kejl dirett ta' emissjoni. Pjan ta’ monitoraġġ speċifiku tal-bastimenti għandu jiddokumenta l-għażla magħmula u għandu jipprovdi aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-metodu magħżul.

(14) Ir-regoli għandhom iqisu r-rekwiżiti eżistenti u d-dejta diġà disponibbli abbord il-bastimenti; għalhekk, is-sidien tal-bastimenti għandhom jingħataw l-opportunità li jagħżlu wieħed minn dawn l-erba’ metodi ta’ monitoraġġ: l-użu tan-Noti ta' Kunsinna tal-Fjuwil tal-Banker, monitoraġġ tat-tank tal-fjuwil tal-Banker, miters tal-fluss għall-proċessi ta’ kombustjoni applikabbli jew għall-kejl dirett ta' emissjoni. Pjan ta’ monitoraġġ speċifiku tal-bastimenti għandu jiddokumenta l-għażla magħmula u għandu jipprovdi aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-metodu magħżul. Il-Kummissjoni għandha, wara żewġ perjodi separati tar-rappurtar, toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-metodi ta’ monitoraġġ fir-rigward tal-preċiżjoni, ir-rilevanza għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, l-aċċessibiltà finanzjarja u l-piż amministrattiv għall-ekwipaġġ.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Gassijiet serra oħra, aġenti b'impatti klimatiċi (climate forcers) jew sustanzi li jniġġsu l-arja ma għandhomx ikunu koperti mis-sistema MRV tal-Unjoni f’dan l-istadju sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' tagħmir tal-kejl li mhuwiex affidabbli biżżejjed u kummerċjalment disponibbli, ħaġa li tista' xxekkel l-implimentazzjoni tas-sistema MRV tal-Unjoni.

(16) Gassijiet serra oħra, aġenti b'impatti klimatiċi (climate forcers) jew sustanzi li jniġġsu l-arja ma għandhomx ikunu koperti mis-sistema MRV tal-Unjoni f’dan l-istadju sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti għall-installazzjoni ta' tagħmir tal-kejl li mhuwiex affidabbli biżżejjed u kummerċjalment disponibbli, ħaġa li tista' xxekkel l-implimentazzjoni tas-sistema MRV tal-Unjoni. F’każ illi l-progress tekniku fil-ġejjieni jippermetti kejl ta’ sustanzi oħra rilevanti għall-klima mingħajr ma joħloq piżijiet addizzjonali fuq is-sidien tal-vapuri, tali sustanzi għandhom jiġu inklużi fis-sistema MRV. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bl-iżviluppi teknoloġiċi f'intervalli regolari ta’ sentejn.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u l-operaturi, ir-rappurtar u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni rappurtata għandhom jiġu organizzati kull sena. Bir-restrizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet, tal-konsum tal-fjuwil u tal-informazzjoni relatata mal-effiċjenza għal medji annwali u ċifri aggregati, il-kwistjonijiet tal-kunfidenzjalità għandhom ikunu ġew indirizzati. Id-dejta rrappurtata lill-Kummissjoni għandha tiġi integrata fl-istatistika sakemm din id-dejta tkun rilevanti għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/504/eu tas-17 ta’ Settembru 2012 fuq l-Eurostat18.

(17) Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv għas-sidien tal-bastimenti u l-operaturi, ir-rappurtar u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni rappurtata għandhom jiġu organizzati kull sena. Bir-restrizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet, tal-konsum tal-fjuwil u tal-informazzjoni relatata mal-effiċjenza għal medji annwali u ċifri aggregati, il-kwistjonijiet tal-kunfidenzjalità għandhom ikunu ġew indirizzati. Min-naħa l-oħra huwa importanti li n-nolleġġaturi u l-partijiet interessati l-oħra fl-industrija jingħataw dejta speċifika dwar ir-rotta biex jiġi żgurat li jitneħħew l-ostakli tas-suq u jiġu ppremjati l-iżjed bastimenti effiċjenti. Id-dejta rrappurtata lill-Kummissjoni għandha tiġi integrata fl-istatistika sakemm din id-dejta tkun rilevanti għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/504/eu tas-17 ta’ Settembru 2012 fuq l-Eurostat18.

__________________

__________________

18 ĠU L 251, 18.9.2012, p. 49

18 ĠU L 251, 18.9.2012, p. 49

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet tal-gassijietijiet serra u għar-rappurtar ta’ informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima22 fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għandu jiġi emendat biex jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport marittimu mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament.

