Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar abbozz ta' emenda għall-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (2008/2320(ACI))
– wara li kkunsidraw l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(1)¹, u b'mod partikulari l-punt 25 tagħha,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal abbozz ta' emenda għall-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (COM(2008)0834),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar abbozz ta' emenda għall-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(2),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 120(1) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0509/2008),
A. billi l-Kumitat għall-Baġits jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-emenda proposta għall-imsemmija Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006,
B. billi l-emenda proposta ma tqajjem ebda tħassib rigward it-Trattati u r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,
1. Japprova l-emenda għall-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (2007-2013) annessa ma' din id-deċiżjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u l-anness lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.
ANNESS
Emenda għall-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni,
Billi:
(1) L-iżviluppi reċenti fil-prezzijiet tal-ikel u tal-materja prima qanqlu tħassib speċjalment fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw. Il-Kummissjoni pproponiet li toħloq faċilità ġdida għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew f'daqqa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw(3) u ż-żewġt idriegħi tal-awtorità tal-baġit, fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, qablu li jipprovdu parti mill-finanzjament għal din il-Faċilità mir-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenzi.
(2) Minħabba li l-ammont li jifdal tar-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenzi għas-sena 2008 mhux biżżejjed biex ikopri l-ħtiġijiet tal-Faċilità għall-Ikel, hija meħtieġa żieda sabiex ir-Riżerva tkun tista' tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' din il-Faċilità għall-Ikel.
(3) Sabiex tiġi indirizzata dik is-sitwazzjoni eċċezzjonali, ir-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenzi għandha tiżdied għal EUR 479 218 000 fi prezzijiet attwali, unikament u eċċezzjonalment għas-sena 2008.
(4) Il-Punt 25 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu għalhekk jiġi emendat kif ġej,
FTHIEMU LI ĠEJ:
Fil-Punt 25 is-sentenza li ġejja għandha tiżdied mal-ewwel subparagrafu:"
B'eċċezzjoni, dan l-ammont għandu jiżdied għal EUR 479 218 000 għas-sena 2008 fi prezzijiet attwali.
"
Magħmul fi Strasburgu, 18 ta' Diċembru 2008,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Għall-Kummissjoni
Abbozz ta' emenda tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006
209k
41k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar abbozz ta' emenda tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u mmaniġġjar finanzjarju sod (2008/2325(INI))
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(1) (IIA), u b'mod partikolari l-Punt 25 tagħha,
– wara li kkunsidra r-riżultat tal-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008 mal-Kunsill,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0834),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-4 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 u l-Anness VI, Taqsima IV, punti (1) u (2), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0504/2008),
A. billi l-Parlament Ewropew jappoġġja bis-saħħa l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex tinħoloq faċilità ġdida għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (il-"Faċilità tal-Ikel"), u billi din l-idea diġà kienet ġiet appoġġjata mill-Kunsill Ewropew tad-19 u tal-20 ta' Ġunju 2008,
B. billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, ftehmu dwar il-finanzjament tal-''Faċilità tal-Ikel'' għal ammont totali ta' EUR 1 biljun tul tliet snin,
C. billi l-proposta inizjali tal-Kummissjoni kienet tipprevedi finanzjament tal-''Faċilità tal-Ikel'' mill-marġni tat-titolu 2 tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF), iżda dan l-approċċ ġie rrifjutat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill,
D. billi l-Parlament Ewropew qies li l-iżjed soluzzjoni adegwata tkun ir-reviżjoni tal-limitu tat-titolu 4 tal-MFF, iżda l-Kunsill irrifjuta li jsir hekk,
E. billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fl-aħħarnett irnexxielhom jilħqu ftehim għal finanzjament tal-''Faċilità tal-Ikel'' permezz ta' twaħħid ottimali tar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza, l-Istrument tal-Flessibilità u r-rijallokazzjoni fil-kuntest tat-titolu 4 tal-Istrument tal-Istabilità,
F. billi l-ftehima tipprevedi li r-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-''Faċilità tal-Ikel'' b'ammont totali ta' EUR 340 miljuni, li minnhom EUR 22 miljun mill-approprjazzjonijiet li għadhom disponibbli fil-baġit tal-2008, EUR 78 miljun mill-approprjazzjonijiet ibbaġitjati għall-2009 u EUR 240 miljun permezz ta' żieda ta' darba fl-ammont tar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza li għandha tiġi prevista għall-baġit tal-2008,
G. billi din iż-żieda tirrikjedi modifika tal-Punt 25 tal-IIA sabiex il-fondi disponibbli fir-Riżerva għal-Għajnuna ta' Emerġenza għall-2008 jiżdiedu għal EUR 479 218 000 (fil-prezzijiet attwali),
H. billi din il-modifika tirrikjedi l-approvazzjoni taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, u dan jimplika l-ftehim unanimu tal-Istati Membri kollha tal-Kunsill,
1. Jilqa' l-abbozz tal-emenda għal modifika tal-Punt 25 tal-IIA hekk kif mehmuż mad-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008(3), sabiex il-fondi disponibbli fir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għall-2008 jiżdiedu għal EUR 479 218 000 (fil-prezzijiet attwali);
2. Itenni madankollu t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li t-titolu 4 kien taħt pressjoni permanenti minħabba l-marġni disponibbli limitat tiegħu, li jirrikjedi l-mobilizzazzjoni ta' mekkaniżmi eċċezzjonali sabiex ikun jista' jkun hemm reazzjoni għal sitwazzjonijiet imprevedibbli urġenti; jitlob li ssir evalwazzjoni fil-fond tal-bżonn li jiżdiedu l-ammonti disponibbli taħt dan it-titolu sabiex ikun jista' jkun hemm żvilupp bla xkiel tal-attivitajiet programmabbli fuq medda twila ta' żmien f'dan il-qasam u biex tiġi żgurata l-kapaċità tal-Unjoni li tassumi bis-sħiħ l-irwol tagħha ta' protagonista globali fl-isfera internazzjonali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0732 – C6-0393/2008 – 2008/2317(ACI))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0732 – C6-0393/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-punti 26 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta" Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(2),
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0474/2008),
1. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Diċembru 2008
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta" Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta" Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(4),
wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") biex turi s-solidarjetà tagħha mal-popolazzjoni ta" reġjuni milquta minn katastrofi.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.
(4) Ċipru ppreżenta talba għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, fir-rigward ta' diżastru kkawżat minn nixfa.
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta" EUR 7 605 445 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità, f'konformità mal-punt 27 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0833 – C6-0466/2008 – 2008/2321(ACI))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0833 – C6-0466/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (IIA), u b'mod partikulari l-punt 27 tagħha,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2008,
– wara li kkunsidra r-riżultati tat-trijalogu tal-4 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0493/2008),
A. billi l-Parlament Ewropew jappoġġja bil-qawwa l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tinħoloq faċilità ġdida għal rispons rapidu għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (il-"Faċilità tal-Ikel"), li l-idea għaliha kienet ukoll ġiet approvata mill-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2008,
B. billi l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, qablu fuq l-iffinanzjar tal-"Faċilità tal-Ikel" għal ammont totali ta' EUR 1 biljun mifrux fuq tliet snin,
C. billi l-proposta tal-bidu tal-Kummissjoni kienet taħseb għall-finanzjament tal-"Faċilità tal-Ikel" mill-marġni tal-intestatura 2 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF), imma din l-istrateġija ġiet miċħuda kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kunsill,
D. billi l-Parlament Ewropew qies li l-aktar soluzzjoni xierqa kellha tkun ir-reviżjoni tal-limitu massimu tal-intestatura 4 tal-MFF, iżda l-Kunsill ċaħad din l-għażla,
E. billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fl-aħħar qablu li jiffinanzjaw il-"Faċilità tal-Ikel" permezz tal-aħjar kombinazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità, ir-Riserva tal-Għajnuna għall-Emerġenza u l-allokazzjoni mill-ġdid fl-intestatura 4 mill-Istrument għall-Istabilità,
F. billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu li l-Istrument tal-Flessibilità għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-"Faċilità tal-Ikel" permezz tal-mobilizzazzjoni ta' total ta' EUR 420 miljun għall-baġit tal-2009, mis-EUR 730 miljun disponibbli skont dan l-istrument,
G. billi din hija t-tieni sena wara l-oħra li dan l-istrument intuża fit-tliet snin tal-eżistenza legali tat-IIA,
H. billi dan juri kemm kienet imsejjsa tajjeb l-insistenza tal-Parlament Ewropew għal tip ta' strument bħat-IIA b'karatteristiċi bħal dawn, l-aktar il-possibilità li l-fondi mhux utilizzati jkunu jistgħu jiġu trasferiti għas-snin ta'wara, minkejja r-reżistenza ta' bosta Stati Membri,
I. billi dan juri wkoll, kif turi l-ħtieġa rikorrenti li jiġu utilizzati mekkaniżmi eċċezzjonali oħrajn biex jilqgħu għal sitwazzjonijiet imprevisti urġenti, li hemm problema persistenti li l-fondi disponibbli fil-limiti ta' ċerti intestaturi fl-MFF mhumiex biżżejjed, l-aktar fl-intestatura 4,
1. Jilqa' l-ftehima milħuqa waqt il-konċiljazzjoni dwar l-użu tal-Istrument tal-Flessibilità favur il-"Faċilità tal-Ikel" għal ammont totali ta' EUR 420 miljun għall-baġit tal-2009;
2. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Itenni, madankollu, li hu mħasseb dwar il-fatt li l-intestatura 4 ilha taħt pressjoni permanenti minħabba l-marġni limitat disponibbli, li jwassal għall-mobilizzazzjoni merġugħa tal-mekkaniżmi tal-flessibilità taħt din l-intestatura sabiex ikun hemm rispons għal sitwazzjonijiet imprevisti urġenti; jitlob li ssir evalwazzjoni bir-reqqa tal-ħtieġa li jiżdiedu l-ammonti disponibbli taħt din l-intestatura sabiex ikun jista' jseħħ l-iżvilupp bla diffikultà ta' attivitajiet programmabbli fit-tul f'dan il-qasam u b'hekk tiġi żgurata l-kapaċità tal-Unjoni li tagħti s-sehem sħiħ tagħha bħala protagonista globali fix-xena internazzjonali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti għall-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta' Diċembru 2008
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument tal-Flessibilità f'konformità mal-punt 27 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikulari l-ħames paragrafu tal-punt 27 tagħha,
wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Billi, fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja qablu li jimmobilizzaw l-Istrument tal-Flessibilità sabiex jikkomplementaw il-finanzjament tal-baġit 2009, lil hinn mil-limiti massimi tal-intestatura 4, ta' EUR 420 miljun għall-finanzjament tal-faċilità għal rispons rapidu għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.
IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, l-Istrument tal-Flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 420 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji.
Dak l-ammont għandu jintuża sabiex jikkomplementa l-finanzjament tal-faċilità għal rispons rapidu għaż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-ikel fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-intestatura 4.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 10/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Kummissjoni (16264/2008 – C6-0461/2008 – 2008/2316(BUD))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38,
– Wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, adottat definittivament fit-13 ta' Diċembru 2007(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),
– wara li kkunsidra l-Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 11/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, li l-Kummissjoni ppreżentat fis-7 ta" Novembru 2008 (COM(2008)0731),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2008, li l-Kunsill stabbilixxa fis-27 ta" Novembru 2008 (16264/2008 – C6-0461/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0481/2008),
A. billi l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10 tal-Baġit Ġenerali 2008 jkopri dawn li ġejjin:
-
mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni tal-UE għal ammont ta" EUR 7,6 miljun f'approprjazzjonijiet ta" impenn u ta" ħlas wara nixfa serja f'Ċipru,
B. billi l-iskop tal-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2008 huwa d-dħul formali ta" dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit tal-2008,
C. billi l-Kunsill adotta Abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 11/2008 bħala Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2008, wara t-tħassir tal-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 8/2008,
1. Jieħu nota tal-Abbozz Preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 11/2008;
2. Japprova l-Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 10/2008 bla emendi;
3. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 kif modifikat mill-Kunsill (it-taqsimiet kollha) (16257/2008 – C6-0457/2008 – 2008/2026(BUD)) u Ittri ta' Emenda 1/2009 (SEC(2008)2435 - 13702/2008 - C6-0344/2008), 2/2009 (SEC(2008)2707 - 16259/2008 - C6-0458/2008) u 3/2009 (SEC(2008)2840 - 16260/2008 - C6-0459/2008) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009
– wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tas-29 ta" Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-17 ta' Lulju 2008 (C6-0309/2008),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni (C6-0309/2008) u l-Ittra ta' emenda Nru 1/2009 ((SEC(2008)2435 - 13702/2008 - C6-0344/2008) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009(4) ,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (C6-0309/2008)(5),
– wara li kkunsidra l-Ittri ta' emenda Nru 2/2009 (SEC(2008)2707 - 16259/2008 - C6-0458/2008) u 3/2009 (SEC(2008)2840 - 16260/2008 - C6-0459/2008) għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009,
– wara li kkunsidra l-emendi tiegħu u l-modifiki proposti tat-23 ta' Ottubru 2008 għall-abbozz tal-baġit ġenerali,
– wara li kkunsidra l-modifiki tal-Kunsill għall-emendi u l-modifiki proposti adottati mill-Parlament għall-abbozz tal-baġit ġenerali (16257/2008 - C6-0457/2008),
– wara li kkunsidra r-riżultati tal-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-baġit tal-21 ta' Novembru 2008, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet annessi ma' din ir-riżoluzzjoni,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kunsill dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tiegħu dwar l-emendi u l-modifiki proposti adottati mill-Parlament fl-abbozz tal-baġit ġenerali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0486/2008),
Kwistjonijiet ewlenin – ir-riżultat tal-konċiljazzjoni, figuri globali u ittri ta' emenda
1. Ifakkar fil-prijoritajiet politiċi tiegħu għall-Baġit 2009 kif kien stipulat fil-bidu fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-24 ta' April 2008 dwar l-Istrateġija Politika Annwali tal-Kummissjoni għall-2009(6) u dwar il-qafas u l-prijoritajiet baġitarji għall-2009(7) u mbagħad żviluppati b'mod ulterjuri fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-baġit 2009: L-ewwel riflessjonijiet dwar l-Abbozz Preliminari tal-Baġit 2009 u l-mandat għall-konċiljazzjoni, Taqsima III – Kummissjoni(8); jisħaq li dawn il-prijoritajiet politiċi, kif finalment ġew espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni, kienu l-prinċipji ta' gwida għall-approċċ tiegħu għall-konċiljazzjoni baġitarja mal-Kunsill għall-Baġit 2009;
2. Jilqa' l-ftehima globali dwar il-Baġit 2009, milħuqa fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni baġitarja tradizzjonali mal-Kunsill fil-21 ta' Novembru 2008, speċjalment fir-rigward tal-iffinanzjar tal-Faċilità tal-Ikel; jinsab madankollu estremament imħasseb dwar l-effetti possibbli ta' reċessjoni fuq iċ-ċittadini Ewropej u jisgħobbih, għalhekk, li waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni, il-Kummissjoni sabitha bi tqila li tagħti kwalunkwe informazzjoni dwar l-impatt baġitarju possibbli tal-proposta tagħha li għad trid issir dwar il-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika;
3. Jieħu nota tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2008 lill-Kunsill Ewropew bl-isem "Pjan Ewropew ta" Rkupru Ekonomiku" (COM(2008)0800) u:
-
jiġbed l-attenzjoni li jekk dan il-pjan jiġi approvat se jkollu impatt sinifikanti fuq il-Baġit 2009 u jitlob lill-Kummissjoni biex tiċċara iktar dan l-impatt billi tagħti lill-Parlament Ewropew, bħala wieħed mill-komponenti tal-awtorità baġitarja, iktar dettalji dwar il-kamp ta" applikazzjoni tal-proposta tagħha u figuri konkreti dwar l-implimentazzjoni tagħha, b'mod partikulari fir-rigward tal-ipprogrammar finanzjarju;
-
jimpenja ruħu biex janalizza l-implikazzjonijiet baġitarji relatati u jtenni l-impenn tal-Parlament u tal-Kunsill, kif dikjarat fil-laqgħa ta" konċiljazzjoni, li jirreaġixxu bil-mezzi finanzjarji xierqa għall-kriżi ekonomika kurrenti;
-
jistieden lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex iħejju rapporti b'mod regolari dwar l-attivitajiet tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika;
4. Jesprimi r-rieda qawwija tiegħu sabiex jidħol f'negozjati mal-Kunsill fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF) 2007-2013 għal EUR 5 biljuni fil-qafas tal-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropej propost, jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2008 f'dan ir-rigward;
5. Jinsisti li l-kriżi kurrenti m'għandhiex tintuża bħala skuża biex tittardja l-orjentazzjoni mill-ġdid tant meħtieġa tal-infiq lejn investimenti ekoloġiċi, imma għandha tintuża bħala inċentiv supplimentari biex isir aktar progress b'din l-orjentazzjoni mill-ġdid;
6. Itenni f'dan il-kuntest l-importanza tar-reviżjoni baġitarja ppjanata għall-2009, li ma għandhiex tkun illimitata għall-viżjoni teoretika ta" kif il-baġit jista" jkun wara l-2013, iżda għandha tinkludi proposti ċari għall-bidla fl-ipprogrammar, fil-perjodu tar-reviżjoni intermedja, tal-programmi pluriennali biex jirreaġixxu għall-kriżi attwali, billi jiġu kkunsidrati l-isfidi maħluqa bil-bidla fil-klima;
7. Itenni li l-inizjattivi għall-iżvilipp sostenibbli, għall-iżvilupp fl-impjiegi u l-appoġġ għall-SMEs u għar-riċerka u l-innovazzjoni huma tal-akbar importanza fis-sitwazzjoni ekonomika preżenti u jridu jkunu l-ogħla prijorità riflessa fil-baġit għall-2009 tal-Unjoni; ma' dan l-isfond, iqis li l-appoġġ għall-koeżjoni fost ir-reġjuni jrid jitqies bħala fattur ewlieni biex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni kollha; iqis li hija essenzjali li d-determinazzjoni politika għall-progress fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u sabiex iċ-ċittadini jkollhom Ewropa aktar sikura, issir ukoll prijorità baġitarja, li barra minn dan għandha tkun viżibbli b'mod ċar fil-baġit tal-UE; jisħaq li, fl-2009 u fis-snin li ġejjin, l-Unjoni trid tkun f'pożizzjoni li tissodisfa l-irwol tagħha bħala attur globali speċjalment fl-isfidi reċenti bħal ma huma l-prezzijiet dejjem telgħin tal-ikel;
8. Jappoġġja l-Ittra ta' emenda Nru 1 għall-abbozz tal-baġit preliminari (PDB) tal-2009, b'mod partikolari minħabba li tidher li tagħti stampa iktar realistika tal-bżonnijiet fl-intestatura 4 mill-PDB; jieħu nota tal-Ittra ta' emenda Nru 2/2009 fl-aspetti tradizzjonali tagħha li taġġorna l-figuri bażiċi tal-istima tal-ispiża agrikola fil-PDB; jieħu nota tal-Ittra ta' emenda Nru 3/2009 li għandha l-għan li tkopri – fil-baġit tal-Kunsill – l-ispiża (EUR 1,06 miljun) tal-grupp ta' riflessjoni mwaqqaf mill-Kunsill Ewropew fil-15-16 ta' Ottubru 2008;
9. Fir-rigward tal-figuri globali, jiffissa l-livell finali tal-approprjazzjonijiet tal-impenn għal EUR 133 846 miljun ekwivalenti għal 1,03%tal-GNI tal-UE; jiffissa l-livell globali tal-pagamenti għal EUR 116 096 miljun, ekwivalenti għal 0,89% tal-GNI tal-UE; jinnota li dan iħalli marġinu sinifikanti ta' EUR 7 762 miljun taħt il-limitu tal-pagamenti tal-MFF għall-2009; jissottolinja l-impenn konġunt taż-żewġ komponenti prinċipali tal-awtorità tal-baġit għall-provvediment immedjat ta" approprjazzjonijiet addizzjonali tal-ħlas, b'mod partikolari fil-każ li l-politiki strutturali jiġu implimentati aktar malajr matul is-sena baġitarja;
10. Jista' jaċċetta l-livell ta' pagamenti miftiehem mal-Kunsill bħala parti mill-pakkett globali fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008, imma madankollu jtenni t-tħassib dejjem jikber tiegħu dwar il-pagamenti baxxi u d-disparità sussegwenti bejn il-livell ta' impenji u dak ta' pagamenti, li fl-2009 se tilħaq livell li qatt ma kien hemm bħalu; jinnota li hemm ċertu periklu li l-baġits fil-ġejjieni ma jibqgħux realistiċi jekk dan l-iżvilupp ma jitwaqqafx; ifakkar li l-impenji globali mhux imħallsa (reste à liquider - RAL) fl-2007 diġà laħqu l-ammont ta' EUR 139 000 miljun;
11. Jinnota li l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda (PDAB ) 10/2008 (COM(2008)0693), adottat mill-Kummissjoni fil-31 ta' Ottubru 2008, inaqqas l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti fil-linji baġitarji mill-intestaturi 1a, 1b, 2, 3b u 4, b'total ta' EUR 4 891,3 miljun; jinnota li fl-istess ħin, it-talba tal-Kummissjoni għat-trasferiment globali għall-2008 tammonta għal total ta' EUR 631 miljun għal pagamenti meta mqabbla ma' EUR 426 miljun fis-sena baġitarja 2007, u tikkonċerna 95 linja baġitarja fl-2008 meta mqabbla ma' 65 linja baġitarja fit-trasferiment globali għall-Baġit 2007; jinsab konvint li dawn il-manuvri b'konnessjoni mal-pagamenti fil-Baġit 2008 se jkollhom effett b'mod neċessarju fuq il-livell meħtieġ ta' pagamenti fil-Baġit 2009;
12. Għalhekk jagħti importanza kruċjali lid-disponibilità ta' approprjazzjonijiet ta' pagamenti ogħla permezz ta' baġits li jemendaw, jekk dawk li jkunu daħlu fil-Baġit 2009 ma jkunux biżżejjed, u jenfasizza l-impenji li saru fir-rigward ta' dan mit-tliet istituzzjonijiet fid-dikjarazzjoni konġunta relevanti kif miftiehem fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni;
13. Jenfasizza l-importanza essenzjali tal-implimentazzjoni effettiva tal-baġit u tat-tnaqqis ta' impenji mhux imħallsa fid-dawl ta' dan il-livell ta' pagamenti globali verament modest; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu ħilithom biex jimplimentaw, b'mod partikolari, il-linji fl-intestatura 1b tal-MFF għax din is-sottointestatura mhux biss tiffinanzja għadd ta' linji politiċi u attivitajiet importanti mmirati lejn il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, imma wkoll tappoġġja l-inizjattivi għall-iżvilupp tal-impjiegi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku; jisħaq li t-titjib u l-miżuri ta' simplifikazzjoni huma meħtieġa sabiex l-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni tkun iżjed mgħaġġla u jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-qafas legali eżistenti, tipproċedi malajr bl-evalwazzjonijiet ta' konformità tagħha tas-sistemi tal-immaniġġjar u ta' kontroll tal-Istati Membri sabiex jiġi ffaċilitat il-bidu ta' proġetti ewlenin; jinnota bi tħassib kbir li l-Kummissjoni, fuq il-bażi ta' evidenza, qieset xieraq li tnaqqas EUR 220 miljun mill-fondi għall-Bulgarija; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja lill-Bulgarija u lir-Rumanija fir-riformi tagħhom u biex kull tliet xhur tirrapporta lill-Parlament dwar il-problemi u l-irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea;
14. Jinsisti biex il-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa kemm fil-livell politiku kif ukoll f'dak amministrattiv biex tagħmel segwitu konkret tad-dikjarazzjoni konġunta dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta" koeżjoni, kif adottata fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni fil-21 ta' Novembru 2008; jimpenja ruħu biex qabel l-aħħar ta" Marzu 2009 jevalwa jekk sarx biżżejjed progress;
15. Jilqa' l-ftehima dwar l-iffinanzjar ta' EUR 1 biljun fuq tliet snin għall-Faċilità tal-Ikel, milħuqa fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni; jinnota li parti mill-EUR 420 miljun se tkun iffinanzjata minn flus ġodda permezz tal-istrument tal-flessibilità, filwaqt li EUR 340 miljun se jiġu mir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza, parzjalment permezz ta' emenda għall-Punt 25 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA); jirrikonoxxi li l-EUR 240 miljun li jibqa' se jiġu organizzati mill-ġdid taħt l-Intestatura 4 imma jistenna lill-Kummissjoni li tippreżenta programm finanzjarju rivedut biex tiġi żgurata progressjoni xierqa tal-ammonti ppjanati sal-2013 minkejja dan l-eżerċizzju ta' organizzazzjoni mill-ġdid u jfakkar fl-impenn tal-Kummissjoni biex tippreżenta lill-awtorità baġitarja evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fl-Intestatura 4, akkumpanjata, jekk ikun neċessarju, bil-proposti relevanti, matul l-2009, billi tiġi kkunsidrata l-evoluzzjoni politika kif ukoll l-attwazzjoni baġitarja;;
16. Itenni t-twemmin tiegħu li l-miżuri dwar il-bidla fil-klima għadhom mhumiex inklużi b'mod sodisfaċenti fil-baġit tal-UE u bi ħsiebu jappoġġja l-isforzi kollha biex jiżdiedu r-riżorsi finanzjarji u biex dawn jikkonċentraw fuq it-tisħiħ tat-tmexxija Ewropea fit-trattament tal-konsegwenzi tal-bidla fil-klima; itenni l-istedina tiegħu fl-ewwel qari lill-Kummissjoni biex tippreżenta, sal-15 ta' Marzu 2009, pjan ambizzjuż biex tittejjeb il-kapaċità baġitarja fit-trattament tal-kwistjonijiet marbuta mal-bidla fil-klima; jixtieq jirrifletti b'mod serju dwar jekk l-Iskema tal-Kummerċ tal-Emissjonijiet (ETS) fil-ġejjieni tistax titqies bħala riżors potenzjali fil-livell tal-UE;
17. Jenfasizza li l-Baġit 2009 jsaħħaħ is-sikurezza u s-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE kemm permezz tat-tisħiħ tal-azzjonijiet u l-politika relatati li prinċipalment jikkonċernaw il-kompetittività, l-intrapriżi żgħar u ta" daqs medju (l-SMEs), it-trasport u s-sigurtà tal-enerġija kif ukoll permezz tas-sigurtà tal-fruntieri esterni;
18. Ħa nota tal-Ittra ta' Implimentabilità tal-Kummissjoni rigward l-emendi għall-abbozz tal-baġit adottat mill-Parlament fl-ewwel qari; iqis li mhijiex aċċettabbli li l-Kummissjoni ppreżentat dan id-dokument fi stadju tant tard fil-proċedura, b'hekk wasslet biex dan id-dokument ikun ferm inqas utli milli seta' kien; jinsisti li bosta kwistjonijiet politiċi importanti jeħtieġu viżibilità xierqa fil-baġit tal-Unjoni; jiddeċiedi li joħloq linji baġitarji ġodda dwar il-bidla fil-klima, dwar l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA), dwar l-istrument finanzjarju għall-adattament tal-flotta tas-sajd għall-konsegwenzi ekonomiċi tal-prezzijiet tal-fjuwil, dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Baħar Baltiku u dwar l-għajnuna għar-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni tal-Ġeorġja; iddeċieda li fit-tieni qari tal-baġit iqis ftit mill-kummenti tal-Kummissjoni; madankollu se jżomm mad-deċiżjonijiet tal-ewwel qari tiegħu speċjalment f'dawk il-każijiet li fihom għadda biżżejjed ħin u sar biżżejjed sforz fi stadju iktar bikri dwar l-evalwazzjoni ta' kif l-emendi tal-Parlament jistgħu jiġu implimentati bl-aħjar mod, kif kien il-każ bil-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji;
19. Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb il-preżentazzjoni tad-dokumenti tagħha għall-ipprogrammar finanzjarju u jixtieq jenfasizza għal darba oħra li, fil-ġejjieni, huwa jistenna li jara t-tibdiliet kollha li tkun għamlet il-Kummissjoni fl-ipprogrammar finanzjarju tagħha riflessi b'mod ċar fid-dokumenti tal-ipprogrammar li jridu jiġu ppreżentati bi qbil mal-Punt 46 tat-Taqsima IIA;
20. Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligi tagħhom fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet maniġerjali nazzjonali tagħhom skont il-Punt 44 tat-Taqsima IIA; ifakkar lill-Kummissjoni wkoll dwar ir-responsabilitajiet tagħha f'dak il-kuntest, speċjalment fir-rigward tal-appoġġ politiku tagħha li hija impenjat ruħha li tagħti għall-inizjattiva, iżda li s'issa għadu ma mmaterjalizzax ruħu;
21. Itenni li t-tnaqqis fil-linji ta' spiża amministrattiva ta' ċertu programmi pluriennali, li l-awtorità baġitarja ddeċidiet dwarhom għall-2009, ma jista taħt l-ebda ċirkustanza jwassal għal tnaqqis fil-pakketti globali deċiżi b'mod konġunt tal-programmi kkonċernati; iqis b'mod ċar li l-Kummissjoni għandha tikkumpensa għall-ammonti mnaqqsa fis-snin lejn l-aħħar tal-perjodu tal-programm, preferibilment dwar il-linji operattivi tal-programmi;
Kwistjonijiet speċifiċi L-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija
22. Rigward l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), jikkonferma d-deċiżjoni tiegħu meħuda fil-Baġit 2008 li l-EIT jiġi inkluż fil-qasam tal-politika "Riċerka" u li l-istruttura li tmexxi, minħabba n-natura amministrattiva tagħha, tiġi ffinanzjata taħt l-Intestatura 5 tal-MFF; jiddeċiedi li jibdel in-nomenklatura kif ikun xieraq;
Skema għal frott fl-iskola
23. Jiddeplora l-fatt li, għat-tieni sena konsekuttiva, il-Kunsill irrifjuta l-proposta tal-Parlament għal emenda rigward il-ħolqien ta' linja ġdida 05 02 08 12 - Skema għal frott fl-iskola; jilqa' madankollu, il-ftehima politika tal-Kunsill dwar il-bażi legali għal programm bħal dan; jistenna li l-programm jibda hekk kif il-bażi legali tiġi adottata u f'biżżejjed żmien għas-sena skolastika 2009/2010, kif intalab mill-Parlament Ewropew u kif qabel il-Kunsill fil-qbil politiku tiegħu; għalhekk, jiddispjaċih li l-Kunsill m'aċċettax il-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq partita simbolika ("p.m.") fil-baġit;
Programm tal-ikel għall-persuni l-aktar neqsin mill-kumditajiet essenzjali fl-Unjoni Ewropea
24. Jilqa" b'sodisfazzjon il-finanzjament propost mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill biex jitjieb il-programm attwali tad-distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar neqsin mill-kumditajiet essenzjali fl-Unjoni permezz ta" żieda ta" żewġ terzi fil-baġit għal madwar EUR 500 miljun għall-2009 u permezz ta" żieda fil-firxa tal-prodotti li jistgħu jiġu pprovduti;
Il-Politika ta' Komunikazzjoni
25. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' konsistenza u koerenza evidenti b'mod regolari fil-miżuri ta' komunikazzjoni mill-Kummissjoni; jixtieq li jkun hemm livell adegwat ta' armonizzazzjoni fil-preżentazzjoni tal-politika ta' komunikazzjoni bil-għan li tiġi żviluppata marka kummerċjali rikonoxxibbli tal-UE biex tintuża fil-miżuri kollha ta' komunikazzjoni, irrelevanti mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni, j, li jiġu minnhom jilqa' f'dan il-kuntest id-dikjarazzjoni dwar il-karta Nikkomunikaw l-Ewropa Flimkien iffirmata fit-22 ta' Ottubru 2008 mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni;
26. Jenfasizza li fil-kuntest ta' din id-dikjarazzjoni konġunta, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni identifikaw il-kampanja informattiva dwar l-Elezzjonijiet Ewropej tal-2009 bħala l-prijorità prinċipali ta' komunikazzjoni interistituzzjonali u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tikkopera bis-sħiħ fil-kampanja tal-Elezzjonijet Ewropej tal-2009, ukoll billi talloka r-riżorsi finanzjarji xierqa għal din il-prijorità interistituzzjonali;
Intestatura 4
27. Jesprimi d-dispjaċir tiegħu li, għal darba oħra, l-Intestatura 4 kienet taħt pressjoni kontinwa għax il-marġini disponibbli tagħha mhumiex biżżejjed biex jiffinanzjaw il-prijoritajiet li ħarġu matul is-sena mingħajr ma jkunu mhedda l-prijoritajiet tradizzjonali tagħha; itenni t-tħassib tiegħu li l-fondi disponibbli f'din l-intestatura, kif inhuma bħalissa, ma jippermettux lill-Unjoni tieħu l-irwol ta' attur globali minkejja d-dikjarazzjonijiet varji tagħha dwar din l-intenzjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex ma tużax l-Istrument ta' Flessibilità jew ir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għall-attivitajiet previsti u programmabbli fuq firxa ta" żmien u jistenna li r-reviżjoni kontinwa intermedja tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali tipprovdi riżorsi addizzjonali għall-impenji dejjem jikbru taħt l-intestatura 4;jibża' li l-kredibilità tal-Unjoni f'pajjiżi terzi tista' tmur għall-agħar b'mod irrevokabbli jekk, sena wara l-oħra, l-awtorità baġitarja ma tkunx kapaċi tipprovdi l-iffinanzjar adegwat għall-impenji politiċi tagħha;
28. Jinnota bi tħassib li l-approprjazzjonijiet għal impenji għall-Palestina fl-2009 se jammontaw għal EUR 300 miljun, li jirrappreżentaw tnaqqis ta' 21% meta mqabbla mal-livell ta' fondi immirati fl-2008 wara t-trasferimenti; għalhekk huwa konxju li probabilment il-Kummissjoni se tippreżenta talbiet għal trasferimenti matul l-2009 biex jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għall-Palestina, u jfakkar it-talba tiegħu għal proposti sodi u realistiċi matul il-proċeduri baġitarji sabiex kemm jista' jkun jiġu evitati t-trasferimenti bejn il-kapitoli;
29. Jinnota li l-approprjazzjonijiet għall-għajnuna lill-Kosovo huma biżżejjed bl-eżatt biex ilaħħqu mar-riformi u l-investiment; ifakkar l-impenji varji tiegħu għall-għajnuna tal-UE fil-Kosovo li tkun immaniġġjata u implimentata kif suppostu fl-istess ħin jenfasizza l-bżonn ta" amministrazzjoni pubblika li taħdem tajjeb u d-dmirijiet pubbliċi jgħaddu f'idejn il-gvern tal-Kosovo kif ukoll għall-immaniġġjar u l-implimentazzjoni kif xieraq ta" dawn l-impenji; jinsisti kemm dwar segwitu xieraq tal-konklużjonijiet tar-rapport finali mill-ITF (Investigation Task Force, li temmet l-operat tagħha fl-aħħar ta" Awwissu 2008), kif ukoll dwar il-ħolqien ta" organizzazzjoni suċċessur għall-ġllieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet finanzjarji;
30. Jilqa' l-fatt li l-Unjoni ddeċidiet li tikkontribwixxi għall-proċess ta' rikostruzzjoni fil-Ġeorġja u impenjat l-għajnuna finanzjarja tagħha għal dan l-għan b'allokazzjoni sa EUR 500 miljun fuq 3 snin, ibbażati fuq ċertu kundizzjonijiet politiċi; ifakkar l-intenzjoni tiegħu li jidentifika l-għajnuna tal-UE għall-Ġeorġja fl-Istrument Ewropew tas-Sħubija tal-Maġar (ENPI) fuq linja baġitarja separata u jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdilu b'mod regolari deskrizzjoni tal-fondi impenjati taħt strumenti varji bħala partijiet mill-allokazzjoni totali;
31. Jinnota b'sodisfazzjoni li l-Unjoni impenjat ruħha biex tiġġieled il-prezzijiet tal-ikel li telgħin f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u li fl-aħħar intlaħaq ftehim dwar l-iffinanzjar ta' faċilità tal-ikel u li ġew żgurati l-komplementarjetà mal-Fond ta" Żvilupp Ewropew u l-viżibilità tal-assistenza tal-UE; madankollu jiddispjaċih li għal darba oħra, minħabba l-marġini limitati fl-Intestatura 4, parti mill-approprjazzjonijiet għall-iffinanzjar tal-faċilità tal-ikel tista' tinsab biss permezz ta' organizzazzjoni mill-ġdid fl-intestatura;
32. Jinnota l-ammont dejjem ikbar ta" fondi tal-UE li qed jiġu mqassma permezz tal-organizzazzjonijiet internazzjonali; itenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni tagħmel kull sforz biex tinkiseb kemm jista" jkun informazzjoni dwar il-verifiki esterni u interni tal-istituzzjonijiet u l-programmi li jirċievu fondi tal-UE;
33. Jiddeċiedi li jżomm il-pożizzjoni tal-ewwel qari tiegħu fir-rigward tat-tħeġġiġ tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Torka f'Ċipru; jilqa' b'sodisfazzjon l-appoġġ għall-eżumazzjoni, l-identifikazzjoni u r-ritorn tal-fdalijiet ta' persuni nieqsa f'Ċipru u jinpenja ruħu biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta" dan;
Intestatura 5
34. Iddeċieda li jirriserva ammont imnaqqas tal-ispiża amministrattiva tal-Kummissjoni (intestatura 5), b'mod partikolari fl-oqsma tal-ispiża tal-istaff u tal-bini, sakemm jitwettqu l-kundizzjonijiet miftehma; jemmen li, billi jitqies ix-xogħol tajjeb tal-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni mitluba s'issa, il-volum globali ta' dawn ir-riżervi għandu jkun maniġġibbli mil-lat operattiv waqt li, fl-istess ħin, jiġi żgurat il-fokus politiku biex jintlaħqu r-riżultati meħtieġa;
35. Jerġa' jistabbilixxi għal kollox il-pożizzjoni tiegħu tal-ewwel qari fir-rigward tal-"istituzzjonijiet l-oħra", inkluża d-deċiżjoni li jkun hemm it-tressiq 'il quddiem (frontloading) tal-ispiża tal-bini għall-2009; jenfasizza li dan l-approċċ, għalkemm iżid ċertu nefqiet (outlays) fil-futur qarib, huwa b'mod ċar aktar ekonomiku fuq tul ta' żmien twil għal min iħallas it-taxxi;
36. Se jkompli jimmonitorja mill-qrib l-effetti tal-ħolqien ta' aġenziji eżekuttivi u tal-estensjonijiet li għadhom għaddejjin ta' dmirijiethom fuq dawk id-Direttorati Ġenerali ta' referenza tagħhom li kienu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi rilevanti qabel ma' l-aġenziji eżekuttivi ħadu fuqhom din ir-responsabilità; ħa nota tal-fatt li l-livelli għall-mili tal-pożizzjonijiet tal-istaff tal-aġenziji eżekuttivi diġà jaqbżu l-1300 fl-2009 u jistenna li l-Kummissjoni tirrikambja billi żżomm mal-previżjonijiet tagħha rigward in-numru ta' pożizzjonijiet vojta fid-Direttorati Ġenerali relevanti fl-2009;
37. Jinnota bi tħassib is-sitwazzjoni ta' studenti attwali u futuri fl-iskejjel Ewropej fi Brussell li hi riżultat ta' dewmien fil-ftuħ tar-raba' skola f'Laeken u l-proċedura ta' reġistrazzjoni kurrenti li qed twassal għal ħinijiet ta' vjaġġar twal u inaċċettabbli għat-tfal; jistenna li l-Kummissjoni, f'koperazzjoni mas-Segretarjat Ġenerali tal-iskejjel Ewropej fi Brussell, ser tippreżenta proċedura ta' reġistrazzjoni riveduta sal-aħħar ta' Marzu 2009 bi kriterji objettivi u li jiftiehmu (inkluż ir-residenza prinċipali u aħwa li huma diġa reġistrati), li għandha tidħol fis-seħħ fil-perijodu ta' reġistrazzjoni li jmiss;
Ir-regolazzjoni tal-OLAF
38. Jisħaq fuq il-bżonn li tissaħħaħ l-effiċjenza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tippreżenta karta ta' ħidma li tikkonċerna l-kjarifika tal-qafas legali tal-missjoni tal-OLAF fil-bidu tal-2009; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jippreżenta kalendarju dwar in-negozjati mal-Parlament rigward il-proposti tal-Kummissjoni dwar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 rigward l-investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)(9);
Proġetti piloti u azzjonijiet preparatorji
39. Dwar il-proġetti pilota (PP) u l-azzjonijiet preparatorji (PA), huwa jipproponi firxa ta' inizjattivi u proġetti innovattivi li jirrispondu għall-bżonnijiet reali taċ-ċittadini tal-Unjoni; iddeċieda jalloka l-ammont ta' EUR 124,4 miljun lil PP / PA għas-sena baġitarja 2009, li huwa taħt il-limitu globali ta' EUR 140 miljun għal proġetti/azzjonijiet bħal dawn, kif ġie miftiehem fit-Taqsima IIA;
40. Iqis li l-pakkett finali ta' PP/PA adottat għall-2009 huwa bbilanċjat tajjeb u komprensiv u jistenna li l-Kummissjoni timplimenta l-proġetti bl-akbar kura u dedikazzjoni; jistenna li ma jkollux jaffaċċja f'daqqa ostakoli għall-implimentazzjoni tal-PP/PA miftiehma, meta jitqies ix-xogħol preparatorju eċċellenti li diġà sar fil-Parlament u l-Kummissjoni, imma wkoll bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, sa mill-preżentazzjoni tal-PDB fir-Rebbiegħa tal-2008;
41. Jistenna li l-Kummissjoni tirrapporta wkoll dwar l-implimentazzjoni ta' dawk il-PP/PA proposti li ma ġewx inklużi fil-Baġit 2009, għax l-attivitajiet proposti huma meqjusa koperti minn bażi legali eżistenti; huwa lest jissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti u azzjonijiet taħt il-bażi legali rispettiva tagħhom waqt is-sena finanzjarja 2009;
Aġenziji deċentralizzati
42. Iżomm il-pożizzjoni tiegħu tal-ewwel qari fir-rigward l-ilħuq tal-ammonti proposti kif kienu qabel fil-PDB għall-aġenziji deċentralizzati; jinsisti li dawk l-aġenziji dipendenti fil-parti l-kbira fuq id-dħul iġġenerat mill-ħlas għandhom xorta waħda jkunu kapaċi jużaw l-istrument tad-dħul assenjat biex jagħtihom il-flessibilità baġitarja li għandhom bżonn u jiddeċiedi li jpoġġi mill-ġdid l-emendi tiegħu tal-ewwel qari għal dak il-għan;
43. Jiddeċiedi li jżomm iż-żieda fl-ammonti ta' spejjeż operattivi tal-FRONTEX, sabiex tkun kapaċi torganizza missjonijiet permanenti s-sena kollha; jiddeċiedi wkoll li jżomm iż-żieda fl-ammonti biex tiġi indirizzata l-immigrazzjoni illegali, kif ukoll sabiex jissaħħaħ il-Fond Ewropew għar-Refuġjati biex tiġi ffaċilitata s-solidarjetà bejn l-Istati Membri;
44. Minħabba t-tibdil mistenni fil-ħidmiet tal-Awtorità ta" Sorveljanza ta' Galileo, jiddeċiedi jżomm fir-riżerva terz mill-ammonti għall-ispejjeż operattivi tagħha li jistennew l-adozzjoni tal-bażi legali riveduta, u biex jitnaqqas in-numru ta' postijiet tax-xogħol minn 50 għal 23, kif ġie miftiehem mal-Kummissjoni, u, b'konsegwenza, biex l-ammonti jiġu adattati għall-ispejjeż amministrattivi tagħha; jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta proposta riveduta sal-31 ta' Jannar 2009;
45. Jiddeċiedi jżomm fir-riżerva 10% tal-ammonti għall-ispejjeż amministrattivi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza tal-Ikel sakemm tkun infurmata dwar ir-riżultati tal-"Istħarriġ dwar is-Sodisfazzjon tal-Istaff" magħmul fl-2007 u dwar il-miżuri meħuda biex jiġu implimentati l-konklużjonijiet ta' dak l-istħarriġ, u sakemm il-kumitat responsabbli jkun ta sinjal ċar favur ir-rilaxx tar-riżervi;
46. Ħa nota tal-ammont żejjed - kważi EUR 300 miljun - tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern fl-2008; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar kif għandha tittratta din is-sitwazzjoni u jekk huwiex xieraq li kwalunkwe dħul żejjed tal-Uffiċċju, li jkun konsegwenza diretta tas-Suq Intern, imurx lura fil-baġit tal-UE;
47. Ifakkar l-importanza li jkun osservat il-punt 47 tat-Taqsima IIA; jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem mal-awtorità baġitarja fuq id-definizzjoni ta' proċedura dettaljata xierqa għall-applikazzjoni tagħha;
48. Iqis essenzjali d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, inkluża fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta' Marzu 2008 dwar l-Aġenziji Ewropej - It-triq 'il quddiem (COM(2008)0135), li ma tipproponix aġenziji deċentralizzati ġodda sakemm ma jkunx konkluż il-proċess ta' evalwazzjoni attwali; jilqa' l-attitudni pożittiva tal-Kunsill fir-rigward tal-ħolqien ta' grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar il-futur ta' aġenziji deċentralizzati, kif propost mill-Kummissjoni, u jistenna li l-ewwel laqgħa ta' dan il-grupp issir kemm jista' jkun malajr;
o o o
49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-baġit ġie adottat b'mod aħħari u jaħseb għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
50. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u lill-korpi l-oħra kkonċernati.
ANNESS
DIKJARAZZJONIJIET MIFTEHMA FIL-LAQGĦA TA' KONĊILJAZZJONI
TAL-21 TA' NOVEMBRU 2008
Dikjarazzjoni konġunta dwar il-finanzjament ta' faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew f'daqqa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:
-
ħadu nota tal-proposta magħmula mill-Kummissjoni(10) biex tiġi stabbilita Faċiltà għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li qed jogħlew f'daqqa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (minn hawn 'il quddiem imsejħa 'Faċilità tal-Ikel')
-
ħadu nota tat-talba tal-Kummissjoni ta' EUR 1 biljun għall-Faċilità tal-Ikel;
-
qablu li jiffinanzjaw il-Faċilità tal-Ikel tul perijodu ta' tliet snin fl-intestatura 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu mal-finanzjament tal-Faċilità tal-Ikel bil-mod li ġej:
-
L-ammont totali ta' EUR 1 biljun disponibbli f'impenji għall-Faċiltà tal-Ikel ser jiġi maqsum tul is-snin kif ġej: EUR 262 miljun fl-2008, EUR 568 miljun fl-2009 u EUR 170 miljun fl-2010.
* * *
- EUR 240 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn ser jiġu riallokati fl-intestatura 4 mill-Istrument għall-Istabbiltà (baġit Artikolu 19 06 01 01) li minnhom 70 miljun fl-2009. Rigward ir-riallokazzjonijiet għall-2010, il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta pprogrammar finanzjarju rivedut sabiex tiġi żgurata progressjoni ordinata tal-ammonti ppjanati tul il-perijodu 2010-2013, filwaqt li żżomm il-livell annwali tal-marġini bla mittiefes. Il-kriżi fil-prezzijiet tal-ikel hija ċirkostanza ġdida u oġġettiva taħt it-termini tal-Punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali (IIA) li tiġġustifika r-riallokazzjoni minn strument għall-kriżijiet mhux ipprogrammat.
- EUR 420 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn ser ikunu disponibbli permezz tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għall-baġit tal-2009.
- EUR 340 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn ser ikunu disponibbli permezz tar-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenżi bil-mod li ġej:
· EUR 22 miljun mill-approprjazzjonijiet diġà disponibbli fil-baġit tal-2008;
· EUR 78 miljun mill-approprjazzjonijiet ibbaġitjati għas-sena 2009;
· EUR 240 miljun permezz ta' żieda ta' darba fl-ammont tar-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenżi li għandhom jiġu bbaġitjati fl-2008.
* * *
- Il-Kummissjoni se tipproponi emenda fil-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxipplina baġitjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 f'dak li jirrigwarda l-Punt 25 biex tipprovdi aktar fondi li huma meħtieġa għall-Faċilità tal-Ikel proposta. Iż-żieda ta' darba fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għas-sena 2008 se ssir formali permezz ta' deċiżjoni konġunta tat-tliet istituzzjonijiet li temenda l-Ftehima IIA tas-17 ta' Mejju 2006.
- L-awtorità baġitarja ser tintegra l-emendi meħtieġa fil-baġits tal-2008 u l-2009. Għall-2008, se jiddaħħal fil-baġit ammont addizzjonali ta' EUR 240 miljun f'impenji għar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza u ser tiddaħħal il-linja tal-baġit għall-Faċilità tal-Ikel. Għall-2009, se jiddaħħlu fil-baġit ammont ta' EUR 490 miljun f'impenji u EUR 450 miljun f'pagamenti, għall-Faċilità tal-Ikel. Il-linja tal-baġit għall-Istrument ta' Stabbiltà (linja tal-baġit 19 06 01 01) ser titnaqqas b'EUR 70 miljun f'impenji għall-2009 u se ssir EUR 134 769 miljun.
- Il-Kummissjoni ser tippreżenta t-talbiet korrispondenti għal trasferimenti mir-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza fl-2008 u fl-2009.
- Ir-riallokazzjonijiet maqbulin għall-2010 fl-intestatura 4 ser jiġu integrati mill-Kummissjoni fl-ipprogrammar finanzjarju 2010-2013 li għandu jiġi ppreżentat f'Jannar 2009 skont il-Punt 46 tal-Ftehima IIA.
- L-iskeda tal-ħlas għall-Faċilità tal-Ikel hi mistennija tkun ta' EUR 450 miljun fl-2009, EUR 350 miljun fl-2010 u EUR 200 miljun fl-2011 u s-snin ta' wara, soġġetti għall-awtorizzazzjoni tal-awtorità baġitarja f'kull proċedura baġitarja annwali.
* * *
F'dan il-każ eċċezzjonali u għas-sena 2008 biss, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jemendaw il-Punt 25 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex iżidu l-ammont tar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza għal EUR 479 218 000 għall-2008. Huma jiddikjaraw li din l-emenda selettiva tal-Punt 25 tal-Ftehima IIA ma għandha bl-ebda mod tistabbilixxi preċedent.
* * *
It-tliet istituzzjonijiet jaqblu li l-emenda tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) għar-Riżerva għall-Għajnuna ta' Emerġenza se tikkonsisti fiż-żieda tas-sentenza li ġejja fl-aħħar tal-ewwel subparagrafu tal-Punt 25 tal-Ftehima IIA:"
B'eċċezzjoni, dan l-ammont għandu jiżdied għal EUR 479 218 000 għas-sena 2008 fi prezzijiet attwali.
"
* * *
Il-ftehim li jinsab f'din id-dikjarazzjoni konġunta ser jiġi tradott fir-Regolament dwar il-Faċilità tal-Ikel tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'emenda tat-taqsimiet rilevanti li jirreferu għall-implikazzjonijiet baġitarji, bil-ħsieb li t-test jiġi ffinalizzat fl-ewwel qari. Il-Kummissjoni ser tipprovdi l-assistenza teknika xierqa.
_____________________
Dikjarazzjonijiet
1.Koordinazzjoni tal-assistenza Komunitarja (Faċilità tal-Ikel u l-FEŻ)
"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw mill-ġdid l-importanza ta' koerenza u konsistenza fil-qasam tal-assistenza għall-iżvilupp, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-fondi.
Jekk jitqies li l-pajjiżi AKP jistgħu jibbenefikaw mill-assistenza tal-UE kemm mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, it-tliet istituzzjonijiet jiddikjaraw li, fl-implimentazzjoni tal-Faċilità għal reazzjoni malajr għall-prezzijiet li qed jogħlew f'daqqa fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (minn issa 'l quddiem "il-Faċilità tal-Ikel"), għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-koordinazzjoni tal-għajnuna li tkun ġejja minn dawn id-diversi għejun sabiex ikunu massimizzati s-sinerġija u r-riżultati possibbli.
F'dan il-kuntest, il-pajjiżi kkonċernati sħab tal-AKP għandhom ukoll jiġu inkoraġġuti biex jadattaw, jekk meħtieġ, l-objettivi u l-prijoritajiet tal-iprogrammar tagħhom fir-rigward ta' kooperazzjoni ġejjienija taħt il-FEŻ, waqt li jiġu żgurati l-konsistenza u l-kumplimentarjetà mal-objettivi kif previsti mill-Faċilità tal-Ikel.
Il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta lista ta' programmi ffinanzjati mill-FEŻ li jistgħu jinkludu elementi relatati mas-sikurezza tal-ikel."
"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jisħqu dwar il-fatt li l-viżibbiltà tal-assistenza Komunitarja f'pajjiżi terzi hija ta' interess leġittimu għall-Unjoni Ewropea u għandha titqies kompletament għall-għoti ta' assistenza f'kuntest pluriennali. Bil-ħsieb li jinżamm l-appoġġ politiku u pubbliku għall-azzjoni esterna tal-UE, huwa jappellaw lill-Kummissjoni biex tippreżenta flimkien mal-ABE rapport għall-2010 b'lista ta' inizjattivi meħudin biex titjieb il-viżibbiltà tal-għajnuna esterna tal-UE, mingħajr ma jiġu affettwati l-effiċjenza u l-effettività tagħha, speċjalment meta implimentati permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali."
3.Implimentazzjoni tal-politika ta' Koeżjoni
"Mingħajr ma jiġu preġudikati l-proposti ġejjienin mill-Kummissjoni fil-kuntest tat-tnaqqis fl-attività ekonomika, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni:
-
Jirrikonoxxu li, bil-ħsieb tal-isfidi li t-tnaqqis fl-attività ekonomika attwali jirrapreżenta, l-ekonomija tista' tibbenefika mill-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali li fuqu kien hemm qbil għall-2007-2013;
-
Jirrikonoxxu li, taħt il-qafas ta' kontroll stabbilit, il-pagamenti interim ma jistgħux isiru sakemm is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri jkunu ġew iġġudikati bħala konformi mar-rekwiżiti u, fir-rigward tal-proġetti prinċipali, sakemm proġetti bħal dawn ikunu ġew adottati mill-Kummissjoni;
-
Iħeġġu lill-Istati Membri biex jippreżentaw deskrizzjoni tas-sistemi tagħhom ta' ġestjoni u ta' kontroll u l-evalwazzjonijiet ta' konformità mill-aktar fis possibbli sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tibda l-analiżi tagħhom malajr.
F'dan il-qafas, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:
-
Jistiednu lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa, fil-qafas legali eżistenti, biex tivvaluta malajr l-aktar aspetti kritiċi tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll (MCS - management and control systems), biex ikunu jistgħu jinbdew il-pagamenti interim;
-
Jistiednu lill-Kummissjoni taċċellera l-analiżi tal-applikazzjonijiet għal proġetti ewlenin sabiex tiffaċilita l-bidu tagħhom u l-pagamenti interim relatati;
-
Jistiednu lill-Kummissjoni tikkopera mill-qrib mal-Istati Membri sabiex ikun hemm ftehim rapidu dwar l-aspetti kollha ta' konformità tal-MCS;
-
Jilqgħu l-informazzjoni regolari mill-Kummissjoni lill-awtorità tal-baġit permezz ta' tabelli rikapitulattivi dwar l-MCS u l-proġetti prinċipali;
-
Jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta rapport ta' kull xahar lill-awtorità tal-baġit dwar l-approvazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u l-proġetti ewlenin kif ukoll il-livell ta' eżekuzzjoni tal-pagamenti interim għal kull Stat Membru;
-
Jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni flimkien mal-ABE għall-fini tal-proċeduri baġitarji u ta' approvazzjoni;
-
Jistiednu lill-Qorti tal-Awdituri u lill-awtorità ta' approvazzjoni biex waqt il-valutazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE iqisu din il-kwistjoni, kif ukoll in-natura pluriennali tal-attività ta' kontroll tal-Kummissjoni.
Il-Parlament Ewropew jirrikonoxxi li huma meħtieġa titjib strutturali u miżuri ta' simplifikazzjoni biex tiġi evitata sottoimplimentazzjoni rikorrenti u biex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiżviluppaw b'mod ordinat b'paragun mal-approprjazzjonijiet ta' impenn, kif imfakkar mir-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri."
4.Aġenziji
"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta' Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji u talbu biex l-ewwel laqgħa ssir mill-aktar fis possibbli."
5.Approprjazzjonijiet ta' pagament
"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta baġit ta' emenda jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-2009 jirriżultaw li ma humiex biżżejjed biex ikopru n-nefqa taħt is-sottointestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi), is-sottointestatura 1b (Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi), minħabba li dan jista' jkun iġġustifikat fil-qafas legali attwali fid-dawl ta' aċċelerazzjoni possibbli tal-implimentazzjoni tal-linji ta' politika strutturali, l-intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali) u l-intestatura 4 (L-UE bħala sieħba globali).
F'dak il-kuntest, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser iqisu l-finanzjament adegwat ta' kwalunkwe proposta possibbli li l-Kummissjoni tista' tagħmel fir-rigward ta' inizjattivi ġodda, b'mod partikolari rigward il-kriżi ekonomika."
______________________
DIKJARAZZJONIJIET UNILATERALI
A.Dikjarazzjonijiet tal-Parlament Ewropew
1.Evalwazzjoni tal-intestatura 4
"Il-Parlament Ewropew jitlob lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tar-reviżjoni baġitarja, tippreżenta evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tal-intestatura 4, sabiex jiġi eżaminat u rivedut l-irwol tal-UE bħala sieħba globali f'kuntest pluriennali."
2.Ħlasijiet u implimentazzjoni tal-politika ta' Koeżjoni
"Il-Parlament Ewropew jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-livell baxx ħafna ta' ħlasijiet, ferm aktar baxxi mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF), li ma jikkorispondix mal-isfidi reali tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjoni ta' kriżi ekonomika.
B'mod partikolari, huwa jesprimi tħassib serju dwar il-livell baxx u inaċċettabbli tal-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet għall-politika ta' Koeżjoni, għalkemm din tikkostitwixxi waħda mill-linji ta' politika fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Jappella lill-Kummissjoni, u lill-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dawn l-approprjazzjonijiet, biex jadottaw il-miżuri kollha possibbli biex jiżguraw l-implimentazzjoni adegwata tagħha."
B.Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
Evalwazzjoni tal-intestatura 4
"Minħabba n-nuqqas ta' kwalunkwe marġinu taħt il-limitu tan-nefqa tal-intestatura 4 fl-2009, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-fatt li l-kapaċità biex tirrispondi għall-kriżijiet mhux previsti hija pjuttost ristretta u għalhekk timpenja ruħha li tippreżenta lill-awtorità baġitarja evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fil-qafas tal-intestatura 4, flimkien, jekk meħtieġ, ma' proposti rilevanti, matul l-2009, billi tqis l-evoluzzjoni politika kif ukoll l-implimentazzjoni baġitarja."
________________________
Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-ittra ta' emenda Nru 2/2009
"Il-Kunsill jiddikjara li l-qbil tiegħu dwar il-proposta tal-Kummissjoni rigward il-programmi favur il-persuni l-aktar neqsin mill-kumditajiet essenzjali, li jidhru fl-ittra emendatorja Nru 2/2009, ma jippreġudikax ir-riżultat tal-eżami tal-bażi legali li qed tiġi diskussa bħalissa.
It-tneħħija tal-linja dwar l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel hija konformi mal-pożizzjoni tradizzjonali tal-Kunsill li ma tinħoloqx linja baġitarja ġdida qabel ma tiġi adottata l-bażi legali pertinenti. Dan ma jippreġudikax ir-riżultat tal-eżami tal-bażi legali li qed tiġi diskussa fil-preżent."
________________________
Dikjarazzjoni unilaterali tal-Greċja, l-Italja, Spanja, u l-Portugall dwar il-multilingwiżmu
"Filwaqt li jaffermaw mill-ġdid l-importanza li jagħtu lill-prinċipji tal-multilingwiżmu u t-trattament ugwali tal-lingwi kollha, il-Greċja, l-Italja, Spanja u l-Portugall, jesprimu t-tħassib tagħhom dwar il-mod li bih il-Kummissjoni tmexxi s-salvagwardja tad-diversità lingwistika u jenfasizzaw li l-Kummissjoni u l-Istituzzjonijiet u l-organi kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom jiżguraw li jiġu ddedikati mezzi biżżejjed għall-applikazzjoni sħiħa ta' dawn il-prinċipji."
Konvenzjoni dwar l-Apparat Mobbli u l-Protokoll tagħha dwar apparat użat fl-ajruplani *
199k
31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni dwar Interessi Internazzjonali fl-Apparat Mobbli u l-Protokoll tagħha dwar affarijiet li jolqtu b'mod speċifiku apparat użat fl-ajruplani, adottata b'mod konġunt f'Cape Town fis-16 ta' Novembru 2001 (COM(2008)0508 – C6-0329/2008 – 2008/0162(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0508),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 61(c) u 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE, skont liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0329/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0506/2008),
1. Japprova l-konklużjoni tal-Konvenzjoni u l-Protokoll tagħha ;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tax-Xogħol (2007-2010)
280k
126k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tax-Xogħol (2007-2010) (2008/2098(INI))
– wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 18, 136, 145, 149 u 150 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2007 bl-isem ta' ''Il-mobilità, strument għal aktar impjiegi u impjiegi aħjar: Il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tal-Impjiegi (2007-2010)'' (COM(2007)0773),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali(1),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet tal-liberta' tal-moviment u tar-residenza taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familji tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri(2),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass)(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru. 1408/71 tal-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal raqshom u għal membri tal-familja tagħom li jispustaw ruħhom fil-Komunità(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 tal-21 ta' Marzu 1972 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta" skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familja tagħom li jispustaw ruħhom fil-Komunità(5),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2007 bl-isem ta' ''Lejn Prinċipji Komuni ta' Flessigurtà: Aktar impjiegi u impjiegi aħjar permezz tal-flessibbiltà u s-sigurtà" (COM(2007)0359),
– wara li kkunsidra r-rapport finali tal-25 ta' Jannar 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għall-Ħiliet u l-Mobilità (COM(2007)0024),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2002 dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ħiliet u l-Mobilità (COM(2002)0072),
– wara li kkunsidra l-Istħarriġ Ekonomiku tal-Unjoni Ewropea tal-OECD tal-2007: l-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-mobilità ġeografika tal-ħaddiema, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilità ta' voluntiera żgħażagħ madwar l-Ewropa (COM(2008)0424),
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-EURES għall-2007-2010 adottati f'Ġunju 2006,
– wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-attivitajiet tal-EURES 2--4-2005 ippreżentat mill-Kummissjoni fis-16 ta' Marzu 2007 bl-isem ta' ''Lejn suq tax-xogħol Ewropew uniku: Il-kontribuzzjoni tal-EURES'' (COM(2007)0116),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Settembru 2007, adottata wara l-mistoqsija orali B6-0136/2007 dwar ir-rapport dwar l-attivitajiet tal-EURES 2004-2005 bl-isem ta' ''Lejn suq tax-xogħol Ewropew uniku''(6),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fis-sede tal-Kunsill fl-14 ta' Diċembru 2000 dwar pjan ta' azzjoni għall-mobilità(7),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar il-promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd(8),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2008 bl-isem ta' "Aġenda soċjali mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21'' (COM(2008)0412),
– wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Eurobarometer Speċjali nru 261 tal-2006 dwar l-Impjieg u l-Politika Soċjali Ewropea, skond liema ċ-ċittadini tal-UE qegħdin iqisu li l-mobilità kulma tmur qiegħda ssir aktar importanti,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0463/2008),
A. billi l-moviment liberu u l-libertà ta' stabbiliment jikkostitwixxu drittijiet imniżżla fl-Artikoli 18 u 43 tat-Trattat KE u billi t-tħeġġiġ tal-mobilita' fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma provduti fl-Artikoli 149 u 150,
B. billi l-mobilità tal-ħaddiem hija strument prinċipali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona għalkemm din il-mobilità għadha baxxa fl-UE, anke fost in-nisa,
C. billi l-mobilità b'sigurtà tal-ħaddiema fuq livell Ewropew hija wieħed mid-drittijiet fundamentali li t-Trattat jagħti liċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll wieħed mill-pilastri essenzjali tal-mudell soċjali Ewropew, u huwa wkoll wieħed mill-mezzi prinċipali sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija ta" Liżbona,
D. billi l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, jekk ikun meħtieġ, għandha tiġi adattata biex tirrifletti l-forom ġodda tal-mobilità u biex tiżgura li l-ħaddiema emigranti fl-UE ma jkollhomx nuqqas ta' protezzjoni tas-sigurtà soċjali,
E. billi madwar 2% taċ-ċittadini li għandhom l-età biex jaħdmu bħalissa jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru li mhuwiex pajjiżhom u billi xi 48% tal-migranti kollha tal-UE huma nisa,
F. billi l-Kummissjoni waqqfet Forum ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar it-titjib tal-mobilità tal-Ewropej, li l-objettiv ewlieni tiegħu huwa li jidentifika miżuri li jistgħu jittieħdu biex tikber il-mobilità taż-żgħażagħ, biex titjieb l-għajnuna għall-mobilità fil-qasam tat-taħriġ professjonali u biex tikber il-mobilità tal-artisti, tal-kapijiet ta" intrapriżi u tal-voluntiera,
G. billi l-kwistjoni tal-mobilità hija element importanti fl-Aġenda Soċjali Mġedda, u l-Aġenda tiddetermina l-opportunitajiet għaliha u timponi l-prinċipji tal-aċċess u tas-solidarjetà,
H. billi s-suq tax-xogħol dinamiku jpoġġi sfidi serji għall-ħaddiema, speċjalment għan-nisa bit-tfal, iġġegħlhom jagħmlu kompromessi bejn il-ħajja professjonali u dik tal-familja,
I. billi l-adattament mhux suffiċjenti tal-iskemi tas-sigurtà soċjali fl-Istati Membri joħloq diffikultajiet għan-nisa, pereżempju fir-rigward tat-tqala, tat-trobbija tat-tfal, u tal-opportunitajiet ta' karriera aħjar,
J. billi l-moviment liberu tal-ħaddiema huwa u se jibqa" waħda mil-libertajiet fundamentali mħaddna mit-Trattat; billi fir-rigward tal-iżgurar tal-moviment liberu għall-ħaddiema, sar progress sinifikanti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sigurtà soċjali, u billi dan iffaċilita l-moviment tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni; billi l-ostakoli amministrattivi u legali li għadhom jeżistu u li qegħdin ifixklu l-mobilità transnazzjonali jridu jitneħħew, billi għandu jsir iktar sforz sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu konxji tad-drittijiet tagħhom u jkunu jistgħu jinfurzawhom,
K. billi l-iżgurar tal-mobilità jinvolvi li jitħaffu b'mod ġenerali l-ħtiġijiet u l-attivitajiet kollha tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom, u billi, f'numru ta" riżoluzzjonijiet tiegħu, il-Parlament ġibed l-attenzjoni għall-ostakoli għall-mobilità u għad-dritt għall-istabbiliment taċ-ċittadini tal-Unjoni barra l-Istat Membru ta' oriġini tagħhom, u ppropona soluzzjonijiet biex dawn l-ostakoli jitneħħew,
L. billi l-esperjenza wriet li l-identifikazzjoni tal-ostakoli u t-tressiq ta' proposti ma kinux biżżejjed sabiex jitneħħew kompletament l-ostakoli għal-libertà tal-moviment u tal-mobilità; billi l-problema, fil-passat, kienet is-suġġett ta' bosta testi tal-istituzzjonijiet tal-UE li elenkaw il-problemi u pproponew miżuri korrettivi li madankollu mhux dejjem ġew implimentati,
M. billi l-Parlament innota f'dawn il-każijiet li r-rieda li jiġu implimentati l-miżuri neċessarji mhux dejjem kienet estiża għall-miżuri li huma importanti għaċ-ċittadini għall-eliminazzjoni ta' ostakoli amministrattivi u legali għall-mobilità,
N. billi l-Parlament f'bosta okkażjonijiet esprima l-pożizzjoni tiegħu dwar din il-kwistjoni li teffettwa direttament l-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni, u fil-qagħda tiegħu bħala istituzzjoni eletta direttament u demokratikament miċ-ċittadini, se jibqa' jfittex soluzzjonijiet b'mod attiv għall-problemi kollha li jiffaċċjaw iċ-ċittadini fl-eżerċizzju tad-dritt tagħhom għall-mobilità fi ħdan it-territorju tal-UE,
O. billi s-sens ta' ċittadinanza tal-Unjoni taċ-ċittadini tal-Istati Membri jieħu saħħtu b'mod parzjali mill-possibilità ta' impjieg fis-suq intern, u billi għalhekk mhux l-interessi ekonomiċi biss għandhom ikunu l-mutur wara l-mobilità iżda wkoll l-objettiv li jwassal biex iċ-ċittadini tal-Unjoni jidentifikaw ruħhom aktar bħala tali,
1. Jilqa" b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni u jerġa' jtenni l-importanza ċentrali tal-mobilità, jiġifieri l-mobilità fis-suq tax-xogħol u bejn l-Istati Membri jew ir-reġjuni, sabiex jiġi kkonsolidat is-suq tax-xogħol tal-UE u jintlaħqu l-objettivi ta" Liżbona; jappoġġja t-tnedija ta" Pjan ta" Azzjoni u jixtieq li jinżamm infurmat dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li huwa qed ibassar;
2. Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tippromwovi l-mobilità b'kundizzjonijiet ġusti, fosthom billi topponi l-impjieg klandestin u d-dumping soċjali;
3. Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilità ta' voluntiera żgħażagħ fl-Ewropa, iżda madankollu jiddispjaċih mill-fatt li l-Kummissjoni ma tatx żmien biżżejjed lill-Parlament biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta qabel tiġi adottata r-Rakkomandazzjoni;
4. Jinnota li Sena Ewropea tal-Volontarjat tkun għodda effettiva għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet inklużi fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-mobilità ta' volontiera żgħażagħ madwar l-Ewropa;
5. Iqis li l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja l-inklużjoni tal-kunċett tal-mobilità tal-ħaddiema fl-aspetti kollha tal-politiki Komunitarji, b'mod partikolari fir-rigward tal-ikkumpletar tas-suq intern, tal-protezzjoni tal-ħaddiema, tar-regoli dwar il-ħaddiema ppustjati u ssekondati u l-protezzjoni kontra xogħol mhux sigur, li jistgħu jaffettwaw il-mobilità Ewropea jew jiġġieldu d-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel li l-mobilità tal-impjieg tkun politika trasversali prijoritarja li, konsegwentement, tikkonċerna l-oqsma kollha relevanti tal-politiki tal-UE u li timplika lill-awtoritajiet fil-livelli kollha fl-Istati Membri kollha;
6. Jenfasizza li l-mobilità tal-ħaddiema tiddependi mill-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-persuni fil-qafas tas-suq intern kif stabbilit fit-Trattat KE;
7. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tkompli tippromwovi l-mobilità tax-xogħol, biex tfassal strateġija fit-tul dwar il-mobilità li tqis il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, ix-xejriet ekonomiċi u l-prospetti għat-tkabbir tal-UE, billi strateġija fit-tul biss tista' tiggarantixxi kemm il-moviment liberu tal-ħaddiema bla tilwim, kif ukoll tindirizza kif xieraq il-fenomenu tat-telfa tal-aħjar imħuħ;
8. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-bżonnijiet speċifiċi tal-ħaddiema nisa ta' kull età li jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu u biex tinkludi passi konkreti ħalli jintlaħqu dawn il-bżonnijiet fl-erba' oqsma tal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tax-Xogħol;
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħti prijorità lis-simplifikazzjoni tal-prattiki amministrattivi u l-koperazzjoni amministrattiva sabiex ikun possibbli li jkun hemm sinerġiji bejn l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet nazzjonali li l-interazzjoni tagħhom hi deċiżiva għas-soluzzjoni effiċjenti tal-problemi bejn l-Istati Membri; barra minn hekk, iqis li l-Istati Membri għandhom jiġġieldu bil-qawwa kontra l-ostakolu legali u amministrattiv kif ukoll kontra l-ostakoli għall-mobilità ġeografika fil-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali, bħan-nuqqas ta" għarfien tal-esperjenzi marbuta mal-mobilità għall-prospetti tal-karriera jew is-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet, b'mod partikulari fl-SMEs;
10. Iqis li l-Pjan ta" Azzjoni tal-Kummissjoni jolqot l-aspetti prinċipali tal-mobilità iżda li jeħtieġ li jitwettqu iktar azzjonijiet, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda t-tisħiħ tar-rabtiet bejn is-sistemi edukattivi u s-suq tax-xogħol, il-provvista tal-informazzjoni adegwata dwar il-mobilità, iż-żamma ta' kapaċitajiet lingwistiċi akkwiżiti għall-ħaddiema u għall-familji tagħhom permezz ta' preparazzjoni għall-mobilità b'tagħlim tal-lingwi barranin u fl-aħħarnett it-taħriġ vokazzjonali u s-sistemi ta' tagħlim;
11. Jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu attivament it-tagħlim ta' lingwi barranin (speċjalment għall-adulti), meta jitqies li l-ostakoli lingwistiċi huma x-xkiel ewlieni li fadal għall-mobilità tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom;
12. Iqis li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tax-xogħol u l-ftehimiet kollettivi taċ-ċittadini li jagħżlu li jiċċaqalqu lejn Stat Membru ieħor ikunu rispettati bis-sħiħ, mingħajr diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru u l-barranin; jemmen li għal dan il-għan, il-miżuri tal-Kummissjoni għandhom jiffukaw sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini migranti jieħdu trattament ugwali u ma jinbidlux f'forza tax-xogħol bl-irħis;
13. Bil-ħsieb li jinħolqu rabtiet aktar b'saħħithom bejn it-taħriġ u s-suq tax-xogħol, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iġibu din il-kwistjoni quddiem il-kumitati ta' konsultazzjoni settorjali; iqis li l-industrija u l-kummerċ jistgħu jagħtu tagħrif regolari dwar l-oqsma tax-xogħol l-aktar miftuħa għall-mobilità;
14. Iqis li l-mobilità tax-xogħol fuq medda twila ta' żmien fl-oqsma kollha jista' jkollha rwol prinċipali fil-promozzjoni tat-tkabbir u tal-objettivi tal-impjieg tal-Istrateġija ta' Liżbona, jekk jiġu wkoll salvagwardjati d-drittijiet għal sigurtà soċjali u għal trejdunjins tal-ħaddiema, bi qbil mat-tradizzjonijiet u mal-abitudnijiet tal-Istati Membri; jemmen li forza ta' ħidma estiża u mobbli madwar l-UE, flimkien mal-kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa, il-programmi edukattivi u l-iskemi ta' protezzjoni soċjali, tista' tikkostitwixxi tweġiba għal dawn l-avvenimenti attwali u ttejjeb b'mod sinifikanti l-isforzi sabiex dan isir, fil-kuntest tal-isfidi tal-ekonomija dinjija, tal-popolazzjoni dejjem tixjieħ u tat-tibdil veloċi fuq il-post tax-xogħol; jenfasizza li għandhom jitqiesu l-aspetti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tal-mobilità;
15. Jinsab konvint li l-mobilità garantita tal-impjieg huwa mezz adegwat għat-tisħiħ tad-dimensjoni ekonomika u soċjali tal-Istrateġija ta" Liżbona u għandha tiġi stabbilita bl-aħjar mod possibbli, għall-kisba tal-objettivi tal-aġenda soċjali mġedda u sabiex jilqa' għal numru ta" sfidi speċjalment dawk relatati mal-globalizzazzjoni, mat-trasformazzjonijiet industrijali, mal-progress teknoloġiku, mal-iżvilupp demografiku u mal-integrazzjoni tal-ħaddiema migranti; jinsab konvint ukoll li l-mobilità bejn il-karriera u l-industrija (mobilità tax-xogħol) tippermetti lill-ħaddiema li iġeddu u jadattaw l-għerf u l-ħiliet tagħhom biex b'hekk ikunu jistgħu jisfruttaw opportunitajiet ta' karrieri ġodda għalihom infushom;
16. Itenni li l-mobilità tal-impjieg tikkostitwixxi strument ewlieni għat-tħaddim effettiv tas-suq intern permezz tal-objettivi tal-Istrateġija ta" Liżbona u t-tmien prinċipji proposti fil-qasam tal-"flessigurtà" fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2007; jistieden għalhekk lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri xierqa li jenfasizzaw il-flessigurtà minn banda waħda, u li jisħqu fuq is-sigurtà tal-ħaddiema mill-banda l-oħra, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji fundamentali tal-opportunitajiet, l-aċċess u s-solidarjetà msemmija fl-aġenda soċjali mġedda;
17. Jistieden lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati biex iqisu u jneħħu l-ostakoli kollha għall-mobilità tal-ħaddiema nisa, billi jipprovdu, fost affarijiet oħra, aċċess ġust għal xogħolijiet ikkwalifikati u karigi ta' livell għoli, salarju daqs l-irġiel, kundizzjonijiet tax-xogħol flessibbli, kura tas-saħħa adegwata u servizzi ta' kura tat-tfal, faċilitajiet edukattivi ta' kwalità għolja għat-tfal, drittijiet għall-pensjoni trasferibbli u l-iżgurar tal0eliminazzjoni tal-isterjotipi relatati mal-ġeneru;
18. Jirrakkomanda li l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u dawk lokali jippromovu b'mod attiv xogħol speċjali, taħriġ, edukazzjoni, tagħlim minn distanza u programmi tal-lingwi sabiex jinħoloq suq tax-xogħol aktar "favur in-nisa" u biex tkun tista' tiġi rrikonċiljata l-ħajja professjonali ma' dik tal-familja;
19. Jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu l-mobilità tax-xogħol u l-mobilità ġeografika bħala prijorità fil-programmi nazzjonali tagħhom tal-impjiegi u tat-tagħlim tul il-ħajja;
20. Jinsab imħasseb li ċerti Stati Membri qegħdin iżommu limitazzjonijiet fis-suq tax-xogħol għall-ħaddiema li joriġinaw mill-Istati Membri l-ġodda, minkejja l-fatt li l-analiżi ekonomika u d-dejta tal-istatistika ma jiġġustifikawx dawn il-limitazzjonijiet u ma jappoġġjawx il-biżgħat taċ-ċittadini u tal-gvernijiet tagħhom; jitlob lill-Kunsill biex jiżgura monitoraġġ aktar mill-qrib u involviment ogħla tal-istituzzjonijiet tal-UE, speċjalment tal-Parlament, fejn jidħol il-proċess ta' awtorizzazzjoni u ġustifikazzjoni mill-Istati Membri tal-perjodi ta" tranżizzjoni għall-aċċess taċ-ċittadini tal-Istati Membri l-ġodda għas-suq tax-xogħol tagħhom fl-ewwel snin wara l-adeżjoni ta" dawn il-pajjiżi;
21. Jenfasizza li l-mobilità tal-ħaddiema m'għandhiex tiġi interpretata minn uħud li jimpjegaw bħala opportunità biex jitnaqqsu l-pagi, is-sigurtà soċjali jew, b'mod ġenerali, biex jitbaxxew il-kundizzjonijiet tax-xogħol; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri xierqa, mhux biss biex tiġi eliminata kull forma ta' diskriminazzjoni, imma anke biex jiġu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-attivitajiet tal-ħaddiema migranti u l-familji tagħhom;
22. Jinsab imħasseb dwar ċertu inizjattivi meħuda mill-Istati Membri li għandhom l-għan li jimmodifikaw il-qafas legali intern tagħhom fil-qasam tal-immigrazzjoni, u li jinterpretaw u japplikaw il-prinċipju li jirrigwarda l-moviment liberu tal-ħaddiema, f'sens assolutament kuntrarju għall-ispirtu tal-istandards Komunitarji li jinsabu fis-seħħ bħalissa; jitlob l-abbandun immedjat ta" prattiki bħal dawn u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw programmi kumplessi ta" integrazzjoni taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea sabiex jeżerċitaw id-dritt għall-moviment liberu fit-territorju tagħhom, b'koperazzjoni, fejn tkun xierqa, mal-Istati Membri ta' oriġini;
23. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitoraw u jevalwaw programmi ta" inklużjoni mill-ġdid għaċ-ċittadini li jirritornaw fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom wara li jkunu ħadmu fi Stat Membru ieħor;
24. Jirrikonoxxi li, waqt li l-mobilità tista' tipprovdi soluzzjonijiet għan-nuqqasijiet ta' ħaddiema fil-pajjiżi li jilqgħuhom, tista' tikkawża nuqqasijiet ta' ħaddiema fil-pajjiżi minn fejn ikunu ġew; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għall-fatt li, f'kull pajjiż, il-popolazzjoni inattiva toffri ammont sinifikanti ta' ħaddiema potenzjali, li biex jiġu mobilizzati se jkun hemm bżonn ta' riżorsi tal-UE u tal-Istati Membri f'miżura ugwali;
25. Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li fl-UE għad hemm numru ta" ostakoli amministrattivi u leġiżlattivi għall-mobilità tal-ħaddiema, u anke fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki ta' kull livell u esperjenza professjonali; itenni l-impenn tiegħu li jsib soluzzjonijiet għal dawn il-problemi u jitlob lill-Kummissjoni biex timmoniterja b'attenzjoni r-restrizzjonijiet li jkunu inkompatibbli mal-liġi Komunitarja u biex tieħu azzjoni kontrihom;
26. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, qabel ma jimplimentaw liġijiet nazzjonali ġodda fil-qasam tal-kura u s-saħħa pubblika u fis-sistemi soċjali u fiskali, iwettqu studju ta' impatt li jiffoka fuq il-fruntieri biex jiġu enfasizzati minn qabel kwalunkwe problemi li se jkollhom konsegwenzi għall-mobilità tal-ħaddiema;
27. Hu tal-fehma li l-ħaddiema fil-fruntieri jokkupaw pożizzjoni speċjali fil-qasam tal-mobilità tal-ħaddiema Ewropej;
28. Jitlob immedjatament lill-Istati Membri biex iħaffu l-proċess tal-implimentazzjoni tal-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni; iqis li għalkemm l-armonizzazzjoni ta" din is-sistema ta" referenza mhix prevista qabel l-2010, l-implimentazzjoni imħaffa tagħha fl-Istati Membri kollha tista" tnaqqas l-ostakoli li bħalissa qed jolqtu direttament lill-ħaddiema;
29. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni fir-rigward tal-EUNetPaS, li tikkostitwixxi l-ewwel pass sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati fl-UE jkunu mħeġġa jtejbu l-kollaborazzjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-pazjent; jinnota madankollu li, madwar l-UE, għad hemm diversità fir-regolazzjoni tal-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa u jistieden lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet regolatorji tagħhom sabiex il-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa jaqsmu l-informazzjoni u jwaqqfu sistemi ta' akkreditazzjoni standardizzata għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-pazjent madwar l-UE;
30. Jinnota li n-nuqqas ta' qafas komuni għat-tqabbil, it-trasferiment u r-rikonoxximent tal-kwalifiki vokazzjonali fil-livell tal-UE jikkostitwixxi ostakolu serju għall-mobilità transnazzjonali; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar it-twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET);
31. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li r-rappreżentanti ta' min jimpjega u r-rappreżentanti ta' setturi kummerċjali jiġu involuti malajr kemm jista' jkun fl-implimentazzjoni tal-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni u b'hekk li s-sistema għar-rikonoxximent tal-kwalifiki tkun tista' tħalli effett fuq is-suq tax-xogħol;
32. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, u liż-żewġ naħat tal-industrija biex jiftħu dikussjonijiet bl-intenzjoni li jiġu armonizzati l-iskali salarjali bil-livelli ta' kwalifiki differenti stipulati fil-Qafas Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni sabiex il-mobilità tal-ħaddiema tiġi garantita bis-saħħa tal-livelli tal-pagi li jikkorrispondu għall-kapaċitajiet tal-ħaddiema;
33. Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet edukattivi biex jaħdmu flimkien b'mod proattiv għall-għarfien reċiproku tal-kwalifiki miksuba permezz ta" edukazzjoni formali, informali u mhux formali, u tal-professjonijiet li jikkorrispondu mal-istandards stabbiliti mill-Istati Membri; jikkunsidra li hu ta' importanti fundamentali li l-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-Qafas ta' Kwalifiki Ewropej u li jagħtu segwitu xieraq lill-inizjattivi tal-ġejjieni fis-Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali, sabiex il-klassifikazzjoni fil-livelli tas-sistema edukattiva nazzjonali u tal-Programm ta" Tagħlim Tul il-Ħajja tagħti l-possibilità lill-ħaddiema mobbli biex ikomplu fit-taħriġ tagħhom; japprova l-impenn tal-Kummissjoni biex tiżviluppa l-Europass sabiex min iħaddem ikun jista' jifhem il-kwalifiki aħjar; jisħaq fuq il-valur tas-Servizzi Euraxess;
34. Jiddispjaċih li f'xi Stati Membri mhux qed tingħata prijorità biżżejjed u mhux qed ikunu ddedikati fondi biżżejjed biex jiġu żviluppati u implimentati strateġiji għat-tagħlim tul il-ħajja; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jużaw b'mod aktar attiv il-fondi disponibbli mill-Fondi Strutturali u b'mod partikulari mill-Fond Soċjali Ewropew sabiex jiżviluppaw u jimplimentaw skemi ta' dan it-tip;
35. Jistieden lill-Kummissjoni biex tnaqqas l-ostakoli leġiżlattivi u amministrattivi, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir aktar progress fir-rikonoxximent u ta" l-akkumulazzjoni tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali u fil-portabilità tal-pensjonijiet;
36. Hu tal-fehma li l-portabilità tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali tkun koordinata aħjar fuq il-bażi tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali(9), u ftehimiet bilaterali;
37. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KE) Nru 883/2004 (li se jibda japplika mill-2009), kif ukoll il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-ħlas ta' allowances ta' kwalunkwe tip; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jindirizzaw b'mod urġenti l-problemi rikorrenti li tqajmu fil-petizzjonijiet u fl-ilmenti dwar is-sigurtà soċjali, il-pensjonijiet, u l-kura tas-saħħa; jappoġġja l-pjanijiet tal-Kummissjoni għall-introduzzjoni ta' verżjoni elettronika tal-Karta Ewropea ta' Assigurazzjoni fuq is-Saħħa; jissuġġerixxi li għandu jkun hemm ukoll reviżjoni elettrika tal-formola "E106";
38. Jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-politika tagħha dwar viżi għall-parteċipanti minn pajjiżi terzi fi programmi ta" volontarjat tal-UE rikonoxxuti, bl-intenzjoni li jiddaħħal reġim għall-viżi aktar liberali b'mod speċjali għall-voluntiera ġejjin minn pajjiżi ġirien ta" l-UE;
39. Rigward il-forom ġodda ta" mobilità, jidhirlu li jinħtieġ li tkun eżaminata l-leġiżlazzjoni li diġà teżisti bil-għan li jkun determinat jekk għadhiex aġġornata u bil-għan li jinstabu mezzi xierqa ta' adattament għall-kondizzjonijiet flessibbli l-ġodda dwar is-suq Ewropew tax-xogħol, filwaqt li mhux biss titqies il-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-ħaddiema imma wkoll filwaqt li jkunu eżaminati problemi addizzjonali li jistgħu jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema migranti u l-familji tagħhom; jemmen, fl-istess ħin, li jeħtieġ li ssir analiżi ta' sa fejn waslet verament l-implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha tal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-moviment ħieles tax-xogħol u dwar id-dritt tar-residenza tal-ħaddiema u l-familji tagħhom; iqis li, fejn ikun relevanti, għandhom jitfasslu rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-qafas leġiżlattiv u operazzjonali;
40. Jappoġġja diskussjoni dwar l-arranġamenti tas-sigurtà soċjali, inter alia b'referenza għall-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-fatt li l-mobilità tal-ħaddiema tista", f'ċertu każijiet, twassal għat-telf tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina jekk hemmx bżonn li r-Regolament (KE) Nru 883/2004, ir-Regolament ta' implimentazzjoni (KEE) Nru 574/72 u prattiki amministrattivi relatati jiġu adattati bħala rispons għall-iskemi li qed jinbidlu u għal forom ġodda ta' mobilità tal-ħaddiema, inkluża l-mobilità tax-xogħol għal perjodu qasir;
41. Iqis li l-Kummissjoni għandha tinvestiga l-effetti li jxekklu l-mobilità li jirriżultaw min-nuqqas ta' koordinazzjoni bejn il-ftehimiet fiskali u r-regolament il-ġdid dwar is-sigurtà soċjali (Regolament (KE) Nru 883/2004);