(23) Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet tal-gassijietijiet serra u għar-rappurtar ta’ informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima22 fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għandu jiġi emendat biex jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 biss mit-trasport marittimu mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament.

__________________

__________________

22 ĠU L 165,18.06.2013, p. 13-40.

22 ĠU L 165,18.06.2013, p. 13-40.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha sservi bħala mudell għall-implimentazzjoni ta’ sistema MRV globali. Sistema MRV globali hija aħjar peress li tista’ titqies bħala iżjed effikaċi minħabba l-kamp ta' applikazzjoni usa’. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha fuq bażi regolari taqsam l-informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-OMI u ma' korpi internazzjonali rilevanti oħra u għandhom isiru sottomissjonijiet rilevanti lill-OMI. Fejn jintlaħaq ftehim dwar sistema MRV globali, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistema MRV tal-Unjoni bil-għan tallinjaha mas-sistema globali.

(24) Is-sistema MRV tal-Unjoni għandha sservi bħala mudell għall-implimentazzjoni ta’ sistema MRV globali. Sistema MRV globali hija aħjar peress li tista’ titqies bħala iżjed effikaċi minħabba l-kamp ta' applikazzjoni usa’. Fejn jintlaħaq ftehim dwar sistema MRV globali, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistema MRV tal-Unjoni bil-għan li tallinjaha mas-sistema globali.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Sabiex isir użu tal-aħjar prattiki disponibbli u tal-evidenza xjentifika, għandha tiġi iddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-eżami ta' ċerti aspetti tekniċi tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn bastimenti u li jiġu speċifikati aktar ir-regoli għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet u l-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ta' delega, il-Kummissjoni għandha tara li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(25) Sabiex isir użu tal-aħjar prattiki disponibbli u tal-evidenza xjentifika, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward tal-eżami ta' ċerti aspetti tekniċi tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet ta’ CO2 biss minn bastimenti f'dan l-istadju u li jiġu speċifikati aktar ir-regoli għall-verifika tar-rapporti tal-emissjonijiet u l-akkreditazzjoni ta’ verifikaturi. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ta' delega, il-Kummissjoni għandha tara li ssir trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-għan tal-azzjoni proposta, jiġifieri l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-bastimenti bħala l-ewwel pass ta’ approċċ fi stadji sabiex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, minħabba n-natura internazzjonali tat-trasport marittimu u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(27) L-għan tal-azzjoni proposta, jiġifieri l-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet ta' CO2 biss mill-bastimenti bħala l-ewwel pass ta’ approċċ fi stadji sabiex jitnaqqsu dawn l-emissjonijiet ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, minħabba n-natura internazzjonali tat-trasport marittimu u għalhekk jista', minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2015 biex jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkollhom żmien biżżejjed biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament qabel ma jibda l-ewwel perjodu ta’ rappurtar fl-1 ta’ Jannar 2018.

(29) Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2017 biex jiġi żgurat li l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkollhom żmien biżżejjed biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament qabel ma jibda l-ewwel perjodu ta’ rappurtar fl-1 ta’ Jannar 2022.

Ġustifikazzjoni

Għandu jitħalla żmien biżżejjed għar-riżoluzzjoni tal-kriżi ekonomika attwali qabel ma tiġi imposta burokrazija eċċessiva. Għandu jitħalla wkoll żmien għall-Parlament Ewropew li jmiss u għall-Kummissjoni li jmiss biex janalizzaw dawn it-testi u, jekk meħtieġ jemendawhom qabel l-applikazzjoni tagħhom.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u ta' informazzjoni oħra rilevanti għall-klima minn bastimenti li jaslu, jidħu jew joħorġu mill-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu b'mod kosteffiċjenti.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika preċiżi tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) biss f’dan l-istadju għaliex huwa l-aktar gass serra rilevanti li joħroġ mit-trasport marittimu -minn bastimenti li jaslu, jidħlu jew joħorġu mill-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru sabiex jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mit-trasport marittimu b'mod kosteffiċjenti.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti b’aktar minn 5000 tunnellata gross f’dak li għandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom minn l-aħħar port ta' waqfa lejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti b’aktar minn 400 tunnellata gross f’dak li għandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet rilaxxati matul il-vjaġġi tagħhom minn l-aħħar port ta' waqfa lejn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għal port ta’ waqfa li jmiss tagħhom, kif ukoll fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Id-Dritt Internazzjonali, b'mod partikolari MARPOL VI, japplika għal bastimenti ta' 400 TG jew aktar. Barra minn dan, bastimenti ta' 500 tunnellata gross huma bosta drabi vapuri tal-passiġġieri li pereżempju joperaw mal-linji tal-kosta u bejn il-gżejjer. Għalhekk għandhom ikunu koperti wkoll.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "emissjonijiet" tfisser ir-rilaxx tas-CO2 fl-atmosfera minn bastimenti kif previst fl-Artikolu 2;