42. Jappoġġja lill-Kummissjoni fil-pjanijiet tagħha għal azzjoni biex tittejjeb il-proposta tagħha għal direttiva dwar il-ħtiġijiet minimi għat-titjib tal-mobilità tal-ħaddiema permezz tat-titjib fl-akkwist u fil-preservazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni supplimentari, peress li, bl-espansjoni dejjem akbar tal-iskemi ta' pensjoni fuq ix-xogħol, iridu jinstabu regoli dwar il-portabilità li jkunu favorevoli għall-ħaddiema; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tressaq proposta riveduta għal direttiva dwar il-portabilità tal-pensjonijiet ta' fuq ix-xogħol;
43. Iqis li l-mobilità tal-ħaddiema taż-żewġ sessi bil-familja (jiġifieri tfal u qraba dipendenti) tiddependi ħafna fuq id-disponibilità u kemm iqumu is-servizzi (bħal m'huma l-kura tat-tfal u l-kura taċ-ċittadini anzjani, il-faċilitajiet tal-edukazzjoni, iċ-ċentri ta' matul il-jum, is-servizzi speċjali); iqis, fl-istess ħin, li l-mobilità tax-xogħol għandha tippromwovi s-sodisfazzjon personali u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u tax-xogħol;
44. Iqis, madankollu, li l-proposta li għandha l-għan li ttejjeb l-iskambji ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali, kif ukoll il-proposta dwar l-introduzzjoni ta" verżjoni elettronika tal-Karta Ewropea ta" l-Assikurazzjoni kontra l-Mard għandhom jiġu implimentati bil-protezzjoni xierq tad-data. L-Istati Membri jridu jiggarantixxu li d-data personali ma tintużax għal skopijiet oħra apparti dawk li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà soċjali, ħlief fejn il-parti kkonċernata tkun ippermettiet dan l-użu b'mod espliċitu; jixtieq jikseb iktar informazzjoni dwar din l-inizjattiva u dwar kif din tista" ttejjeb il-mobilità tal-ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni biex tanalizza u tagħti kontribut għall-possibilità li, fil-futur qarib, tinħoloq Karta Ewropea waħdanija li tkun tinkludi l-informazzjoni kollha dwar il-kontribuzzjonijiet li jkun ħallas id-detentur tal-Karta u dwar id-drittijiet soċjali tiegħu fl-Istati Membri kollha fejn huwa jkun ħadem;
45. Jappoġġja l-azzjonijiet tan-netwerk TRESS, u jemmen li dan in-netwerk għandu jidħol għall-investigazzjoni li tibqa' għaddejja tal-mudelli differenti ta" mobilità, sabiex ikunu adattati għal-leġiżlazzjoni Komunitarja; jistieden lill-Kummissjoni biex f'dan in-netwerk tinkludi lil min iħaddem u lit- trejdjunjins, waqt li jfakkar li ħafna drabi jkunu dawk li jħaddmu li jappoġġjaw lill-ħaddiema bi kwistjonijiet legali relatati mas-sigurtà soċjali jew biex jiksbu d-dokumenti meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu; jinsisti fuq il-bżonn li l-bażijiet tad-data li jinsabu fis-sistema EURES ikollhom aċċess massimu faċli u li għandhom ikunu aġġornati regolarment u li għandu jiġi żgurat l-iktar aċċess wiesa' għalihom possibbli; jikkunsidra li n-Netwerk EURES għandu jikkollabora b'mod strutturali u istituzzjonali man-netwerk TRESS;
46. Ikompli jappoġġja l-kontribut tan-netwerk EURES għall-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea; jirrakkomanda li fost is-servizzi EURES għandha tkun inkluża informazzjoni dwar in-netwerks u l-portals speċifiċi ta" l-internet għal ċerti setturi, u jirrakkomanda li għandha tikkollabora wkoll ma" fornituri oħra ta' l-informazzjoni, speċjalment il-korpi speċjalisti fl-Istati Membri, fir-rigward tal-prospettivi ta" impjieg fl-Unjoni Ewropea, b'referenza partikulari għall-awtoritajiet nazzjonali tax-xogħol, li jistgħu jipprovdu direttament pariri imfassla individwalment għal min qed ifittex xogħol;
47. Iqis li l-proġetti transkonfinali tal-EURES għandhom jagħtu prijorità lit-twettiq ta' studji u seminars dwar l-impatt, sabiex id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni jkun jista' jseħħ b'mod effettiv u effiċjenti;
48. Jappoġġja l-objettivi mħabbra fit-tielet fażi tal-Pjan ta" Azzjoni għall-Mobilità tal-Ħaddiema, f'konformità mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-EURES; jenfasizza d-diversità tal-kompożizzjoni tas-suq tax-xogħol u l-bżonn li jkun hemm servizzi adattati għall-kategoriji kollha tal-ħaddiema, apparti dawk imniżżla fil-programm tal-Kummissjoni, jiġifieri dawk ta' età avvanzata u b'diżabilità li huma żvantaġġati imma li jistgħu jiġu utilizzati mis-suq tax-xogħol, dawk li għandhom status legali speċjali meta mqabbla ma' ħaddiema oħra, dawk li jaħdmu għal rashom, ħaddiema li qed jerġgħu lura għall-ħajja tax-xogħol wara li jkunu għamlu żmien wieqfa mix-xogħol, u l-bqija; jenfasizza li l-informazzjoni kollha disponibbli permezz tan-netwerk EURES għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità;
49. Jistieden lill-Istati Membri biex, permezz tal-awtoritajiet għall-impjiegi tagħhom, jipprovdu uffiċċju 'one-stop shop' għall-ħaddiema kollha, inklużi dawk li huma intenzjonati li jaħdmu barra, sabiex ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni minn sors uniku dwar il-possibilitajiet li wieħed jaħdem barra, fatturi amministrattivi, drittijiet soċjali u kundizzjonijiet legali;
50. Jappoġġja l-idea li l-EURES tinbidel f'portal ċentrali għall-informazzjoni dwar il-mobilità li tkun taħdem bħala uffiċċju ta' assistenza ċentrali fejn il-ħaddiema potenzjalment mobbli jkunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar l-aspetti kollha tal-mobilità tax-xogħol – mhux biss dwar il-postijiet tal-impjieg battala, is-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, il-pensjonijiet u dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki, iżda wkoll dwar il-kwistjonijiet tal-lingwi, id-djar, l-impjieg għall-konjuġi, l-edukazzjoni għat-tfal u l-integrazzjoni b'mod ġenerali fl-istat partikulari kkonċernat; jirrimarka li, fejn ikun xieraq, għandu jiġi estiż għall-benefiċċju ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, inklużi dawk li għadhom ma kisbux status ta' residenza għal żmien fit-tul;
51. Jappoġġja bis-sħiħ il-mekkaniżmi ta' informazzjoni eżistenti iżda fl-istess ħin jissuġġerixxi li s-siti, portals, eċċ. relevanti kollha jkunu vverifikati f'dik li hi effiċjenza u, jekk hemm bżonn, jiġu rikonoxxuti, armonizzati jew miġbura mill-ġdid fi gruppi oħra sabiex ikun eħfef biex jintużaw;
52. Jiġbed l-attenzjoni għall-kwistjoni tal-aċċess għan-netwerk EURES għaċ-ċittadini li jgħixu fir-reġjuni rurali, muntanjużi u remoti u fi gżejjer; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li dawn il-kategoriji tal-popolazzjoni jkollhom aċċess għall-informazzjoni merfugħa f'dan il-portal;
53. Iqis li l-baġit supplimentari ta' żewġ miljun euro allokat għal proġetti innovattivi fil-qasam tal-mobilità sal-2013 huwa baxx wisq, meta mqabbel man-neċessità li jkunu infurmati għadd kbir kemm jista' jkun taċ-ċittadini Ewropej dwar il-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni, u anke dwar l-objettivi stipulati fid-diversi dokumenti tal-programmi li jsostnu l-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni;
54. Jenfasizza l-bżonn ta' statistika komparabbli u ta' min joqgħod fuqha dwar il-flussi tal-mobilità tal-ħaddiema, l-istudenti, l-għalliema u r-riċerkaturi sabiex jittejjeb l-għarfien tal-Kummissjoni dwar il-mobilità, kif ukoll il-monitoraġġ tagħha tal-Pjan ta' Azzjoni msemmi hawn fuq;
55. Jemmen li fis-sitwazzjoni kif inhi bħalissa jeżisti defiċit fl-informazzjoni mogħtija lill-popolazzjoni fir-rigward tal-benefiċċji potenzjali kemm professjonali u kemm ta' karriera li jiġu minn żmien li wieħed iqatta' jaħdem barra u rigward il-kundizzjonijiet tal-impjiegi u tas-sigurtà soċjali biex wieħed jaħdem barra u dwar kif dan jippromwovi wkoll l-integrazzjoni kulturali Ewropea; jappoġġja lill-Kummissjoni fl-azzjonijiet tagħha biex tinforma lill-pubbliku dwar dawn il-kwistjonijiet;
56. Jiġbed l-attenzjoni għall-programm tal-Parlament Ewropew għal apprendistati għal persuni b'diżabilità, li nbeda fl-2007, u l-programm ta' apprendistati tal-Kummissjoni għal persuni b'diżabilità, li se jibda fil-ħarifa tal-2008. iqis li miżuri pożittivi ta' dan it-tip jippromwovu l-mobilità ta' persuni b'diżabilità u jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti biex jiġu integrati fid-dinja tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri biex jappoġġjaw u jippromwovu l-aħjar prattiki korrispondenti fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;
57. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Istati Membri għandhom jippromwovu u jagħmlu skambji ta' prattiki tajba u skemi reċiproċi ta" tagħlim għall-azzjonijiet tal-mobilità, iffinanzjati mill-fond ta' koeżjoni, u b'mod speċjali l-Fond Soċjali Ewropew;
58. Iqis li, barra mis-servizzi 'online', għandhom jiġu esplorati u stabbiliti mezzi supplimentari ta' forniment ta' informazzjoni fl-Istati Membri u fir-reġjuni tal-UE bil-għan li l-informazzjoni dwar il-mobilità tax-xogħol tinfirex fuq medda wiesgħa fl-Istati Membri; iqis li għandu jitwaqqaf ċentru ta' informazzjoni permezz tat-telefown, relatat mal-EURES, dwar il-mobilità tax-xogħol bil-għan li jagħti tagħrif minnufih lill-ħaddiema dwar mistoqsijiet speċifiċi bil-lingwa nazzjonali u mill-inqas b'lingwa oħra Ewropea;
59. Jesprimi l-appoġġ kontinwu tiegħu għal azzjonijiet bħal m'huma l-fieri tax-xogħol, jiem Ewropej biex fihom issir pubbliċità tal-opportunitajiet ta' xogħol fl-Unjoni kollha, jew sħubijiet Ewropej għall-mobilità tax-xogħol; jidhirlu, madankollu, li l-baġit allokat għal azzjonijiet bħal dawn m'huwiex suffiċjenti fir-rigward tal-għanijiet li tkun reklamata l-azzjoni tal-UE f'dan il-qasam;
60. Jenfasizza l-bżonn li jkun hemm distinzjoni bejn il-mobilità speċifika tal-artisti u dik tal-ħaddiema fl-Unjoni in ġenerali, fir-rigward tan-natura tal-arti tal-ispettaklu u l-irregolaritajiet u n-nuqqas ta' prevedibilità li tirriżulta minn sistema ta' impjieg partikulari;
61. Jinsab konxju tan-natura ta' ċerti mpjiegi, bħal m'huma dawk fl-oqsma kulturali u tal-isports, li għalihom il-mobilità, kemm ġeografika u kemm bejn biċċa xogħol u oħra, hija karatteristika inerenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jeżaminaw dawn iċ-ċirkustanzi b'attenzjoni kbira u biex japplikaw il-miżuri meħtieġa, b'mod speċjali fir-rigward tad-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema f'dawn l-oqsma, sabiex ikun żgurat li l-mobilità tagħhom ma tkunx imxekkla minn miżuri amministrattivi;
62. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni qed tieħu miżuri wkoll fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha biex ittejjeb il-qagħda taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi; jirrakkomanda li politika integrata għall-mobilità tax-xogħol għandha dejjem tqis il-migrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi;
63. Jenfasizza l-ħtieġa ta' koperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu identifikati u eliminati s-sitwazzjonijiet u l-azzjonijiet verament inġusti fl-oqsma tal-ġustizzja u t-tassazzjoni filwaqt li jiġu rrispettati l-kompetenzi nazzjonali;
64. Iqis li hija ħaġa essenzjali li titqajjem kuxjenza dwar il-possibilitajiet biex jitressqu l-ilmenti u l-petizzjonijiet dwar l-ostakli għall-mobilità tax-xogħol u dwar il-ksur ta' leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti;
65. Jappoġġja u jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni tal-kunċett tal-mobilità ekwa, u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura l-applikazzjoni tiegħu, pereżempju billi tinkludi l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta" min iħaddem sabiex issir il-prevenzjoni tax-xogħol mhux dikkjarat u tat-tbaxxija tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;
66. Jitlob lill-kumpaniji biex jappoġġjaw il-mobilità tal-ħaddiema, pereżempju permezz ta' sigħat flessibbli ta' xogħol u permezz tax-xogħol mil-bogħod (tele-working);
67. Jistieden lill-Kummissjoni biex tfittex strumenti li permezz tagħhom jistgħu jiġu eliminati l-ostakli kumplessi li jistgħu jżommu lill-ħaddiema milli jagħżlu li jaħdmu barra minn pajjiżhom, bħad-diffikultà biex isibu impjieg għas-sieħeb/sieħba tagħhom jew għal żwieġhom/in-nisa tagħhom, l-ispejjeż għoljin tar-rilokazzjoni, l-ostakli tal-lingwa u d-differenza li teżisti bejn il-paga tal-irġiel u dik tan-nisa u r-riskju li jintilfu ċerti vantaġġi fiskali jew li wieħed ma jkunx jista' jikkontribwixxi aktar għal skemi nazzjonali ta' pensjoni, ta" assikurazzjoni fuq is-saħħa jew ta' assigurazzjoni kontra l-qgħad; jenfasizza l-importanza tat-tagħlim tul il-ħajja, b'referenza partikulari għall-importanza tat-tagħlim tal-lingwi, li hu essenzjali biex jiġu sodisfatti d-domandi dejjem jinbidlu tas-suq tax-xogħol;
68. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssegwi l-proposta li ppreżentat fl-2005 u l-proposta emendata tagħha tal-2007 għal direttiva li tistipula r-rekwiżiti minimi biex tissaħħaħ il-mobilità tal-ħaddiema billi jittejbu l-għoti u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari;
69. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw il-mobilità tal-gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni u biex jgħinu biex jitneħħew l-ostakli li dawn jiltaqgħu magħhom billi joħolqu aktar xogħolijiet ta' kwalità, jiġġieldu d-diskriminazzjoni, jaffrontaw forom ġodda ta' esklużjoni soċjali, jappoġġjaw l-ugwaljanza bejn is-sessi, jappoġġjaw lill-familja u jiżguraw b'mod effettiv l-aċċess għall-post tax-xogħol, għas-servizzi ta' akkomodazzjoni u għat-trasport;
70. Jenfasizza li n-nisa bit-tfal huma anqas mobbli mill-irġiel u jitlob li jittieħdu miżuri xierqa biex jitneħħa dan l-iżbilanċ;
71. Jappoġġja lis-SOLVIT bħala strument biex isolvi malajr il-problemi kemm fis-suq intern kif ukoll dawk relatati mal-mobilità tal-ħaddiema; jirrakkomanda li aktar riżorsi jkunu disponibbli għas-SOLVIT;
72. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu programmi b'appoġġ għall-mobilità tal-professjonisti żgħażagħ; jemmen li dawn il-programmi għandhom ikollhom għeruqhom fir-relazzjoni bejn min iħaddem u l-ħaddiem, u għandhom jirrikonoxxu l-valur miżjud li jiġi mill-esperjenza, l-abilitajiet u l-ħiliet, inkluż l-għarfien tal-lingwi, akkwistati barra l-pajjiż oriġinali ta' dak li jkun;
73. Jemmen li, ladarba l-mobilità tal-istudenti u tal-għalliema hija element essenzjali tal-mobilità tax-xogħol, għandha tingħata aktar attenzjoni lil inizjattivi bħall-Proċess ta' Bologna u l-Erasmus kif ukoll il-programm Leonardo da Vinci u programmi oħra meta tkun kwistjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta" Azzjoni Ewropew għall-Mobilità tax-Xogħol;
74. Jifraħ lill-Kummissjoni għall-inizjattiva tagħha li tikkonsulta lill-partijiet kollha involuti fil-promozzjoni tal-mobilità tax-xogħol fl-Unjoni; jemmen li dan id-djalogu se jsaħħaħ it-trasparenza, se jistimula n-netwerking u l-iskambju tal-aħjar prattiki u ta' approċċi innovattivi biex tingħata spinta lill-mobilità, titħaffef l-implimentazzjoni tal-mobilità fuq bażi komprensiva, u se jikkonsolida wkoll il-prinċipji u l-valuri bażiċi;
75. Jirrikonoxxi l-kontributi li saru mill-programmi Comenius, Erasmus u Leonardo biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jistudjaw barra, u jenfasizza l-importanza tagħhom mill-aspett tal-mobilità professjonali aktar 'il quddiem; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina kemm hemm possibilità għat-twessigħ tal-aċċess għall-programmi, waqt li żżomm f'moħħha l-ħtiġijiet speċjali tal-gruppi żvantaġġati;
76. Jitlob li jkun hemm impenn qawwi min-naħa tal-iskejjel u l-universitajiet Ewropej u min-naħa tal-gvernijiet Ewropej biex tiżdied b'mod sinifikanti l-mobilità tax-xogħol, pereżempju permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fin-netwerk tal-partijiet interessati msemmija mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha;
77. Jemmen li għandha tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-kumpaniji privati jew pubbliċi u l-istituzzjonijiet edukattivi;
78. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Tagħlim tul il-ħajja għat-tagħrif, il-kreattività u l-innovazzjoni –l-"Programm ta" ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010"
317k
81k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-għoti ta" tagħlim tul il-ħajja għat-tagħrif, il-kreattività u l-innovazzjoni – l-implimentazzjoni tal-"Programm ta" ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010" (2008/2102(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikoli 149 u 150 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta" Novembru 2007 intitolata: "L-għoti ta" tagħlim tul il-ħajja għat-tagħrif, il-kreattività u l-innovazzjoni: Abbozz tar-rapport ta" progress konġunt tal-2008 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-"Programm ta" ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010" (COM(2007)0703) kif ukoll id-Dokument ta" Ħidma supplimentari tal-persunal tal-Kummissjoni (SEC(2007)1484),
– wara li kkunsidra l-programm ta' xogħol dettaljat dwar il-follow-up tal-għanijiet tas-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ fl-Ewropa(1) u kif ukoll għar-rapporti konġunti temporanji fuq il-progress lejn l-implimentazzjoni tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta" Novembru 2007 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ bħala l-forza ewlenija tal-Istrateġija ta" Liżbona(2),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja(3),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta" Novembru 2007 dwar kompetenzi ġodda għal impjiegi ġodda(4),
– wara li kkunsidra d-Dokument ta" Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tat-28 ta" Awwissu 2007 intitolat "Lejn politika bbażata iktar fuq l-għarfien u l-prattika fl-edukazzjoni u t-taħriġ", SEC(2007)1098,
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta" April 2008 dwar l-istabbiliment ta" Qafas Ewropew għall-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja(5),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/143/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta" Frar 2006 dwar il-kooperazzjoni Ewropea ulterjuri fl-assigurazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla(6),
– wara li kkunsidra l-Karta Ewropea ta" Kwalità favur il-Mobbiltà(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-irwol tal-isport fl-edukazzjoni(8),
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2008 dwar it-tagħlim tal-adulti: "Qatt m'hu tard wisq biex titgħallem"(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta" Settembru 2008 dwar il-Proċess ta" Bolonja u l-mobilità tal-istudenti(11),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta" Settembru 2008 dwar it-titjib tal-kwalità tat-taħriġ tal-għalliema(12),
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-13-14 ta' Marzu 2008,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat tad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0455/2008),
A. billi sal-2010, l-Unjoni Ewropea qed tfittex li ssir il-mexxejja dinjija tal-kwalità tal-edukazzjoni u tas-sistemi ta" taħriġ, liema sistemi għandhom ikunu kruċjali għall-progress ulterjuri tal-Proċess ta" Liżbona,
B. billi sar progress fiż-żieda tal-awtonomija u tar-responsabilizzazzjoni tal-universitajiet u billi hemm bżonn li jissaħħaħ l-appoġġ offrut lilhom f'dan il-proċess,
C. billi s-sistemi edukattivi u ta' taħriġ għandhom jipprovdu opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel,
D. billi l-inkorporazzjoni tad-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-politiki tal-edukazzjoni u tat-taħriġ hija kruċjali għas-suċċess tal-Istrateġija tal-Liżbona, objettiv li bih wieħed jittakilja l-inugwaljanzi bejn in-nisa u l-irġiel fis-swieq tax-xogħol Ewropej, inter alia, billi tintlaħaq rata ta" 60% ta" impieg fost in-nisa sal-2010,
E. billi l-Istati Membri għandhom, billi jaħdmu flimkien u jiskambjaw prattika tajba, jimxu lejn riforma tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ nazzjonali tagħhom,
F. billi strateġiji ta" tagħlim tul il-ħajja koerenti u komprensivi miftiehma mill-Parlament u mill-Kunsill għandhom jiġu implimentati b'mod konsistenti sabiex jinkisbu l-objettivi tal-istrategija ta' Liżbona u sabiex jissaħħaħ it-trianglu tal-għarfien,
G. billi l-Ewropa teħtieġ livell ogħla ta' kompetenzi u billi l-kreattività u l-innovazzjoni għandhom ikunu promossi fl-istadji kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ,
H. billi għandu jittieħed kont ta ta" kompetenzi futuri neċessarji fl-oqsma tal-ambjent u s-soċjetà, pereżempju billi t-tibdil tal-klima u kwistjonijiet ambjentali oħrajn isiru suġġetti interdixxiplinarji fil-forom kollha tat-tagħlim,
I. billi l-kurrikula għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp personali tal-istudenti billi jinkludu t-tagħlim tad-drittijiet tal-bniedem u l-valuri Ewropej,
J. billi l-kwalità u l-effettività tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-aċċessibilità tagħhom għaċ-ċittadini, għandhom ikunu kkunsidrati bħala objettivi ewlenin tal-politika fuq livell Ewropew,
K. billi l-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom dejjem jikkunsidraw il-possibilitajiet, il-karatteristiċi u l-bżonnijiet reġjonali u lokali,
1. Jilqa" b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta" Novembru 2007 msemmija hawn fuq u d-dettalji li tagħti dwar it-titjib;
2. Jinnota li azzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tkun konsistentement appoġġjata minn miżuri komplimentari ta" natura soċjoekonomika biex jitjieb l-istandard tal-għajxien ġenerali taċ-ċittadini Ewropej;
3. Jenfasizza l-bżonn li jiġu integrati l-migranti u l-minoranzi (speċjalment ir-Roma) u li ssir ħidma dwar l-inklużjoni ta' gruppi bi bżonnijiet speċjali (speċjalment in-nisa, il-persuni b'diżabilità u l-anzjani) fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha tal-edukazzjoni; jikkunsidra li appoġġ addizzjonali għandu jkun provdut lill-migranti, filwaqt li minoranzi etniċi u r-Roma għandhom jiġu megħjuna minn persunal imħarreġ li jifforma parti mill-istess minoranza jew li għall-inqas jitkellmu l-lingwa omm tagħhom;
4. Jenfasizza l-importanza tal-isport fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-bżonn li l-isport jingħata kunsiderazzjoni importanti, pereżempju billi jissaħħaħ l-għoti tal-edukazzjoni fiżika u l-isport fil-forom kollha tal-edukazzjoni mill-iskejjel qabel il-primarja sal-università, u jitlob li jkun hemm mill-inqas tliet perjodi ta" tagħlim fil-ġimgħajiġu ddedikati lill-isport fil-kurrikulum u biex ikun hemm appoġġ disponibbli għall-iskejjel biex imorru lil hinn minn dan il-minimu preskritt fejn possibbli;
5. Jenfasizza l-irwol kruċjali tal-familji u tal-ambjent soċjali f'kull aspett tal-edukazzjoni u t-taħriġ;
6. Jinnota li l-edukazzjoni hija essenzjali għall-iżvilupp soċjali u personali kemm tan-nisa u kemm tal-irġiel; għalhekk jenfasizza l-importanza li jissaħħu l-edukazzjoni u taħriġ bħala aspett fundamentali tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;
7. Jiddepplora l-fatt li s-sistemi tal-edukazzjoni jiskoraġġixxu lin-nisa milli jidħlu f'oqsma tal-impjieg u tat-taħriġ vokazzjonali li tradizzjonalment huma dominati mill-irġiel, imma jilqa' b'sodisfazzjon miżuri li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex iniedu programmi bl-għan li jagħtu lin-nisa l-aktar gwida professjonali diversifikata possibbli u għajnuna sussegwenti fis-suq tal-impjiegi;
8. Jenfasizza li l-inugwaljanza eżistenti ta" opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward ta" tagħlim ta" kwalità għolja tul il-ħajja huma aktar qawwija fir-reġjuni li huma ġżejjer u fir-reġjuni li huma ġeografikament u soċjalment żvantaġġati; għalhekk jappella għal aktar promozzjoni ta" inizjattivi edukattivi fil-qafas tal-politika reġjonali;
9. Jinnota r-rappreżentanza kronika baxxa tan-nisa f'ċerti oqsma ta' studju, fil-livelli kollha, kif ukoll fis-settur tar-riċerka; għalhekk jinkoraġġixxi azzjonijiet prattiċi u pożittivi sabiex titjieb is-sitwazzjoni;
10. Josserva li studenti li kellhom l-istudji tagħhom interrotti, b'mod partikulari l-ommijiet żgħażagħ, jistgħu jkunu diskriminati u jitlob għall-addozzjoni ta' approċċi iktar flessibbli sabiex jiġi faċilitat t-tkomplija ta l-istudji jew tat-taħriġ wara t-twelid ta" tarbija u biex tiġi faċilitata l-konċiljazzjoni tal-istudji mal-ħajja professjonali u tal-familja;
11. Josserva li l-kwalità tal-kurrikula u t-tagħlim għandhom jitjiebu f'kull aspett, li s-sigurtà soċjali tal-għalliema għandha titjieb, u li għandha tingħata iktar attenzjoni għat-taħriġ kontinwu u għall-mobilità tagħhom;
12. Jenfasizza l-fatt li l-litteriżmu tal-media u l-għarfien dwar l-ICT għandhom jiġu promossi bil-qawwa u jirrakkomanda kemm li l-edukazzjoni dwar il-media għandha tifforma parti integrali mill-kurrikulum fil-livelli kollha tal-iskola kif ukoll li għandhom jiġu offruti korsijiet ta' tagħlim dwar il-media għall-għalliema u għall-anzjani;
13. Jiġbed l-attenzjoni li t-tranżizzjoni bejn sistemi edukattivi u ta" taħriġ differenti u bejn tagħlim formali, mhux formali u informali għandu jkun iffaċilitat;
14. Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jikkontrolla l-implimentazzjoni prattika ta' edukazzjoni Ewropea u l-politiki ta' tagħlim minn kull Stat Membru; jikkunsidra li gvernijiet nazzjonali għandhom jistabbilixxu objettivi nazzjonali f'dan il-qasam b'mod trasparenti u għandhom jintroduċu leġiżlazzjoni xierqa u miżuri relevanti li jassiguraw il-kisba ta" standards Ewropej, u, b'mod partikulari, li jiżguraw li l-għodod adottati fil-livell tal-UE, bħar-rakkomandazzjoni msemmija hawn fuq dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, il-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki u l-Europass(13), jiġu implimentati;
Edukazzjoni ta" qabel il-primarja
15. Jenfasizza l-bżonn ta" żieda fir-riżorsi għat-titjib tal-materjal u tal-kundizzjonijiet tal-ispazju u biex it-taħriġ kontinwu għall-persunal itella" l-kwalità tal-edukazzjoni ta" qabel il-primarja u jiġu provduti aktar riżorsi għal investiment; l-aċċess universali għal edukazzjoni qabel il-primarja ta" kwalità għolja huwa mod effettiv biex jinfetaħ l-aċċess għat-tagħlim matul il-ħajja għat-tfal kollha, imma b'mod partikulari għal tfal li ġejjin minn ambjenti deprivati u minn minoranzi etniċi;
16. Jinsisti fuq l-importanza tal-kompetenzi bażiċi tal-iżvilupp tat-tfal, li jitgħallmu l-lingwa omm tagħhom jew il-lingwa tal-pajjiż ta' residenza tagħhom u li jitgħallmu jaqraw u jiktbu kmieni kemm jista" jkun;
17. Jemmen li t-tagħlim tat-tieni lingwa għandu jibda kmieni kemm jista" jkun, imma l-kuntatt ta" tfal żgħar mal-lingwi għandu jkun organizzat permezz tal-logħob u mingħajr pressjoni;
18. Jistieden lill-Istati Membri kollha biex jagħmlu l-edukazzjoni qabel il-primarja obbligatorja;
Edukazzjoni primarja u sekondarja
19. Jenfasizza l-bżonn li tingħata attenzjoni speċjali lill-individwi li fi stadju iktar tard jista" jkun li jaqtgħu qalbhom mill-edukazzjoni; jemmen li għandhom ikunu adottati programmi speċjali u miżuri biex tonqos ir-rata tal-ħruġ bikri mill-iskola u li, f'każijiet fejn il-ħruġ bikri mill-iskola ma jistax ikun evitat u jkompli jseħħ, l-individwi kkonċernati għandhom ikunu appoġġjati u jingħataw opportunitajiet biex jiġu integrati mill-ġdid fis-soċjetà u jiġu offruti forom xierqa ta" edukazzjoni;
20. Jenfasizza li l-edukazzjoni primarja u sekondarja għandha trawwem lit-tfal biex jaħsbu b'mod awtonomu, kreattiv u innovattiv u tagħmilhom ċittadini li jikkritikaw il-media uli kapaċi jaħsbu għal-rashom;
21. Jisħaq fuq l-importanza tal-kurrikula tal-iskejjel ta' kull Stat Membru li għandhom jinkludu korsijiet immirati biex jippromwovu u jiżviluppaw l-ispirtu ta" kreattività u innovazzjoni fit-tfal;
22. Jikkunsidra li l-kurrikula u l-kontenut tagħhom għandhom jiġu kontinwament aġġornati biex jibqgħu relevanti, billi jitjieb l-irwol importanti tal-kompetenzi intraprenditorjali u tal-volontarjat sabiex ikun appoġġjat l-iżvilupp personali, u jisħaq li l-Istati Membri kollha għandhom jagħtu importanza ikbar lit-taħriġ tal-għalliema u jipprovdu iktar riżorsi għal dan jekk dawn għandhom jagħmlu progress sinifikanti fil-ksib tal-objettivi tal-Istrateġija ta" Liżbona fil-"Programm ta" Ħidma dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ fl-2010" u jippromwovu l-tagħlim tul il-ħajja fl-Unjoni Ewropea;
23. Jinsab konvint li t-tfal għandhom jitgħallmu t-tieni lingwa barranija kmieni kemm jista" jkun;
24. Iħeġġeġ bil-qawwa li l-lingwi barranin għandhom jiġu mgħallma minn età bikrija u li t-tagħlim tal-lingwi barranin għandu jiddaħħal fil-kurrikula kollha tal-iskola primarja; jisħaq li, jekk din il-mira tintlaħaq, għandhom jingħataw riżorsi suffiċjenti biex jitqabbdu u jitħarrġu għalliema tal-lingwi barranin;
25. Jikkunsidra li l-iżvilupp tat-talenti personali, tal-kapaċitajiet speċifiċi u tal-abilitajiet naturali tal-istudenti għandu jkun għan ewlieni f'dan l-istadju tal-edukazzjoni; jinnota li dawn il-kapaċitajiet jistgħu jipprovdu l-bażi tax-xogħol u l-impjieg iktar tard;
26. Jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni speċjali għal dawk l-istudenti li ma kisbux jew li mhux qed jiksbu kompetenzi bażiċi, kif ukoll għal studenti li għandhom talenti eċċezzjonali sabiex dawn ikunu jistgħu jimmassimizzaw l-iżvilupp tal-abilitajiet u t-talenti tagħhom li huma "l fuq mill-medja;
27. Jirrakkomanda li l-Istati Membri jtejbu b'mod sostanzjali il-kwalità tal-kwalifiki akkademiċi u professjonali tal-għalliema, tat-taħriġ tagħhom u tat-tagħlim tul il-ħajja;
28. Jappoġġja bil-qawwi l-promozzjoni ta" żvilupp professjonali kontinwu u koerenti għall-għalliema matul il-karriera tagħhom; hu tal-fehma li l-għalliema kollha għandu jkollhom opportunitajiet regolari biex itejbu u jaġġornaw il-kompetenzi u l-kwalifiki tagħhom, kif ukoll l-għarfien pedagoġiku tagħhom;
29. Jipproponi li jiġu introdotti fil-kurrikula malajr kemm jista" jkun programmi ta' ċittadinanza Ewropea li jedukaw il-ġenerezzjoni l-ġdida fl-ispirtu tal-valuri tal-Unjoni f'oqsma bħad-drittijiet tal-bniedem, il-multikulturaliżmu, it-tolleranza, l-ambjent u l-bidla fil-klima;
Edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET)
30. Jiġbed l-attenzjoni li għandha tissaħħaħ kemm il-kwalità kif ukoll l-attrazzjoni tal-VET;
31. Jiġbed l-attenzjoni li l-VET għandha tkun marbuta aħjar u integrata b'mod iktar koerenti fl-ekonomiji kemm Ewropej u kemm nazzjonali sabiex tfassal aħjar il-proċess edukattiv għas-suq tal-impjiegi;
32. Jinsisti li l-mobilità (mhux biss ġeografika iżda wkoll il-mobilità bejn VET u edukazzjoni ogħla) ta" studenti u għalliema tkun imsaħħa b'mod sinifikanti;
Edukazzjoni Ogħla
33. Jikkunsidra li l-kurrikula tal-università għandhom ikunu modernizzati sabiex jilħqu l-bżonnijiet soċjoekonomiċi kemm preżenti u kemm futuri;
34. Jirrakkomanda li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla bħala prijorità għandhom jiżviluppaw programmi interdixxiplinari dwar il-fruntieri bejn ix-xjenzi sabiex jitħarrġu speċjalisti li jkunu kapaċi jsolvu l-problemi l-iktar kumplessi li qed tiffaċċja d-dinja llum;
35. Jenfasizza li l-interess tal-istudenti u tat-tfal tal-iskola fi programmi ta" studju u kontenut li jittrattaw it-teknoloġija, ix-xjenzi naturali u l-ħarsien tal-ambjent għandu jiżdied;
36. Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu sħubijiet b'mod effettiv bejn universitajiet u negozji u, minbarra dan, bejn universitajiet u partijiet oħra interessati nazzjonali, reġjonali u lokali;
37. Jiġbed l-attenzjoni li għandha tissaħħaħ b'mod sinifikanti l-koperazzjoni bejn istituzzjonijiet ta" edukazzjoni ogħla Ewropej u li barra minn hekk, il-kwalifiki għandhom ikunu trasferibbli bl-iktar mod faċli possibbli;
38. Jiġbed l-attenzjoni għal-fatt li l-għalliema u l-lecturers fil-livelli għoljin tal-edukazzjoni jeħtieġu li jiġu aġġornati b'mod kontinwu bħall-programmi wżati, il-kontenut u l-metodi ta' ħidma;
39. Jissuġġerixxi li l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija jkun marbut mal-proċess ta" Bolonja u għandu jkun ikkunsidrat fil-kuntest tal-qafas tar-riforma tal-edukazzjoni ogħla Ewropea;
40. Jirrakkomanda bil-qawwa li l-Istati Membri jtejbu l-mobilità tal-istudenti u l-għalliema, inkluża l-mobilità bejn pajjiżi, programmi u dixxiplini; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza li tiġi implimentata l-Karta Ewropea ta" Kwalità għall-Mobilità mssemmija hawn fuq sabiex tinħoloq zona Ewropea ġenwina għall-edukazzjoni u t-taħriġ matul il-ħajja u tiġi promossa l-kooperazzjoni ekonomika, soċjali u reġjonali;
Tagħlim Tul il-Ħajja
41. Jikkunsidra li min iħaddem għandu jkun konsistentement inkoraġġit jorganizza edukazzjoni u taħriġ għall-impjegati tiegħu, kif ukoll li jipprovdi inċentivi li jippermettu impjegati li għandhom ftit ħiliet biex jieħdu sehem fi programmi ta" tagħlim tul il-ħajja;
42. Jiġbed l-attenzjoni li għandhom ikunu kkunsidrati b'mod speċjali l-persuni mingħajr impjieg għal żmien twil li jinsabu f'sitwazzjonijiet soċjali żvantaġġati, il-persuni bi bżonnijiet speċjali, iż-żgħażagħ li kienu f'istituzzjonijiet ta" edukazzjoni mill-ġdid u l-persuni li ħarġu mill-ħabs;
43. Jisħaq li n-nisa b'mod partikulari għandhom jitħeġġu biex jieħdu sehem fit-taħriġ u f'taħriġ ulterjuri, u li għandhom jiġu provduti u promossi wkoll programmi speċjali li jippromwovu t-tagħlim matul il-ħajja għan-nisa f'dan il-kuntest;
44. Jenfasizza li ħaddiema li għandhom ftit ħiliet u ħaddiema ikbar fl-età għandhom ikunu partikolarment inkoraġġiti u għandhom jiġu provduti lilhom inċentivi biex jipparteċipaw fi programmi ta' tagħlim tul il-ħajja;
45. Jappella sabiex il-programmi tal-edukazzjoni għall-adulti u tat-tagħlim tul il-ħajja, jikkunsidrau b'mod partikolari dawk il-gruppi ta" nies li huma l-aktar żvantaġġati fis-suq tax-xogħol, partikolarment iż-żgħażagħ, in-nisa, speċjalment dawk li jinsabu f'sitwazzjonijiet rurali, u l-anzjani;
46. Jappella sabiex ikun ikkonsidrat il-fatt li t-taħriġ fil-kapaċitajiet ta" ġenituri għan-nisa u għall-irġiel huwa kruċjali għall-benesseri tan-nies, għall-ġlieda kontra l-faqar u għall-koeżjoni soċjali; f'dan l-isfond, jixtieq li l-programmi tat-tagħlim tul il-ħajja bi skop multiplu u t-taħriġ tat-trejners fil-kapaċitajiet ta" ġenituri jiġu stabbiliti fil-qafas għall-edukazzjoni u t-tagħlim;
47. Jenfasizza li l-għarfien u l-kwalifiki miksuba permezz tat-tagħlim tul il-ħajja għandhom ikunu ħafna usa" u rikonoxxuti b'mod faċli, u li għal dan il-għan l-implimentazzjoni tal-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki u tal-Europass msemmija hawn fuq bħala strumenti għall-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja għandha titjieb ukoll;
48. Jikkunsidra li għandhom ikunu provduti iktar fondi għall-miżuri biex tkun promossa l-mobilità kemm mill-awtoritajiet Ewropej kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali fl-istadji kollha tat-tagħlim tul il-ħajja;
49. Jitlob li l-vantaġġi tal-Karta Ewropea ta" Kwalità favur il-Mobbiltà msemmija hawn fuq jiġu rikonoxxuti u sfruttati u li dawn jitpoġġew fil-prattika mill-Istati Membri, u jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq reviżjoni tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri;
50. Jinsisti li, kemm jista' jkun possibbli, għandu jkun garantit ammont kbir ta' servizzi soċjali u ta' faċilitajiet ta' appoġġ (pereżempju servizzi għall-kura tat-tfal) għall-istudenti u l-ħaddiema bil-familji;
51. Jemmen li servizzi volontarji għandhom ikunu integrati u rikonoxxuti fl-implimentazzjoni tal-programm ta" ħidma Edukazzjoni u Taħriġ 2010;
52. Jinsab konvint li għandhom jissaħħu l-iskambji ta" opinjonijiet u tagħlim reċiproku fost gruppi ta" etajiet differenti;
53. Jenfasizza li programmi ta" tagħlim tul il-ħajja għandhom jappoġġjaw l-imprenditorija, li tippermetti liċ-ċittadini jistabbilixxu SMEs u li jilħqu l-bżonnijiet kemm tas-soċjetà u tal-ekonomija;
54. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għandhom ikunu introdotti servizzi ta" gwida u informazzjoni dwar tagħlim tul il-ħajja għal studenti ta' kull età sabiex ikunu appoġġjati l-objettivi msemmija iktar "il fuq;
o o o
55. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
Deċiżjoni Nru. 2241/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar qafas Komunitarju waħdieni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi (Europass) _(ĠU L390, 31.12.2004, p.6)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (COM(2008)0009 – C6-0039/2008 – 2008/0018(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0039/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel kif ukoll tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0441/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/48/KE.)
ANNESS
Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-monitoraġġ ta' aspetti ta' sikurezza (l-Artikolu 48)
Wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva riveduta dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli, il-Kummissjoni se ssegwi mill-qrib l-iżviluppi kollha marbuta mal-implimentazzjoni tagħha biex tivvaluta jekk tipprovdix livell adegwat ta" sikurezza fil-ġugarelli, speċjalment fir-rigward tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità kif stipulat fil-Kapitlu IV.
Id-Direttiva riveduta dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli tistipula l-obbligi tal-Istati Membri li jagħmlu rapport dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-ġugarelli, l-effettività tad-Direttiva u s-sorveljanza tas-suq imwettqa mill-Istati Membri.
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni se tkun ibbażata inter alia fuq ir-rapporti tal-Istati Membri li għandhom jiġu ppreżentati tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva b'enfasi partikolari fuq is-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni Ewropeja u l-konfini esterni tagħha.
Il-Kummissjoni terġa' tirrapporta lill-Parlament Ewropew mhux iktar tard minn sena wara li jkunu ġew ippreżentati r-rapporti tal-Istati Membri.
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rekwiżiti li jikkonċernaw ġugarelli li huma ddisinjati biex jagħmlu l-ħsejjes (l-Anness II. I. 10)
Il-Kummissjoni se tinkariga lis-CEN biex jistabbilixxi standard rivedut li jillimita l-valuri massimi kemm tal-ħoss ta' impuls kif ukoll tal-ħoss kontinwu li jagħmlu l-ġugarelli sabiex jiġu protetti b'mod adegwat it-tfal mir-riskju ta' problemi fis-smigħ. Dan hu bbażat fuq ir-rekwiżit essenzjali ġdid ta' sikurezza għal ġugarelli mfassla biex jagħmlu l-ħsejjes skont id-Direttiva dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli,
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-klassifikazzjoni ta' kotba
Meħuda inkonsiderazzjoni d-diffikultajiet marbuta mat-testijiet rilevanti meħtieġa fl-istandards armonizzati tal-ġugarelli EN 71:1 għall-kotba magħmula minn kartun u karti, il-Kummissjoni se tinkariga lis-CEN biex jistabbilixxi standard rivedut li jkopri l-ittestjar adegwat għall-kotba tat-tfal.
Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (COM(2008)0179 – C6-0163/2008 – 2008/0069(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0179),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 149(4) and 150(4) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0163/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0438/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni Nru 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew ta' Referenza għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, Rakkomandazzjoni 2009/C 155/01 tat-18 ta' Ġunju 2009.)
Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta' Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) (COM(2008)0180 – C6-0162/2008 – 2008/0070(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0180),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikoli 149(4) u 150(4) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0162/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0424/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni Nru 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, Rakkomandazzjoni 2009/C 155/02 tat-18 ta' Ġunju 2009.)
Sistemi ta" settlement ta" pagamenti u titoli u arranġamenti finanzjarji kollaterali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta" settlement fis-sistemi ta" settlement ta" pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu. (COM(2008)0213 – C6-0181/2008 – 2008/0082(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0213),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skond liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0181/2008),
– wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0480/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta" settlement fis-sistemi ta" settlement ta" pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/44/KE.)
Skemi ta' Garanzija għal Depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u d-dewma għall-ħlas ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar Skemi ta' Garanzija għal Depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u d-dewma għall-ħlas (COM(2008)0661 – C6-0361/2008 – 2008/0199(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0661),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 47(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0361/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0494/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar Skemi ta' Garanzija għal Depożiti fir-rigward tal-livell ta' kopertura u taż-żmien għar-rimbors
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/14/KE.)
Ċerti rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji ta' daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji ta' daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati (COM(2008)0195 – C6-0173/2008 – 2008/0084(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2008)0195),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 44(1) tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0173/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0462/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-proposta tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar ċerti rekwiżiti ta' żvelar għal kumpaniji ta' daqs medju u l-obbligu tal-preparazzjoni tal-kontijiet konsolidati
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/49/KE.)