(a) "emissjonijiet" tfisser biss ir-rilaxx tas-CO2 fl-atmosfera minn bastimenti kif previst fl-Artikolu 2;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt la (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(la) "il-klassi tas-silġ" tfisser in-notazzjoni assenjata lill-bastiment mill-Amministrazzjoni jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Amministrazzjoni li turi li l-bastiment ġie ddisinjat għan-navigazzjoni f’kundizzjonijiet ta’ silġ fuq il-baħar.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu kompluti u għandhom ikopru l-emissjonijiet kollha mill-kombustjoni tal-fjuwils. Il-kumpaniji għandhom japplikaw miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-dejta fil-perjodu ta’ rappurtar.

2. Il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu kompluti u għandhom ikopru l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) mill-kombustjoni tal-fjuwils. Il-kumpaniji għandhom japplikaw miżuri xierqa sabiex jevitaw kwalunkwe nuqqas fid-dejta fil-perjodu ta’ rappurtar.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-31 ta’ Awwissu 2017, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan ta’ monitoraġġ li jindika l-metodu magħżul sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għall-klima ta’ għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 5000 TG.

1. Sal-31 ta’ Awwissu 2015, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-verifikaturi pjan ta’ monitoraġġ li jindika l-metodu magħżul sabiex jimmontorjaw u jirrappurtaw l-emissjonijiet u informazzjoni oħra relevanti għall-klima ta’ għal kull wieħed mill-bastimenti tagħhom b’aktar minn 400 TG.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-impenn qawwi mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jestendu sal-2013 l-iskema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet tal-gassijietijiet serra tal-Komunità għall-industrija tat-trasport marittimu, mhuwiex aċċettabbli li tiġi stabbilita skeda taż-żmien li ma tippermettix li jittieħdu miżuri konkreti fuq perjodu ta' żmien qasir.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Jannar 2018, il-kumpanija għandha tissottometti pjan ta’ monitoraġġ lill-verifikatur mingħajr dewmien mhux dovut u mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ewwel waqfa tagħhom f'port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Jannar 2016, il-kumpanija għandha tissottometti pjan ta’ monitoraġġ lill-verifikatur mingħajr dewmien mhux dovut u mhux aktar tard minn xahrejn wara l-ewwel waqfa tagħhom f'port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-identifikazzjoni u t-tip tal-bastiment inkluż l-isem tal-bastiment, in-numru tiegħu tar-reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) , il-port tiegħu ta’ reġistrazzjoni jew port domiċili u l-isem ta' sid il-bastiment;

(a) l-identifikazzjoni u t-tip tal-bastiment inkluż l-isem tal-bastiment, in-numru tiegħu tar-reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), il-port tiegħu ta’ reġistrazzjoni jew port ta’ domiċilju, il-klassi tas-silġ tal-bastiment, u l-isem ta' sid il-bastiment;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt h – sottopunt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iiia) il-proċeduri, ir-responsabbiltajiet, il-formuli u s-sorsi tad-dejta biex tiġi ddeterminata u rreġistrata d-distanza vjaġġata u t-tul ta'ħin li jittieħed biex ibaħħru fuq is-silġ;

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-kumpaniji għandhom jużaw pjanijiet ta’ monitoraġġ standardizzati bbażati fuq mudelli stabbiliti. Regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-pjani ta' monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament.