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali dwar leġiżlazzjoni aħjar(1),
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta" Kontra l-Frodi (OLAF) (COM(2006)0244) u l-pożizzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2008(2) dwar dik il-proposta,
– wara li kkunsidra l-Mistoqsija Orali tiegħu lill-Kunsill dwar l-approċċ tal-Kunsill għar-reviżjoni tar-Regolament tal-OLAF (O-0116/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura,
A. billi, għaxar snin wara li ġie stabbilit bħala uffiċċju li jiffunzjona biex iħares l-interessi finanzjarji tal-Komunità fl-1999, l-OLAF kiseb esperjenza siewja fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni,
B. billi l-qafas regolatorju tal-OLAF għandu jittejjeb fuq il-bażi tal-esperjenza fl-operat miksuba minnu,
C. billi ż-żewġ fergħat tal-awtorità leġiżlattiva tal-UE għandhom jikkoperaw mill-qrib skont il-proċedura tal-kodeċiżjoni sabiex il-qafas regolatorju jiġi adattat għall-ħtiġijiet attwali fil-ġlieda kontra l-frodi,
D. billi kkonkluda l-ewwel qari dwar l-emenda tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 (Ir-Regolament tal-OLAF) b'maġġoranza kbira fl-20 ta' Novembru 2008,
1. Iqis li hemm ħtieġa urġenti li l-qafas regolatorju tal-OLAF jiġi kjarifikat sabiex tkompli titjieb l-effiċjenza fl-istħarriġ kontra l-frodi u sabiex tiġi garantita l-indipendenza neċessarja tal-OLAF, filwaqt li jitqiesu l-esperjenzi miksuba minn meta twaqqaf l-OLAF biex jieħu post l-UCLAF fl-1999;
2. Ifakkar lill-Kunsill li l-pożizzjoni msemmija hawn fuq tal-Parlament tal-20 ta' Novembru 2008 se twassal għal titjib konsiderevoli fl-effiċjenza u l-kwalità tal-istħarriġ tal-OLAF permezz tat-tisħiħ tal-garanziji proċedurali, l-irwol tal-Kumitat ta' Sorveljanza, il-preżunzjoni tal-innoċenza, id-drittijiet tad-difiża ta' dawk li jkunu qegħdin jiġu mistħarrġa u d-drittijiet ta' dawk li jgħaddu xi informazzjoni, l-adozzjoni ta' regoli tal-istħarriġ li jkunu ċari u trasparenti, u t-titjib tal-koperazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti nazzjonali u mal-istituzzjonijiet tal-UE;
3. Iħeġġeġ lill-Presidenzi Franċiżi u Ċeki biex iressqu kalendarju għan-negozjati mal-Parlament imsejjes fuq ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, sabiex jiġi kkonfermat li qegħdin jagħmlu l-isforzi kollha possibbli biex tinkiseb l-adozzjoni fil-pront ta' pożizzjoni komuni mill-Kunsill u biex jiġi evitat li jkun hemm iktar dewmien mingħajr raġuni;
4. Iqis li l-pożizzjoni tal-Kunsill għall-konsolidament sempliċi tat-tliet bażijiet legali eżistenti tal-istħarriġ tal-OLAF mhuwiex argument validu sabiex in-negozjati dwar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 ma jiftħux minnufih, billi l-konsolidament sempliċi ma jtejjibx il-qafas legali tal-istħarriġ tal-OLAF kontra l-frodi u għalhekk dan ikun telf ta' żmien konsiderevoli fl-isforzi biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi; jagħżel għalhekk li ssir riformulazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE kontra l-frodi, fosthom tar-Regolamenti (KE) Nri 1073/1999, (Euratom,EC) 2185/96 u (KE,Euratom) 2988/95, li għandhom ikunu bbażati fuq ir-Regolament rivedut (KE) Nru 1073/1999;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-kumitati rilevanti tal-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll lill-entitajiet ta' verifika nazzjonali tal-Istati Membri.
L-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Aġenzija FRONTEX u tas-Sistema Ewropea għas-Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR)
322k
87k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur tal-Aġenzija FRONTEX u tas-Sistema Ewropea għas-Sorveljanza tal-Fruntieri EUROSUR (2008/2157(INI))
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2008 bl-isem "Rapport dwar l-evalwazzjoni u l-iżvilupp futur ta' l-Aġenzija FRONTEX" (COM(2008)0067),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2008 bl-isem "Eżaminazzjoni dwar il-ħolqien ta' Sistema Ewropea ta" Sorveljanza għall-Fruntieri (EUROSUR)" (COM(2008)0068),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2008 bl-isem "It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea" (COM(2008)0069),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta" Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea(1),
– wara li kkunsidra l-Patt Ewropew dwar l-immigrazzjoni u l-ażil, miftiehem bejn is-27 Stat Membru f'Pariġi nhar is-7 ta' Lulju 2008 u approvat matul il-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Ottubru 2008,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta' Diċembru 2005 dwar "Approċċ Globali għall-Migrazzjoni: il-prijoritajiet tal-azzjoni ċċentrati fuq l-Afrika u l-Mediterran", ippubblikati fil-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2006,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta" Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta" Timijiet ta" Intervent Rapidu fil-Fruntieri(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta" Settembru 2007 dwar il-prijoritajiet tal-politika fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi(3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0437/2008),
A. billi l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u, b'mod speċifiku, l-ġestjoni integrata tal-fruntieri kollha tal-UE għandhom iseħħu fil-qafas ta" approċċ globali u armonizzat tal-fenomeni migratorji, inklużi wkoll l-organizzazzjoni tal-immigrazzjoni legali, l-integrazzjoni tal-immigranti legali u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi ta" oriġini u ta" tranżitu,
B. billi l-isfida tal-immigrazzjoni illegali hija sfida Ewropea komuni u għalhekk teħtieġ li tiġi implimentata politika Ewropea komuni fil-materja,
C. billi dawn il-fenomeni migratorji se jdumu sakemm idumu d-differenzi fl-iżvilupp bejn id-diversi reġjuni tad-dinja, u f'dan ir-rigward jaqbel li l-ġestjoni tal-flussi migratorji tkun organizzata f'sinerġija mal-politiki ta" żvilupp u ta" kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi,
D. iwissi li l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (FRONTEX) mhijiex soluzzjoni għall-problemi kollha kkawżati mill-migrazzjoni irregolari,
E. billi s-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-Unjoni hija element dinamiku fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, li għandha tkun akkumpanjata minn politiki ta' rinfurzar addizzjonali maħsuba biex jeradikaw tali immigrazzjoni fis-sors tagħha, b'mod partikulari permezz tal-adozzjoni tal-proposta tad-Direttiva li tipprovdi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (COM(2007)0249) u kontra n-netwerks ta" traffikanti li jagħmlu parti mill-kriminalità organizzata,
F. billi hemm rata għolja ta" mortalità marbuta mal-immigrazzjoni illegali u hemm bżonn li jsiru kampanji ta' informazzjoni, bil-kooperazzjoni tal-pajjiżi ta" l-oriġini u t-tranżitu, fuq ir-riskji u l-konsegwenzi fatali ta" din it-tip ta" immigrazzjoni,
G. billi, anke jekk il-kontroll tal-fruntieri hu r-responsabilità ta" kull Stat Membru għall-parti tal-fruntiera li tkun tiegħu, il-pressjoni migratorja li hemm fil-fruntieri tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea titlob li jiġi żviluppat u organizzat spirtu ta" responsabilità kondiviża u ta" solidarjetà obbligatorja bejn l-Istati Membri, b'tali mod li jkun iffaċilitat li r-riżorsi materjali u umani li jistgħu jiġu mobilizzati jitpoġġew għad-dispożizzjoni komuni fil-ġlieda kontra dan il-fenomenu,
H. billi l-għan għal żmien fit-tul ta" dawn l-istrumenti (il-FRONTEX, l-EUROSUR, is-Sistema Elettronika tal-Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar (ESTA), is-sistema ta" dħul u ħruġ jew il-Fast Track) huwa t-twaqqif gradwali ta" sistema integrata tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-fruntieri,
I. billi l-ewwel riżultati kwantifikabbli tal-Aġenzija FRONTEX mit-tnedija operattiva tagħha f'Ottubru 2005 huma disponibbli, u billi hemm ħtieġa li tkun definita strateġija għal żmien medju u fit-tul, li saret essenzjali f'dan l-istadju tal-iżvilupp tagħha,
J. billi l-FRONTEX hija korp Komunitarju tal-ewwel pilastru suġġetta għal prinċipji ta' skrutinju demokratiku sħiħ u tat-trasparenza u li, għalhekk, għandha l-obbligu li tħares u tippromwovi l-valuri fundamentali tal-Unjoni,
K. billi l-operazzjonijiet ta" koordinazzjoni mmexxija mill-FRONTEX fil-qasam tal-informazzjoni huma bbażati fuq l-analiżi tar-riskji u l-evalwazzjonijiet tat-theddid marbuta bir-regola tal-kunfidenzjalità,
L. billi l-istrateġija ta' żvilupp tal-FRONTEX għandha sservi ta' opportunità biex tittestja l-vijabilità tal-prinċipju ta" "solidarjetà obbligatorja" bejn l-Istati Membri (prinċipju msemmi fir-Regolament (KE) Nru 863/2007 li jikkoordina l-kapaċitajiet ta" reazzjoni rapida tal-Unjoni f'każijiet ta' urġenza) sabiex jintagħżel il-modus operandi rilevanti biex jiggarantixxi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni bla kundizzjonijiet ir-riżorsi materjali (imniżżla fir-repertorju ċentralizzat tat-tagħmir tekniku (CRATE - Centralised Records of Available Technical Equipment) u ta' riżorsi umani meħtieġa għall-azzjoni effikaċi tal-Aġenzija,
M. billi l-Parlament appoġġja b'mod konsistenti lill-Aġenzija u approva li jiżdied il-baġit tagħha b'mod sinifikanti sabiex tkun tista' tiddisponi minn riżorsi finanzjarji biex twettaq il-missjoni tagħha,
N. billi l-FRONTEX nediet missjonijiet 'il barra mill-kosta ta" Stati Membri tan-nofsinhar, li s-suċċess tagħhom varja skont il-livell ta" kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi li minnhom jitilqu l-immigranti; billi l-missjoni Hera, imnedija 'l barra mill-Gżejjer Kanarji, kienet ta" suċċess u wasslet għal tnaqqis sinifikanti fin-numru ta" wasliet, billi l-missjoni Nautilus, madankollu, imnedija fil-Mediterran ċentrali, ma kinitx effikaċi billi l-għadd ta" wasliet żdied flok naqas,
O. billi l-missjonijiet marittimi mwaqqfa fuq bażi permanenti jridu jagħmlu għassa kontinwa tal-immigrazzjoni fiż-żoni l-aktar diffiċli fir-reġjuni marittimi tan-nofsinhar,
P. billi kull azzjoni meħuda mill-FRONTEX għandha f'kull każ tibqa' konformi mal-istandards tal-liġi internazzjonali, b'mod partikulari dawk li japplikaw għal-liġi marittima u għad-drittijiet tal-bniedem, għad-dinjità tal-persuna umana u għar-refuġjati, b'mod partikulari għad-dritt tal-ażil u għall-prinċipju ta' non-refoulement,
Q. billi l-FRONTEX għandha tinkorpora fl-azzjonijiet kollha tagħha l-ħtieġa li jittieħdu l-prekawzjonijiet u l-mezzi neċessarji kollha rigward il-persuni l-iktar vulnerabbli, in-nisa, u b'mod partikulari n-nisa tqal, it-tfal, b'mod speċjali l-minorenni mhux akkumpanjati, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità jew maħkuma minn mard serju,
R. billi d-dimensjoni umanitarja tal-azzjoni tal-FRONTEX għandha tkun imsaħħa minn sigurtà ġuridika massima, kemm fil-qasam tal-operazzjonijiet ta" salvataġġ li jkollha twettaq kif ukoll f'dak tal-operazzjonijiet konġunti ta' ritorn li jkollha tieħu sehem fihom,
S. billi, fid-dawl tas-suċċess tagħhom, l-operazzjonijiet ta" taħriġ tal-istaff speċjalizzat involut fl-iffunzjonar tal-FRONTEX għandhom jitkomplew u, b'mod partikulari, għandhom jiġu estiżi għall-istaff tal-pajjiżi terzi li ta" kuljum jintalab jikkopera mal-FRONTEX sabiex jitħarreġ fl-operazzjonijiet ta' salvataġġ fuq il-baħar u l-irkupru ta' katavri fil-każ tal-għarqa ta' vapur,
T. billi l-kontrolli fuq il-fruntiera ma jiffokawx biss fuq il-qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera, iżda wkoll fuq aspetti oħra ta" kriminalità transkonfinali, bħat-traffikar tan-nies, it-traffikar tad-drogi jew il-kummerċ illegali tal-armi, u għalhekk jgħinu sabiex tiżdied is-sigurtà interna b'mod ġenerali,
U. billi l-azzjoni tal-FRONTEX ma tistax tkun effikaċi mingħajr politika ta" ġestjoni tal-fruntieri tal-UE li tinkorpora s-sistemi ġodda ta" kontroll tal-fruntieri tal-UE proposti, bħas-Sistema Elettronika tal-Awtorizzazzjoni tal-Ivvjaġġar (ESTA), is-sistema ta" reġistrazzjoni tad-dħul u l-ħruġ, jew il-fast tracking,
1. Jistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-isfida tal-migrazzjoni permezz ta" approċċ globali li javvanza bl-istess enerġija t-tisħiħ tal-kontrolli fil-fruntieri tal-Unjoni, il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni klandestina u r-ritorn tal-immigranti illegali f'pajjiżhom, u l-ġlieda kontra l-impjieg illegali u t-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll l-organizzazzjoni tal-immigrazzjoni legali u l-miżuri li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-immigranti legali, it-tisħiħ ta' sħubija globali mal-pajjiżi terzi li jiffavorixxu relazzjoni pożittiva bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp, u l-istabbiliment ta" politika konsistenti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE;
2. Jikkunsidra lill-FRONTEX bħala strument essenzjali fl-istrateġija globali tal-Unjoni dwar l-immigrazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti biex tirrevedi l-mandat tal-Aġenzija sabiex issaħħaħ l-irwol tagħha u tagħmlu iktar effikaċi;
3. Jisħaq fuq l-importanza tal-għarfien li hu assolutament neċessarju li l-FRONTEX tkun tista' tistrieħ fuq id-disponibilità tar-riżorsi li joffrulha l-Istati Membri, b'mod partikulari permezz ta" CRATE, kemm għall-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet konġunti individwali kif ukoll għall-missjonijiet permanenti tagħha; jiddispjaċih li xi Stati Membri s'issa ma wrewx rieda biżżejjed biex jipprovdu l-assi neċessarji lill-FRONTEX u jistedinhom biex jagħmlu dan;
4. Jilqa" b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil mill-Kunsill Ewropew u t-tisħiħ tal-Aġenzija li dan jirrakkomanda;
5. Jenfasizza li l-FRONTEX għandha tintegra fil-kamp ta' azzjoni tagħha l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikulari fil-fruntieri esterni tal-Unjoni;
6. Jistieden għal dan il-għan lill-Istati Membri biex jifformalizzaw mill-iktar fis possibbli sistema ta" "solidarjetà obbligatorja u irrevokabbli", suġġetta għall-possibilità u l-bżonnijiet speċifiċi attwali ta" kull pajjiż li jipparteċipa, li tagħmilha possibbli għall-FRONTEX li, fit-tħejjija u fit-twettiq tal-missjonijiet tagħha, tneħħi l-inċertezza dwar il-kobor tar-riżorsi li tista" torbot fuqhom fi żmien reali;
7. Jitlob li tiġi stabbilita għassa ta' sorveljanza konġunta operattiva li tkun permanenti u kontinwa matul is-sena kollha fiż-żoni kollha ta' riskju serju, b'mod partikulari fil-fruntieri tal-baħar fejn hemm riskju serju ta' telf ta' ħajja, billi d-dritt tal-ħajja huwa l-ewwel dritt fundamentali invjolabbli;
8. Jenfasizza l-importanza li l-liġi tal-UE tkun armonizzata mal-liġi internazzjonali applikabbli f'dan il-qasam, sabiex l-Unjoni tkun tista" tikkontribwixxi b'mod effikaċi għall-isforzi meħtieġa sabiex tgħin lir-refuġjati li jkollhom bżonn l-għajnuna;
9. Jistieden lill-Istati Membri biex jimpenjaw ruħhom, mill-iktar fis possibbli, biex jagħtu ħarsa konkreta lejn dan il-prinċipju ta" solidarjetà, billi b'mod partikulari jżidu r-riżorsi materjali li dawn ipoġġu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija, b'mod speċjali r-riżorsi tal-baħar, u billi jiżgurawha fil-prattika mid-disponibilità assoluta tagħhom fil-waqt;
10. Jistieden lill-FRONTEX biex tgħaddi rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih dettalji b'mod partikulari dwar l-użu effikaċi u d-disponibilità reali tal-materjal fid-database CRATE u biex, jekk ikun hemm bżonn, jisħqu fuq id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom u jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar liema Stati Membri jkunu qegħdin jipprovdu r-riżorsi u liema mhumiex;
11. Jistieden lill-Istati Membri, fil-każ li ma jkunx hemm riżorsi biżżejjed disponibbli, biex jipprevedu malajr it-tibdil sostanzjali fl-iskala tal-baġit tal-FRONTEX u possibbilment jeżaminaw l-aspetti legali tal-kiri u/jew tal-akkwist ta" materjali fil-futur għat-twettiq tal-missjonijiet tagħha;
12. Ifakkar li l-Parlament, bħala l-awtorità baġitarja, diġà żied il-baġit tal-FRONTEX mill-ħolqien tagħha u se jiżgura li dan il-baġit ikun implimentat b'mod korrett kif ukoll li jiġi adattat għall-evoluzzjoni tal-funzjonijiet tal-Aġenzija;
13. Jiddikjara li l-kooperazzjoni tal-UE ma" pajjiżi terzi għandu jkun ibbażat fuq obbligi internazzjonali li jikkonċernaw il-ħarsien ta" rifuġjati u dawk li jfittxu l-ażil u, b'mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus ta" Rifuġjati (1951);
14. Jilqa" b'sodisfazzjon l-isforzi kbar ta" kooperazzjoni mwettqa minn kważi l-pajjiżi terzi kollha li magħhom il-FRONTEX tintalab taħdem ta" kuljum, u li wasslu għal riżultati pożittivi ħafna bħal dawk miksuba fil-Gżejjer Kanarji; jiddispjaċih, madankollu, li kooperazzjoni dwar l-immigrazzjoni għadha nieqsa f'pajjiżi oħra, bħal fit-Turkija u fil-Libja;
15. Iħeġġeġ lill-Unjoni biex tinkludi, bħala parti min-negozjati tagħha ma" pajjiżi terzi, il-bżonn ta' kooperazzjoni ikbar minn pajjiżi terzi fil-qasam tal-immigrazzjoni u jistieden lil dawk li l-kooperazzjoni tagħhom mhix biżżejjed - jew inkella hija ineżistenti - biex jagħmlu l-aħjar sforzi tagħhom biex jiffaċilitaw il-ħidma tal-FRONTEX, b'mod partikulari billi jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni iktar effikaċi bejn is-servizzi tagħhom;
16. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jiksbu livell ogħla ta" kooperazzjoni minn pajjiżi terzi, b'mod partikulari fin-negozjati dwar il-ftehimiet ta" ammissjoni mill-ġdid; jikkunsidra li l-immigrazzjoni għandha tkun parti integrali min-negozjati ta" ftehimiet ma" pajjiżi terzi li jkunu pajjiżi tal-oriġini jew ta" tranżitu;
17. Jenfasizza l-bżonn li l-FRONTEX, f'koperazzjoni ma" pajjiżi terzi, tqis kif jixraq l-opinjonijiet ta" dawk l-Istati Membri li kellhom l-ikbar esperjenza f'dawk li huma l-isfidi maħluqa mill-immigrazzjoni illegali, fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi; iżid li l-parteċipazzjoni ta' pajjiż terz f'operazzjoni konġunta mmexxija mill-Istati Membri u kkoordinata mill-FRONTEX għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun qiegħda ssir l-operazzjoni;
18. 18 Jitlob li l-mandat tal-FRONTEX jinkludi b'mod espliċitu l-obbligu li jintlaħqu l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u d-dmir lejn dawk li jkunu qegħdin ifittxu l-ażil f'operazzjonijiet ta" salvataġg fil-baħar miftuħ, u jitlob biex il-kooperazzjoni mal-Kummissarju Għoli għar-Rifuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) u ma' NGOs rilevanti oħra tkun formalizzata f'dan il-mandat;
19. Hu mħasseb li ċittadini ta' pajjiżi terzi jista' ma jkollhomx mezzi adegwati biex jaraw jekk l-informazzjoni personali dwarhom miġbura mis-"sistema tas-sistemi" ppjanata mill-UE tkunx immaniġġjata skont il-prinċipji tal-liġi tal-protezzjoni tad-dejta li japplikaw fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkjarifika sa liema punt id-dejta personali se tkun disponibbli għall-amministrazzjonijiet ta' pajjiżi terzi;
20. Jitlob li l-kompetenzi tal-FRONTEX ikunu estiżi sabiex din l-aġenzija tiġi mħeġga tniedi proġetti u operazzjonijiet f'pajjiżi terzi, inter alia sabiex titjieb l-effikaċja tal-ftehimiet eżistenti u sabiex jiġu identifikati l-bżonnijiet għall-bini tal-kapaċitajiet fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri fil-pajjiżi terzi;
21. Jitlob lill-FRONTEX biex issaħħaħ u tagħti s-sehem importanti tagħha billi tappoġġja l-operazzjonijiet konġunti ta' ritorn, filwaqt li tqis it-tajjeb u l-ħażin ta' dawn il-proċeduri; jistieden lill-Istati Membri, fi spirtu ta' solidarjetà, biex jinvolvu lill- FRONTEX meta jippjanaw u jorganizzaw titjiriet konġunti ta' ritorn u biex jidentifikaw il-ħtieġa għal ritorn konġunt;
22. Jistieden lill-Istati Membri biex jippermettu li ssir reviżjoni tal-mandat tal-FRONTEX sabiex ineħħu l-vojt ġuridiku li jista" jxekkel l-azzjoni tagħha, billi jintegraw b'mod partikulari l-kundizzjonijiet ġuridiċi preċiżi tal-interventi ta" salvataġġ tagħha fuq il-baħar, kif ukoll dawk tal-kontribut tagħha għall-operazzjonijiet ta" ritorn u l-possibilità ta" rikors għat-tagħmir tagħha minn pajjiżi terzi, b'mod partikulari permezz tal-proġetti pilota li minnhom ikunu jistgħu jibbenefikaw;
23. Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa bir-reqqa l-attivitajiet tal-FRONTEX fir-rigward tal-impatt tagħhom fuq il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, inkluż 'ir-responsabbiltà tal-protezzjoni';
24. Jitlob li l-istaff tal-FRONTEX jitħarreġ fit-tipi differenti ta' kwistjonijiet li jidħlu fil-qafas tal-ħidma tagħha;
25. Iqis li l-kompiti kif imwessgħa tal-FRONTEX u l-kontribut tagħha fil-ġlieda ta' kuljum kontra l-immigrazzjoni illegali jistgħu jiġġustifikaw żvilupp strutturali tal-kapaċitajiet loġistiċi u amministrattivi tagħha, filwaqt li jkun osservat il-prinċipju ta' proporzjonalità;
26. Iqis, b'mod partikulari, li jekk ir-ritmu u r-riżorsi implimentati jkunu għadhom ma jiġġustifikawx il-multiplikazzjoni tal-aġenziji deċentralizzati, jista" jiġi previst mil-lum il-ħolqien ta" żewġ fergħat differenti - waħda biex tikkoordina l-attività fuq il-fruntieri tal-art, u l-oħra l-operazzjonijet marittimi; ifakkar li, billi għall-ġejjieni r-rotot fuq l-art li jaqbdu l-migranti fuq il-fruntiera tal-lvant jirrappreżentaw sfida li kulma tmur qiegħda tikber, jaqbel li tingħatalhom attenzjoni doppja u li jiżdiedu r-riżorsi implimentati;
27. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-possibilità ta" sistema tal-UE għall-għassa tal-fruntieri;
28. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir it-taħriġ tal-istaff mobilizzat fl-operazzjonijiet tal-FRONTEX - b'mod partikulari fil-qasam tal-liġi marittima, tal-liġi tal-ażil u tad-drittijiet fundamentali - inkluż, malli l-mandat tagħha jitwessa', għall-istaff tal-pajjiżi terzi kkonċernati; jinkoraġġixxi għal dan il-għan lill-FRONTEX biex tikkopera ma" istituzzjonijiet oħra bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-UNHCR, il-korp tan-NU responsabbli mil-Liġi tal-Baħar, kif ukoll l-NGOs u għaqdiet oħra b'esperjenza u kapaċità f'dawn l-oqsma;
29. Jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza kampanji ta" informazzjoni dwar ir-riskji tal-immigrazzjoni klandestina, b'konformità mal-aħjar prattiki fl-Istati Membri;
30. Jilqa' b'sodisfazzjon id-dibattiti attwali fil-Kunsill bl-iskop li titwaqqaf is-sistema ta' sorveljanza tal-fruntieri EUROSUR, sabiex ikun żgurat li l-mezzi kollha ta' sorveljanza jiġu sfruttati bl-aħjar mod possibbli, essenzjalment billi tkun esitża l-kopertura attwali tagħhom li llum tapplika biss għal parti miż-żoni fejn l-operazzjonijiet jintalbu li jsiru;
31. Jinsisti, għalhekk, biex jibda bla dewmien l-adattament għat-talba tas-sistemi nazzjonali ta" sorveljanza u tal-interkonnessjoni tagħhom fin-netwerk, u biex - għal raġunijiet ta' koerenza - il-FRONTEX tingħata l-għodod kollha disponibbli, b'mod partikulari l-ġestjoni tan-netwerk ta" informazzjoni u ta' koordinazzjoni sikura mqabbad mal-Internet għas-servizzi tal-Istati Membri responsabbli mill-ġestjoni tal-flussi migratorji (ICONet)(4) u t-tnedija mill-ġdid tal-attivitajiet taċ-Ċentru għall-Informazzjoni, id-Diskussjoni u l-Iskambju dwar il-Qsim tal-Fruntieri u l-Immigrazzjoni (CIREFI) kif imsemmi fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 1994;
32. Jinsisti fuq il-bżonn li tiżdied il-kooperazzjoni tal-FRONTEX dwar l-analiżi tar-riskju mal-Europol u ma" aġenziji Ewropej oħra, kif ukoll ma" korpi internazzjonali oħra u awtoritajiet ta" kontroll tal-fruntieri ta" pajjiżi terzi, b'mod speċjali fil-kuntest tat-tkissir ta" netwerks internazzjonali tat-traffikanti u t-twettiq ta" ġustizzja fuq l-individwi involuti fit-traffikar tal-immigranti klandestini; jikkunsidra li jkun essenzjali wkoll li jiġi implimentat mekkaniżmu li jippermetti lill-FRONTEX li tgħaddi informazzjoni importanti lill-persuni li jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnha;
33. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-bżonnijiet konkreti tas-servizzi responsabbli mill-kontrolli tal-fruntieri jitqiesu b'mod speċifiku fl-attivitajiet ta' riċerka;
34. Iqis l-għan tal-ġestjoni integrata tassew tal-fruntieri tal-UE bħala leġittimu u jaqbel li huwa importanti li l-politika komuni tal-UE dwar il-ġestjoni tal-fruntieri tibqa' tiżviluppa u tissaħħaħ kontinwament; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li ssir valutazzjoni u evalwazzjoni tas-sistemi eżistenti u ta' dawk li qegħdin jitħejjew qabel ma wieħed jgħaddi għall-fażi li jmiss kif propost mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha imsemmija hawn fuq bl-isem "It-tħejjija tal-passi li jmiss fil-ġestjoni tal-fruntieri fl-Unjoni Ewropea"; jinsisti, barra minn hekk, fuq pjan ewlieni komprensiv li jfassal l-arkitettura sħiħa tal-istrateġija tal-UE dwar il-fruntieri, kif ukoll id-dettalji ta' kif il-programmi u l-iskemi kollha relatati għandhom jaħdmu flimkien u kif ir-relazzjoni bejn il-programmi relatati tista' tkompli titjieb;
35. Jistieden lill-FRONTEX biex tieħu l-inizjattiva u toħloq ambjent komuni ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sabiex jiġu ottimizzati l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta' din id-dejta delikata; jitlob lill-Forum Ewropew tar-Riċerka u l-Innovazzjoni fil-qasam tas-Sigurtà (ESRIF) biex jagħti l-kontribut tiegħu għat-twettiq ta" dan l-objettiv, billi fil-ħidmiet tiegħu jagħti preferenza lill-applikazzjonijiet komuni fil-qasam tal-ipperfezzjonar u tal-innovazzjoni tal-għodod ta" sorveljanza;
36. Jitlob li jissaħħaħ il-kontroll demokratiku tal-FRONTEX mill-Parlament, u jistieden lill-FRONTEX biex tinformah dwar in-negozjati biex jiġu konklużi l-ftehimiet iffirmati mal-pajjiżi terzi, biex tippreżenta evalwazzjonijiet tattiċi li jiffukaw fuq reġjuni partikulari fuq il-fruntieri, u biex tippubblika rapporti ta" evalwazzjoni dwar operazzjonijiet konġunti u missjonijiet koordinati oħra, analiżi tar-riskji, studji tal-fattibilità u statistika dwar ix-xejriet tal-migrazzjoni; jiġbed l-attenzjoni li s-superviżjoni demokratika tal-attivitajiet tal-FRONTEX, fost affarijiet oħra, issaħħaħ il-leġittimità tagħha; madankollu, l-informazzjoni ppubblikata f'dawk ir-rapporti m'għandhiex tinkludi dejta kunfidenzjali li tista" taffettwa l-operazzjonijiet li jkunu għaddejjin;
37. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkjarifika liema kwalità ta' għajnuna loġistika għas-sorveljanza tal-fruntieri hija intenzjonata għall-pajjiżi terzi li huma ġirien, kif imsemmi fit-tielet stadju tal-ewwel fażi tal-EUROSUR;
38. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni.
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp (OECD) tal-2007 bit-titolu "L'impatt ekonomiku tal-iffalsifikar u tal-piraterija",
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 ta" Novembru 2005 bit-titolu "Implimentar tal-programm tal-Komunità ta" Liżbona – politika moderna għal tkabbir ekonomiku u l-impjiegi tal-SME" (COM(2005)0551),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-4 ta" Ottubru 2006 bit-titolu "Ewropa Globali: kompetizzjoni dinjija – Kontribut lill-Istrateġija ta' l-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi" (COM(2006)0567),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta" April 2007 bit-titolu "Ewropa Globali: sħubija aktar b'saħħitha biex itejjeb l-aċċess għas-suq għall-esportaturi Ewropej" (COM(2007)0183),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tad-19 ta' Frar 2008 dwar l-Istrateġija ta' l-UE li tipprovdi l-aċċess għas-swieq għall-impriżi Ewropej(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-22 ta' Mejju 2007 dwar l-Ewropa Globali – aspetti esterni tal-kompetittività(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Ġunju 2008 dwar ir-regoli u l-proċeduri effettivi fir-rigward ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għas-servizz tal-politika kummerċjali(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi tranżatlantiċi UE-USA(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-Merkosur rigward il-konklużjoni tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali mal-Korea(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Mejju 2008 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali mal-pajjiżi tal-Asja tax-Xlokk (ASEAN)(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar il-prospettivi tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċina(8),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-24 ta" Ottubru 2006 bit-titolu "Ċina – UE: Msieħba aktar mill-qrib, tkabbir tar-responsabilitajiet" (COM(2006)0631) u d-dokument ta' ħidma li jakkumpanjaha, bit-titolu "Imsieħba aktar mill-qrib, Responsabbiltajiet Ikbar – dokument ta' politika dwar il-kummerċ u l-investiment bejn l-UE u ċ-Ċina: Kompetizzjoni u Sħubija" (COM(2006)0632),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 3286/94 tal-Kunsill, tat-22 ta' Diċembru 1994, li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji fis-settur tal-politika kummerċjali komuni sabiex jiġi ggarantit it-twettiq tad-drittijiet tal-Komunità skond ir-regoli internazzjonali tal-kummerċ, partikolarment dawk imwaqqfa taħt il-patroċinju ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ(9), (Regolament dwar l-ostakoli għall-kummerċ),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2008 bit-titolu "Strateġija għall-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Industrijali" (COM(2008)0465),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2001 bit-titolu "Programm ta' azzjoni: Azzjoni aċċellerata fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar' (COM(2001)0096),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-26 ta' Frar 2003 bit-titolu "Aġġornament tal-programm ta' azzjoni komunitarja - Azzjoni aċċellerata fil-ġlieda kontra l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi fil-kuntest tat-tnaqqis tal-faqar - kwistjonijiet ta' politika pendenti u sfidi futuri" (COM(2003)0093),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2004 bit-titolu "Qafas ta" Politika Koerenti Ewropea għal Azzjoni Esterna biex tingħeleb il-problema tal-HIV/AIDS, il-Malarja u t-Tuberkulosi" (COM(2004)0726),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 816/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 2006, dwar il-liċenzjar obbligatorju ta' privattivi relatati mal-manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi li għandhom problemi ta' saħħa pubblika(10),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 980/2005 tal-Kunsill, tas-27 ta' Ġunju 2005, dwar l-applikazzjoni ta' sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati(11) (Regolament GSP),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tad-19 ta' Mejju 2008 dwar l-attivitajiet doganali tal-komunita? fir-rigward tal-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali - Riżultati tal-Fruntiera Ewropea 2007,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat)(12),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-1 ta' April 2008 bit-titolu "Strateġija għall-evoluzzjoni tal-Unjoni Doganali" (COM(2008)0169),
– wara li kkunsidra l-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jiżguraw li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jkunu infurzati tas-26 ta' April 2006 (COM(2006)0168),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar l-erbgħin anniversarju tal-Unjoni Doganali(13),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 rigward l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali(14),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003 tat-22 ta' Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta' proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet(15),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0447/2008),
A. billi jeħtieġ li l-iffalsifikar ikun miġġieled b'mod effettiv sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda ta' Liżbona l-ġdida, kemm fir-rigward tal-aspetti interni tagħha u kemm dawk esterni kif stabbiliet il-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq tat-18 ta' April 2007,
B. billi l-Unjoni Ewropea hi t-tieni l-akbar importatur fid-dinja ta' oġġetti u servizzi, u li s-suq waħdieni tagħha, estremament miftuħ u trasparenti, joffri opportunitajiet enormi, imma jippreżenta wkoll riskji serji ta' invażjoni ta' prodotti ffalsifikati,
C. billi l-ekonomija tal-UE speċjalizzat fi prodotti ta' kwalità għolja, b'valur miżjud għoli, ħafna drabi protetti minn trademarks, privattivi u indikazzjonijiet ġeografiċi, li, min-natura tagħhom, huma l-aktar suxxettibbli li jkunu ffalsifikati,
D. billi l-każi ta' ksur serju tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) joħolqu barriera kummerċjali mhux tariffarja li tagħmel l-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi aktar diffiċli u jiswa ħafna, l-aktar għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) minħabba li għandhom mezzi u riżorsi limitati,
E. billi l-kompetittività Ewropea hi tradizzjonalment marbuta mal-kwalità tal-forza tax-xogħol, u sa ċertu punt, l-aktar għall-SMEs, mar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR),
F. billi l-IPRs, kif ukoll l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini, mhumiex dejjem protetti b'mod effettiv mill-imsieħba tan-negozju tal-Unjoni Ewropea,
G. billi jeżisti ammont kbir u li qed jiżdied ta' tipi ta' prodotti ffalsifikati, mhux aktar ristretti għal prodotti ta' lussu u ta' kwalità għolja imma jinkludi wkoll prodotti ta' użu komuni, bħal ġugarelli, mediċini, kosmetiċi u ikel,
H. billi stħarriġ reċenti mill-OECD kkalkula li l-kummerċ internazzjonali marbut ma' ksur tal-IPR ammonta għal EUR 150 biljun fl-2005, li miegħu għandu jiżdied il-valur ta' tranżazzjonijiet nazzjonali u ta' prodotti ffalsifikati u illegali li qed jitqassmu permezz tal-internet,
I. billi fl-2007 l-ammont ta' oġġetti li kienu jiksru l-IPRs sekwestrati mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Unjoni Ewropea żdied bi 17% meta mqabbel mas-sena preċedenti, b'żieda ta' 264% għall-kosmetiċi u prodotti tal-iġjene personali, ta' 98% għall-ġugarelli u ta' 51% għall-mediċinali,
J. billi l-fenomenu tal-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali iġib konsegwenzi allarmanti għall-ekonomija tal-Unjoni Ewropea u għas-sistema soċjo-ekonomika komunitarja kollha, inaqqas l-inċentivi għall-innovazzjoni, iżomm l-investiment barrani dirett, waqt li jelimina postijiet kwalifikati tax-xogħol mill-industrija u joħloq il-bażi għall-iżvilupp ta' sistema ekonomika illegali, parallela ma' dik legali, u kkontrollata mill-kriminalità organizzata,
K. billi r-rapport tal-2007 msemmi hawn fuq mill-OECD bit-titolu 'L-impatt ekonomiku tal-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali', kif ukoll ir-rapport li jmiss tal-Phase II mill-OECD dwar 'L-ikkuppjar illegali ta' kontenut diġitali', jenfasizzaw l-iskala globali, it-tkabbir mgħaġġel u l-impatt ekonomiku detrimentali tal-piraterija diġitali fuq id-detenturi tad-drittijiet,
L. billi l-iffalsifikar jagħmel ħsara gravi lill-ambjent, kemm minħabba l-insuffiċjenza tal-istandards ta' kwalità tal-merkanzija ffalsifikata u kemm minħabba l-ispejjeż għolja tar-rimi u tal-qerda tagħha,
M. billi l-aċċess għal proċeduri fil-ġlieda kontra oġġetti ffalsifikati hu kkumplikat, jiswa l-flus u jieħu ż-żmien, speċjalment għall-SMEs,
N. billi s-suq waħdieni jiggarantixxi lill-konsumaturi Ewropej il-possibilità li jagħżlu b'mod ħieles, trasparenti u sikur liema prodotti jixtru u billi l-prodott iffalsifikat, jekk ma jkunx ikkontrollat fil-ħin, jista' jaffettwa ħażin mhux biss il-prinċipju tal-fiduċja li fuqu sserraħ is-sistema kollha imma jista' wkoll jikkawża riskji serji għas-sikurezza, is-saħħa u, f'każi estremi, il-ħajja stess tal-konsumaturi, u għalhekk hu importanti li jkunu ggarantiti aħjar id-drittijiet tagħhom,
O. billi inizjattivi biex titqajjem kuxjenza fost il-konsumaturi dwar ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom u, b'mod ġenerali, dwar il-konsegwenzi ta' xiri ta' oġġetti ffalsifikati huma għodda effettiva fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar,
P. billi teħtieġ tittieħed azzjoni aktar stretta kontra min jiffalsifika prodotti li għandhom impatt dirett fuq is-saħħa pubblika,
Q. billi d-diverġenzi persistenti bejn il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, partikolarment fir-rigward tal-miżuri penali li għandhom l-għan li jiżguraw li dawk id-drittijiet ikunu rispettati, idgħajfu l-pożizzjoni tan-negozjar tal-Unjoni Ewropea u jistgħu jimminaw l-isforzi li saru s'issa biex ikun miġġieled b'mod aktar effettiv l-iffalsifikar f'livell internazzjonali,
R. billi l-proċedura simplifikata mniżżla fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 fi Stati Membri bħall-Portugal, il-Greċja, l-Ungerija, l-Olanda u l-Litwanja li jippermettu li jinqerdu kwantitajiet kbar ta' oġġetti ffalsifikati f'qasir żmien u bi spejjeż relattivament żgħar,
S. billi s-samit tal-G8 tal-2006 f'St Petersburg irrikonoxxa n-natura globali tal-problema tal-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali u saħaq dwar il-ħtieġa li titjieb il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-G8, pajjiżi terzi u l-istituzzjonijiet kompetenti internazzjonali,
T. billi s-samit sussegwenti tal-G8 f'Heilingendamm stabbilixxa Task Force dwar l-IPR biex tiġġieled l-iffalsifikar u l-piraterija bħala parti mill-"Proċess Heiligendamm"(16),
U. billi fl-2007 l-Unjoni Ewropea, il-Ġappun u l-Istati Uniti ħabbru l-bidu ta' negozjati dwar il-ftehima multilaterali ġdida maħsuba biex issaħħaħ l-applikazzjoni tal-IPRs u l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u tal-ikkuppjar illegali (Anti-Counterfeiting Trade Agreement - ACTA),
V. billi konklużjoni favorevoli tal-Ftehima ACTA se tagħmilha possibbli li jkunu stabbiliti standards komuni għall-ħarsien ċivili u amministrattiv, għal koperazzjoni interistituzzjonali msaħħa u koperazzjoni mas-settur privat, kif ukoll l-inkorporazzjoni ta' assistenza teknika, bil-għan li r-rispett għall-IPR isir aktar sempliċi kif ukoll iktar sikur u b'inqas spejjeż,
W. billi jeħtieġ issir distinzjoni bejn il-mediċini ġeneriċi, li għandu jkollhom inċentivi biex jiċċirkulaw u jkunu kkummerċjalizzati kemm fl-Unjoni Ewropea u kemm fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u mediċini ffalsifikati li, min-naħa huma perikolużi għas-saħħa pubblika u mill-oħra jwasslu biex ikun hemm telf ekonomiku sostanzjali għall-impriżi fis-settur u jistgħu jxekklu l-iżvilupp ta' skoperti ġodda, mingħajr benefiċċju għall-popolazzjonijiet tal-pajjiżi l-inqas żviluppati, billi, barra minn hekk, il-mediċini ffalsifikati huma biss parti mill-mediċini illegali,
X. billi, fir-rigward ta' prodotti li għandhom impatt dirett fuq is-saħħa pubblika, l-internet u netwerks ta' distribuzzjoni parallela tal-kummerċ għandhom kontribut kbir fit-tqassim ta' prodotti ffalsifikati li huma ta' ħsara għas-saħħa pubblika,
Y. billi l-Unjoni Ewropea qed tagħmel sforzi kontinwi biex tarmonizza l-miżuri ta' infurzar tal-IPR, l-aktar bi proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri kriminali bil-għan li jkun garantit l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tat-12 ta' Lulju 2005 (COM(2005)0276), u dan il-proċess m'għandux jitwarrab minn negozjati ta' kummerċ li huma barra mill-iskop tal-proċessi normali tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE,
Z. billi hu kruċjali wkoll li jkun żgurat li l-iżvilupp ta' miżuri tal-infurzar tal-IPR iseħħ b'mod li ma jfixkilx l-innovazzjoni jew il-kompetizzjoni, ma jdgħajjifx il-limitazzjonijiet u l-eċċezzjonijiet tal-IPR jew id-dejta personali , ma jirrestrinġix l-iskambju ħieles tal-informazzjoni, jew ma joħloqx piżijiet bla bżonn għall-kummerċ leġittimu,
AA. billi l-Unjoni Ewropea uriet l-impenn tagħha favur infurzar effettiv u bilanċjat tal-IPR bl-adozzjoni ta' ġabra ta' diretttivi f'dan il-qasam wara skrutinju dettaljat mill-Parlament u mill-Kunsill fuq numru ta' snin,
AB. billi hu fundamentalment importanti, meta wieħed jikkunsidra miżuri legali, li tiġi rikonoxxuta d-differenza sostanzjali bejn id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali u dik materjali, u għalhekk bejn il-ksur tad-drittijiet u s-serq,
AC. billi l-każi kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jagħmlu ħsara lill-kummerċ u lin-negozju, iżda billi l-każi ta' ksur fuq skala kummerċjali għandhom effetti addizzjonali u aktar mifruxa,
AD. billi, fil-każ ta" privattivi fuq prodotti farmaċewtiċi, filwaqt li l-ksur tal-privattivi jiġi trattat każ b'każ fuq il-bażi ta" argumenti sustantivi magħmula fi ħdan proċeduri ċivili għal raġunijiet ta" ksur ta" privattivi, il-ksur tad-drittijiet tal-awtur u ta" marki reġistrati jikkostitwixxi offiżi intenzjonati,
Il-qafas multilaterali
1. Iqis li s-sistema tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) għandha l-għan li tiżgura rikonoxximent aktar wiesa' tal-IPRs f'livell internazzjonali waqt li tipprovdi livell ta' standards li hemm qbil dwarhom permezz tal-Ftehima dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS), tad-djalogu bejn l-Istati Membri u istituzzjonijiet oħra bħall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Uffiċċji tad-Dwana (WCO), kif ukoll permezz ta' mekkaniżmu ta' prevenzjoni u ta' soluzjoni ta' tilwim;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinsisti fil-Kunsill TRIPS biex ir-regoli minimi inkorporati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jkunu akkumpanjati minn miżuri effettivi ta' applikazzjoni u tal-prevenzjoni tal-każi ta' ksur; hu tal-fehma li l-flessibilitajiet provduti fil-ftehima TRIPS u kkonfermati fid-Dikjarazzjoni ta' Doha dwar il-ftehim TRIPS u s-saħħa pubblika, għandhom jinżammu sakemm jibqa' jitħares l-għan li jkun garantit bilanċ ġust bejn l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u dawk tal-utenti aħħarija;
3. Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti lill-Parlament li jiggarantixxu li l-esportazzjoni, it-tranżitu u l-operazzjonijiet tal-kunsinja jkunu ttrattati kif xieraq fil-ftehima TRIPS u biex teżamina jekk hemmx ħtieġa ta' aktar bidliet fil-ftehima, sabiex jinħoloq bilanċ ġust bejn l-interessi tal-pussessuri u dawk tal-utenti potenzjali tal-IPR, partikolarment meta wieħed iqis il-livell ta' żvilupp tal-partijiet involuti u jiddistingwi bejn pajjiżi li jipproduċu prodotti ffalsifikati u kkuppjati illegalment, dawk li jużawhom, u dawk li l-prodotti jgħaddu mit-territorju tagħhom;
4. Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar fl-Unjoni Ewropea fi programmi ta' assistenza teknika li għenu biex jissaħħu l-IPRs f'pajjiżi emerġenti u li qed jiżviluppaw, u jenfasizza l-importanza li dawn il-programmi jitkomplew minħabba l-benefiċċji li dawn jistgħu jiksbu f'termini ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli u l-irwol importanti tagħhom fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar;
5. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw miżuri speċifiċi, appoġġjati minn għajnuna finanzjarja xierqa, favur edukazzjoni aktar wiesgħa tal-konsumatur fl-Ewropa kif ukoll fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex ikunu evitati riskji marbuta ma' prodotti ffalsifikati u potenzjalment perikolużi;
6. Jappoġġja s-soluzzjonijiet imressqa fit-Tnax-il Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp, fi ħdan l-Inizjattiva "Afrika Kreattiva", li jikkonsidraw l-industriji kreattivi bħala fattur essenzjali fit-tkabbir ta' pajjiżi li mhumiex żviluppati, u jaffermaw mill-ġdid l-irwol vitali tal-IP għall-iżvilupp sostenibbli ta' dawn ir-reġjuni;
7. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipproponu u jappoġġjaw abbozz ta' protokoll dwar l-iffalsifikar, li għandu jiżdied mal-Konvenzjoni Internazzjonalitan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kriminalità Organizzata (Konvenzjoni ta' Palermo);
8. Ifakkar li, fi wħud mill-ekonomiji emerġenti, il-produzzjoni tal-oġġetti ffalsifikati u illegali laħqet dimensjonijiet allarmanti; waqt li jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattivi ta' koperazzjoni li kien hemm s'issa, hu ta' l-opinjoni li jeħtieġu miżuri speċjali biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni mal-pajjiżi kkonċernati bejn l-uffiċċji tad-dwana, l-entitajiet ġudizzjarji u tal-pulizija, kif ukoll biex titħeġġeġ l-armonizzazzjoni tar-regoli ta' dawn il-pajjiżi ma' dawk tal-Unjoni Ewropea;
9. Jistieden lill-Kummissjoni biex tintroduċi, fl-istess linja tal-Artikolu 3(2)(17) tad-Direttiva 2004/48/KE, salvagwardji fuq livell internazzjonali sabiex ikun garantit li kull miżura addizzjonali ta' infurzar tal-privattivi ma tkunx abbużata biex tfixkel kummerċ leġittimu;
10. Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-koperazzjoni tagħhom mal-pajjiżi msieħba Ewro-Mediterranji fi ħdan il-Programm 'Euromed Market' u sabiex jippromwovu fir-reġjun Ewro-Mediterranju metodu komuni ta' leġiżlazzjoni, ta' proċeduri u ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-koperazzjoni tal-uffiċċji tad-dwana u tal-azzjoni kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali sabiex jiffaċilitaw il-kummerċ bejn il-pajjiżi msieħba Ewro-Mediterranji;
11. Hu konvint li biex il-ġlieda kontra l-iffalsifikar tissaħħaħ għandu jsir użu aktar frekwenti u mmirat tal-Entità ta' Soluzzjoni ta' Tilwim tad-WTO li, flimkien mal-qrati Komunitarji u nazzjonali, tista' tiggarantixxi ħarsien aħjar tal-industrija u tal-konsumaturi Ewropej billi tikkonsolida l-każistika li ssaħħaħ il-kontenut u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehima TRIPS;
12. Jafferma mill-ġdid li kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġi sustantiva għandha tirrispetta s-sovranità nazzjonali u t-trattati internazzjonali f'dan il-qasam;
ACTA u inizjattivi bilaterali u reġjonali oħra tal-UE
13. Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'mod parallel man-negozjati multilaterali, tkompli l-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali anke permezz ta' ftehimiet bilaterali, reġjonali u multilaterali biex tqarreb lejn xulxin il-leġiżlazzjonijiet u l-applikazzjoni effettiva tagħhom, waqt li tipprevedi t-twaqqif ta' sistemi effiċjenti ta' soluzzjoni ta' tilwim kif ukoll ta' sanzjonijiet f'każ li ma jitħarsux l-obbligi sottoskritti;
14. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinnegozjaw l-ACTA taħt kundizzjonijiet l-aktar trasparenti favur iċ-ċittadini tal-UE, speċjalment dwar id-definizzjonijiet tat-termini "ffalsifikar" u "kkupjar illegali" kif ukoll il-miżuri ta' sanzjonijiet kriminali previsti; hu tal-fehma li jrid ikun evalwat l-impatt soċjali tal-ftehima kif ukoll l-impatt fuq il-libertajiet ċivili; jappoġġja t-twaqqif ta' task force biex teżamina l-implimentazzjoni tal-ftehima, billi tippromwovi dan is-suġġett fi djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi u bħala parti minn miżuri ta' koperazzjoni ma' dawk il-pajjiżi;
15. Jikkunsidra li għadu inċert jekk it-Trattat KE jipprovdix bażi legali għal miżuri Komunitarji li jippreskrivu t-tip u l-livell ta' pieni kriminali u li, għaldaqstant, il-Kummissjoni ma jistax ikollha l-kompetenza biex tinnegozja f'isem il-Komunità ftehima internazzjonali li tispeċifika n-natura u l-livell tal-miżuri tal-liġi kriminali li għandhom jittieħdu kontra min jikser trademarks u drittijiet tal-awtur;
16. Jenfasizza li f'kull ftehima ta' applikazzjoni tal-proprjeta' intellettwali prevista, użu personali li mhux għall-profitt għandu jitqies b'mod differenti minn kummerċ frawdolenti u intenzjonat ta' ffalsifikar u kkuppjar illegali ta' oġġetti;
17. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinnegozja ma' pajjiżi terzi t-twaqqif ta' task forces biex jiġġieldu l-iffalsifikar;
18. Jitlob lill-Kummissjoni biex tassigura li l-ACTA ma tagħtix aċċess għall-kompjuters privati u mezzi elettroniċi oħra lill-awtoritajiet pubbliċi;
19. Jilqa' b'sodisfazzjon l-interess li qed jikber minn numru ta' pajjiżi tad-WTO fl-ACTA, jemmen li għandhom isiru sforzi biex ekonomiji emerġenti bħaċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil, kif ukoll blokki ta' kummerċ reġjonali bħall-Merkosur, il-CARICOM u l-ASEAN ikunu inklużi, sabiex ikunu jistgħu jieħdu sehem fin-negozjati tal-ftehima, waqt li jkunu mistiedna minn issa biex jimpenjaw irwieħhom li jiggarantixxu r-rispett għall-IPR fit-territorju tagħhom;
20. Jistieden lill-Kummissjoni biex tevita l-periklu ta' kontradizzjonijiet u ta' duplikazzjoni bejn l-ACTA, il-ftehima TRIPS u trattati internazzjonali oħra dwar l-IPR;
21. Jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura li l-ACTA tikkonċentra biss fuq miżuri ta' applikazzjoni tal-IPR u mhux fuq kwistjonijiet sostantivi tal-IPR bħall-kamp ta' applikazzjoni tal-protezzjoni, il-limitazzjonijiet u l-eċċezzjonijiet, responsabbilta' sekondarja jew responsabbilta' ta' intermedjarji;
22. Jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura li l-ACTA ma tintużax bħala mezz biex ikun modifikat il-qafas ta' applikazzjoni tal-IPR Ewropew attwali, imma li tirrifletti b'mod sħiħ il-bilanċ stabbilit mid-direttivi differenti adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill f'dan il-qasam, u l-aktar id-dispożizzjoni tal-Premessa 2 tad-Direttiva 2004/48/KE;
23. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiċċaraw l-irwol u l-kompetenza tal-Kumitat tal-Artikolu 133 u l-kumitati l-oħra involuti fin-negozjati dwar l-ACTA;
24. Jemmen li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra ċerta kritika qawwija dwar l-ACTA fin-negozjati li għaddejjin, fosthom li tista' tippermetti li detenturi ta' trademarks u ta' drittijiet tal-awtur jinvadu l-privatezza ta' persuni li allegatament ikunu ħatja ta' ksur mingħajr proċess legali, li tikkriminalizza ulterjurment lil każi ta' ksur mhux kummerċjali tad-dritt tal-awtur u tat-trademark, li tista' tkompli ssaħħaħ it-teknoloġiji tal-Ġestjoni tad-Drittijiet Diġitali għas-spejjeż tad-drittijiet ta' 'użu ġust', li tista' tistabbilixxi proċedura ta' soluzzjoni ta' tilwim barra mill-istrutturi attwali tad-WTO u fl-aħħar li tista' ġġiegħel lill-firmatarji kollha biex ikopru l-ispiża ta' infurzar ta' każi ta' ksur tad-drittijiet tal-awtur u tat-trademarks;
25. F'dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni biex tassigura proċess pubbliku ta' konsultazzjoni kontinwu u trasparenti, sabiex tappoġġja l-benefiċċji ta' dan il-proċess mal-pajjiżi kollha li qed jinnegozjaw, u sabiex tassigura li l-Parlament ikun infurmat sew u b'mod regolari dwar l-istat attwali tan-negozjati;
26. Ifakkar li t-Trattat KE jinkludi derogi fejn in-negozjar u l-konklużjoni ta" ftehimiet fil-qasam tal-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali huma relatati mal-kummerċ f'servizzi kulturali u awdjoviżivi; jirrimarka li, f'dawn iċ-ċirkustanzi, in-negozar u l-konklużjoni ta" ftehimiet huma parti mill-kompetenza komuni tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha; barra minn hekk jenfasizza li, flimkien ma" deċiżjoni Komunitarja meħuda skont id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat KE, in-negozjar ta" dan it-tip ta" ftehimiet jirrikjedi l-kunsens tal-Istati Membri, u ftehimiet negozjati b'dan il-mod iridu jiġu konklużi b'mod konġunt bejn il-Komunità u l-Istati Membri;
27. Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-qafas tan-negozjati tal-ACTA, fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tirrigwarda l-protezzjoni tad-dejta personali, u d-Direttiva 95/46/KE tal-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-24 ta" Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar ta" data personali u dwar il-moviment liberu ta" dik id-data(18);
28. Hu tal-fehma li, fl-iżvelar tal-abbozzi ta' tħejjija għall-ACTA, inklużi r-rapporti ta' progress, u fil-mandat għan-negozjar tal-Kummissjoni, l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(19) m'għandux ikollu prevalenza fuq l-interess pubbliku, u jħeġġeġ lill-Kunsill biex japplika l-Artikolu 255 tat-Trattat KE b'tali mod li jiġi żgurat l-akbar aċċess possibbli għad-dokumenti, sakemm jittieħdu l-miżuri ta" sigurtà meħtieġa kif titlob il-liġi tal-protezzjoni tad-dejta;
29. Jinnota b'dispjaċir li l-protezzjoni tal-IPR fit-Turkija għadha ma tilħaqx l-istandards tal-UE u għalhekk teħtieġ li tkun riveduta; jirrimarka li t-Turkija tista' ssir kandidat kredibbli għall-adeżjoni meta tkun f'pożizzjoni li timplimenta l-acquis communautaire u li tiggarantixxi rispett sħiħ għall-IPR 'il ġewwa mill-fruntieri tagħha;
Relazzjonijiet UE-Ċina
30. Jistieden lill-awtoritajiet Ċiniżi biex iżidu l-isforzi tagħhom u jieħdu azzjoni legali b'aktar enerġija kontra dawk li jiksru l-IPRs u, f'dan ir-rigward, jilqa' b'sodisfazzjon il-bidla fl-attitudni min-naħa tal-entitajiet ġuridiċi li reċentement irrikonoxxew il-jeddijiet taċ-ċittadini tal-UE għall-IPR fiċ-Ċina u kkundannaw kumpaniji lokali li kisru dawk id-drittijiet;
31. Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tiżdied il-koperazzjoni mal-awtoritajiet tad-dwana Ċiniżi waqt li jkunu garantiti l-għajnuna u l-appoġġ mis-servizzi amministrattivi korrispondenti Ewropej;
32. Jenfasizza l-fatt li 60% tal-oġġetti ffalsifikati maqbuda mill-awtoritajiet tad-dwana tal-UE kienu magħmula fiċ-Ċina; jitlob lill-Kummissjoni, flimkien mal-awtoritajiet Ċiniżi, biex jippreżentaw pjan ta' azzjoni li jiġġieled l-iffalsifikar malajr kemm jista' jkun;
Miżuri ta' appoġġ estern fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar
33. Jirrikmanda l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ effettiv fir-rigward ta' każi ta' ksur possibbli tal-IPRs li huma protetti skont ftehimiet varji, flimkien ma' mezzi ta' inċentivi tal-kummerċ bħala parti minn impenn speċifiku fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali;
34. Ifakkar li r-Regolament tal-GSP jipprevedi, fost l-oħrajn, il-possibilità ta' sospensjoni temporanja tal-preferenzi għall-imsieħba li jużaw prattiki kummerċjali mhux leali; hu tal-fehma li fil-każ ta' każi ta' ksur serju tal-proprjetà intellettwali, bħal f'każi li jikkostitwixxu theddida serja għas-sikurezza u s-saħħa pubblika, l-użu ta' dan id-deterrent għandu jitqies sew mill-Kummissjoni;
35. 35 Hu ta' l-fehma li r-Regolament dwar l-Ostakli għall-Kummerċ jista' joffri għajnuna importanti lill-impriżi Ewropej li għandhom problemi ta' aċċess għas-swieq ta' pajjiżi terzi fir-rigward ta' każi ta' ksur tal-proprjetà intellettwali u jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-użu tiegħu partikolarment mill-SMEs;
36. Hu tal-fehma li koperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri f'pajjiżi terzi tista' tiggrantixxi skambji ta' informazzjoni aktar effettivi, użu aħjar tar-riżorsi disponibbli u impatt akbar fuq miżuri li jiġġieldu l-iffalsifikar kemm fir-rigward ta' azzjoni politikodiplomatika u b'mod aktar strett f'aspetti tekniċi;
37. Jstieden lill-Kummissjoni biex 'it-tim tal-aċċess għas-suq' fid-delegazzjonijiet tal-UE isiru punt ta' referenza tanġibbli għall-kumpaniji Komunitarji (partikolarment l-SMEs) li jilmentaw minn każi ta' ksur tal-proprjeta' intellettwali;
Kwistjonijiet normativi u organizzativi
38. Jinnota l-impenn tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-proprjetà intellettwali fl-Unjoni Ewropea u jitlob impenn akbar fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar u biex ikun hemm armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Istati Membri;
39. Jinnota li ma hemm l-ebda definizzjoni armonizzata fl-Unjoni Ewropea ta' 'ffalsifikar' u ta' 'kkuppjar illegali' u li d-definizzjonijiet tal-Istati Membri huma differenti;
40. Jinnota bi tħassib l-evoluzzjoni tal-iffalsifikar u tal-ikkupjar illegali, partikolarment f'ekonomija globalizzata, kif ukoll l-implikazzjonijiet serji għall-kompetittività tal-Unjoni Ewropea u tan-negozji, l-awturi u l-konsumaturi tagħha; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri biex jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni biżżejjed dwar il-perikli ta' ffalsifikar u ta' kkupjar illegali, partikolarment ir-riskju konsiderevoli għas-saħħa u s-sikurezza li prodotti ffalsifikati, inklużi mediċini, joħolqu lill-konsumaturi;
41. Jitlob lill-Kummissjoni biex tinvestiga b'mod speċifiku r-riskji għas-saħħa u s-sikurezza marbuta ma' ffalsifikar sabiex ikun evalwat jekk humiex meħtieġa aktar miżuri;
42. Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-ħila kollha tagħha ħalli jkun hemm ftehim dwar sanzjonijiet minimi fil-liġi kriminali Ewropea għal każi ta' ksur serju tal-IPR;
43. Jemmen li hi meħtieġa armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali fis-seħħ kontra l-iffalsifikar sabiex tkun garantita applikazzjoni effettiva u konsistenti tal-ftehima futura ACTA;
44. Jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni imtejba fi ħdan il-Kummissjoni bejn id-dipartimenti li jittrattaw il-ġlieda kontra l-iffalsifikar u t-tqassim aħjar tal-inizjattivi Komunitarji li l-Kummissjoni tadotta f'dan ir-rigward, minħabba li l-frammentazzjoni tal-arranġamenti tas-sanzjonijiet hi ta' ħsara għas-suq intern u ddgħajjef l-Unjoni Ewropea fin-negozjati tagħha tal-kummerċ; jenfasizza wkoll li s-setturi privati u pubbliċi għandhom jestendu l-koperazzjoni tagħhom biex jassiguraw li l-miżuri biex jikkumbattu l-iffalsifikar ikunu aktar attivi, dinamiċi u effettivi;
45. Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu żviluppati korsijiet kontinwi ta' taħriġ adatt għall-istaff tal-uffiċċju tad-dwana, maġistrati u professjonisti oħra involuti u li l-Istati Membri jitħeġġu jwaqqfu timijiet speċjalizzati kontra l-iffalsifikar;
46. Jinnota r-rikonoxximent mill-Kummissjoni, fil-White Paper tagħha ta' Lulju 2007 dwar l-Isport, li l-vijabilità ekonomika tal-isfruttar tad-drittijiet tal-isport tiddependi mid-disponibilità ta' mezzi effettivi li jipproteġu kontra l-attivitajiet ta' min jikser id-drittijiet ta' proprjeta' intellettwali fuq livell nazzjonali u dak internazzjonali u jitlob biex is-sidien ta' drittijiet sportivi jkunu inklużi fi kwalunkwe azzjoni li teħodha kontra l-iffalsifikar u l-ikkupjar diġitali illegali;
47. Jirrikmanda aktar titjib u koordinazzjoni aħjar tal-proċeduri tad-dwana fl-Unjoni Ewropea sabiex b'mod sostanzjali ikun ristrett l-aċċess għas-suq waħdieni għal prodotti ffalsifikati jew illegali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tressaq proposta lill-Parlament u lill-Kunsill li tipprovdi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha b'dejta u statistika dwar l-iffalsifikar f'livell tal-UE;
48. Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis l-użu speċifiku tal-internet bħala mezz li bih jitqassmu prodotti ffalsifikati u biex tkejjel l-impatt tiegħu fuq l-ekonomija tal-Istati Membri billi tiżviluppa għodda statistika li tista' tiffaċilita reazzjoni kkoordinata;
49. Jitlob lill-Kummissjoni biex twaqqaf jew tiffaċilita helpdesk għall-SMEs, preferibbilment integrat ma' faċilitajiet simili, biex tingħata għajnuna teknika lill-SMEs dwar il-proċeduri li jirregolaw oġġetti ffalsifikati;
50. Iqis essenzjali li l-industrija Ewropea tagħti l-appoġġ tagħha u l-għajnuna tagħha lill-inizjattivi li se jittieħdu mill-istituzzjonijiet Ewropej; iqis partikolarment essenzjali li l-SMEs jitqiegħdu f'pożizzjoni minn fejn ikunu jistgħu jiddefendu b'mod effettiv id-drittijiet tagħhom speċjalment fir-rigward tal-każi ta' ksur tal-IPRs f'pajjiżi terzi;
51. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jinkoraġġixxu inizjattivi li jkomplu jqajmu l-kuxjenza tal-konsumatur dwar il-konsegwenzi ta' xiri ta' oġġetti ffalsifikati; jenfasizza l-irwol importanti li s-settur tan-negozju għandu f'dawn l-inizjattivi;
52. Iqis li, għal skopijiet ta' traċċabilità, għandhom jittieħdu passi biex jinkoraġġixxu miżuri meħuda mill-industrija li jużaw teknoloġiji moderni biex jiddistingwu b'mod aktar effettiv bejn prodotti oriġinali u prodotti ffalsifikati, u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-passi meħtieġa ħalli tippromwovi u tistabbilixxi passi kostruttivi bħal dawn fuq bażi permanenti;
53. Iħeġġeġ lill-Istati Membri li għadhom ma implimentawx id-Direttiva 2004/48/KE biex jagħmlu dan mingħajr dewmien;
54. Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu rispettati l-erba' drittijiet fundamentali tas-suq intern u li jibda jitħaddem aħjar;
55. Jistieden lill-Kummissjoni biex, mill-Istati Membri, tiġbor dejta dwar il-ħsara għas-saħħa tal-konsumaturi li ġrat bħala riżultat ta' prodotti ffalsifikati u dwar l-ilmenti tal-konsumatur dwar prodotti ffalsifikati; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li din id-dejta tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet fl-Istati Membri kollha;
56. Jisħaq, f'dan ir-rigward, dwar il-ħtieġa li jiġu mmobilizzati l-operaturi kollha kkonċernati sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-istrumenti li jiġġieldu kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali fis-suq intern;
57. Jistieden lill-Istati Membri biex isaħħu l-istaff doganali tagħhom fit-territorju nazzjonali tagħhom u biex jibdew iħaddmu servizz, identifikabbli minn partijiet terzi (inklużi l-Istati Membri, pajjiżi terzi, istituzzjonijiet tal-Komunità, intrapriżi u individwi) inkarigati mill-ġlieda kontra l-iffalsifikar u mill-informazzjoni dwar din il-problema;
58. Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-importanza li jkollhom brevett Komunitarju u sistema ta' ġurisdizzjoni għall-privattivi bħala mod kif jiżguraw il-konformità mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-utenti fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea, u b'hekk jagħtu ċ-ċans lill-intrapriżi innovattivi li jipproteġu kemm jista' jkun l-invenzjonijiet tagħhom u li jagħmlu profitt akbar minnhom;
59. Jistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jqajmu kuxjenza u jkabbru l-informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali fiz-zoni turistiċi, kif ukoll fil-fieri u fil-laqgħat professjonali;
60. Jiġbed l-attenzjoni dwar l-importanza li jiġu armonizzati l-IPR u l-privattivi nazzjonali u Komunitarji eżistenti fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar, u jistieden lill-Istati Membri biex iħeġġu lill-kumpaniji biex jipproteġu s-servizzi u l-prodotti tagħhom billi jirreġistraw it-trademarks, id-diżinji u l-privattivi, sabiex l-IPR jitħarsu aħjar;
61. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa tabella ta' valutazzjoni sabiex tiġi mkejla l-prestazzjoni doganali tal-Istati Membri u sabiex tkompli għaddejja l-ġlieda kontra l-iffalsifikar, kif ukoll biex jibda jaħdem netwerk għall-iskambju rapidu tal-informazzjoni dwar il-prodotti ffalsifikati, fuq il-bażi tal-punti ta" kuntatt nazzjonali u ta' għodda moderna għall-iskambju tal-informazzjoni;
62. Jistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-koordinazzjoni bejn is-servizzi doganali tagħhom u biex japplikaw ir-regoli Komunitarji dwar id-dazji b'mod uniformi fl-Unjoni Ewropea;
63. Jistieden lill-Istati Membri biex, flimkien mal-Kummissjoni, jiżviluppaw metodu komuni għall-qerda ta' prodotti ffalsifikati;
64. Jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-implimentazzjoni tal-proċedura simplifikata mniżżla fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1383/2003 fl-Istati Membri kollha;
65. Barra minn hekk jissuġġerixxi li aspetti sinifikanti tal-iffalsifikar (l-imitazzjoni tal-prodotti/ksur tat-trademark fuq skala kummerċjali) huma differenti minn dawk tal-ikkuppjar illegali (ksur tad-drittijiet tal-awtur fuq skala kummerċjali), u li għandha tingħata kunsiderazzjoni li dawn jiġu trattati b'mod indipendenti u separat, b'mod speċjali rigward il-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati aspetti tas-saħħa pubblika u tas-sikurezza li jeżistu fl-iffalsifikar;
66. Jappoġġja, rigward il-qasam tas-saħħa pubblika, id-definizzjoni tad-WHO tal-mediċina ffalsifikata: "mediċina ttikkettata ħażin, b'mod intenzjonat u bi frodi, rigward l-identità u/jew is-sors. L-iffalsifikar jista" japplika kemm għal prodotti tad-ditta kif ukoll għal dawk ġeneriċi, u l-prodotti ffalsifikati jistgħu jinkludu prodotti bl-ingredjenti korretti jew bl-ingredjenti ħżiena, prodotti mingħajr ingredjenti attivi, b'ingredjenti attivi insuffiċjenti jew b'imballaġġ falz.";
67. Jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali bħall-ħarsien tal-privatezza u d-dejta meta jittieħdu miżuri biex jiġu miġġielda l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali;
Kunsiderazzjonijiet finali
68. Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Kunsill u l-Istati Membri, biex jiddefinixxu linja ta' politika ċara, strutturata u ambizzjuża li, flimkien ma' miżuri interni tad-dwana, jikkoordinaw u jindirizzaw l-azzjonijiet "esterni" tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali;
69. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkoraġġixxi miżuri li huma kumplimentari ma' standards leġiżlattivi u, b'mod partikolari, biex tistabbilixxi kuxjenza Ewropea akbar dwar il-perikli tal-iffalsifikar bil-għan li jinbidlu l-attitudnijiet tal-persuni dwar l-iffalsifikar u l-ikkupjar illegali;
70. Iqis li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-twaqqif ta' tabella ta' valutazzjoni internazzjonali dwar l-iffalsifikar li għandha tkun immudellata fuq it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern u li tista' titfa' l-attenzjoni fuq pajjiżi li huma taħt il-medja fir-rigward tal-ġlieda kontra oġġetti ffalsifikati;
71. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jippermettu lill-Parlament li jkollu rwol aktar ċentrali fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar; iqis partikolarment xieraq li l-Unjoni Ewropea tippromwovi preżenza politika tagħha f'laqgħat internazzjonali speċjalizzati bħall-Kungress Globali Kontra l-Iffalsifikar u l-Ikkuppjar Illegali, kif ukoll f'organizzazzjonijiet internazzjonali involuti fil-ħarsien tal-proprjetà intellettwali;
72. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iżommuh kompletament infurmat u biex jistednuh jipparteċipa fl-inizjattivi relevanti kollha; jemmen li fl-ispirtu tat-Trattat ta' Liżbona, l-ACTA għandha tkun ratifikata mill-Parlament Ewropew skont il-proċedura ta' kunsens;
o o o
73. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati.
L-Artikolu 3(2) jgħid li "Dawk il-miżuri, il-proċeduri u r-rimedji għandhom ukoll ikunu effettivi, proporzjonati u diswassivi u għandhom ikunu applikati b'mod u manjiera li jevitaw il-ħolqien ta' ostakoli għall-kummerċ leġittimu u biex jiġu provduti salvagwardji kontra l-abbuż tagħhom."
Ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju
278k
40k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward tal-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju, b'mod partikulari l-mikroentitajiet
– wara li kkunsidra l-Artikoli 192(2) u 232(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Qafas dwar ir-Relazzjonijiet ta' bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tas-26 ta' Mejju 2005(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ambjent kummerċjali għall-kumpaniji ssimplifikat fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, tal-kontabilità u tal-verifika(2),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 bit-titolu ''Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" – "Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa' (COM(2008) 0394),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Grupp ta" Livell Għoli tal-Partijiet Interessati Indipendenti dwar Piżijiet Amministrattivi tal-10 ta' Lulju 2008 bit-titolu 'Tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi; qasam ta' prijorità il-liġi tal-kumpaniji / kontijiet annwali,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE fir rigward ta' ċerti rekwiżiti tal-iżvelar għall-kumpaniji ta' daqs medju u dwar l-obbligu li jitfasslu kontijiet konsolidati(3),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti tal-kontabilità fir-rigward ta' kumpaniji ta' daqs medju li saret lill-Parlament matul is-seduta kurrenti tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi r-regoli eżistenti tal-kontabilità stabbiliti mir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju 1978 ibbażati fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta' ċertu tipi ta' kumpaniji(4) (ir-Raba Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji) u s-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati(5) (is-Seba' Direttiva tal-Liġi tal-Kumpaniji) spiss huma ta' piż kbir għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju, u b'mod partikulari għall-mikroentitajiet (kumpaniji żgħar ħafna),
B. billi l-Grupp ta" Livell Għoli tal-Partijiet Interessati Indipendenti dwar Piżijiet Amministrattivi fl-opinjoni tiegħu msemmija hawn fuq diġà stieden lill-Kummissjoni biex teżenta lill-mikroentitajiet mid-direttivi tal-kontabilità,
1. Ifakkar lill-Kummissjoni li, filwaqt li sistema ta' kontabilità li tkun koerenti u armonizzata fl-Unjoni Ewropea tiffaċilita l-kummerċ fi ħdan is-suq intern, mikroentitajiet huma mgħobbija wisq minn regoli eżistenti tal-kontabilità, li dawn jistgħu, pereżempju, ikunu bejjiegħa bl-imnut żgħar jew negozji tal-artiġjanat, li jekk dawk il-kumpaniji huma attivi prinċipalment fi ħdan Stat Membru wieħed fuq livell lokali jew reġjonali m'għandhom l-ebda impatt transkonfinali fuq is-suq intern jew fuq il-kompetizzjoni fi ħdan l-UE u li għalhekk l-Istati Membri għandu jkollhom il-għażla li jeżentaw totalment jew parzjalment lil dawk il-kumpaniji minn obbligi statutorji ta' kontabilità;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva li tkun tippermetti l-Istati Membri li jeżentaw mill-iskop tar-Raba' u s-Seba' Direttiva tal-Liġi tal-Kumpanija lil dawk l-impriżi li fuq il-bażi tad-dejta tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbżux il-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:
–
total tal-karta tal-bilanċ: EUR 500 000
–
fatturat nett: EUR 1 000 000
–
għadd medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja: 10
jekk l-attivitajiet kummerċjali ta' dawn il-kumpaniji huma mmexxija f'livell lokali jew reġjonali fi ħdan Stat Membru wieħed;
3. Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li jkunu mqanqla s-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-liġi tal-kumpaniji u b'mod partikulari tar-regoli tal-kontabilità fi ħdan is-suq intern, biex tkompli bl-isforzi tagħha fl-eżami mill-ġdid tar-raba' direttiva u tas-seba' direttiva tal-liġi tal-kumpaniji u biex tippreżenta qafas ta' kontabilità Ewropew uniformi qabel tmiem l-2009; ifakkar lill-Kummissjoni li standard uniformi se jnaqqas il-piż amministrattiv għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju kollha u se jżid it-trasparenza għall-partijiet interessati relevanti kollha u li s-simplifikazzjoni għandha tingħata spinta qawwija wkoll minn introduzzjoni Ewropea strutturata tal-XBRL (Lingwaġġ ta' Rappurtar Kummerċjali Estensibbli);
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 ta" Mejju 2005 bit-titolu "Il-programm tal-Aja: Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin. Il-Partenarjat għal tiġdid Ewropew fil-qasam tal-Libertà, tas-Sigurtà u tal-Ġustizzja" (COM(2005)0184),
– wara li kkunsidra l-istudju komparattiv dwar l-istrumenti awtentiċi mwettaq mill-Kummitat għall-Affairjiet Legali,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 39 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0451/2008),
A. billi, fil-Komunikazzjoni hawn fuq imsemmija dwar il-programm tal-Aja, il-Kummissjoni stqarret li waħda mill-prijoritajiet tagħha hija l-ħtieġa li tiggarantixxi spazju Ewropew effettiv fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, u prinċipalment f'dak li jikkonċerna r-rikonoxximent u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet legali; billi bil-għan li jkabbar il-fiduċja reċiproka fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-programm imsemmi jelenka bħala prijorità essenzjali fis-snin li ġejjin l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku, billi dan huwa mod konkret ta" kif jitħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini u biex b'hekk tiġi garantita l-applikazzjoni transkonfinali fl-Ewropa,
B. billi l-Programm tal-Aja jistipola li t-twettiq tal-implimentazzjoni tal-programm ta" rikonoxximent reċiproku jikkostitwixxi prijorità essenzjali, u li din l-implimentazzjoni għandha sseħħ sal-2011,
C. billi l-moviment taċ-ċittadini fi ħdan l-Unjoni Ewropea qiegħed jikber kontinwament; billi, b'konsegwenza ta" dan, kien hemm żvilupp fis-sitwazzjonijiet legali li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed,
D. billi l-Kummissjoni rrikonoxxiet, fil-komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq dwar il-Programm tal-Aja, li fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, ir-rikonoxximent tal-atti pubbliċi huwa aspett fundamentali li jrid jiġi trattat; billi għalhekk jeħtieġ b'mod urġenti li r-rikonoxximent u l-implimentazzjoni tal-atti awtentiċi, kif definiti fis-sentenza Unibank, jiġu promossi(1),
E. billi approċċ settorjali u mhux omoġenju tal-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam mhuwiex sodisfaċenti(2),
F. billi titqies il-ħtieġa li ċ-ċittadini Ewropej jiġu mħarsa fir-relazzjonijiet familjari u ta" proprjetà tagħhom lilhinn mill-fruntieri,
G. billi l-impriżi qed ikollhom dejjem aktar uffiċċji f'pajjiżi barranin u attivitajiet interkomunitarji li qed iwasslu għal ċirkulazzjoni akbar tal-atti awtentiċi relatati mal-ħolqien u mat-tħaddim tal-impriżi,
H. billi huwa fundamentali għall-Unjoni li tistabbilixxi qafas legali ċar u sħiħ li jiggarantixxi liċ-ċittadini u lill-operaturi ekonomiċi Ewropej is-sigurtà u l-prevedibilità tas-sitwazzjonijiet legali u tat-tranżazzjonijiet stabbiliti minn dawk li jingħataw l-awtorità pubblika,
I. billi l-ħolqien tal-ispazju legali Ewropew ġenwin f'dak li jikkonċerna l-qasam tat-tilwim jiddependi fuq ir-rikonoxximent transkonfinali tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji meħuda minn qorti jew minn awtorità amministrattiva u, f'dak li jikkonċerna l-qasam mhux ġudizzjarju, fuq ir-rikonoxximent transkonfinali tal-atti awtentiċi li tirċievi awtorità ġudizzjarja jew li jirċievu uffiċjali pubbliċi maħtura sabiex jawtentifikaw tal-atti legali,
J. billi r-regolamenti eżistenti fil-qasam tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet legali japplika għall-atti awtentiċi li joħorġu mill-awtoritajiet pubbliċi,
K. billi l-karatterstika essenzjali tal-att awtentiku hija s-saħħa probatorja tiegħu li tieħu preċedenza fuq dik ta" att privat, u li din is-saħħa probatorja, li l-maġistrat huwa obbligat li jaċċettaha, hija attribwita lilu regolarment fil-liġijiet tal-Istati Membri fuq il-bażi tal-fiduċja fl-atti stabbiliti, fil-qafas tat-tranżazzjonijiet legali, minn uffiċjal pubbliku awtorizzat biex jagħmel dan jew minn awtorità pubblika(3),
L. billi l-kundizzjoni mitluba bil-quddiem għas-saħħa probatorja ta" att awtentiku hija r-rikonoxximnet tal-awtentiċità tiegħu, fis-sens li dan joħroġ minn uffiċjal pubbliku li għandu s-setgħa li jistabbilixxi atti awtentiċi jew minn awtorità pubblika; billi l-fiduċja reċiproka fil-qasam tal-ġustizzja tal-Istati Membri tiġġustifika li l-proċeduri marbuta mal-verifika tal-awtentiċità ma jkunux applikabbli fil-futur sakemm ma jkunx hemm dubju serju dwar l-veridiċità tiegħu,
M. billi r-rispett għal-liġi tal-Istat Membru fit-territorju li fih l-att ikun ippreżentat għall-użu jimplika, madankollu, iċ-ċertezza li r-rikonoxximent tas-saħħa probatorja ma jfissirx li l-att awtentiku barrani jgawdi, bis-saħħa tar-rikonoxximent tiegħu fl-Istat Membru li fih irid jiġi ppreżentat, minn saħħa probatorja li tieħu preċedenza fuq dik tal-att awtentiku nazzjonali ta" dak l-Istat Membru; billi l-kamp ta' applikazzjoni tal-materjal tar-Regolament mitlub irid ikun ikopri l-parti essenzjali tal-liġi ċivili u kummerjċali, ħlief f'ċerti oqsma definiti,
N. billi d-differenzi fl-istruttura u fl-organizzazzjoni ta" sistemi ta" reġistri pubbliċi fil-qasam tal-pussess ta" proprjetà, kif ukoll id-differenzi dwar in-natura u d-dimensjoni tal-fiduċja pubblika fihom, jirriżultaw fl-esklużjoni tat-trasferiment tad-drittijiet reali immobiljari minn strument Komunitarju futur, meta titqies il-korrelazzjoni stretta bejn il-metodu ta" tfassil ta" att awtentiku, minn naħa, u l-iskrizzjoni fir-reġistru pubbliku min-naħa l-oħra,
O. billi, fil-qasam tar-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet legali madwar l-Unjoni, esklużjoni bħal din tikkorrisponi għall-għoti tal-kompetenza esklussiva lill-qrati fejn tinstab il-proprjetà għall-appelli kollha relatati mad-drittijiet reali immobiljari u għall-għoti lill-qrati fit-territorju fejn jinżamm ir-reġistru pubbliku għall-appelli kollha dwar il-validità tal-iskrizzjonijiet fir-reġistru pubbliku(4),
P. billi l-istituzzjoni tal-att awtentiku ma teżistix f'sistemi ta" ''common law'', b'mod partikolari fil-liġi Ingliża u dik ta' Wales, jew fil-pajjiżi Nordiċi; billi, fl-Ingilterra u f'Wales, jeżistu avukati (solicitors) li jwettqu d-dmirijiet ta' nutari, kif ukoll nutari professjonisti (scrivener notaries), iżda li dawn il-ġuristi ma jistgħux joħorġu atti awtentiċi u huma biss mogħtija s-setgħa li jiċċertifikaw il-firem, u li għalhekk jaqbel li, matul l-adozzjoni ta' kull liġi li tkun tikkonċerna l-atti awtentiċi Ewropej, jittieħdu miżuri sabiex jiġi eskluż kwalunkwe riskju ta' konfużjoni f'dan ir-rigward; billi, bħala konsegwenza ta' dan, għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiġi garantit li, fil-pajjiżi fejn iċ-ċittadini ma jkollhomx il-possibilità li jistabbilixxu atti awtentiċi, ma jkunx possibbli li atti bħal dawn jintużaw biex wieħed jevita l-proċeduri previsti mis-sistemi legali ta' dawn il-pajjiżi (pereżempju l-proċedura ta' ċertifikazzjoni); billi, minbarra dan, il-Kummissjoni għandha tniedi kampanja ta' informazzjoni adattata sabiex tiġbed l-attenzjoni tal-membri tal-professjonijiet legali tal-Istati Membri fejn ma jeżistux l-atti awtentiċi, u billi għandu jsir kull ma jkun possibbli sabiex jiġi garantit li l-membri tal-professjonijiet legali tal-pajjiżi tal-''common law'' ikunu konxji mill-ħidma mwettqa mill-uffiċjali pubbliċi taċ-ċivil tal-pajjiżi tal-liġi ċivili u mill-vantaġġi eventwali - partikolarment f'termini ta' sigurtà legali - li għall-klijenti tagħhom jirrappreżenta l-użu ta' atti awtentiċi fit-tranżazzjonijiet li jkunu jixtiequ jikkonkludu f'pajjiżi fejn jeżisti dan it-tip ta' strument; billi dan jenfasizza l-ħtieġa, kif esprima kemm il-darba l-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament, għal netwerk trans-Ewropew ta" professjonisti legali, għal kampanji u materjal ta" informazzjoni u għal taħriġ komuni li l-Kummissjoni qed tiġi mistiedna tippromwovi,
Q. billi r-Regolament mitlub ma jistax jiġi applikat la għal kwistjonijiet dwar il-liġi applikabbli li tkun koperta minn strumenti Komunitarji oħrajn u lanqas għal kwistjonijiet dwar il-kompetenza, l-organizzazzjoni u l-istruttura tal-awtoritajiet u tal-uffiċjali pubbliċi, li tinkludi l-proċedura ta" awtentiċità, li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri,
1. Iqis li l-fiduċja reċiproka fil-liġi fi ħdan il-Komunità tiġġustifika l-fatt li l-proċeduri marbuta mal-verifika tal-veridiċità tal-att awtentiku fil-qasam transkonfinali jiġu eliminati fil-ġejjieni; iqis li dan ir-rikonoxximent ta' att awtentiku għal użu fl-Istati Membri li jitolbu jista' jiġi rrifjutat biss fil-każ ta' dubji serji u ssostanzjati dwar l-awtentiċità tiegħu, jew jekk ir-rikonoxximent ikun kuntrarju għall-politika pubblika fl-Istat Membru li jitolbu;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq quddiem il-Parlament, skont l-Artikolu 65(a) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 67(5) tat-Trattat KE, proposta leġiżlattiva dwar l-istabbiliment ta' rikonoxximent reċiproku u l-infurzar tal-atti awtentiċi;
3. Jenfasizza li r-rikonoxximent ma jistax ikollu bħala konsegwenza li jagħti lil att barrani iktar effett minn dak li jkollu att nazzjonali;
4. Jixtieq li r-Regolament mitlub ikun japplika għall-atti awtentiċi kollha dwar il-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali minbarra dawk marbuta mal-immobbli, u għandu jew jista' jkun soġġett għal iskrizzjoni jew traskrizzjoni f'reġistru pubbliku;
5. Jispeċifika li r-Regolament mitlub m'għandux japplika la għall-kwistjonijiet marbuta mal-liġi applikabbli għas-suġġett tal-att awtentiku u lanqas għall-mistoqsijiet marbuta mal-kompetenza, l-organizzazzjoni u l-istruttura tal-awtoritajiet u l-uffiċjali pubbliċi, inkluża l-proċedura ta' awtentikazzjoni;
6. Jinnota illi, f'dan il-kuntest, ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati fl-anness jirrispettaw il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;
7. Iqis li l-proposta mitluba m'għandhiex konsegwenzi finanzjarji;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati fl-anness, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
1. Il-fiduċja reċiproka fil-liġi fi ħdan il-Komunità tiġġustifika l-fatt li l-proċeduri marbuta mal-verifika tal-veridiċità tal-att awtentiku fil-qasam transkonfinali jiġu eliminati fil-ġejjieni.
2. Dan ir-rikonoxximent ta' att awtentiku għal użu fl-Istati Membri li jitolbu jista' jiġi rrifjutat biss fil-każ ta' dubji serji u ssostanzjati dwar l-awtentiċità tiegħu, jew jekk ir-rikonoxximent ikun kuntrarju għall-politika pubblika fl-Istat Membru li jitolbu.
3. Il-Parlament jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq quddiemu, skont l-Artikolu 65(a) u t-tieni inċiż tal-Artikolu 67(5) tat-Trattat KE, proposta leġiżlattiva dwar l-istabbiliment ta' rikonoxximent reċiproku u l-infurzar tal-atti awtentiċi.