4. Il-kumpaniji għandhom jużaw mudelli standardizzati biex iressqu l-pjanijiet ta' monitoraġġ tagħhom. Il-preżentazzjoni u l-kontenut tal-mudelli għall-pjanijiet ta' monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ddelegati. Il-mudelli għandhom ikunu sempliċi kemm jista’ jkun u ma joħolqu l-ebda burokrazija żejda. Dawk l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta’ Jannar 2018, fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw annwalment l-emissjonijiet għal kull bastiment, u għal kull vjaġġ billi japplikaw il-metodu xieraq fost dawk stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I u billi jikkalkulaw l-emissjonijiet skont il-Parti A tal-Anness I

Mill-1 ta’ Jannar 2016, fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw annwalment l-emissjonijiet għal kull bastiment u għal kull vjaġġ, jew kull xahar fil-każ ta' vjaġġi regolari fuq distanza qasira, billi japplikaw il-metodu xieraq fost dawk stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I u billi jikkalkulaw l-emissjonijiet skont il-Parti A tal-Anness I.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment u għal kull vjaġġ li jasal u li jitlaq minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw l-informazzjoni li ġejja, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Anness II:

Fuq il-bażi tal-pjan ta’ monitoraġġ approvat skont l-Artikolu 13(1), għal kull bastiment u għal kull vjaġġ li jasal u li jitlaq minn port li jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, jew kull xahar fil-każ ta' vjaġġi regolari fuq distanza qasira, il-kumpaniji għandhom jimmonitorjaw l-informazzjoni li ġejja, skont il-Parti A tal-Anness I u l-Anness II:

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) is-CO2 rilaxxatt;

(c) is-CO2 rilaxxat biss;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-ħin iddedikat fuq il-baħar;

(e) id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodi li fihom il-monitoraġġ ikun ġie sospiż minħabba sitwazzjonijiet ta’ emerġenza bħal attivitajiet ta’ salvataġġ tal-ħajja;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-merkanzija li nġarret;

imħassar

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) id-data u l-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodi li matulhom ma sarx monitoraġġ minħabba sitwazzjonijiet ta’ urġenza u periklu, bħal pereżempju f'operazzjonijiet ta’ salvataġġ.

Ġustifikazzjoni

Is-sitwazzjonijiet ta’ urġenza u periklu ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. B’deroga mill-ewwel paragrafu, il-bastimenti li joperaw esklussivament fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u li jwettqu diversi vjaġġi matul il-ġurnata huma eżentati mill-monitoraġġ ta’ emissjonijiet abbażi ta’ kull vjaġġ.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) total ta' CO2 rilaxxat;

(b) total ta' CO2 rilaxxat biss;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha bejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru

(c) l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati biss mill-vjaġġi kollha bejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati mill-vjaġġi kollha li telqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(d) l-emissjonijiet ta' CO2 aggregati biss mill-vjaġġi kollha li telqu minn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) aggregat tal-emissjonijiet ta' CO2 mill-vjaġġi kollha lejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(e) aggregat tal-emissjonijiet ta' CO2 biss mill-vjaġġi kollha lejn portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) emissjonijiet ta' CO2 li seħħew fl-irmiġġ fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(f) emissjonijiet ta' CO2 biss li seħħew fl-irmiġġ fi ħdan il-portijiet taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mill-2019, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera konċernati, rapport dwar l-emissjonijiet li jikkonċerna l-emissjonijiet u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima matul il-perijodu kollu ta’ rappurtar għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħhom, li jkun ġie vverifikat bħala sodisfaċenti minn verifikatur, skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14.

1. Mill-2017, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, il-kumpaniji għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati tal-bandiera konċernati, rapport dwar l-emissjonijiet li jikkonċerna l-emissjonijiet u informazzjoni oħra rilevanti għall-klima matul il-perjodu kollu ta’ rappurtar għal kull bastiment taħt ir-responsabbiltà tagħhom, li jkun ġie vverifikat bħala sodisfaċenti minn verifikatur, skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 - paragrafu 3 – punt a – sottopunt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii a) il-klassi tas-silġ tal-bastiment,

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 11 għandhom jiġi sottomess bl-użu ta’ sistemi awtomatizzati u ta' formats tal-iskambju tad-dejta kompleti, inklużi mudelli elettroniċi.

1. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji r-rapport dwar l-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 11 għandu jiġi sottomess bl-użu ta’ sistemi awtomatizzati, standards għall-iskambju tad-dejta u mudelli elettroniċi.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-formats tal-iskambju tad-dejta imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament.