4 L-att li huwa s-suġġett tal-proposta leġiżlattiva ikun japplika għall-atti awtentiċi kollha dwar il-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali minbarra dawk marbuta mal-immobbli, u għandu jew jista' jkun soġġett għal iskrizzjoni jew traskrizzjoni f'reġistru pubbliku; Ir-Regolament mitlub m'għandux japplika la għall-kwistjonijiet marbuta mal-liġi applikabbli għas-suġġett tal-att awtentiku u lanqas għall-mistoqsijiet marbuta mal-kompetenza, l-organizzazzjoni u l-istruttura tal-awtoritajiet u l-uffiċjali pubbliċi, inkluża l-proċedura ta' awtentikazzjoni.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra x-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar l-Ipproċessar ta' Data Legali (Ġustizzja elettronika),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2008 intitolata "Lejn Strateġija Ewropea tal-Ġustizzja Elettronika" (COM(2008)0329),
– wara li kkunsidra l-ħidma għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja li l-Kummissjoni Ewropea attwalment qed twettaq f'dan il-qasam fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 39 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0467/2008),
A. billi l-Kunsill iddeċieda fl-2007 li jibda l-ħidma fuq l-iżvilupp fil-livell Ewropew tal-użu tat-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni (ICT) fil-qasam tal-ġustizzja, b'mod partikulari billi joħloq portal Ewropew,
B. billi huwa stmat li madwar 10 miljun persuna huma involuti f'litigazzjoni transkonfinali fl-Ewropa u allura huwa essenzjali li jsir użu ikbar tat-teknoloġija tal-informatika (IT) sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadin ikollu aċċess aħjar għall-ġustizzja u bl-għan li jkunu razzjonalizzati u ssimplifikati l-proċeduri ġudizzjarji u jitnaqqsu l-iskadenzi proċedurali u l-ispejjeż operazzjonali fil-litigazzjoni transkonfinali,
C. billi l-ġustizzja elettronika għandha tifsira wiesgħa li, b'mod ġenerali, tinkludi l-użu ta' teknoloġiji elettroniċi fil-qasam tal-ġustizzja u billi din id-definizzjoni tkopri għadd ta" kwistjonijiet li mhumiex b'mod neċessarju marbuta mal-kunċett tal-ġustizzja elettronika kif ġie interpretat mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha msemmija hawn fuq tat-30 ta" Mejju 2008 u mill-Grupp ta" Ħidma tal-Kunsill dwar il-ġustizzja elettronika,
D. billi, jekk tkun applikata korrettament, l-IT tista' tagħti kontribut sinifikanti għat-titjib tal-aċċessibilità u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji u legali tal-Ewropa; billi, b'suq intern dejjem iktar integrat u b'mobilità li qed tikber fl-Ewropa, l-isfidi inerenti ffaċċjati minn sistema ġudizzjarja transkonfinali, bħal lingwa, distanza u sistemi legali mhux familjari, probabilment se jsiru iktar komuni; billi dawn il-problemi jistgħu, madankollu, jittaffew sa ċertu punt permezz tal-applikazzjoni xierqa tal-ICT, biex b'hekk mhux biss jittejjeb l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini Ewropej iżda jingħata wkoll kontribut għall-effiċjenza tas-suq waħdieni,
E. billi, kif ġie enfasizzat fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja dwar l-użu tal-ICT fis-sistemi ġudizzjarji Ewropej, l-applikazzjoni ta" teknoloġiji elettroniċi għall-ġustizzja mhux dejjem ikollha effett pożittiv u, sabiex jinkisbu riżultati tajbin, l-azzjoni għandha titwettaq b'mod istituzzjonali u strateġiku,
F. billi, fuq perjodu ta' żmien itwal, l-użu tal-IT fir-riżoluzzjoni tat-tilwim se jirrikjedi li jsiru bidliet fundamentali fil-liġi proċedurali u fil-mod li l-leġiżlazzjoni tkun ikkonċepita u mfassla, u l-aċċess effiċjenti għal-liġi u l-ġustizzja se jirrikjedi li r-reġistri (reġistri kummerċjali u tal-kumpaniji, reġistri tal-art, reġistri ta' testmenti, eċċ.) jiġu konnessi flimkien; billi l-Parlament diġà ħa ħsieb li jagħmel l-aċċess għall-ġustizzja iktar kompatibbli mal-użu tal-IT fit-trattament tiegħu tal-leġiżlazzjoni dwar it-talbiet żgħar, l-ordni ta' infurzar Ewropew u l-medjazzjoni; billi l-użu tal-IT għandu jitħeġġeġ fl-oqsma kollha, inklużi fit-tressiq, it-tqassim u s-servizz tad-dokumenti, l-għoti ta' evidenza u t-trattament ta' talbiet għal għajnuna legali, u b'hekk għandu jkun jidher fil-proposti leġiżlattivi kollha fil-ġejjieni; billi diġà tista' tiġi kkontemplata azzjoni fl-oqsma tal-atti elettroniċi, it-trasparenza tal-assi tad-debituri u l-evidenza,
G. billi l-idea li jinħoloq portal/netwerk tal-ġustizzja elettronika ntlaqgħet tajjeb, iżda hemm bżonn li tingħata attenzjoni biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet kemm taċ-ċittadini tal-UE u kemm ta' dawk li jipprattikaw il-professjoni legali fl-UE u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja billi jiġu offruti mezzi trasparenti u faċli għall-aċċess għall-informazzjoni; billi r-relazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-UE u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali għandha b'hekk tiġi ffaċilitata, u l-vittmi ta' delitti, il-persuni suspettati u l-"utenti tal-ġustizzja" b'mod ġenerali għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-għodda tal-ġustizzja tal-UE fil-ħajja tagħhom ta' kuljum; billi, fl-istess ħin, sabiex ikun verament effettiv, il-portal/netwerk għandu jiddaħħal bħala proġett pilota fil-qafas tan-Netwerks Trans-Ewropej antiċipat fl-Artikolu 154 tat-Trattat KE u żviluppat permezz ta' soluzzjonijiet ta' interoperabilità għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej kif imsemmijin fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Settembru 2008 (COM(2008)0583),
H. billi, peress li 50% biss taċ-ċittadini Ewropej għandhom aċċess għall-internet, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-servizzi tal-ġustizzja elettronika għandhom jimxu id f'id mal-osservanza assoluta tal-prinċipji ta' trasparenza, ugwaljanza quddiem il-liġi u skrutinju pubbliku u għandhom, tal-anqas waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni, ikunu ta' natura supplimentari u fakultattiva f'dak li għandu x'jaqsam mal-prattiki segwiti sa dakinhar fl-Istati Membri,
I. billi l-portali li diġa jeżistu huma primittivi, mimlija b'kontenut żejjed u mhux faċli biex wieħed jużahom, u billi l-aqwa mħuħ fil-kamp tal-IT għandhom jitqabbdu biex itejbu l-aċċess għall-informazzjoni, is-sistemi elettroniċi u r-reġistri; billi portal Ewropew uniku għall-ġustizzja, b'aċċess differenzjali għall-ġudikatura u għall-ħaddiema tal-gvern, għall-professjonisti legali u ta' tip ieħor u għaċ-ċittadini, għandu jipprovdi sistema għall-immaniġġjar tal-identità biex iżżomm iż-żona għaċ-ċittadini separata miż-żona għall-professjonisti; billi, għalkemm huwa essenzjali li jsir xogħol li jibni fuq in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew u li jtejbu, l-enfasi prinċipali għandha tkun, iktar minn qatt qabel, fuq l-aċċess għall-ġustizzja miċ-ċittadini u n-negozji,
J. billi l-objettiv li tinħoloq żona ta' ġustizzja Ewropea, sa ċertu punt, mhux se jinkiseb daqshekk malajr minħabba n-numru żgħir ta" awtoritajiet ġudizzjarji li jista' jkollhom aċċess għal taħriġ ġudizzjarju tal-UE, u billi l-għodda elettronka tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal disseminazzjoni mifruxa ta" kultura ġudizzjarja Ewropea li hija l-bażi taż-żona ta" ġustizzja Ewropea futura,
K. billi għandha tingħata konsiderazzjoni għall-inugwaljanzi sinifikanti fl-għarfien li għandhom l-imħallfin nazzjonali tal-liġi Komunitarji fl-Istati Membri kollha, kif enfasizzat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-irwol tal-imħallef nazzjonali fis-sistema ġudizzjarja Ewropea(1),
L. billi l-kwistjonijiet ewlenin fil-qasam tal-ġustizzja elettronika għandhom jibdew jiġu ttrattati immedjatament, inkluża l-kwistjoni tal-lingwa,
M. billi l-Ministri għall-Ġustizzja appoġġjaw approċċ deċentralizzat għall-iżviluppp tal-ġustizzja elettronika fil-livell Ewropew, b'ċertu livell ta' koordinazzjoni ċentrali, li tippermetti li l-informazzjoni tinqasam fuq livell Ewropew, waqt li tippermetti li sistemi nazzjonali jiġu operati b'mod indipendenti u tevita l-piżijiet inerenti fil-ħolqien ta' sistema ġdida u ċentralizzata ta' ġustizzja elettronika għall-UE, u billi ċerti Stati Membri huma impenjati f'koperazzjoni bilaterali; billi l-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill ikkonkluda li l-inizjattivi rigward il-ġustizzja elettronika m'għandhomx ikunu obbligatorji għall-Istati Membri, u m'għandhomx jiġu obbligati li jintroduċu sistemi nazzjonali ġodda jew li jibdlu b'mod fundamentali lil dawk li diġà jeżistu,
N. billi ġie ppruvat li t-teknoloġija tal-informatika hi għodda effettiva biex tiġi indirizzata l-kriminalità transnazzjonali, kif inhu enfasizzat mir-riżultati li, pereżempju, inkisbu mis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen u l-iżviluppi ulterjuri tagħha; billi l-użu ta' teknoloġija għolja fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transnazzjonali għandu jiġi sfruttat kompletament u proġetti bħas-Sistema Ewropea dwar l-Informazzjoni dwar ir-Rekords Kriminali għandhom jirċievu appoġġ mifrux bl-aktar mod possibbli, anke f'termini finanzjarji,
O. billi s-sistema attwali għall-ġbir ta' evidenza kriminali fi Stati Membri oħra għadha bbażata fuq strumenti li jaħdmu bil-mod u li mhumiex effettivi, u li jiġu offruti permezz ta' assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali, u billi, fejn ikun xieraq u f'dawk il-każi biss meta ma jkunx ta' detriment għall-pożizzjoni legali tal-persuna li tkun qed tagħti x-xhieda tagħha, l-użu ta' għodda teknoloġika, bħall-mezzi ta' vidjokonferenza, ikun pass kbir 'il quddiem fil-ġbir tal-evidenza mill-bogħod,
P. billi l-ħolqien ta" żona ta' ġustizzja Ewropea jinvolvi wkoll it-tisħiħ tad-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji proċedurali għaċ-ċittadini tal-UE, u billi l-istrateġija għandha tkun implimentata b'konformità sħiħa mal-ogħla standards tal-protezzjoni tad-data,
Q. billi l-miżuri leġiżlattivi li għandhom l-għan li jżidu l-għarfien dwar is-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri l-oħra għandhom jimxu id f'id sabiex jagħmlu dan it-tagħrif disponibbli onlajn,
1. Jappoġġja l-pjanijiet tal-Kummissjoni, b'mod partikulari l-proposta għall-promozzjoni ta' Qafas Ewropew ta' Interoperabilitá fil-kuntest tal-programm IDABC u l-ħidma li għaddejja dwar il-firma elettronika u l-identità elettronika;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkomplementa ż-żona Ewropea ta' ġustizzja, libertà u sigurtà b'zona ta" ġustizzja elettronika billi:
a)
tieħu azzjoni konkreta bl-intenzjoni li tiġi implimentata z-zona Ewropea ta' ġustizzja elettronika;
b)
tidentifika b'mod ċar il-kwistjonijiet koperti minn azzjoni tal-UE billi, pereżempju, tuża definizzjoni differenti jew tuża l-akronimu "UE" mat-terminu "ġustizzja elettronika" sabiex ikun hemm referenza għal "ġustizzja elettronika tal-UE" jew "Ġustizzja-UE";
c)
timplimenta l-portal/netwerk tal-ġustizzja elettronika filwaqt li tindirizza l-bżonnijiet kemm taċ-ċittadini tal-UE kif ukoll ta' dawk li jipprattikaw il-professjoni legali fl-UE u tiżgura d-disponibilità ta" mezzi trasparenti u faċli biex tużahom għall-aċċess għall-informazzjoni billi japprofittaw ruħhom min-Netwerks Trans-Ewropej antiċipati fl-Artikolu 154 tat-Trattat KE u żviluppati permezz ta' soluzzjonijiet ta' interoperabilità għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej;
d)
tagħmel użu mifrux mill-għodda elettronika fl-iżvilupp ta' kultura ġudizzjarja Ewropea;
e)
tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tat-teknoloġiji l-ġodda fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transnazzjonali;
f)
issaħħaħ u tipprovdi, mingħajr dewmien, l-għodda, bħall-mezzi ta' vidjokonferenza, biex jittejjeb il-ġbir tal-evidenza fi Stati Membri oħra;
g)
issaħħaħ id-drittijiet fundamentali, is-salvagwardji proċedurali fil-proċeduri kriminali u l-protezzjoni tad-data bħala parti integrali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta" Azzjoni dwar il-ġustizzja fl-UE;
3. Jikkunsidra li x-xogħol tal-Istituzzjonijiet għandu jkun iffukat ħafna iktar fuq iċ-ċittadin;
4. Waqt li jilqa' l-entużjażmu li l-Istati Membri qed juru għat-twaqqif ta' proġetti bilaterali li, aktar tard, jistgħu jitwessgħu biex jinkludu l-Istati Membri kollha u li għalhekk, wieħed jittama, jistgħu jipprovdu l-aħjar riżultat għall-UE kollha kemm hi, iwissi kontra l-possibilità li approċċ ta' dan it-tip ikollu effett frammentarju u jittama li se ssir għassa biex din ma sseħħx;
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti l-attenzjoni li hemm bżonn għall-iżvilupp ta' għodda għat-tagħlim elettroniku għall-ġudikatura fil-kuntest tal-ġustizzja elettronika;
6. Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju ta' sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;
7. Jikkunsidra li l-proposta mitluba m'għandhiex implikazzjonjiet finanzjarji;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
ANNESS
RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA
Rakkomandazzjoni 1 (dwar il-forma u l-kamp ta' applikazzjoni tal-istrument li għandu jkun adottat)
Peress li l-Kunsill għadu ma vvutax għal riżoluzzjoni dwar pjan ta' azzjoni li jinvolvi lill-Kummissjoni fit-twettiq tiegħu, il-Kummissjoni qed tintalab tħejji Pjan ta' Azzjoni dwar il-ġustizzja elettronika fil-livell Ewropew. Dan għandu jikkonsisti f'sensiela ta' azzjonijiet individwali, skond kif deskritt fid-dettall hawn taħt, li wħud minnhom jistgħu jirriżultaw fi proposti leġiżlattivi, pereżempju għall-koperazzjoni amministrattiva skont l-Artikolu 66 tat-Trattat KE, waqt li oħrajn jistgħu jirriżultaw f'rakkomandazzjonijiet u oħrajn f'atti u deċiżjonijiet amministrattivi.
(Azzjoni konkreta għall-implimentazzjoni ta" żona ta' ġustizzja Ewropea) L-ewwel pass f'din d-direzzjoni għandu jkun, ovvjament, li kull awtorità ġudizzjarja fl-UE tingħata kompjuter, indirizz elettroniku u konnessjoni għal mal-internet. Dan għandu mnejn jidher ovvju iżda sfortunatament mhuwiex: f'ħafna każi l-awtoritajiet ġudizzjarji m'humiex provduti b'din l-għodda indispensabbli jew, anke jekk ikunu, ma jistgħux jew ma jridux jagħmlu użu minnha. Din is-sitwazzjoni trid tingħeleb.
(L-identifikazzjoni b'mod ċar tal-kamp ta' applikazzjoni tal-ġustizzja elettronika) Sabiex jiġu evitati l-inkomprensjonijiet, ikun xieraq li l-kwistjonijiet koperti minn azzjoni tal-UE jiġu identifikati b'mod ċar billi, pereżempju, tintuża definizzjoni differenti jew jintuża l-akronimu "UE" mat-terminu "ġustizzja elettronika" sabiex ikun hemm referenza għal "ġustizzja elettronika tal-UE" jew "Ġustizzja-UE".
Rakkomandazzjoni 2 (dwar il-kontenut minimu tal-istrument li għandu jkun adottat)
Il-Pjan ta' Azzjoni għandu jikkonsisti f'tal-anqas l-azzjonijiet li ġejjin:
1.Pjan ta' Azzjoni "Ġustizzja-UE"
Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni u jissaħħu l-koordinazzjoni u l-konsistenza, il-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament, għandha tfassal Pjan ta" Azzjoni dwar il-ġustizzja fl-UE orjentat għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini u ta' dawk li jipprattikaw il-professjoni legali, fejn tipproponi strateġija għall-aħjar implimentazzjoni taż-żona ta' ġustizzja Ewropea. Minn din il-prospettiva, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw b'lealtà (bi qbil mal-Artikolu 10 tat-Trattat KE) billi jimpenjaw ruħhom biex jinfurmaw lil xulxin dwar kull informazzjoni relevanti inkluża l-leġiżlazzjoni li tkun għadha kemm ġiet adottata, kif diġà jiġri, mutatis mutandis, fis-suq intern permezz tal-iskambju ta" informazzjoni dwar ir-regolamenti tekniċi nazzjonali. Fl-istess ħin, waqt li kull miżura li għandha l-għan li ttejjeb il-fehim reċiproku tal-informazzjoni se tintlaqa' tajjeb, trid tingħata attenzjoni biex jiġi definit u ċirkoskritt b'mod ċar sa liema punt jista" jsir l-użu ta' sistemi għat-traduzzjoni awtomatika, peress li dawn ġieli jipproduċu "traduzzjonijiet li jistgħu jkunu qarrieqa.
2.Azzjoni rigward leġiżlazzjoni li tkun valida anke fil-futur
Il-Kummissjoni għandha twaqqaf mekkaniżmu adegwat biex ikun żgurat li l-leġiżlazzjoni futura kollha fil-qasam tal-liġi ċivili titfassal b'tali mod li jippermetti li tintuża f'applikazzjonijiet onlajn. Pereżempju, jistgħu jittieħdu passi biex jiġi żgurat li l-Kumpanija Privata Ewropea li qed tiġi proposta tkun tista' titwaqqaf permezz ta' applikazzjonijiet onlajn u li l-proposti dwar ir-rikonoxximent ta' strumenti bħal dawk li jittrattaw il-protezzjoni legali tal-adulti u atti awtentiċi oħra jiġu adattati għall-użu onlajn. Għaldaqstant, meta jsiru proposti li jinvolvu formoli intiżi biex jimtlew miċ-ċittadini, il-formoli għandhom jitfasslu u jkunu fformattjati ab initio għall-użu elettroniku u jkunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Istati Membri. Għandha tittieħed azzjoni biex jitnaqqas kemm jista' jkun il-bżonn li jiddaħħal test b'mod ħieles u biex ikun żgurat li, fejn hemm bżonn, tingħata għajnuna onlajn fil-lingwi uffiċjali kollha u jkunu disponibbli servizzi onlajn ta' traduzzjoni elettronika. Bl-istess kriterju, fejn ikun hemm il-ħtieġa li tkun prevista n-notifika ta' dokumenti, għandha ssir dispożizzjoni biex ikun żgurat li d-dokumenti jkunu jistgħu jiġu nnotifikati u l-komunikazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru permezz tal-posta elettronika u l-firem jiġu pprovduti elettronikament u, fejn ikun hemm il-bżonn ta' xhieda orali, jitħeġġeġ l-użu ta' mezzi għal vidjokonferenza.
Il-proposti futuri kollha għandhom jinkludu stqarrija mmotivata mill-Kummissjoni li tkun saret verifika ta' kompatibilità mal-kunċett ta' ġustizzja elettronika.
Il-Kummissjoni għandha twettaq verifika tal-leġiżlazzjoni eżistenti kollha fil-qasam tal-ġustizzja ċivili u, fejn ikun hemm bżonn, tipproponi emendi sabiex tagħmel il-leġiżlazzjoni eżistenti kumpatibbli mar-rekwiżiti tal-ġustizzja elettronika. B'mod iktar speċifiku, il-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, qed tintalab teżamina bħala prijorità il-proċedura Ewropea rigward talbiet żgħar, l-ordni ta' infurzar Ewropew u soluzzjoni alternattiva tat-tilwim sabiex tippermetti li ċ-ċittadini u n-negozji jkollhom aċċess dirett għalihom onlajn. B'mod simili, ir-Regolament dwar is-Servizz ta' Dokumenti(2) u r-Regolament dwar Xhieda f'Materji Ċivili(3) għandhom jiġu riveduti. L-għan għandu jkun li tkun ipprovduta firxa kompleta ta' strumenti effettivi u sempliċi li jkunu utli għaċ-ċittadini u n-negozji u li jistgħu jintużaw minnhom, u mhux sistema li tiffavorixxi biss lil-litiganti kummerċjali involuti f'talbiet kbar.
3.Azzjoni rigward proċedura ċivili
Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jirrapportaw lill-Parlament Ewropew dwar ir-riforma u l-armonizzazzjoni tal-liġi proċedurali u l-liġi dwar l-evidenza f'kawżi transkonfinali u kawżi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, waqt li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fil-qasam tat-teknoloġija tal-informatika. L-għan għandu jkun dak ta' proċeduri ċivili iktar sempliċi, orħos u iktar rapidi f'kawżi transkonfinali.
4.Azzjoni rigward il-liġi dwar il-kuntratti u l-liġi dwar il-konsumatur
Hawnhekk l-enfasi għandha titqiegħed fuq il-liġi preventiva billi tkun prevista iktar ċarezza u sempliċità u jkunu evitati l-intoppi, il-problemi u l-ispejjeż li, b'mod partikulari, toħloq il-liġi internazzjonali privata.
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni qed tintalab li tibda taħdem fuq termini u kundizzjonijiet standard għall-kummerċ elettroniku. Fl-aħħar mill-aħħar, dan jippermetti li l-kummerċjanti elettroniċi joffru "buttuna blu" li permezz tagħha l-konsumaturi (jew anke kummerċjanti oħra) ikunu jistgħu jaċċettaw li tiġi applikata l-liġi standard Ewropea dwar il-kuntratti għat-transazzjonijiet tagħhom. Din tista' tkun akkumpanjata minn sistema onlajn għall-ilmenti u aċċess għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim approvata onlajn.
5.Azzjoni rigward lingwi, multilingwiżmu u interoperabilità
Għandu jitnieda programm biex ikun eżaminat l-aħjar mod kif jistgħu jkunu pprovduti faċilitajiet onlajn ta' traduzzjoni għall-portali Ewropej ta' ġustizzja elettronika. B'mod parallel, għandu jitwaqqaf grupp ta' ħidma dwar is-simplifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni tat-terminoloġija. Kull Stat Membru għandu jipprovdi bażi ta' data ta' tradutturi u interpreti legali.
6.Azzjoni rigward portali Ewropej ta' ġustizzja elettronika
L-azzjonijiet kollha msemmija hawn fuq għandhom ikunu assenjati lil unità ta' koordinazzjoni u ġestjoni, li tkun responsabbli wkoll għall-koordinazzjoni tal-kontributi tal-Istati Membri varji u biex tiżgura l-interoperabilità tagħhom.
L-unità ta' koordinazzjoni u ġestjoni għandha tkun responsabbli wkoll għat-tfassil u t-tħaddim tat-tliet portali Ewropej ta' ġustizzja elettronika, li għandhom jipprovdu żoni għaċ-ċittadini, għall-professjonisti fil-qasam legali u l-ġudikatura, u għall-ħaddiema tal-gvern, u għandha tirrapporta lill-Kummissarju għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Kemm jista' jkun malajr (u sa mhux aktar tard mill-2009-20101) għandu jingħata bidu għal studji ta' fattibilità dwar l-użu ta' firem elettroniċi f'kuntest legali, dwar l-aċċess minn distanza għar-reġistri nazzjonali (reġistri dwar insolvenzi, reġistri tal-art, reġistri kummerċjali, eċċ.) u għall-ħolqien ta' netwerk sikur, waqt li jitqiesu r-riżultati diġà miksuba mill-Kunsill (interkonnessjoni tar-reġistri dwar insolvenzi, il-possibilità ta' koperazzjoni mal-EULIS u l-EBR). L-istudju ta' fattibilità rigward pjattaforma għal skambju virtwali għandu jibda fl-2011. L-istudji ta' fattibilità għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar ir-reklamar u l-aċċess għall-informazzjoni stipulati f'kull Stat Membru sabiex jiġu żgurati l-protezzjoni tad-data u ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-informazzjoni.
Fit-twettiq ta' dawn l-istudji, għandu jitqies ix-xogħol li diġà sar mill-professjoni tan-nutara f'dan il-qasam (rikonoxximent ta' firem, nutar elettroniku, reġistru ta' testmenti, eċċ.). L-għan huwa li tiġi garantita għodda li faċli tintuża miċ-ċittadini, min-negozji, mill-persuni li jippratikaw il-professjoni legali, mill-ġudikatura u mill-uffiċjali responsabbli għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja.
(a)Il-Portal Ewropew ta' ġustizzja elettronika għaċ-ċittadin
Dan il-portal multilingwi għandu jitfassal bl-għan li joffri l-għajnuna kollha possibbli liċ-ċittadini u lin-negozji li jfittxu għajnuna legali u konsulenza legali inizjali dwar problemi legali transkonfinali.
Apparti l-aċċess għal bażijiet ta' data legali u rimedji elettroniċi (talbiet żgħar, ordni għall-ħlas), skemi onlajn għal soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (inkluża SOLVIT) u ombudsmen, il-portal għandu jinkorpora sistemi intelliġenti mfassla biex jgħinu liċ-ċittadin isir jaf kif għandu jittratta problemi legali. Sistemi ta' dan it-tip għandhom jiggwidaw lin-nies dwar (a) kif isibu avukat fi Stat Membru ieħor li jitkellem bil-lingwa tagħhom (avukat, nutar, prokuratur, eċċ)., u jispjegaw x'inhuma l-funzjonijiet tagħhom, (b) kif jaċċertaw x'għajnuna legali, jekk ikun hemm, hija disponibbli, u (c) kif jidentifikaw liema passi għandhom jieħdu biex iwettqu ċertu formalitajiet fl-Istati Membri differenti (eż. kif wieħed jistabbilixxi kumpanija, iżomm rekord tal-kontijiet, jagħmel testment, jixtri/jbigħ dar, eċċ.). Għandhom iservu wkoll ta' gwida rigward it-tip tal-problema, il-passi proċedurali li għandhom jittieħdu, u kwistjonijiet oħra ta' dan it-tip.
Fejn ikun possibbli, għandha tiġi pprovduta konsulenza legali inizjali b'xejn, permezz ta' email, minn entitajiet professjonali nazzjonali u taħt is-superviżjoni tagħhom. Tal-inqas, għandhom ikunu disponibbli direttorji ta' avukati, nutara, marixxalli tal-qrati u uffiċjali ġudizzjarji oħra, awdituri, esperti b'liċenzja nazzjonali u tradutturi u interpreti legali f'kull Stat Membru, flimkien ma' indikazzjoni tal-entità professjonali kompetenti. Għandhom ikunu wkoll disponibbli faċilment gwidi sempliċi għas-sistema legali ta' kull Stat Membru.
Wieħed għandu jkollu wkoll il-possibilità ta' aċċess ta' malajr għal għajnuna legali ta' emerġenza u għall-pulizija.
Barra minn hekk, il-portal għandu joffri wkoll aċċess għar-reġistri varji u jippermetti l-pubblikazzjoni ta' Avviżi Uffiċjali nazzjonali.
(b)Il-portal Ewropew tal-ġustizzja elettronika sikur
Dan il-portal għandu jitfassal biex jintuża bħala għodda mill-imħallfin, l-uffiċjali tal-qrati, l-uffiċjali tal-Ministeri tal-Ġustizzja u l-avukati li jipprattikaw il-professjoni legali bis-sigurtà ggarantita mill-għoti ta' drittijiet ta' aċċess differenti.
Minbarra li jipprovdi aċċess għal bażijiet ta' data legali u leġiżlattivi u għall-ikbar firxa possibbli ta' reġistri nazzjonali, għandu jippermetti wkoll komunikazzjoni sikura, l-użu ta' mezzi ta' vidjokonferenza u l-iskambju ta' dokumenti bejn il-qrati u bejn il-qrati u l-partijiet involuti fil-proċeduri (żmaterjalizzazzjoni tal-proċeduri). Għal dan il-għan, għandu jippermetti wkoll il-verifika ta' firem elettroniċi u jipprevedi sistemi ta' verifika xierqa.
Il-portal għandu joffri wkoll mezz ta' skambju ta' informazzjoni dwar, pereżempju, persuni li kienu pprojbiti milli jaħdmu mat-tfal jew li jaħdmu bħala diretturi ta' kumpaniji.
Il-punti ta' kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali fl-Istati Membri għandhom jitħeġġu li jieħdu rwol attiv fl-iżvilupp tal-ġustizzja elettronika Ewropea billi jikkontribwixxu għall-konċepiment u t-tfassil tal-portali futuri, inkluż il-portal ta' ġustizzja elettronika għaċ-ċittadin, bħala parti mill-politika Komunitarja dwar ġustizzja elettronika, imfasslin b'mod partikulari biex jippermettu li ċ-ċittadin ikollu aċċess dirett għall-ġustizzja. Bħala pass inizjali, is-siti tal-internet tal-Ministeri tal-Ġustizzja għandhom jinkludu link għas-sit tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.
Il-portal għandu jagħti liċ-ċittadin tal-UE informazzjoni dwar is-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tagħhom, u għandu jinkludi informazzjoni prattika dwar liema awtorità għandha tiġi indirizzata u kif, dwar kif jistgħu jinkisbu l-formoli, u dwar l-għajnuna legali, u anke l-listi tal-avukati li huma kapaċi jieħdu ħsieb klijenti barranin. Il-portal għandu jipprovdi wkoll lil dawk li jipprattikaw il-professjoni legali bil-leġiżlazzjoni tal-UE u bil-leġiżlazzjoni relevanti tal-Istati Membri. Is-siti elettroniċi tat-Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew, tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, tan-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju u ta' entitajiet oħrajn diġa joffru ħafna informazzjoni utli. Madankollu, din l-informazzjoni hija frammentarja u mhux faċli ssibha. Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji relevanti għandhom isiru disponibbli. Din l-informazzjoni kollha għandha tkun disponibbli onlajn u offlajn u trid tingħata attenzjoni partikulari lill-mekkaniżmi ta' sinkronizzazzjoni li joffru informazzjoni aġġornata (Feeds RSS).
7.Taħriġ ġudizzjarju
Sabiex tinxtered il-kultura ġudizzjarja Ewropea u bil-għan li jintlaħaq l-ikbar għadd ta' membri tal-ġudikatura possibbli sa mill-ewwel mument li jingħaqdu mal-ġudikatura, għandha tingħata speċi ta' tagħmir ta' "sopravvivenza" fil-forma ta' CD jew stikka USB li jkun fihom it-Trattat tal-UE, it-Trattat tal-KE u anke t-testi bażiċi dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja u informazzjoni dwar is-sistemi ġudizzjarji ta' Stati Membri oħra lil kwalunkwe membru tal-ġudikatura li jkun għadu kif inħatar. Għandha tingħata wkoll kunsiderazzjoni għall-pubblikazzjonijiet tal-UE indirizzati liċ-ċittadin li jipprovdu informazzjoni prattika dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja tal-UE u s-sistemi għall-ġustizzja kriminali ta' Stati Membri oħra. Barra minn hekk, l-għodda elettronika ta' taħriġ offruta min-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju, li jirrappreżenta skejjel ta' taħriġ ġudizzjarju fl-UE kollha, għandhom jingħataw attenzjoni adegwata u appoġġ mill-Kummissjoni u l-Kunsill.
8.Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transnazzjonali
S'issa l-aktar applikazzjoni importanti tal-ġustizzja elettronika fil-kuntest tal-ġustizzja fi kwistjonijiet kriminali hija l-ħolqien tas-Sistema Ewropea dwar l-Informazzjoni dwar ir-Rekords Kriminali. Biex tkun effettiva, hemm bżonn li din is-sistema tiġi appoġġjata minn struttura elettronika li tkun kapaċi tagħmel interkonnessjoni bejn ir-reġistri kriminali nazzjonali kollha(4) u li għandha tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien. Applikazzjoni tal-IT oħra ta' relevanza għaż-żona tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà hija s-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, bażi tad-dejta fuq skala kbira li tippermetti li l-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni u jikkoperaw b'ħafna modi, fosthom permezz tat-trażmissjoni tal-mandati ta' arrest Ewropej, b'mod sigur u ta' malajr ħafna. Kif jidher fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-2 ta" Settembru 2008(5), il-Eurojust huwa attur prinċipali fil-ġlieda kontra l-kriminalità transazzjonali fil-livell tal-Unjoni Ewropea. L-azzjoni ta" koordinazzjoni tagħha hija fundamentali biex jiġu indirizzati fenomeni ta" kriminalità serji li qed jużaw dejjem aktar il-mezzi teknoloġiċi. Bis-saħħa wkoll tas-sistema innovattiva tagħha għall-ipproċessar tad-data (is-sistema E-POC) l-għadd ta" każi li mmaniġġja l-Eurojust fl-2008 laħaq il-limitu minimu ta" 1,000. Dawn l-eżempji għandhom jiġu mmultiplikati u ffinanzjati bir-riżorsi finanzjarji tal-UE.
9.Mezzi ta' vidjokonferenza
L-użu ta' mezzi ta' vidjokonferenza fil-kuntest ta' proċeduri kriminali f'ċerti Stati Membri huwa pjuttost komuni. Dan jippermetti li tinġabar l-evidenza billi jittieħdu l-istqarrijiet tal-persuni akkużati, ix-xhieda jew l-esperti fin-nuqqas tal-preżenza fiżika tagħhom waqt li fl-istess ħin jippermettu li tingħata protezzjoni adegwata lil dawk li jkollhom bżonnha. Il-Konvenzjoni Ewropea tal-2000 dwar l-Assistenza Reċiproka fi Kwistjonijiet Kriminali tistipula regoli dwar is-smigħ ta' xhieda, ta' persuni akkużati u ta' esperti permezz ta' vidjokonferenza. Din issa ġiet irratifikata minn 24 Stat Membru. Il-Parlament Ewropew qed jistieden lill-Istati Membri biex itemmu l-proċess tar-ratifika mill-iktar fis possibbli. S'issa għad m'hemm l-ebda statistika disponibbli dwar l-applikazzjoni prattika tal-mezzi ta' vidjokonferenza. Jidher li l-mezzi ta' vidjokonferenza għadhom mhumiex qed jiġu sfruttati kompletament, u waħda mir-raġunijiet hija n-nuqqas tal-appoġġ elettroniku rikjest. L-appoġġ u l-għajnuna finanzjarja mill-UE jridu jiġu pprovduti mill-iktar fis possibbli.
10.It-tisħiħ tad-drittijiet fundamentali u s-salvagwardji proċedurali
Kull progress teknoloġiku se jintlaqa' tajjeb, dejjem sakemm ma jpoġġix id-drittijiet fundamentali fil-periklu. B'dan f'moħħna, fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija u tal-Pjan ta' Azzjoni, trid tingħata attenzjoni lir-rispett tad-drittijiet fundamentali, u b'mod speċifiku, lis-salvagwardji proċedurali u l-protezzjoni tad-data, waqt li liċ-ċittadini tal-UE jingħata d-dritt ta' aċċess għall-informazzjoni maħżuna u maqsuma mill-awtoritajiet rilevanti li tinformahom dwar ir-rimedji disponibbli. Strateġija ta' vera għall-ġustizzja elettronika ma tistax taħdem mingħajr l-armonizzazzjoni tas-salvagwardji proċedurali u mingħajr salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data li japplikaw fi kwistjonijiet ta' ġustizzja kriminali.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (ĠU L 160, 30.6.2000, p. 37).
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1).
Il-Parlament jappoġġja dan il-proġett u jittama li se jiġi implimentat, waqt li titqies il-pożizzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar it-twaqqif ta' Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), (P6_TA(2008)0465).
Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI (P6_TA(2008)0384).
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-protezzjoni legali tal-adulti : implikazzjoniiet transkonfinali (2008/2123(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu tat-Trattat tal-KE,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Aja tat-13 ta' Jannar 2000 dwar il-protezzjoni internazzjonali tal-adulti,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għad-Drittijiet ta" Persuni b'Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti tat-13 ta" Diċembru 2006,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta" Persuni b'Diżabilitajiet (COM(2008)0530),
– wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni għall-Kunsill u l-Parlament Ewropew tal-10 ta' Mejju 2005 bl-isem "Il-Programm tal-Aja: Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin. Sħubija Ewropea għat-tiġdid Ewropew fil-qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja" (COM(2005)0184),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 39 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (A6-0460/2008),
A. billi fil-qafas tal-Komunikazzjoni diġà msemmija dwar il-Programm tal-Aja, il-Kummissjoni għażlet bħala waħda mill-prijoritajiet tagħha, il-ħtieġa li jkun hemm garanzija ta' spażju reali Ewropew fil-qafas tal-ġustizzja ċivili, u b'mod partikulari f'dak li jikkonċerna r-rikonoxximent u t-twettiq tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji,
B. billi diġà sar xogħol u saru konsultazzjonijiet f'dan il-kuntest dwar deċiżjonijiet rigward il-patrimonju familjari u s-suċċessjoni jew testamenti, bl-iskop li jiġu ppreparati proposti leġiżlattivi ġodda;
C. billi jeħtieġ li tingħata għajnuna għar-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji jew amministrattivi li ttieħdu rigward persuni suġġetti għal miżuri ta' protezzjoni;
D. billi trid titqies l-attenzjoni li trid tingħata għaċ-ċirkustanzi delikati u vulnerabbli ta' persuni li huma suġġetti għal miżuri ta' protezzjoni, kif ukoll il-ħtieġa tal-ħeffa li trid tingħata għat-trattament ta' talbiet ta' koperazzjoni, informazzjoni jew rikonoxximent u nfurzar,
E. billi l-iżvilupp tas-sitwazzjonijiet jew l-implimentazzjoni ta' protezzjoni ġudizzjarja tikkonċerna żewġ Stati Membri jew aktar,
F. billi żviluppaw ruħhom sitwazzjonijiet li fihom każijiet li jinvolvu protezzjoni legali jikkonċernaw żewġ Stati Membri jew aktar u jikkonċernaw Stati Membri u Stati li mhumiex membri tal-UE, b'mod partikulari minħabba flussi ta' migrazzjoni tradizzjonali (eks kolonji, l-Istati Uniti u l-Kanada),
G. billi tfaċċaw problemi minħabba ż-żieda fil-movimenti bejn l-Istati Membri fejn hemm ħruġ nett ta' persuni rtirati, li jinkludi adulti vulnerabbli, u dawk l-Istati Membri fejn għandhom dħul nett ta' individwi rtirati,
H. billi l-bżonn għall-protezzjoni legali għal adulti vulnerabbli u l-prinċipji li jirregolawha qablu fuqhom l-Istati Membri tal-UE fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa Nru R (99) 4 tal-Kumitat tal-Ministri għall-Istati Membri dwar il-prinċipji li jikkonċernaw il-protezzjoni legali ta' adulti inkapaċi, adottata fit-23 ta' Frar 1999,
I. billi l-protezzjoni legali ta' adulti vulnerabbli għandha tkun il-pilastru tad-dritt għall-moviment ħieles tal-persuni,
J. billi trid titqies id-differenza li teżisti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-miżuri ta' protezzjoni;
K. billi jeħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta" Persuni b'Diżabilitajiet,
L. billi d-dispożizzjoniiet tal-Konvenzjoni tal-Aja jistgħu jkollhom jgħinu jintlaħaq il-għan li jinħoloq l-ispazju ta' ġustizzja, libertà u sigurtà billi jiffaċilitaw ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet li jiddikjaraw miżura ta' protezzjoni, id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli u l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali,
M. billi jkun xieraq li jiġu implimentati miżuri speċifiċi u xierqa ta' koperazzjoni bejn l-Istati Membri li jkunu jistgħu jispiraw ruħhom mill-mekkaniżmi ta' din il-konvenżjoni,
N. billi formoli uniċi tal-Komunità jistgħu jiġu implimentati sabiex jippromwovu l-informazzjoni dwar deċiżjonijiet ta' protezzjoni kif ukoll dwar iċ-ċirkulazzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' dawn id-deċiżjonijiet,
O. billi tkun tista' tinħoloq formola unika fil-livell tal-Unjoni Ewropea għal każijiet ta' mandati ta' inkapaċità sabiex tiggarantixxu l-effettività tagħhom fl-Istati Membri kollha,
P. billi jistgħu jiġu introdotti mekkaniżmi għar-rikonoxximent faċli, ir-reġistrazzjoni u l-użu ta" prokuri dewwiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea,
1. Jilqa' b'sodisfazzjoni l-impenn tal-Presidenza Franċiża għas-sitwazzjoni tal-adulti vulnerabbli u tal-protezzjoni transkonfinali legali tagħhom; jifraħ lil dawk l-Istati Membri li ffirmaw u rratifikaw il-Konvenzjoni tal-Aja u jħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ffirmawhiex jew ma rratifikawhiex, sabiex jagħmlu hekk;
2. Jitlob lill-Kummissjoni, hekk kif tinkiseb esperjenza biżżejjed dwar l-operat tal-Konvenzjoni tal-Aja, sabiex tippreżenta lill-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KE, proposta leġiżlattiva li jkollha l-iskop li ssaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u biex ittejjeb ir-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar ta' deċiżjonijiet għal protezzjoni ta' anzjani u għal mandati ta' inkapaċità u prokuri dewwiema, skont ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati mfissra hawn taħt;
3. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex timmoniterja l-esperjenza fl-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Aja u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri u biex tissottometti fi żmien xieraq lill-Parlament u lill-Kunsill rapport li jiġbor fil-qosor il-problemi u l-aħjar prattiki fl-applikazzjoni prattika tagħha u li jinkludi, jekk ikun meħtieġ, proposti għal dispożizzjonijiet tal-Komunità li jissupplimentaw jew jispeċifikaw il-mod kif il-Konvenzjoni għandha tiġi applikata;
4. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa l-possibilità tal-adeżjoni tal-Komunità mal-Konvenzjoni tal-Aja; jissuġġerixxi li dan jista' jkun qasam ta' koperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri;
5. Jistieden lill-Istati Membri kollha li għadhom ma ffirmawx jew ma rratifikawx il- Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità sabiex jagħmlu dan għaliex dan iservi sabiex titjieb il-protezzjoni ta' adulti vulnerabbli fl-UE;
6. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiffinanzja studju biex iqabbel il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar adulti vulnerabbli u miżuri ta' protezzjoni bl-iskop li jinstab fejn jistgħu jinqalgħu kwistjonijiet legali u x'miżuri jkunu meħtieġa fil-livell tal-UE jew tal-Istati Membri biex tinstab soluzzjoni għal kwistjoniiet bħal dawn; iqis li l-istudju għandu jindirizza wkoll il-kwistjoni tal-istituzzjonalizzazzjoni ta' adulti b'diżabilitajiet intellettwali fir-rigward tat-tutela tagħhom u l-abilità tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet legali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni sabiex torganizza serje ta' konferenzi għal professjonisti legali li huma involuti direttament f'każijiet bħal dawn u sabiex f'leġizlazzjoni futura tingħata konsiderazzjoni għar-riżultati tal-istudju u tal-opinjonijiet tal-professjonisti;
7. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-miżuri protettivi huma proporzjonati għall-istat tal-adulti vulnerabbli konċernati sabiex iċ-ċittadini individwali tal-UE ma jiġux miċħuda dritt legali meta jkun għad għandhom l-abilità li jeżerċitaw dan id-dritt;
8. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri għall-protezzjoni tal-adulti vulnerabbli biex ma jispiċċawx vittmi ta' serq ta' identità jew frodi, jew ta' reati oħra permezz tat-telefon jew tal-internet, inklużi miżuri legali li jtejbu l-protezzjoni ta' u/jew jillimitaw l-aċċess għad-dejta personali tal-adulti vulnerabbli;
9. Jappoġġja l-ħolqien ta' mekkaniżmi sikuri, suġġetti għal regoli b'saħħithom għall-protezzjoni ta' dejta personali u regoli dwar il-limitazzjoni ta' aċċess, għall-iskambju tal-aħjar prattiki u informazzjoni oħra dwar miżuri protettivi attwali li jinsabu fis-seħħ fost l-Istati Membri, inkluża l-possibilità li s-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membrita' ikollhom skambju ta' informazzjoni dwar l-istejtus ta' protezzjoni ta" adulti vulnerabbli;
10. Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li mhux l-adulti vulnerabbli kollha huma hekk minħabba età avvanzata u jitlob li jittieħdu passi mhux biss biex jissaħħu l-protezzjoni legali u d-drittijiet ta' dawk l-adulti anzjani vulnerabbli, imma wkoll dawk l-adulti li huma vulnerabbli minħabba diżabilitajiet fiżiċi u/jew mentali gravi, u sabiex jitqiesu l-ħtiġijiet tagħhom anke meta jittieħdu miżuri futuri sabiex jiġu żgurati dawn id-drittijiet legali;
11. Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipji ta' solidarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;
12. Iqis li l-proposta li qed tintalab m'għandhiex impatti finanzjarji;
13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati mehmużin magħha, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-gvenijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
ANNESS
RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI U L-KONTENTUT TAL-PROSPOSTA MRESSQA
A.PRINĊIPJI U GĦANIJIET TAL-PROPOSTA
1. Il-promozzjoni tar-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet legali jew amministrattivi rigward persuni li huma suġġetti għal miżuri ta' protezzjoni.