2. Arranġamenti biex titressaq id-dejta lill-Kummissjoni, inklużi standards għall-iskambju tad-dejta u formats ta' mudelli elettroniċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ddelegati. Dawk l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Mingħajr dewmien, il-verifikatur għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera dwar il-ħruġ ta’ kwalunkwe dokument ta’ konformità u għandu jittrażmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 billi juża sistemi awtomatizzati u formats tal-iskambju tad-dejta kompleti, inklużi mudelli elettroniċi, stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita f'dan ir-Regolament.

4. Mingħajr dewmien, il-verifikatur għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-Istat tal-bandiera dwar il-ħruġ ta’ kwalunkwe dokument ta’ konformità u għandu jittrażmetti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 billi juża sistemi awtomatizzati, standards għall-iskambju tad-dejta u mudelli elettroniċi, stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita f'dan ir-Regolament.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Regoli tekniċi li jistabbilixxu mudelli għall-formats tal-iskambju tad-dejta imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) ta' dan ir-Regolament.

5. Arranġamenti biex tittressaq id-dejta lill-Kummissjoni, inklużi standards għall-iskambju tad-dejta u formats tal-mudelli elettroniċi msemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ddelegati. Dawk l-atti ddelegati għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mit-30 ta’ Ġunju 2019 il-bastimenti li jaslu fi, fi jew jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għandhom iġorru abbord dokument validu li jiċċertifika l-konformità tal-bastiment mal-obbligi tar-rappurtar u tal-monitoraġġ għal perjodu ta’ rappurtar ikkonċernat, maħruġ skont l-Artikolu 17.

Mit-30 ta’ Ġunju 2017 il-bastimenti li jaslu f'port, ikunu ġewwa port jew jitilqu minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru għandhom iġorru abbord dokument validu li jiċċertifika l-konformità tal-bastiment mal-obbligi tar-rappurtar u tal-monitoraġġ għal perjodu ta’ rappurtar ikkonċernat, maħruġ skont l-Artikolu 17.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 u 12 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu mhux inqas stretti minn dawk previsti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ rappurtar minn operaturi u għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2017, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b'kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għan-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' monitoraġġ u ta' rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 12 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu mhux inqas stretti minn dawk previsti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ta’ rappurtar minn operaturi u għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2015, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b'kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-emissjonijiet irrappurtati skont l-Artikolu 11 u l-informazzjoni dwar il-konformità tal-kumpanija mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 11 u 17.

1. Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku dejta aggregata dwar l-emissjonijiet irrappurtati skont l-Artikolu 11 u l-informazzjoni dwar il-konformità tal-kumpanija mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikoli 11 u 17.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-OMI u l-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta’ domiċilju);

(a) l-identità tal-bastiment (l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-OMI, il-port fejn hu rreġistrat jew il-port ta’ domiċilju u l-klassi tas-silġ tal-bastiment);

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-emissjonijiet annwali ta' CO2;

(d) l-emissjonijiet annwali ta' CO2 biss;

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-OMi u lill-korpi internazzjonali rilevanti oħra fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament bil-għan li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' regoli internazzjonali fi ħdan l-OMI għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tal-gassijietijiet serra mit-trasport marittimu.

1. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-OMI u lill-korpi internazzjonali rilevanti oħra fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament bil-ħsieb li tallinja r-Regolament mal-progress fl-OMI għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta’ emissjonijiet tal-gassijietijiet serra mit-trasport marittimu.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament u tista’, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament.

3. Fejn jintlaħaq ftehim internazzjonali dwar miżuri globali sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport marittimu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament u tiżgura l-allinjament mar-regolamenti internazzjonali rilevanti stabbiliti mill-OMI.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ta' delega sabiex id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I u II jiġu ssupplimentati u emendati bil-għan li titqies l-evidenza xjentifika aġġornata disponibbli, flimikien mal-informazzjoni rilevanti li tkun disponibbli abbord il-bastimenti u r-regoli internazzjonali rilevanti u l-istandards aċċettati internazzjonalment, għall-identifikzzjoni tal-aktar metodi preċiżi u effiċjenti għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet, u biex tittejjeb l-eżattezza tal-informazzjoni mitluba relatati mal-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet, hija kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 safejn dan jikkonċerna elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 24 li jemenda l-Anness I biex tadatta l-metodi ta' monitoraġġ għall-progress xjentifiku u teknoloġiku u l-istandards aċċettati internazzjonalment sabiex ittejjeb l-affidabbiltà, il-validità u l-preċiżjoni tad-dejta dwar l-emissjonijiet.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 24 li jemenda l-Anness II biex tispeċifika aktar u tadatta l-metodi ta' monitoraġġ ta' informazzjoni relevanti għall-klima għall-progress xjentifiku u teknoloġiku u l-istandards aċċettati internazzjonalment sabiex ittejjeb l-affidabbiltà, il-validità u l-preċiżjoni tad-data dwar l-emissjonijiet.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ta' delega msemmija fl-Artikoli 15, 16 u 23 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-1 ta' Lulju 2015.