2. Miżuri sabiex jgħinu biex jintlaħaq il-għan li tinħoloq żona ta' ġustizzja, libertà u sigurtà billi jiffaċilitaw ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet li jipprovdu miżuri ta' protezzjoni, id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli u l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali.
3. Miżuri speċifiċi u xierqa għall-koperazzjoni bejn l-Istati Membri għandhom jiġu implimentati billi jintużaw l-istrumenti li hemm disponibbli fil-Konvenzjoni tal-Aja.
4. Formoli uniċi tal-Komunità biex ikun hemm promozzjoni tal-informazzjoni dwar deċiżjoni ta' protezzjoni u t-tixrid, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' dawn id-deċiżjonijiet.
5. Formoli uniċi tal-Komunità fil-livell Ewropew fil-każijiet ta' mandati ta' inkapaċità sabiex tkun żgurata l-effettività tagħhom fl-Istati Membri kollha.
B.PROPOSTI TA' AZZJONIJIET
1. Jitlob lill-Kummissjoni, hekk kif tinkiseb esperjenza biżżejjed dwar l-operat tal-Konvenzjoni tal-Aja, sabiex tippreżenta lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 65 tat-Trattat KE, proposta leġiżlattiva biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u biex jittejjeb ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet għal protezzjoni ta' anzjani, għal mandati ta' inkapaċità u prokuri dewwiema.
Perspettivi ta' żvilupp dwar il-ħolqien tal-paċi u ta' nazzjon wara l-kunflitti
410k
149k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar perspettivi ta' żvilupp għat-tisħiħ tal-paċi u l-bini tan-nazzjon f'sitwazzjonijiet ta' wara konflitti (2008/2097(INI))
- wara li kkunsidra r-Regolamenti ta" The Hague tal-1907, l-erba' Konvenzjonijiet ta' Ġinevra mill-1949 u l-Protokolli Addizzjonali I u II tagħhom tal-1977,
- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,
- wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kollha tan-Nazzjonijiet Uniti u l-protokolli fakultattivi tagħhom,
- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966 u ż-żewġ protokolli fakultattivi tagħhom,
- wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1945u b'mod speċifiku l-Artikoli 1 u 25 u, fil-Kapitoli VII, l-Artikoli 39 u 41 tagħha,
- wara lil kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1950 u l-ħames protokolli tagħha,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 Settembru 2000 li tistabbilixxi l-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju bħala kriterji stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 60/1 tal-24 ta' Ottubru 2005 dwar ir-Riżultat tas-Samit Dinji tal-2005, u b'mod partikulari l-paragrafi 138-140 tagħha dwar ir-responsabilità għall-protezzjoni tal-popolazzjonijiet mill-ġenoċidji, id-delitti tal-gwerra, it-tindif etniku u d-delitti kontra l-umanità,
- wara li kkunsidra l-interventi għall-paċi jew biex tiġi stabbilita l-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kongo (1962), in-Namibia (1988), l-El Salvador (1992), il-Lambodia (1992), is-Somalia (1992), il-Jugożlavja - is-Serbja, il-Kroazja, il-Bosnija u l-Ħerzegovina (1992 - 2002), il-Ħaiti (1994), l-Islavonja tal-Lvant (1995 - 1998), il-Kosovo (1999), is-Sierra Leone (1999), it-Timor tal-Lvant (1999), il-missjoni għall-Iraq (2003) immexxija mill-Istati Uniti u r-Renju Unit u l-missjoni għall-Afganistan mmexxija min-NATO ISAF (2001),
– wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmata f'Kotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(1), kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri bejn l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku u l-Unjoni Ewropea(2) ('il-Ftehima ta' Kotonou'),
- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri f'laqgħa fil-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar Politika ta' Żvilupp tal-Unjoni Ewropea: 'Il-Kunsens Ewropew', iffirmata fl-20 ta' Diċembru 2005(3), b'mod speċjali għall-kwistjonijiet trażversali mniżżla fis-sezzjoni fil-parti II, taqsima 3.3: demokrazija, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tat-tfal u l-popli indiġeni, l-ambjent sostenibbli, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra l-HIV/AIDS,
- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri f'laqgħa fil-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni: 'Il-Kunsens Ewropew dwar l-għajnuna umanitarja'(4),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument finanzjarju ta" koperazzjoni għall-iżvilupp(5) (Strument ta" Koperazzjoni għall-Iżvilupp),
– wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea: Strateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea adottata fis-Samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika f'Diċembru 2007,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar il-Balkani tal-Punent tad-19 ta" Novembru 2007,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar il-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar it-tfal f'konflitti armati tas-16 ta' Ġunju 2008,
- wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-mainstreaming tas-sessi fil-ġestjoni tal-kriżi tat-13 ta' Novembru 2006,
– wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika tal-21 u tat-22 ta" Novembru 2005,
– wara li kkunsidra l-Qafas ta' Politika tal-Unjoni Afrikana dwar ir-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ta" Wara l-Kunflitt, approvat mill-Istati Membri tal-Unjoni Afrikana fis-Samit ta" Banjul tal-25 ta' Ġunju sat-2 ta' Lulju 2006,
– wara li kkunsidra l-għaxar prinċipji għal ingaġġ internazzjonali tajjeb fi stati fraġli u sitwazzjonijiet appoġġjati mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, il-Kumitat ta" Ġħajnuna għall-Iżvilupp, il-Grupp ta" Stati Fraġli u kif approvat fil-Laqgħa ta' Livell Għoli tal-Kumitat ta" Ġħajnuna għall-Iżvilupp tat-3-4 ta" April 2007 f'Pariġi;
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, il-Kumitat ta" Għajnuna għall-Iżvilupp, Riforma u Governanza tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà,
- wara li kkunsidra l-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea approvata mill-Kunsill Ewropew fi Brussell fit-12 ta' Diċembru 2003,
- wara li kkunsidra t-tifsira ta" "Ġustizzja Tranżitorja" inkluża fir-rapport tal-2004 tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istat tad-dritt u l-ġustizzja tranżitorja f'soċjetajiet f'konflitt u dawk ta" wara l-konflitt(6),
- wara li kkunsidra l-faċilità tal-iffinanzjar ta" 12-il miljun EUR stabbiliti mill-Kummissjoni fl-Istrument Ewropew għall-Istabilità biex jagħti għajnuna lill-tribunali u inizjattivi ta' ġustizzja tranżitorja ad-hoc madwar id-dinja,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta" Ottubru 2007 bl-isem "Lejn reazzjoni tal-UE għal sitwazzjonijiet ta" fraġilità – l-involviment f'ambjenti diffiċli għall-iżvilupp sostenibbli, l-istabilità u l-paċi" (COM(2007)0643),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Novembru 2007 dwar ir-reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta" fraġilità f'pajjiżi li qed jiżviluppaw(7),
- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni ta' Kunflitti (COM(2001)0211) u l-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-prevenzjoni ta" Kunflitti Vjolenti adottati fil-Kunsill Ewropew f'Goteborg fil-15 u s-16 ta'Ġunju 2001,
- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea lin-NU dwar "L-istat tad-dritt u l-ġustizzja tranżitorja f'soċjetajiet f'konflitt u dawk ta" wara l-konflitt" tas-6 ta" Ottubru 2004,
– wara li kkunsidra l-Kunċett tal-Unjoni Ewropea għall-appoġġ għad-Diżarmament, id-Dimobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni (DDR) approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewopea fil-11 ta" Diċembru 2006,
- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2001 bl-isem "Ir-Rabta bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp-Evalwazzjoni" (COM(2001)0153),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika(8),
- wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari konġunta bejn l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku u l-Unjoni Ewropea Nru 3937/07 u r-rapport ta" Lulju 2007 li sar mill-Kumitat Politiku tiegħu għall-governanza tajba, it-trasparenza u l-kontabilità f'relazzjoni mal-isfruttar tar-riżorsi naturali fil-Pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku(9),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (UNSCR 1325) u dwar il-Vjolenza Sesswali kontra Persuni Ċivili waqt Kunflitti (UNSCR 1820),
– wara li kkunsidra l-"Punti Prinċipali tal-Istrateġija Konġunta bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika" kif approvati mit-8 Laqgħa Ministerjali tat-Trojka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika tal-15 ta' Mejju 2007 fi Brussell,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 177 sa 181 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0445/2008),
A. billi nofs il-pajjiż li joħorġu minn konflitt jerġgħu jsibu ruħhom f'konflitt fi żmien ħames snin, u 340 miljun tal-popolazzjoni l-aktar fqira tad-dinja huma stmati li jgħixu f'pajjiżi ta" sitwazzjoni ta' fraġilità, hekk li t-tmiem tal-ġlied ma jwassalx awtomatikament għal stabilità soda dejjiema u żvilupp sostenibbli,
B. billi l-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju stabbilixxew l-għanijiet koerenti u ddefiniti bl-iskadenzi għall-eradikazzjoni tal-faqar fuq firxa twila taż-żmien; billi sal-2010, nofs l-ifqar persuni tad-dinja jistgħu jsibu ruħhom jgħixu f'pajjiżi li qed jesperjenzaw, jew qegħdin f'riskju ta" konflitti vjolenti(10),
C. billi l-bini ta" pajjiżi stabbli u li jdumu fit-tul jeħtieġ il-ħolqien ta" servizz ċivili bbażat fuq il-mertu u r-responsabilità mingħajr xkiel politiku u korruzzjoni,
D. billi settur tas-sigurtà professjonali li jkun trasparenti u responsabbli huwa fundamentali għall-ħolqien tal-kundizzjoniiet biex jisseddqu l-paċi u l-iżvilupp,
E. billi r-Riforma fis-Settur tas-Sigurtà għadha tikkonċentra fuq il-provvediment ta" servizz pubbliku effettiv u leġittimu li huwa trasparenti, responsabbli għall-awtorità ċivili, u li jwieġeb għall-bżonnijiet tal-pubbliku,
F. billi l-proliferazzjoni ta' armamenti żgħar u armi ħfief tħeġġeġ l-konflitt u l-kriminalità; billi fl-2006 persuni ċivili kienu jammontaw għal tliet kwarti tad-diżgrazzji aċċidentali rreġistrati minħabba splussivi tal-art(11),
G. billi l-konflitti vjolenti, apparti li għandhom impatt traġiku fuq l-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem, jiskoraġġixxu l-investituri barranin, inaqqsu t-tkabbir b'mod sostanzjali, jiskoraġġixxu l-investiment fis-servizzi ekonomiċi u bażiċi (skont rapport riċenti(12), il-konflitti bl-armi qed juru li naqqsu l-kunċett tal-ekonomija Afrikana bi 15%); filwaqt li s-settur tas-saħħa privat jista" eventwalment jipprovdi l-bażi għad-dħul sostenibbli għall-gvern leġittimu,
H. billi l-istabilità fuq firxa twila ta" żmien tista" tintlaħaq biss permezz ta" involviment inklussiv fl-interventi għall-paċi, ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali u l-bini ta' nazzjon tal-partijiet kollha interessati, li jinkludu n-nisa u l-minoranzi,
I. billi l-kummissjonijiet għall-verità u r-rikonċiljazzjoni jistgħu jagħtu daqqa t'id lil soċjetajiet li qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi tal-abbuż tal-massa, jgħinu biex id-djalogu bejn il-komunitajiet u dawk li qabel kienu f'konflitt kontrihom ikun iffaċilitat, u jikkontribwixxi għall-miżuri tal-ġustizzja, tal-kumpens u tar-riformi li jnaqqsu ċ-ċans ta" konflitt ġejjieni,
J. billi l-qafas istituzzjonali li jħalli s-soċjetà ċivili tiżviluppa ġej mil-libertà tal-assoċjazzjoni u espressjoni u tal-iżvilupp ta' midja ħielsa mħarsa mil-liġi,
K. billi stat sostenibbli li jiffunzjona tajjeb jirrikjedi wkoll soċjetà ċivili b'saħħitha biex tipproteġi n-nies mill-abbuż tal-poter, u stampa ħielsa tagħmel pressjoni kontra azzjonijiet ta" eżekuttiv potenti,
L. billi l-istati f'sitwazzjonijiet ta" fraġilità għandhom ikunu inkoraġġuti biex jagħtu lok għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi biex joperaw b'mod ħieles mil-liġijiet tar-reġistrazzjoni burokratika mhux meħtieġa u l-proċessi li jfixklu l-iżvilupp ta" soċjetà ċivili tabilħaqq effettiva,
M. billi l-medja tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jilqgħu 260 żjara mid-donaturi kull sena u fis-sena 2006, madwar il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw, id-donaturi għamlu 70 000 tranżizzjoni ta" għajnuna u d-daqs medju tal-proġett kien ta' biss 1,7 miljun Dollaru Amerikan,
N. billi r-reviżjoni bejn il-pari tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kumitat għall-Għajnuna tal-Iżvilupp 2007 dwar il-Politika tal-UE tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp tistqarr li l-UE għandha tagħmel "użu aktar sistematiku ta' analiżi ta' konflitti bħala parti minn programmi u proġetti fil-livell tal-pajjiżi" sabiex "jitjieb l-impatt tagħhom u jiġi żgurat li "ma jagħmlux ħsara",
O. billi l-Kummissjoni, bħala segwitu għall-Komunikazzjoni dwar ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sitwazzjonijiet ta' fraġilità u għall-Konklużjonijiet sussegwenti tal-Kunsill u r-riżoluzzjoni tal-Parlament, għandha tħejji Plan ta' Implimentazzjoni fl-2009 li jikkunsidra l-esperjenza u l-informazzjoni miksuba permezz tal-"każijiet sperimentali" u bħala mezz li jevalwa l-effiċjenza tal-istrumenti differenti tal-UE bl-iskop li jtejjeb aktar il-qasam tas-sigurtà u tal-iżvilupp tagħhom,
P. billi, apparti l-ħatra ta" sitt pajjiżi sperimentali (il-Burundi, il-Guinea-Bissau, Haiti, is-Sierra Leone, it-Timor tal-Lvant u l-Jemen), id-diskussjonijiet illanċjati bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili bħala parti mis-segwitu tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija dwar ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sitwazzjonijiet ta" fraġilità ma għamlux possibbli l-implimentazzjoni ta" miżuri speċifiċi,
Q. billi l-impriżi Ewropej huma preżenti u għandhom interess fiz-zoni ta" konflitt,
1. Jappoġġja "ir-Responsabilità għall-Protezzjoni" kif iddikjarat min-Nazzjonijiet Uniti sabiex tiġi rinforzata minflok imdgħajfa s-sovranità tal-istat u jenfasizza li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom iqisu lilhom infushom marbuta miegħu; jenfasizza li "r-Responsabiltà għall-Protezzjoni" għandha tiġi kkunsidrata bħala mezz ta" promozzjoni tas-sigurtà umana; billi jenfasizza li r-responsabilità primarja għall-prevenzjoni tal-ġenoċidji, id-delitti tal-gwerra, it-tindif etniku u d-delitti kontra l-umanità fir-rigward ta" popolazzjoni hija tal-istat innifsu, isaħħaħ ir-responsabilità ta" kull gvern lejn il-protezzjoni taċ-ċittadini tiegħu; iqis, madankollu, li meta l-gvernijiet mhumiex kapaċi jew ma jurux rieda li jipprovdu din il-protezzjoni r-responsabilità li tittieħed azzjoni xierqa ssir ir-responsabilità kollettiva tal-komunità internazzjonali iktar wiesgħa; jinnota wkoll li din l-azzjoni għandha tkun preventiva apparti reattiva, u għandha tinvolvi l-użu ta' pressjoni b'qawwa militari biss bħala l-aħħar mezz assolut; jirrikonoxxi dan t'hawn fuq bħala applikazzjoni ġdida u importanti tal-prinċipju tas-sigurtà umana;
2. Jesiġi l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni, miktuba fir-rapport tal-2000 lill-Assemblea Ġenerali, tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li sa dak iż-żmien kien Kofi Annan: "is-sovranità tal-istat timplika responsabilità u r-responsabilità primarja għall-protezzjoni tal-poplu tiegħu hija tal-istat innifsu; fejn popolazzjoni qed issofri ħsara kbira b'riżultat ta" gwerra interna, tixwixa, jew falliment tal-istat, u l-istat ikkonċentrat mhuwiex dispost jew ma jistax iwaqqafha jew jevitaha, il-prinċipju tan-nuqqas ta" intervent iċedi għall-pressjoni tar-Responsabilità għall-Protezzjoni internazzjonali";
3. Jemmen li hemm żewġ fażijiet fil-bini tal-paċi u l-bini tal-istat: il-fażi ta" stabbilizzazzjoni fejn l-enfasi hija fuq is-sigurtà, il-liġi u l-ordni u d-dispożizzjoni ta" servizzi bażiċi; u t-tieni fażi ta" bini tal-istat li tiffoka fuq il-governanza u l-istituzzjonijiet li jieħdu ħsiebha; bil-kundizzjoni li:
a)
it-tieni fażi ma għandhiex issir qabel mal-pajjiż jiġi stabbilizzat, minħabba li l-ħolqien ta" istituzzjonijiet qabel l-istabbilizzazzjoni jirrifletti n-natura tal-konflitt u mhux dak li għandu bżonn il-pajjiż għall-paċi stabbli u dejjiema,
b)
fil-fażi tal-bini tal-istat huwa importanti li jintlaħaq kompromess għall-konformità tan-normi u dak mistenni miċ-ċittadini tan-nazzjon ikkonċernat u mhux għall-ideali tal-parteċipanti,
c)
hekk kif il-fażi ta' bini tal-istat tavvanza, l-parteċipanti jkollhom jgħaddu l-istituzzjonijiet individuali lill-awtoritajiet domestiċi; huwa possibbli f'dan l-istadju t-tfixkil potenzjali tal-progress u dan għandu jiġi aċċettat sakemm dan ma jkunx ta" problema fundamentali għall-progress aħħari tal-pajjiż;
4. Jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-konflitti fid-djalogi politiċi tal-UE mal-pajjiżi terzi u fil-programmi tal-iżvilupp ta" koperazzjoni sabiex jiġu żviluppati mekkaniżmi biex jiġu pprovduti sinjali ta' twissija bikrija billi jiġu mħarsa l-elementi li jbassru jew l-indikaturi possibbli ta' vjolenza ċivili bħad-diviżjoni storika, il-motivi ta' lmenti etniċi u tat-tribù, il-konflitti tar-reliġjonijiet, l-inġustizzja u l-faqar; jenfasizza, f'dan il-kuntest b'mod partikulari l-bżonn li jiġu allokati fondi ġodda għall-adozzjoni u l-ħarsien tal-ambjent bħala mezz li bih tiġi impeduta ż-żieda ta' konflitti relatati mal-klima u l-ambjent;
5. Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-prevenzjoni tal-konflitt bħala kwistjoni traversali fil-koperazzjoni tal-iżvilupp u biex jiġu integrati s-sensittività u l-analiżi tal-konflitt f'politiki eżistenti u ġodda, fil-Karti ta" Strateġija tal-Pajjiż u Reġjonali, u fl-istrumenti finanzjarji relevanti kollha għall-koperazzjoni esterna;
6. Ifakkar li l-paċi mhix biss in-nuqqas ta' gwerra, u li hemmx paċi mingħajr ġustizzja u li, barra minn dan, it-tmiem tal-ostilitajiet mhux neċessarjament iwassal għas-sigurtà tal-irġiel u tan-nisa; ifakkar ukoll fl-irwol importanti tan-nisa fil-prevenzjoni u fir-riżoluzzjoni tal-konflitti u fil-bini tal-paċi, u jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni ugwali u tal-involviment sħiħ tagħhom fl-isforzi kollha għaż-żamma u l-promozzjoni tal-paċi u tas-sigurtà;
7. Jemmen bil-qawwa li jrid isir kull sforz biex jiġu żgurati standards minimi ta" servizzi bażiċi għal dawk il-popolazzjonijiet milquta minn konflitt, b'mod partikulari fir-rigward tal-aċċess għall-ikel, l-ilma nadif u l-iġjene, il-mediċini, il-kura tas-saħħa (li tinkludi s-saħħa riproduttiva) u s-sikurezza personali; fiż-żmien immedjat it-tħassib dwar is-sostenibilità għandhom jiġu subordinati biex jiġu provduti merkanzija u servizzi bażiċi;
8. Jemmen li f'sitwazzjonijiet ta" wara l-konflitt għandu jkun hemm koordinazzjoni bejn il-bini tal-paċi, l-għajnuna umanitarja u l-attivitajiet ta" żvilupp, skont il-qafas strateġiku "Ir-Rabta bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp" u biex tiġi assigurata l-koerenza fir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp;
9. Iqis li huwa meħtieġ li titqies id-dimensjoni tas-sessi fir-rigward ta' refuġjati u persuni spustjati internament, anke fit-tfassil tal-kampijiet tar-refuġjati;
10. Jenfasizza l-bżonn tat-titjib fil-Koordinazzjoni Ċivili-Militari; huwa tal-opinjoni li f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti t-tranżizzjoni minn sigurtà militari għal sigurtà ċivili trid issir fl-aqsar żmien prattiku u li l-forzi internazzjonali għandhom jiġu ssupplimentati u mibdula ma" forza ta" pulizija ċivili nazzjonali u reġjonali, imħarrġa b'mod professjonali, li jassiguraw li prijorità għolja qed tiġi mogħtija lill-applikazzjoni li jittrattaw bl-istess mod ir-regola tal-liġi u l-proċeduri amministrattivi lill-gruppi kollha involuti fil-konflitt;
11. Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm bilanċ bejn il-komponenti ċivili u militari tal-għajnuna għall-iżvilupp sabiex jiġi garantit it-tħaddim tal-infrastruttura bażika u tas-servizzi tal-gvern mingħajr ma jitwarrbu l-ħtiġijiet tar-rikostruzzjoni, tar-riabilitazzjoni u tat-tnedija mill-ġdid tal-proċessi demokratiċi u ekonomiċi;
12. Jitlob għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, billi jiġi promoss it-taħriġ tad-drittijiet tal-bniedem għall-armata u l-pulizija (li jinkludi l-kampanji għad-drittijiet umani u ċivili għall-partijiet affettwati tal-popolazzjoni); it-taħriġ tal-impjegati fil-kulleġġi fuq l-istandards internazzjonali tan-normi u l-pulizija militari; il-ħolqien ta" kodiċi ta" kondotta għall-persunal tas-sigurtà, li jiddiskrivu l-oqsma tar-responsabilità bejn il-pulizija u l-armata, il-ħolqien ta" uffiċċji għall-ombudsmen u l-Kummissjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-awtoritajiet distrettwali u l-persuni fis-servizzi ċivili;
13. Jenfasizza l-ħtieġa importanti biex jitkompla l-iżvilupp tal-kapaċità militari tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Ewropea sabiex l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkunu jistgħu jagħtu kontribut aħjar għall-istabilizzazzjoni u l-iżvilupp tas-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;
14. Iqis li hu ta' importanza kbira li l-kawżi tal-instabilità u l-problemi tas-soċjetajiet ta' wara l-konflitti jingħelbu b'taħlita ta' miżuri ċivili u militari; jirrimarka li mingħajr il-garanziji tas-sigurtà tal-forzi għaż-żamma tal-paċi fuq l-art, il-kundizzjoni ewlenija essenzjali għall-istabilità f'soċjetajiet mifnija bil-konflitti (jiġifieri s-sigurtà tal-individwi u tal-propjetà tagħhom) ma tkunx tista' titwettaq b'mod ġenerali;
15. Jenfasizza l-importanza tal-proċessi tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni bħala fatturi prinċipali biex tiġi assigurata l-paċi dejjiema u l-iżvilupp sostenibbli; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħaffu l-implimentazzjoni fuq il-bażi tal-Qafas tal-Politika tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u l-Kunċett tal-Unjoni Ewropea għall-appoġġ tad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni, bil-għan li tiżdied ir-relevanza, il-koerenza u l-effiċjenza tal-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma; jitlob għal aktar iffinanzjar Komunitarju għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni, b'enfasi speċjali fuq dawk il-pajjiżi fejn l-Unjoni Ewropea diġà għamlet użu mill-missjonijiet tal-Perspettiva Ewropea dwar l-Iżvilupp Spazjali; jitlob li jkun hemm kull attività tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni ffinanzjati fil-livell komunitarju li għandha l-għan li tappoġġja l-ħidmiet tal-Perspettiva Ewropea dwar l-Iżvilupp Spazjali matul konflitt, jew f'sitwazzjoni ta" wara l-konflitt, biex jiġu kkunsidrati f'aqsar żmien possibbli fil-passi tal-ippjanar tal-ħidmiet, fosthom fil-fażi tat-tiftix għall-fatti jew matul l-iżvilupp tal-Kunċetti tal-Ġestjoni tal-Kriżi/il-Kunċett tal-Operazzjonijiet;
16. Jenfasizza li r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà tista" tkun għodda effettiva biex issaħħaħ id-diplomazija u tiddefendi filwaqt li tnaqqas it-theddid għas-sigurtà fuq perjodu twil ta" żmien billi tingħata għajnuna fil-bini ta" soċjetajiet stabbli, prosperi u paċifiċi; ir-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà għandha tinvolvi istituzzjonijiet li qed jerġgħu jiġu stabbiliti jew li qed jirriformaw u pożizzjonijiet ministerjali importanti li jżommu u jipprovdu superviżjoni għas-sikurezza u s-sigurtà tan-nazzjon ospitanti u l-poplu tiegħu;
17. Jitlob lill-Unjoni Ewropea, biex meta tappoġġja r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà ta' wara l-konflitti, tinkludi perspettiva tal-ġeneru billi tipprovdi taħriġ u kompetenza dwar il-ġeneru għall-kostituzzjoni, l-elezzjonijiet, il-pulizija u l-ġudikatura;
18. Huwa tal-fehma li l-ex mexxejja kombattenti għandhom jirrinunzjaw għall-vjolenza qabel ma jiddaħħlu fi strutturi istituzzjonali formali li jinkoraġġixxu l-kondiviżjoni tal-poter, filwaqt li jiġi żgurat li l-pubbliku u l-partijiet kollha involuti pertinenti jinżammu attivament infurmati u involuti fid-dibattiti kollha li jikkonċernaw l-arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-poter;
19. Jenfasizza l-importanza li tiġi adottata perspettiva tal-ġeneru meta jiġu nnegozjati u implimentati l-ftehimiet tal-paċi, sabiex jiġi promoss il-ħarsien kostituzzjonali tad-drittijiet tan-nisa;
20. Jistieden, minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-vittmi f'sitwazzjoni ta" konflitt jiġu maqtula b'armi żgħar u armamenti ħfief, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikun hemm segwitu urġenti fuq id-Deċiżjoni tal-20 ta" Mejju 2008 tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompetenza Komunitarja fil-ġlieda kontra iż-żieda tal-armi żgħar u armamenti ħfief(13) billi titħaffef l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea biex tiġġieled l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċitu ta' armi żgħar u armamenti ħfief u l-munizzjon tagħhom u billi tingħata spinta lill-ippjanar għall-iffinanzjar tal-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri mill-Fondi ta" Żvilupp Ewropew u l-Istrument ta" Stabbiltà, biex jintefqu fuq programmi relatati ma" armi żgħar u armamenti ħfief fuq l-art; jitlob lill-istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali u reġjonali jieħdu miżuri, fejn jaqbel, sabiex jistabbilixxu programmi tal-armi żgħar u armamenti ħfief fil-qafas tar-rikostruzzjoni u l-isforzi tar-riabilitazzjoni f'zoni ta" wara l-konflitt u fl-isforzi biex jiġu kkonsolidati kwistjonijiet ta" governanza, biex tiġi msaħħa l-leġiżlazzjoni u tiġi mtejba l-kapaċità operazzjonali tal-aġenziji li jinfurzaw il-liġi rigward l-armi żgħar u armamenti ħfief; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex tkompli bil-promozzjoni tal-ħolqien tat-Trattat Internazzjonali dwar il-Kummerċ tal-Armi legalment vinkolanti fl-ambiti kollha bilaterali u multilaterali;
21. Iqis li r-ritorn volontarju ta' refuġjati u popli spustjati internament għandu jkun prijorità għolja filwaqt li jiġi żgurat mod ta' għajxien vijabbli, b'mod partikulari billi jingħataw servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjonali funzjonali (li jinkludu kampanji ta" qari u kitba għan-nisa) u l-opportunitajiet ta' xogħol, u dan għandu jsir permezz ta' djalogu bejn il-gruppi, l-edukazzjoni dwar il-paċi, l-akkompanjament internazzjonali, it-tnaqqis ta' preġudizzji u t-taħriġ dwar id-diversità, it-tlaqqigħ ta' komunitajiet li qabel kienu fi ġlied, il-proċessi biex jiġu ttrattati pretensjonijiet fir-rigward tal-artijiet u l-kura f'każijiet ta' trawma; sakemm il-profil etniku jew reliġjuż huwa kompatibbli, jikkunsidra li l-Persuni Spustjati Internament għandhom jiġu mifruxa minn naħa għal oħra tal-pajjiż u jerġgħu jibdew jgħixu fil-villaġġi jew il-bliet minn fejn ġew u mhux ikunu kkonċentrati fi gruppi kbar minħabba li dan jista" jwassal għall-konflitt u vjolenza;
22. Jenfasizza l-ħtieġa li n-nisa jkomplu bl-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom wara li jkunu ntemmu l-konflitti; iqis, f'dan ir-rigward, li t-tkomplija tat-tagħlim għandha tkun promossa matul il-proċess tal-bini tal-istat;
23. Jenfasizza bis-sħiħ il-bżonn li jiġu kkonsultati u appoġġjati l-organizzazzjonijiet lokali tan-nisa u n-netwerks internazzjonali tan-nisa għall-paċi; jirrakkomanda d-dispożizzjoni tal-appoġġ politiku u finanzjarju, it-taħriġ, il-bini tal-kapaċità u l-għajnuna teknika, li tinkludi n-negozjati tal-paċi u r-riżoluzzjonijiet mhux vjolenti tal-konflitt;
24. Hu tal-opinjoni li l-Istati Membri għandhom obbligu morali li jagħtu kenn lir-refuġjati li jkunu qegħdin jaħarbu miz-zoni ta" konflitt; jemmen li dan l-obbligu jista" jitwettaq biss fuq il-bażi li l-piż jinqasam bejn l-Istati Membri; jemmen ukoll li l-Istati Membri għandhom jgħinu b'mod attiv lir-refuġjati li jixtiequ jerġgħu lura lejn il-pajjiżi tal-oriġini wara t-tmiem ta' konflitt vjolenti;
25. Jafferma l-importanza vitali li l-politiki tal-migrazzjoni jkunu ġusti mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jinnota li l-migrazzjoni tista' ssir forza pożittiva fil-proċess tal-iżvilupp, l-aktar bil-flus li jibagħtu l-migranti li joqogħdu fl-Unjoni Ewropea, billi tnaqqas it-telf tal-aħjar imħuħ, billi tħaffef il-migrazzjoni ta' ritorn u billi tevita t-traffikar tal-bnedmin;
26. Jenfasizza li trid tittieħed azzjoni li tippromwovi r-riunifikazzjoni u r-riintegrazzjoni tat-tfal milquta minn konflitti armati u sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-programmi edukattivi, it-taħriġ vokazzjonali u l-appoġġ psikoloġiku, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet speċifiċi tat-tfajliet;
27. Jitlob l-implimentazzjoni effettiva tal-proposta tal-Kummissjoni għad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni tal-ex kombattenti; jinkludi r-riintegrazzjoni tal-kombattenti fis-soċjetà ċivili bid-dispożizzjoni tal-ikel, it-tined, il-kutri, l-għajnuna medikali u l-ħwejjeġ pajżana; it-trasportazzjoni tal-ex suldati fil-komunità tal-oriġini tagħhom jew id-destinazzjoni tal-għażla tagħhom; programmi ta" appoġġ għall-uffiċjali politiċi jew militari, l-akkomodazzjoni mill-ġdid tal-ex suldati, u skemi ta" appoġġ tas-salarji; lezzjonijiet ta" edukazzjoni ċivika għall-ex suldati u programmi ta" riġenerazzjoni psikoloġika għall-ex kombattenti b'allokazzjoni speċifika ta" riżorsi addizzjonali għas-skemi ta" impjieg u programm ta" ħolqien tax-xogħol;
28. Jirrimarka li l-programmi tad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ex kombattenti femminili;
29. Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-użu ta" suldati tfal kif ukoll kontra r-reklutaġġ ta" bniet fil-forzi armati u s-soġġezzjoni sussegwenti tagħhom għall-abbuż sesswali hija marbuta mal-isforzi favur it-titjib tal-ħajja ta" kuljum tan-nisa li jgħixu f'reġjuni fejn ikunu għaddejjin il-proċessi tal-bini ta" paċi u tan-nazzjonijiet wara tmiem il-konflitti;
30. Huwa tal-opinjoni li l-programm tad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni għandu jimmira biex jikseb żviluppi soċjali u ekonomiċi, u jipprovdi programmi ta" assistenza finanzjarja bil-għan li jilħqu l-bżonnijiet immedjati;
31. Jemmen li appartenenza lokali tal-proċess għal-bini ta" paċi hija essenzjali biex tiġi assigurata stabilità dejjiema;
32. Jikkunsidra li d-donaturi internazzjonali għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi reġjonali u lokali meta jfasslu politika ta' rikostruzzjoni għall-istabilità u d-demokrazija, li tibda mill-esperjenza miksuba bil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku fis-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;
33. Jenfasizza li strateġija ta' rikonċiljazzjoni adattata jeħtiġilha tqis is-sehem tan-nisa fil-proċessi tat-tisħiħ tal-paċi; jenfasizza li l-programmi ta' rikonċiljazzjoni għandhom jinkorporaw iċ-ċirkustanzi partikulari tat-tfal li jintlaqtu mill-konflitti armati;
34. Jemmen li l-leġittimità tal-istat tista" tinbena biss permezz ta" governanza tajba u effettiva; jenfasizza li l-istituzzjonijiet, il-proċessi elettorali, ir-reġistrazzjoni ta' votanti u r-reġistri elettorali, l-identifikazzjoni ta' votanti u l-mekkaniżmi għal kontra l-korruzzjoni jeħtieġ li jkunu trasparenti u responsabbli kemm jista' jkun għaliex dawn huma l-prerekwiżiti għad-difiża tal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, l-istituzzjonijiet demokratiċi u d-dinjità tal-popolazzjoni, kif ukoll għall-iżvilupp ekonomiku, l-investiment u l-kummerċ;
35. Iqis fatturi bħal l-istat tad-dritt, munita stabbli, is-suq ħieles, is-servizz ċivili effiċjenti u kompetenti, l-indipendenza ġudizzjarja, u l-fergħat leġiżlattivi u l-eżekuttivi mingħajr korruzzjoni, huma l-mezzi li bihom l-individwi u l-komunitajiet, permezz tal-industrija u l-inizjattiva tagħhom, ikunu jistgħu verament iżidu l-prosperità tan-nazzjonijiet tagħhom;
36. Jitlob għall-ħolqien ta" kumitati uniċi għall-investiment biex jinkoraġġixxi setturi ta" prijorità fejn l-Investiment Barrani Dirett jista" jiġi attirat, li joħloq impjiegi "l barra mis-setturi tradizzjonali agrikoli permezz tal-appoġġ tal-iżvilupp ta" kodiċi ta" investiment liberali u zoni industrijali mingħajr taxxa;
37. Jitlob lill-Kummissjoni biex toħloq unità tat-tneħħija ta" regolamenti li tkun tista' tagħti pariri lill-pajjiżi emerġenti mill-konflitt dwar kif jibnu l-infrastruttura ekonomika tagħhom biex ineħħu l-kontrolli burokratiċi li jwaqqfu jew idewmu l-ħolqien ta" negozji żgħar, il-ftuħ ta" kontijiet bankarji, ir-reġistazzjoni tal-art u tal-kumpaniji; it-tnaqqis ta" kapitali investiti fi proġetti li fihom elementi kbar ta" riskji qed jiġu applikati fejn huwa possibbli u l-inċentivi tat-taxxa għall-ħolqien ta" intrapriżi għandu jiġi applikat b'mod partikulari permezz ta" programmi ta' appoġġ għall-baġit;
38. Iqis li huwa kruċjali li jiġu involuti n-nisa f'attivitajiet ekonomiċi f'soċjetajiet ta' wara l-konflitt sabiex ikun hemm appoġġ għat-tisħiħ soċjo-ekonomiku u kummerċjali, u jenfasizza l-irwol pożittiv tal-mikrokreditu;
39. Jemmen bis-sħiħ li l-appartenenza lokali tal-iżvilupp ta" koperazzjoni fl-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu msaħħa permezz tal-involviment ta" parlamenti nazzjonali, li jinkludi azzjoni reċiproka u bini tal-kapaċità bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti ta" pajjiżi msieħba; li jinkludi s-sistemi ta" appoġġ tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, il-kapaċitajiet teknoloġiċi għall-ħolqien ta" lista elettorali eżemplari, il-proviżjoni tal-karti tal-Identita meta r-reġistrazzjoni tat-twelid jew id-dokumenti ta" appoġġ taċ-ċittadinanza mhumiex disponibbli;
40. Jenfasizza l-ħtieġa ta' għajnuna għall-awtoritajiet lokali, billi jingħatalhom it-taħriġ adattat u l-possibilità li jaqsmu l-esperjenzi; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-impenn tal-Parlament għall-prinċipji u l-prattiki tad-demokrazija parlamentari;
41. Jenfasizza li, meta jsiru l-elezzjonijiet f'pajjiż ta" wara l-konflitt, il-parteċipazzjoni tan-nisa għandha tiġi appoġġjata permezz ta' programmi speċifiċi u bi kwoti fil-livelli kollha;
42. Jenfasizza l-importanza ta" monitoraġġ indipendenti tat-trasparenza u l-kontabiltà fl-użu tar-riżorsi, li jistgħu jkollhom irwol importanti fis-sitwazzjonijiet ta" wara l-konflitt jekk jerġgħu jiġu investiti fil-bini tal-istat; ukoll jenfasizza l-importanza li tiġi miġġieed kull tipi ta" ħela, frodi u korruzzjoni, permezz ta" mekkaniżmi adeġwati kontra l-korruzzjoni, bl-appoġġ viġilanti tas-soċjetà ċivili;
43. Jenfasizza l-bżonn li l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni timxi l-quddiem, biex is-sorsi ta" finanzjamenti illeċiti jiġu impediti minflok ikomplu jħeġġu l-konflitt u jipperikulaw l-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, ladarba l-korruzzjoni jagħmlu l-istituzzjonijiet ineffikaċi, tkabbar il-marġinalizzazzjoni soċjali, jgħawweġ teħid tad-deċiżjonijiet u jfixkel id-dispożizzjoni tas-servizzi bażiċi;
44. Jenfasizza li l-appoġġ għall-komunitajiet, il-familji, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tan-nisa, l-organizzazzjonijiet tal-mikrokrediti u n-netwerks lokali huma prikundizzjonijiet għas-suċċess ta' kull politika għall-iżvilupp; u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu appoġġ politiku u finanzjarju lill-paċi lokali u l-atturi tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll matul iż-żminijiet tal-kriżi, b'mod partikulari permezz tal-Istrumenti għall-Istabilità tal-Unjoni Ewropea u l-komponent tar-reazzjoni għall-kriżi;
45. Jenfasizza li, f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, ir-reġistrazzjoni tat-titoli tal-art u r-reġolarizzazzjoni tal-appartenenza tal-art għandhom isiru skont il-ligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, biex tiġi prevenuta l-approprjazzjoni ta" art illegali, ta" spiss b'detriment għall-ifqar jew l-aktar vulnerabbli, mill-gvernijiet, il-kumpaniji privati u l-elit tat-tmexxija, inklużi dawk li jirritornaw lejn pajjiżhom u l-Persuni Spostati Internament; jenfasizza barra minn hekk li l-isforzi għadhom isiru biex isaħħu l-qrati sabiex dawn ikunu jistgħu jinfurzaw aħjar il-liġi tal-proprjetà, b'mod speċjali f'pajjiżi fejn in-nisa għandhom stejtus legali mnaqqas;
46. Itenni l-impenn tiegħu għall-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa u t-tfal fis-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti bl-għan aħħari li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-emanċipazzjoni tan-nisa – ħtieġa indispensabbli biex jinkisbu l-paċi u l-istabilità dejjiema;
47. Iqis li ħafna pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għandhom l-aktar riżorsi naturali bażiċi biex jieħdu ħsieb tal-iżvilupp tagħhom iżda l-immaniġġjar fqir u l-prattiki korrotti relatati mar-riżorsi naturali bħaż-żejt, l-ilma, l-injam u d-djamanti jistgħu jergħġu jġibu lura l-pajjiż għaċ-ċiklu tal-konflitt; jiddeplora l-involviment ta" diversi parteċipanti (lokali, reġjonali, internazzjonali u transnazzjonali) fil-miżapproprijazzjoni u l-isfruttar ta' dawn ir-riżorsi; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu u jappoġġjaw governanzja tajba tar-riżorsi naturali kollha kif ukoll biex jieħdu azzjoni kontra l-isfruttar u l-ittraffikar, b'mod speċjali fejn jikkontribwixxi għall-bidu, l-eskalazzjoni u l-kontinwazzjoni ta" konflitti armati;
48. Jirrikonoxxi il-kisbiet tal-Proċess ta' Kimberley, l-Inizjattiva ta' Trasparenza tal-Industriji Estrattivi u l-Infurzar tal-Liġi, tat-Governanza u l-Kummerċ tal-Foresti u jitlob li dawn jissaħħu u jiġu implimentati u infurzat b'mod aktar aktar effettiv;
49. Itenni l-konklużjonijiet tad-dokument dwar il-Bidla fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali, ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2008 lill-Kunsill Ewropew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni(14), filwaqt li jwissi li l-bidla fil-klima qiegħda thedded li titfa' piż żejjed fuq l-istati u lir-reġjuni tad-dinja li huma diġà dgħajfa u b'tendenza ta' konflitti, filwaqt li jinħolqu flussi ta' immigrazzjoni ġodda u jintensifikaw ir-riskji tas-sigurtà għall-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis il-kunsiderazzjonijiet tal-bidla fil-klima fl-isforzi tagħha għat-tisħiħ tal-paċi;
50. Iqis li l-ġustizzja għall-vittmi ta' konflitti hija essenzjali u li l-qrati nazzjonali, sakemm is-sistema ġudizzjarja qed tiffunzjona, hija indipendenti u imparzjali, jinsabu f'pożizzjoni aħjar minn dik ta' tribunali internazzjonali ta' reati tal-gwerra sabiex jiżguraw l-appartenenza tal-proċessi ġudizzjarji nazzjonali u l-ikkastigar ta' dawk li jikkommettu reat; fil-proposti ta" dan il-qafas, fil-kuntesti ta' wara l-konflitt, biex issir magħrufa l-possibilità tat-traċċ tal-vjolazzjonijiet li saru matul il-konflitt;
51. Jitlob għat-tisħiħ tas-sistemi ġudizzjarji billi jingħata taħriġ lill-imħalfin, il-prosekuturi ġenerali, isiru konferenzi dwar ir-riformi ġudizzjarji, ħatriet ġudizzjarji għas-sistemi indipendenti, ħlas tajjeb għall-persunal ġudizzjarju, id-dispożizzjoni tal-għodod għall-qrati, l-amministrazzjoni mtejba tal-qorti; iż-żamma tad-dokumentazzjoni, il-baġit u l-immaniġġjar tal-persunal u x-xiri tat-teknoloġija moderna li tinkludi kompjuters għas-segwitu tal-każijiet;
52. Jitlob għall-għajnuna legali għall-gruppi vulnerabbli, il-minoranzi etniċi, il-bdiewa mingħajr art u gruppi oħra marġinalizzati, u t-taħriġ paralegali biex jiżdied l-aċċess għas-sistema ġudizzjarja li hija provduta minn Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi bl-esperjenza;
53. Iqis li hija kruċjali li tintemm il-kummissjoni bl-impunità ta' delitti ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneri u li dawn id-delitti, fejn hu possibbli, jiġu esklużi mid-dispożizzjonijiet tal-amnestija, u li jiġi żgurat li l-vittmi kollha, b'mod partikulari n-nisa u t-tfajliet, ikollhom protezzjoni ugwali f'għajnejn il-liġi u aċċess ugwali għall-ġustizzja; minħabba s-sitwazzjoni ta" żvantaġġ li n-nisa u t-tfal f'ħafna soċjetajiet għandhom sabiex ikollhom aċċess għall-ġustizzja, jikkunsidra li għandhom isiru arranġamenti speċjali meta jkun neċessarju;
54. Jenfasizza l-bżonn li n-nisa li jkunu sofrew vjolenza sesswali jingħataw aċċess sħiħ għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u għall-programmi ta" sensibilizzazzjoni li jappoġġjaw dawk in-nisa li jkollhom jiġġieldu kontra l-istigma li jiffaċċjaw;
55. Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1820, b'mod partikulari r-rikonoxximent tagħha li l-vjolenza sesswali hija theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;
56. Jenfasizza l-importanza li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet speċjali tat-tfal, u b'mod partikulari tat-tfajliet, b'sitwazzjonijiet ta" wara l-konflitt, b'mod partikulari fir-rigward tal-edukazzjoni;
57. Ifaħħar l-interazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Qorti Kriminali Internazzjonali; jenfasizza li l-appoġġ tal-UE huwa essenzjali għall-infurzar tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; jemmen li huwa vitali li l-istati kollha jiffirmaw u jirratifikaw l-Istatut tar-Roma sabiex is-sistema tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tkun aktar funzjonali, koerenti u konsistenti; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-Unjoni Afrikan sabiex jindirizzaw b'mod immedjat l-implimentazzjoni konsistenti tal-mandati kollha ta' arrest li toħroġ il-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-sitwazzjionijiet kollha ta' konflitt;
58. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu l-ġlieda kontra l-impunità bħala l-aktar mezz effettiv għall-prevenzjoni ta' abbużi futuri tad-drittijiet tal-bniedem billi jappoġġaw l-operat ta' tribunali internazzjonali stabbiliti;
59. 59 Jenfasizza li l-paċi sostenibbli hija f'ħafna modi dipendenti minn involviment ibbażat fuq il-komunità u l-appartenenza tal-proċess tal-paċi - proċess li jkun leġittimu u jkollu suċċess biss jekk in-nisa jkunu involuti b'mod ugwali fil-funzjoni soċjali importanti u l-irwrol vitali tagħhom fil-produzzjoni tal-ikel u l-benessri tal-familja b'mod partikulari f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; jitlob, filwaqt li jżomm f'moħħu li n-nisa u t-tfal jagħmlu mat-80% tar-refuġjati, jitlob għall-appoġġ partikulari biex tiġi provduta lin-nisa u lill-irġiel biex jiġu rikonoxxuti li għandhom rwol vitali fil-promozzjoni tal-paċi u l-istabilità, u jenfasizza li l-irwol tal-komunità internazzjonali fl-appoġġ tan-netwerk tas-soċjetà ċivili li jgħaqqad inizjattivi lokali, nazzjonali u internazzjonali huwa kruċjali għall-proċess tal-paċi;
60. Jitlob għat-twaqqif ta' Kummissjoni għaż-żamma tal-Paċi li tinkludi membri awtorevoli tal-partijiet kontendenti sabiex tiġi antiċipata l-vjolenza fuq skala kbira;
61. Jemmen li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili relevanti jistgħu jintużaw bħala għajnuna għad-djalogu bejn il-gruppi f'konflitt meta msawwar fuq taħriġ fir-riżoluzzjoni ta' konflitti mhux vjolenti u fl-edukazzjoni dwar il-paċi; jappoġġja l-ħolqien ta" opportunitajiet għad-djalogu billi jiġu organizzati konferenzi nazzjonali, diskussjonijiet madwar mejda bejn il-partijiet ikkonċernati, laqgħat ta" kuntatt ma" gruppi żgħar fil-livell bażiku, taħriġ ta" medjazzjoni għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-komunità tal-anzjani lokali u l-mexxeja tal-istituzzjonijiet tradizzjonali;
62. Jitlob lill-Istati Membri biex isegwu proġetti ta" żvilupp biex jaħtru sieħeb mexxej bejniethom biex jifforma mekkaniżmi ta" rappurtaġġ (anke jekk il-fondi għal dan il-proġett jiġi minn Stat Membru differenti) biex jintlaħaq koordinazzjoni tad-donatur u koerenza; li jinkludi t-twaqqif ta" standards tal-kontabilità għall-ħtiġijiet tal-iżvelar fir-rigward tal-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;
63. Iqis li għandha tittieħed azzjoni biex titrawwem preżenza u parteċipazzjoni femminili akbar fil-mezzi tax-xandir u fil-fora pubbliċi kollha li permezz tagħhom in-nisa jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom;
64. Ifakkar li r-reġistrazzjoni tat-twelid huwa dritt tal-bniedem u dritt ċivili fundamentali, jenfasiza li r-reġistrazzjoni tat-twelid hija ta' importanza kruċjali b'mod partikulari waqt konflitt armat kif ukoll wara l-konflitt għaliex din tgħin biex tipproteġi lit-tfal minn ksur tad-drittijiet tagħhom; din trid titqies bħala kwistjoni ta' żvilupp ċentrali;
65. Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ li jagħti attenzjoni lill-konflitti matul iċ-ċiklu kollu tal-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta" programmi tal-iżvilupp, sabiex jiżdiedu l-impatti pożittivi u jitnaqqsu l-impatti negattivi tagħhom fuq id-dinamika tal-konflitt; jenfasizza l-importanza li l-analizi dwar il-konflitt isir b'mod sistematiku u li jiġu magħrufa l-fatturi prinċipali li jwasslu għall-konflitti; iqis li l-introduzzjoni ta' standards indikattivi jkunu għodda utli għall-evalwazzjoni tal-impatt ta' azzjonijiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp;
66. Jitlob għal zona ta" konflitt fl-istati tal-viċinat biex ikunu involuti b'mod attiv fil-pjan tal-iżvilupp u r-rikostruzzjoni ta" wara l-konflitt, flimkien mal-komunità internazzjonali;
67. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw strateġija reġjonali ħalli jinsab tarf tas-sitwazzjoni f'pajjiżi partikulari;
68. Għandu l-intenzjoni li jkompli jieħu sehem attiv fix-xogħol organizzat mill-Kummissjoni bħala parti mis-segwitu tal-komunikazzjoni msemmija hawn fuq dwar ir-reazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' fraġilità; jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-fatt li issa huwa urġenti li dan ix-xogħol, li kien miexi bil-mod wisq, jista' jwassal għat-teħid ta" azzjonijiet konkreti malajr f'oqsma fundamentali bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni, u jitlob lill-Kummissjoni biex iżomm lill-Parlament Ewropew infurmat tajjeb dwar il-passi li jittieħdu fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-każijiet ta' studji tal-pajjiżi u b'mod partikulari f'termini tal-użu ta' dawn is-sejbiet għall-identifikazzoni u l-pjan ta' azzjonijiet sussegwenti;
69. Iqis li huwa bżonjuż għad-delegazzjonijiet kollha tal-KE f'pajjiżi terzi li jinkludu punt fokali dwar is-sessi b'mandat, il-ħiliet u r-riżorsi adegwati;
70. Jenfasizza l-bżonn urġenti għall-popolazzjonijiet f'pajjiżi li saru fraġli biex jaraw żviluppi pożittivi fis-sitwazzjoni tagħhom u fis-sitwazzjoni ta" pajjiżhom, u jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ma jittraskurax il-viżibilità tal-azzjonijiet li saru fuq l-art;
71. Jappoġġja l-Programm tal-Unjoni Ewropea dwar il-Prevenzjoni tal-Kunflitti Vjolenti kif ukoll il-miżuri tas-sigurtà u l-iżvilupp maħsuba fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-2009, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti l-ogħla prijorità lill-implimentazzjoni ta' miżuri marbuta mat-tisħiħ tal-paċi;
72. Jenfasizza l-importanza tal-bini tal-kapaċità tal-staff tal-KE biex jiġi implimentat programmar dwar is-sensittività tal-konflitt permezz ta" ġwida speċjalizzata, b'mod partikulari billi jiġu żviluppati, għall-istaff ikkonċernat, linji gwida qosra u magħmula apposta dwar sensittività għall-konflitti li jkunu msejsa fuq Sistemi ta' Evalwazzjoni tal-Paċi u l-Impatt tal-Konflitti u l-Pakkett ta' Riżorsi għas-Sensittività għall-Konflitti;
73. Iqis li, sabiex tiġi indirizzata b'mod effettiv l-isfida tat-tranżizzjoni ta' wara l-konflitt, l-intervenzjonijiet għandhom ikunu f'waqthom, flessibbli, u prevedibbli;
74. Jenfasizza fuq il-fatt li l-missjonijiet kollha tal-UE (inklużi l-gruppi ta' medjazzjoni u n-negozjati, l-pulizija u l-forzi għaż-żamma tal-paċi eċċ.) għandhom jinkludu konsulenti dwar is-sessi, taħriġ għall-integrazzjoni bejn is-sessi u mill-inqas 40% tan-nisa fil-livelli kollha, inklużi fl-iktar livelli għoljin;
75. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel riċerka dwar l-integrazzjoni tas-sessi fil-missjonijiet esterni tal-UE;
76. Jirrimarka l-bżonn għall-integrazzjoni ta' perspettiva dwar is-sessi fir-riċerka għall-paċi, fil-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-konflitti, fl-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi, fir-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni ta' wara l-konflitti, fl-istrumenti finanzjarji, fid-Dokumenti ta" Strateġija għall-Pajjiż/għar-Reġjun u fl-ippjanar tal-interventi esterni kollha;
77. Jappoġġja lill-uffiċċju tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE bħala l-għodda ewlenija tal-UE li tgħin fil-medjazzjoni ta' soluzzjonijiet politiċi u biex issaħħaħ l-istabilità politika dejjiema fis-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;
78. Jinkoraġġixxi lill-UE biex tiżviluppa l-aħjar prattiki għal kwistjonijiet li jeħtieġu koperazzjoni wiesgħa fost il-parteċipanti politiċi, militari, umanitarji u tal-iżvilupp fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-konflitti, fil-medjazzjoni, fiż-żamma tal-paċi, fl-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem, fl-istat tad-dritt, fl-għajnuna umanitarja u fir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp fit-tul;
79. Jitlob għall-iżvilupp ta' Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1325 u jitlob lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-pajjiżi msieħba u lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex jiżviluppaw Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali; jissuġġerixxi reviżjoni tal-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jiżgura l-konformità sħiħa mal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti UNSCR 1325 u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1820;
80. Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tappoġġja l-isforzi ta' pajjiżi msieħba biex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet għar-responsabilità domestika demokratika (il-kontroll parlamentari u l-kapaċitajiet ta' verifika) meta l-assistenza Komunitarja tingħata permezz ta' appoġġ baġitarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twettaq dan l-obbligu b'mod aktar robust u konsistenti; jenfasizza li l-emanċipazzjoni ta" entitajiet tal-kontroll parlamentari u istituzzjonijiet ta" verifika huma fattur prinċipali għall-ksib ta" impatt sostenibbli tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni Ewropea; jitlob għall-iżvilupp ta" soċjetà ċivili ta" mekkaniżmi ta" monitoraġġ u ta" ħarsien ġenerali, sabiex jingħataw l-awtorità biex jimmonitorjaw l-użu u l-impatt tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni Ewropea;
81. Jitlob lill-banek tal-investiment, inkluż il-Bank Ewropew għall-Investiment, biex jiżguraw li s-self u l-investimeti tagħhom f'pajjiżi ta' wara l-konflitt, b'mod speċjali f'pajjiżi li huma sinjuri fir-riżorsi, ikunu konformi mad-drittijiet tal-bniedem u mal-istandards tal-ambjent u biex ma jżidux it-tensjoni;
82. Ifaħħar il-ħidma tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tisħiħ tal-Paċi li għadha kemm twaqqfet; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta' koperazzjoni ma" sieħba internazzjonali, l-aktar man-Nazzjonijiet Uniti, fil-kwistjonijiet marbuta mal-għajnuna; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jassiguraw li s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti għandha r-riżorsi meħtieġa u li hija responsabbli għall-appoġġ li tipprovdi għall-proċessi bejn il-pajjiżi li jinvolvu l-Kummissjoni tal-Bini ta' Paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u entitajiet oħra tan-Nazzjonijiet Uniti;
83. Jenfasizza li l-għajnuna għall-iżvilupp hija element importanti ħafna fit-tisħiħ tal-paċi u fil-prevenzjoni tal-konflitt fi stati fraġli, iżda għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna lejn riżoluzzjoni tal-konflitt ma għandhomx jinkludu kwalunkwe riżorsi militari jew komponenti;
84. Jirrakkomanda l-infurzar tal-kodiċi ta' kondotta għall-istaff tan-NU li jkun qed jaqdi dmiru f'żoni ta' wara konflitt u jitlob għal tolleranza zero tal-vjolenza sesswali li tkun saret mill-istaff għaż-żamma tal-paċi jew mill-istaff tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi;
85. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati għas-sħubija, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tisħiħ tal-Paċi, lill-Kummissjoni tal-AU u l-Kunsill Eżekuttiv tal-AU, lill-Parlament Pan-Afrikan u lill ACP-EU JPA.