1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 12a, 15, 16 u 23 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [...][id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 23 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att ta' delega li jkun diġà fis-seħħ.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12a, 15, 16 u 23 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att ta' delega li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Att ta' delega adottat skont l-Artikolu 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn wara n-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data ta' skadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill kienu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

4. Att ta' delega adottat skont l-Artikoli 12a, 15, 16 u 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn wara n-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data ta' skadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn wara l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-1 ta' Lulju 2015.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-1 ta' Lulju 2014.

Ġustifikazzjoni

Għall-preparazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament fl-2015, hemm bżonn ta' biżżejjed żmien biex jiġu ppreparati d-dispożizzjonijiet rilevanti.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-kwantità u t-tip ta’ fjuwil kif definit fil-BDN flimkien mal-inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil ibbażati fuq il-qari tat-tankijiet. Il-fjuwil fil-bidu tal-perjodu, biż-żieda tal-kunsinni, nieqes il-fjuwil disponibbli fit-tmiem tal-perijodu u l-fjuwil żvojtat bejn il-bidu tal-perjodu u t-tmiem tal-perjodu flimkien jikkostitwixxu l-fjwuil ikkunsmat matul il-perjodu.

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-kwantità u t-tip ta’ fjuwil kif definit fil-BDN (fejn disponibbli), flimkien mal-inventarji perjodiċi tat-tankijiet tal-fjuwil ibbażati fuq il-qari tat-tankijiet. Il-fjuwil fil-bidu tal-perjodu, biż-żieda tal-kunsinni, nieqes il-fjuwil disponibbli fit-tmiem tal-perjodu u l-fjuwil żvojtat bejn il-bidu tal-perjodu u t-tmiem tal-perjodu flimkien jikkostitwixxu l-fjwuil ikkunsmat matul il-perjodu.

PROĊEDURA

Titolu

Il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u emenda tar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Referenzi

COM(2013)0480 – C7-0201/2013 – 2013/0224(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

4.7.2013

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

4.7.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Brian Simpson

11.9.2013

Eżami fil-kumitat

14.11.2013

20.1.2014

Data tal-adozzjoni

21.1.2014

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

11

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Spyros Danellis, Zita Gurmai, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Sabine Wils, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vittorio Prodi

  • [1]  Rapport tekniku taż-ŻEE Nru 4/2013 ‒ The impact of international shipping on European air quality and climate forcing
  • [2]  Ara http://ec.europa.eu/transport/modes/maritime/events/doc/2011_06_01_stakeholder-event/item4.pdf

PROĊEDURA

Titolu

Il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u emenda tar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Referenzi

COM(2013)0480 – C7-0201/2013 – 2013/0224(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.6.2013

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

4.7.2013

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

4.7.2013

TRAN

4.7.2013

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Theodoros Skylakakis

5.9.2013

Eżami fil-kumitat

28.11.2013

22.1.2014

Data tal-adozzjoni

30.1.2014

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

6

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Sandrine Bélier, Biljana Borzan, Martin Callanan, Tadeusz Cymański, Chris Davies, Esther de Lange, Bas Eickhout, Edite Estrela, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Claus Larsen-Jensen, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Mario Pirillo, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Dubravka Šuica, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kriton Arsenis, Erik Bánki, Julie Girling, Jutta Haug, Filip Kaczmarek, James Nicholson, Vittorio Prodi, Christel Schaldemose, Birgit Schnieber-Jastram, Renate Sommer, Bart Staes, Rebecca Taylor, Vladimir Urutchev, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fabrizio Bertot, Hiltrud Breyer, Vojtěch Mynář, Bill Newton Dunn

Data tat-tressiq

31.1.2014