Kalkolu tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Internazzjonali bbażat fuq stimi tal-Bank Dinji fil-Prospetti Ekonomiċi Globali 2006: Implikazzjonijiet Ekonomiċi ta' Rimessi u Migrazzjoni, Bank Dinji, Washington 14.11.2005.
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iż-Żimbabwe, bl-aktar waħda riċenti tkun dik tal-10 ta' Lulju 2008 dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe(1),
- wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2008/135/CFSP tal-Kunsill tat-18 ta' Frar 2008, li li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe(2), li ġeddet sal-20 ta' Frar 2009 l-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe imposti skont il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/161/CFSP tad-19 ta' Frar 2004(3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (ES) Nru 1226/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe(4), u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11-12 ta' Diċembru 2008 dwar iż-Żimbabwe, li fihom ġie espress tħassib serju dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja fiż-Żimbabwe,
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar is-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe adottata mill-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE fit-28 ta' Novembru 2008,
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-Parlament Pan-Afrikan dwar l-elezzjonijiet armonizzati li saru fiż-Żimbabwe fid-29 ta' Marzu 2008,
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar iż-Żimbabwe adottata fil-11-il Samit tal-Unjoni Afrikana, li sar f'Sharm el-Sheikh fit-30 ta' Ġunju-1 ta' Lulju 2008,
- wara li kkunsidra l-ftehima tal-15 ta' Settembru 2008 bejn l-Unjoni Nazzjonali Afrikana taż-Żimbabwe-Front Patrijottiku (ZANU-PF) u ż-żewġ formazzjonijiet tal-Moviment għall-Bidla Demokratika (MDC), biex jiġu solvuti l-isfidi li qed jaffaċċja ż-Żimbabwe,
- wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Komunità tal-Iżvilupp tal-Afrika tan-Nofsinhar (SADC) u l-Protokolli tiegħu, inkluż il-Protokoll Elettorali tal-SADC,
- wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi ż-Żimbabwe qed jaffaċċja kriżi umanitarja ta' proporzjonijiet kbar ħafna, b'5.1 miljun persuna, kważi nofs il-popolazzjoni, li qed tbati l-ġuħ, filwaqt li tifqigħa tal-kolera, li hi riżultat tal-kollass tas-servizzi bażiċi tal-ilma u tas-sanità, qatlet mill-inqas 783 persuna u infettat 'il fuq minn 16 400 persuna fiż-Żimbabwe, u billi iktar minn 300 000 persuna li huma serjament imdgħajfa minħabba nuqqas ta' ikel huma f'periklu serju minħabba l-epidemija,
B. billi l-awtoritajiet taż-Żimbabwe għamluha ċara li ma jistgħux itemmu l-kriżi umanitarja u mhux bi ħsiebhom itemmu r-ripressjoni vjolenti ta' dawk li jopponuhom; billi hemm konnessjoni ċara bejn il-katastrofi umanitarja u l-kriżi ta' tmexxija kkawżata mill-falliment ta' Robert Mugabe li jorganizza elezzjonijiet ħielsa u kredibbli u li jirrispetta l-ftehima politika tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-prinċipju li jiġi ffurmat gvern ta' unità nazzjonali bil-ħsieb li tintemm il-kriżi, li ntlaħqet minkejja l-isforzi ta' medjazzjoni tal-President Thabo Mbeki tal-Afrika ta' Isfel,
C. billi r-rata tal-inflazzjoni hija stmata li hi fir-reġjun ta' bosta biljuni fil-mija, l-ogħla fid-dinja, u billi 80% tal-popolazzjoni tgħix b'inqas minn US$1 kuljum, mingħajr aċċess għal prodotti bażiċi bħall-ikel u l-ilma,
D. billi, skont l-organizzazzjoni umanitarja medika internazzjonali Médecins Sans Frontières, mill-inqas 1.4 miljun persuna qiegħdin f'riskju li taqbadhom il-kolera jekk it-tifqigħa ma tiġix ikkontrollata billi jiġu indirizzati l-kawżi tagħha; billi t-tifqigħa qed tinfirex lejn l-Afrika ta' Isfel u l-Botswana,
E. billi t-taħlita tal-kriżi ekonomika, dik politika u dik soċjali kellha effett negattiv partikolari fuq in-nisa u l-bniet, u billi dawn huma partikolarment f'riskju ta' infezzjoni bil-kolera minħabba r-responsabilità tagħhom għall-kura tal-morda mid-dar,
F. billi l-medja tal-għomor tal-ħajja fiż-Żimbabwe niżlet minn 60 sena fir-rigward taż-żewġ sessi għal 37 sena fir-rigward tal-irġiel u 34 fir-rigward tan-nisa fl-aħħar għaxar snin; billi 1.7 miljun persuna qegħdin bħalissa jgħixu bl-HIV fiż-Żimbabwe,
G. billi fl-isfond tal-kriżi politika u l-emerġenza fil-qasam tas-saħħa, hemm kriżi tad-drittijiet tal-bniedem li sejra għall-agħar fiż-Żimbabwe, bl-aktar żvilupp riċenti jkun is-sensiela mingħajr preċedent ta' każijiet ta' ħtif ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem - bħal Jestina Mukoko li l-għajbien tagħha kien parti minn mudell ta' fastidju u intimidazzjoni ta' attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, imwettqa minn persuni suspettati li qed jaħdmu għall-awtoritajiet taż-Żimbabwe,
H. billi, skont l-UNICEF, l-istima hi li huma biss 40% tal-għalliema tal-pajjiż li qed jaħdmu, u terz biss tat-tfal tal-iskola li qed imorru għal-lezzjonijiet; billi l-għalliema, bħat-tobba u l-infirmiera, ħarġu fuq strajks perjodiċi u ġew imrażżna b'mod vjolenti mill-pulizija talli eżerċitaw id-dritt tagħhom li jipprotestaw b'mod paċifiku,
I. billi 'l-Anzjani', li huma magħmula mill-ex Segretarju Ġenerali tan-NU Kofi Annan, l-ex President tal-Istati Uniti Jimmy Carter u s-sostenitura tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal Graça Machel, ma ngħatawx id-dritt li jidħlu fiż-Żimbabwe,
J. billi numru ta' mexxejja Afrikani, inklużi l-Arċisqof Desmond Tutu, il-President tal-Botswana, Ian Khama, u l-Prim Ministru tal-Kenja, Raila Odinga, talbu li s-Sur Mugabe jirriżenja,
K. billi fit-8 ta' Diċembru 2008, matul ċelebrazzjoni tas-60 anniversarju mid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-President Sarkozy ta' Franza, f'isem l-UE, talab lis-Sur Mugabe biex jirriżenja, filwaqt li ddikjara li hu qed iżomm ostaġġ lill-poplu taż-Żimbabwe u li l-poplu taż-Żimbabwe għandu d-dritt għal-libertà, għas-sigurtà u għar-rispett,
L. billi ż-Żimbabwe huwa qrib li jissodisfa l-kriterji biex tiġi invokata d-dikjarazzjoni approvata fis-Samit tan-NU f' Settembru 2005 li hemm responsabilità internazzjonali li jkunu protetti popli li qed jaffaċċjaw delitti kontra l-umanità,
1. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja katastrofika fiż-Żimbabwe, l-epidemija tal-kolera, il-ġuħ u r-rifjut totali tar-reġim ta' Mugabe li jirreaġixxi b'mod pożittiv għall-kriżi; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jerġgħu jaffermaw l-impenn tagħhom lejn il-poplu taż-Żimbabwe permezz ta' programm sostanzjali u fuq perjodu twil ta' żmien ta' għajnuna umanitarja;
2. Jinnota li l-Unjoni Ewropea għadha kif irrilaxxat EUR 10 miljun f'għajnuna u jistieden lill-awtoritajiet taż-Żimbabwe sabiex ineħħu r-restrizzjonijiet kollha fuq l-aġenziji tal-għajnuna umanitarja u sabiex jiżguraw li l-għajnuna umanitarja tista' titwassal bi qbil mal-prinċipji tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza;
3. Jappoġġja b'qawwa l-isforzi tad-delegazzjoni tal-'Anzjani' msemmija hawn fuq biex tittaffa l-kriżi umanitarja taż-Żimbabwe, jikkunsidraha bħala totalment inaċċettabbli li l-membri ta' din id-delegazzjoni ġew miċħuda viża tad-dħul mir-reġim ta' Mugabe, ladarba kellhom ix-xewqa li jużaw l-influwenza tagħhom biex iżidu l-għoti immedjat u fuq perjodu itwal ta' żmien tal-għajnuna lill-pajjiż u b'hekk itemmu t-tbatija terribbli tal-poplu taż-Żimbabwe;
4. Jikkundanna b'qawwa l-vjolenza kontinwa mwettqa mir-reġim ta' Mugabe kontra membri u sostenituri tal-MDC; huwa mgħaddab bis-sensiela ta' każijiet riċenti ta' ħtif ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jitlob li jinħelsu immedjatament Jestina Mukoko, id-direttur tal-Proġett għall-Paċi taż-Żimbabwe (ZPP), Zacharia Nkomo, ħu l-avukat ewlieni tad-drittijiet tal-bniedem Harrison Nkomo, Broderick Takawira, koordinatur provinċjali tal-Proġett għaz-ZPP, Pascal Gonzo, xufier mal-Proġett għaz-ZPP, u numru ta' membri tal-MDC u attivisti tas-soċjetà ċivili, u jitlob li min wettaq dawn il-każijiet ta' ħtif jinżamm responsabbli;
5. Jilqa' b'sodisfazzjon l-estensjoni riċenti tal-lista tal-Unjoni ta' individwi pprojbiti li jagħmlu parti mir-reġim ta' Mugabe, u jitlob li jiżdiedu aktar ismijiet ta' persuni ewlenin li huma leali lejn Mugabe, inkluż dak ta' Florence Chitauro, eksministru għoli taz-ZANU PF, li huwa maħsub li issa qiegħed jgħix Londra, filwaqt li jirrifjuta li jikkundanna lil Mugabe u jivjaġġa minn u lejn iż-Żimbabwe mingħajr xkiel;
6. Jitieden lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jikkunsidra li jimponi sanzjonijiet immirati (projbizzjonijiet ta' vvjaġġar u l-iffriżar tal-assi) fuq is-Sur Mugabe u persuni involuti b'mod attiv fil-vjolenza jew fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; b'mod partikolari jistieden liċ-Ċina, lir-Russja u lill-Afrika ta' Isfel biex jappoġġjaw miżuri iebsa kontra r-reġim ta' Mugabe fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u biex jindikaw lill-gvernijiet Afrikani li m'għadhomx lesti li jagħtu kwalunkwe appoġġ lir-reġim ta' Mugabe;
7. Ifaħħar l-integrità tal-gvernijiet tal-Kenja, tal-Botswana u taż-Żambja talli tkellmu kontra s-Sur Mugabe, u jesprimi d-diżappunt profond tiegħu li tant gvernijiet Afrikani oħra għadhom lesti li jinjoraw il-ħażen tar-reġim tiegħu;
8. Jenfasizza l-bżonn kbir tal-poplu taż-Żimbabwe li jkollu bidla politika u jikkundanna r-rifjut tas-Sur Mugabe li jimplimenta l-ftehima li ffirma fil-15 ta' Settembru 2008 li jgħaddi ministeri ewlenin lill-partit ta' Morgan Tsvangirai, jew li jdaħħal riformi politiċi;
9. Jesprimi tħassib serju li l-bżonn kbir ta' bidla immedjata, radikali u demokratika għall-poplu taż-Żimbabwe għadu qed ikun frustrat mir-reġim tas-Sur Mugabe, li hu oppressiv, manipulattiv u jfittex l-interessi tiegħu;
10. Jitlob urġentament li ssir pressjoni minn pajjiżi Afrikani u istituzzjonijiet reġjonali, inklużi l-SADC u, b'mod partikolari, mill-Unjoni Afrikana bħala l-garanti tal-ftehima tal-15 ta' Settembru 2008, kif ukoll minn Afrikani eminenti, biex tinstab soluzzjoni ġusta għas-sitwazzjoni taż-Żimbabwe, ibbażata fuq l-elezzjonijiet kredibbli li saru f'Marzu 2008, u biex kwalunkwe ftehim politiku jiġi mmoniterjat b'mod ibbilanċjat;
11. Jistieden lill-Kunsill biex jinkoraġġixxi lill-Unjoni Afrikana biex tħejji pjanijiet ta' kontinġenza għal intervent attiv, sabiex titħares il-popolazzjoni ċivili taż-Żimbabwe;
12. Jistieden lill-Kunsill biex jibqa' viġilanti fir-rigward tal-konsegwenzi possibbli għar-reġjun minħabba n-negliġenza intenzjonata u t-tmexxija ħażina taz-ZANU PF li qed tiddestabilizza liż-Żimbabwe;
13. Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni tar-refuġjati miż-Żimbabwe fir-reġjun u jikkundanna l-atti ta' vjolenza kontra r-refuġjati miż-Żimbabwe fil-pajjiżi ġirien; jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja dawk il-pajjiżi ġirien billi timplimenta programmi ta' għajnuna finanzjarji u materjali għar-refuġjati;
14. Jappella b'mod qawwi lill-partijiet interessati kollha u lill-komunità internazzjonali biex ikunu lesti jappoġġjaw l-irkupru ekonomiku u soċjali taż-Żimbabwe ladarba jiġi ffurmat gvern li ġenwinament jirrifletti r-rieda tal-poplu taż-Żimbabwe fil-livelli kollha u ladarba jkun hemm sinjali tanġibbli tar-ritorn tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;
15. Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex iżidu l-azzjoni diplomatika tagħhom fl-Afrika biex jiksbu appoġġ attiv għall-bidla fiż-Żimbabwe;
16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvernijiet tal-pajjiżi tal-G8, lill-gvernijiet u lill-parlamenti taż-Żimbabwe u tal-Afrika ta' Isfel, lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, liċ-chairpersons tal-Kummissjoni u tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Unjoni Afrikana, lill-Parlament Pan-Afrikan, u lis-Segretarju Ġenerali u l-gvernijiet tal-SADC u lill-Forum Parlamentari tiegħu.
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-attakki kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet ċivili u d-demokrazija fin-Nikaragwa
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tal-1948,
– wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,
– wara li kkunsidra l-Ftehima ta" Djalogu Politiku u Koperazzjoni tal-15 ta' Diċembru 2003 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama fuq in-naħa l-oħra, u l-Ftehima Qafas ta" Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubbliki tal-Kosta Rika, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama(1),
– wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra r-rapporti ppreżentati mit-tim ta' esperti tal-UE għall-proċess u l-elezzjonijiet muniċipali li seħħew fid-9 ta' Novembru 2008 li għadda fin-Nikaragwa,
− wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissarju Benita Ferrero Waldner dwar dak li ġara fin-Nikaragwa wara l-elezzjonijiet muniċipali u reġjonali tad-9 ta" Novembru 2008,
− wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa għall-iffirmar ta" Ftehima ta" Sħubija bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali,
− wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa dwar id-difensuri u l-għaqdiet tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem tat-22 ta" Ottubru 2008 tas-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,
− wara li kkunsidra s-sitt rawnd ta" negozjati għall-Ftehima ta" Sħubija bejn l-UE u l-Amerika Ċentrali li se jsir fis-26 u s-27 ta" Jannar 2009, fi Brussell,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi saru allegazzjonijiet ta" qerq fir-rigward tar-riżultati tal-elezzjonijiet muniċipali tad-9 ta" Novembru 2008 li ġew irrappurtati mit-tim ta" esperti tal-UE semmew in-nuqqas ta" rieda min-naħa tal-awtoritajiet tan-Nikaragwa li jorganizzaw proċess ġenwinament demokratiku; billi l-aggressjonijiet li akkumpanjawhom, immirati b'mod partikulari kontra l-mezzi ta' komunikazzjoni, u l-polarizzazzjoni u l-konfrontazzjonijiet li seħħew b'riżultat,
B. billi n-NU, l-UE, l-Istati Uniti u diversi NGOs fin-Nikaragwa esprimew tħassib rigward it-trasparenza tal-elezzjonijiet,
C. billi skont ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill Elettorali Suprem tal-11 ta" Ġunju 2008, min-naħa waħda ġiet ikkanċellata l-personalità legali tal-Moviment Sandinist ta" Tiġdid (Movimiento Renovador Sandinista), u min-naħa l-oħra ġie allegat li l-Partit Konservattiv ma ssodisfax il-prerekwiżiti tal-ħruġ għall-elezzjonijiet muniċipali ta' Novembru 2008, u b'hekk impedixxa l-parteċipazzjoni ta' dawn iż-żewġ partiti,
D. billi l-għaqdiet tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-membri tagħhom, ġurnalisti u rappreżentanti tal-mezzi ta" komunikazzjoni ġarrbu diversi attakki u atti ta" fastidju minn persuni, setturi politiċi u entitajiet b'rabtiet mal-poter statali,
E. billi l-Viċi Ministru għall-Koperazzjoni tan-Nikaragwa ippropona mekkaniżmu ta" "tassassjoni konġunta" għall-appoġġ finanzjarju li jirċievu l-NGOs u għal investigazzjoni ta' diversi NGOs għall-allegat nuqqas ta' sodisfar ta' rekwiżiti legali, bħal fil-każ tal-akkużi ta" "trijangolazzjoni ta" fondi" kontra 17-il għaqda tad-drittijiet tal-bniedem,
F. billi kien hemm investigazzjonijiet kriminali kontra dawk li jiddefendu d-drittijiet sesswali u riproduttivi, inklużi dawk li appoġġjaw lil tifla li kienet ġiet stuprata u li sarilha abort biex tiġi salvatha ħajjitha fi żmien meta l-abort terapewtiku ma kienx offiża kriminali,
G. billi l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-Istat tad-Dritt, kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, iridu jkunu parti integrali mill-politika esterna tal-UE,
H. billi l-Unjoni Ewropea u l-imsieħba tagħha, meta jagħmlu ftehimiet ma' pajjiżi terzi li jkunu jinkludu klawżola tad-drittijiet tal-bniedem, jassumi responsabilità li jiżguraw konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, u klawżoli bħal dawn huma min-natura tagħhom reċiproki,
I. billi n-Nikaragwa f'dawn l-aħħar għoxrin sena spiċċat f'sitwazzjoni ta" faqar kbir,
1. Jiddispjaċih ħafna dwar il-mod ta" kif tmexxa l-proċess elettorali tal-elezzjonijiet lokali tad-9 ta" Novembru 2008, u jqis li r-riżultati tagħhom m'għandhom ebda leġittimità demokratika;
2. Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-klima ta" qerq allegat f'xi muniċipalitajiet irriżultat f'dimostrazzjonijiet u konfrontazzjonijiet bejn il-partitarji ta" partiti differenti, li ħallew numru ta" nies midruba u komplew jaggravaw kriżi politika li diġà kienet serja;
3. Jitlob lill-gvern tan-Nikaragwa biex jieħu miżuri urġenti biex jikkalma s-sitwazzjoni eżistenti, u jitlob lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa biex jirrispettaw l-isforzi tal-għaqdiet tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem;
4. Jiddispjaċih dwar id-diversi attakki u atti ta" fastidju li sofrew l-għaqdiet tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti indipendenti u r-rappreżentanti tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fin-Nikaragwa f'dawn l-aħħar xhur, min-naħa ta" individwi, forzi politiċi u korpi b'rabtiet statali;
5. Jitlob lill-partiti politiċi biex jikkundannaw l-atti ta" vjolenza li wettqu l-partitarji tagħhom;
6. Jiddispjaċih dwar il-fatt li żewġ partiti politiċi ma setgħux jieħu sehem fl-elezzjonijiet lokali, u jesprimi t-tħassib tiegħu rigward il-progress tal-konsolidazzjoni u l-governanza demokratiċi fin-Nikaragwa, b'mod speċjali rigward il-proċessi ta" inklużjoni u parteċipazzjoni attiva;
7. Iħeġġeġ lill-gvern tan-Nikaragwa u lill-awtoritajiet statali biex iħarsu l-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-qrati u b'hekk jiżguraw li l-bażijiet demokratiċi ta' pajjiżhom jiġu ppreservati, u biex jiżguraw li mill-aktar fis possibbli, in-Nikaragwa tirratifika l-Istatut ta' Ruma li ħoloq il-Qorti Kriminali Internazzjonali;
8. Jilqa" b'sodisfazzjon l-istqarrija għall-istampa tas-27 Stat Membru tal-UE tat-22 ta" Ottubru 2008, li kkundannat l-attakki fuq id-difensuri u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;
9. Ifakkar li fin-negozjati għall-Ftehima ta" Sħubija bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali, in-Nikaragwa jeħtieġ tiġi mfakkra dwar il-ħtieġa li jiġu rispettati l-prinċipji tal-Istat tad-Dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, kif tiddefendihom u tippromwovihom l-UE;
10. Jitlob lill-Istati Membri tal-UE sabiex jiżguraw li s-sitwazzjoni fin-Nikaragwa titpoġġa fuq l-aġenda tal-laqgħat kollha mal-awtoritajiet tan-Nikaragwa, kemm dawk bilaterali kif ukoll dawk multilaterali;
11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana, lill-Parlament tal-Amerika Ċentrali, u lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tan-Nikaragwa.
L-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u l-ġuri tal-qtil ta' Anna Politkovskaya
221k
62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u l-ġuri tal-qtil ta' Anna Politkovskaya
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti dwar ir-Russja, u b'mod partikulari dik tal-25 ta' Ottubru 2006 dwar ir-relazzjonijiet UE-Russja wara l-qtil tal-ġurnalista Russa Anna Politkovskaya(1), dik tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar is-Samit bejn l-UE u r-Russja f'Khanty-Mansiysk fis 26 us-27 ta' Ġunju 2008(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa, li daħlet fis-seħħ fl-1997 u li ġiet estiża sakemm ftehima oħra teħdilha postha,
– wara li kkunsidra n-negozjati attwali għal ftehima ġdida li tipprovdi qafas komprensiv ġdid għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, u t-tnedija mill-ġdid ta' dawn in-negozjati waqt l-aħħar Samit bejn l-UE u r-Russja li sar f'Nizza fl-14 ta' Novembru 2008,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Presidenza f'isem l-Unjoni Ewropea dwar it-tfittxija domiċiljari tas-sede tal-organizzazzjoni Memorial f'St Petersburg fl-4 ta' Diċembru 2008,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-2008 tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
A. billi r-Russja hija membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u li bħala tali kkommettiet ruħha li tosserva bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem u taċ-ċittadini,
B. billi hemm tħassib serju fuq il-qagħda tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u wkoll dwar id-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom l-NGOs li huma attivi fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem,
C. billi bosta lmenti ta' ċittadini Russi ġew indirizzati lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu, li fis-sentenzi tagħha ssostanzjat li hemm ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem f'għadd ta' każijiet, kif ukoll każijiet ta' arbitrarjetà mill-awtoritajiet tal-istat Russi,
D. billi fit-28 ta' Ottubru 2008, Otto Messmer, il-provinċjal tal-Ordni tal-Ġiżwiti fir-Russja u Victor Betancourt, qassis mill-Ekwador, inqatlu b'mod brutali fl-appartament tagħhom f'Moska,
E. billi f'nofs Ottubru 2008 avukat tad-drittijiet tal-bniedem prominenti Russa, Karinna Moskalenko, li rrappreżentat b'suċċess il-każijiet ta' 30 ċittadin Russu fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sfat vittma ta' attentat ta' avvelenament bil-merkurju li tqiegħed fil-karozza tagħha fi Strasburgu,
F. billi fil-31 ta' Awissu 2008, is-sid ta' websajt indipendenti bl-Ingush, Magomed Evloyev, inqatel waqt li kien fil-kustodja tal-pulizija,
G. billi bosta attentati fuq il-ħajja ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom fuq il-kap tal-oppożizzjoni Ingush, Akhmed Kotiev, id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Zurab Tsechoev mill-Ingushezja, l-attivist tad-drittijiet tal-bniedem Dmitrii Kraiukhin minn Orel, u l-attivist tad-drittijiet tal-bniedem Stanislav Dmitrievski minn Nizhni Novgorod, ġew irreġistrati bejn Lulju u Ottubru 2008,
H. billi fl-4 ta' Diċembru 2008, l-uffiċċji f'St. Petersburg taċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Informazzjoni Memorial, li għal 20 sena għamel riċerka dwar ir-ripressjoni fi żmien Stalin fl-Unjoni Sovjetika, ġew attakkati minn irġiel mgħammda mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali Russu; billi waqt l-attakk, ittieħdu l-hard drives u s-CDs li kien fihom il-bażi tad-data kollha dwar eluf ta' vittmi; billi ma jeżisti l-ebda inventorju tad-dokumentazzjoni kkonfiskata; billi l-avukati tal-Memorial ġew miżmuma milli jidħlu fis-sede,
I. billi l-istħarriġ kriminali u l-ġuri wara l-qtil tal-ġurnalista Anna Politkovskaya jqajmu tħassib serju dwar it-trasparenza u l-osservanza tal-istat tad-dritt; billi dan il-qtil brutali għadu ma ġiex mistħarreġ u solvut għal kollox b'mod sodisfaċenti,
J. billi l-awtoritajiet Russi għad mhumiex jikkoperaw fl-istħarriġ tal-qtil ta' Aleksander Litvinenko f'Londra permezz ta' avvelenament bil-polonju radjuattiv,
K. billi l-brutalità tal-pulizija rażżnet dimostrazzjoni ta' protesta kontra l-Kremlin organizzata mill-grupp tal-oppożizzjoni "Russja Oħra" ta' Garry Kasparov fl-14 ta' Diċembru 2008 f'Moska, billi d-dimostranti nħatfu u ġew imkaxkra fi trakkijiet; billi madwar 100 dimostrant ġew arrestati,
L. billi fit-3 ta' Diċembru 2008, 17-il grupp Russu tad-drittijiet tal-bniedem stiednu lill-UE fi Vjenna biex is-sehem tal-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem mhux biss ikompli jissaħħaħ b'urġenza imma wkoll biex jitressqu l-aktar każijiet urġenti fil-laqgħat tas-Samit bejn l-UE u r-Russja,
1. Jikkundanna bil-qawwa l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, fosthom avukati li qegħdin jirrappreżentaw id-drittijiet taċ-ċittadini, u jistieden lill-awtoritajiet Russi fil-livelli kollha biex iħarsu u jiggarantixxu l-integrità fiżika tagħhom;
2. Jiġbed l-attenzjoni li d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija għandhom jibqgħu kwistjonijiet ta' importanza kbira biex ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja jkomplu jiżviluppaw; jisħaq fuq l-importanza tal-iskambju kontinwu ta' fehmiet fuq id-drittijiet tal-bniedem mar-Russja bħala parti mill-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u r-Russja, u jitlob għal titjib fil-format ta' dawn il-laqgħat biex il-ministeri, il-ġudikatura u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili Russa jkunu jistgħu jagħtu sehemhom;
3. Hu tal fehma li l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt għandu jkollha sehem integrali fil-ftehima ta' qafas ġdida li qiegħda tiġi negozjata bħalissa;
4. Jistieden lill-awtoritajiet Russi biex jikkonformaw mas-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u jirratifikaw il-protokoll dwar ir-riforma tal-qorti mingħajr dewmien; iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa biex tirratifika wkoll il-Protokoll Addizzjonali Nru 14 għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
5. Jikkundanna t-tfittxija tal-uffiċċji tal-organizzazzjoni Memorial f'St. Petersburg fl-4 ta' Dicembru 2008; jitlob lill-awtoritajiet Russi u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta' St. Petersburg biex iroddu bla dewmien liċ-Ċentru tar-Riċerka u l-Informazzjoni Memorial ħdax-il hard drive u CD li ttieħdu miċ-Ċentru waqt rejd tal-pulizija fit-4 ta' Diċembru 2008 u li fihom data imprezzabbli dwar aktar minn 50,000 vittma tar-ripressjoni tal-era Stalinista;
6. Jiġbed l-attenzjoni għax-xejriet ta' ksenofobija u omofobija li qegħdin jikbru u li wasslu biex aktar minn 100 ruħ inqatlu fl-2008 minħabba r-razza, in-nazzjonalità, ir-reliġjon u l-orjentament sesswali tagħhom, skont il-Bureau ta' Moska għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll talli ma saritx kundanna qawwija min-naħa tal-awtoritajiet Russi għal delitti ta' mibegħda bħal dawn;
7. Jinnota bi tħassib l-aħħar mossi biex jiġi riabilitat ir-reġim ta' Stalin u jenfasizza li kultura demokratika vera tista' tiġi stabilita fir-Russja biss jekk il-passat traġiku jiġi aċċettat;
8. Hu allarmat bl-attentat li sar f'Ottubru 2008 fuq il-ħajja tal-avukat tad-drittijiet tal-bniedem Karinna Moskalenko u l-familja tagħha, u jappella kemm lill-awtoritajiet Franċiżi kif ukoll lil dawk Russi sabiex jiġu identifikati l-awturi tad-delitt u l-motivi tagħhom;
9. Hu konvint li l-attivitajiet tal-avukati tad-drittijiet tal-bniedem li qegħdin jaġixxu fil-każijiet ta' abbużi allegati tad-drittijiet tal-bniedem, li qegħdin jieħdu sogri personali kbar biex ikomplu bil-missjoni tagħhom, għandu jingħatalhom l-ogħla rispett u jiġu mħarsa mill-istat u appoġġjati mill-komunità internazzjonali;
10. Jibqa' mħasseb sew bil-leġiżlazzjoni dwar l-estremiżmu, li tista' tħalli effett fuq il-mogħdija ħielsa ta' informazzjoni u tista' twassal sabiex l-awtoritajiet Russi jillimitaw aktar id-dritt tal-espressjoni ħielsa tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
11. Jinnota li għaddew sentejn minn meta nqatlet il-ġurnalista indipendenti Russa, Anna Politkovskaya, li saret simbolu għal-liberta tal-istampa; ifakkar lill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2006 imsemmija hawn fuq u jagħti ġieħ lill-kuraġġ u lill-ħidma ta' dan is-simbolu tal-onestà u l-kuxjenzjożità, li l-ħidma tul ħajjitha teħtieġ appoġġ u rikonoxximent kontinwu;
12. Jesprimi l-biża' tiegħu li l-ġuri jinsab miftuħ biss għal għadd limitat ta' ġurnalisti u mhux miftuħ għall-ġurnalisti televiżivi; jistieden lill-qorti biex tosserva bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-ġurija u tiftaħ il-proċedimenti għall-ġurnalisti u l-midja kollha; jistenna li l-qorti tistħarreġ mhux biss dwar min ikkommetta u assista fid-delitt ta' Anna Politkovskaya, imma wkoll dwar min ordnah;
13. Jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif fl-2006 tal-punt fokali tal-ODIHR għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jimmonitorja l-qagħda tad-difensuri fl-OSCE kollha; jinkoraġġixxi bil-qawwa lill-istituzzjonijiet tal-UE biex iqiegħdu fil-prattika l-appoġġ tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem billi jwaqqfu punt fokali għad-difensuri fit-tliet istituzzjonijiet sabiex titjieb il-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tagħhom mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u Ewropej;
14. Jesprimi t-tħassib tiegħu rigward l-abbużi kontinwi u mxerrda kontra s-suldati fil-forzi armati Russi u jistieden lill-awtoritajiet Russi biex jistħarrġu u jipproċedu kontra min hu responsabbli u sabiex jeqirdu l-prattiki abbużivi fil-forzi armati u juru determinazzjoni biex jimmodernizzaw il-kultura aċċettata tal-mument;
15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-gvern u lill-parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-OSCE u lill-Kunsill tal-Ewropa.