Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2005/0241(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0063/2007

Testi mressqa :

A6-0063/2007

Dibattiti :

PV 24/04/2007 - 11
CRE 24/04/2007 - 11

Votazzjonijiet :

PV 25/04/2007 - 11.5
CRE 25/04/2007 - 11.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2007)0148

Testi adottati
PDF 651kWORD 237k
L-Erbgħa, 25 ta' April 2007 - Strasburgu
Responsabbiltà ta' min iġorr passiġġieri bid-dgħajjes f'każ ta' inċidenti ***I
P6_TA(2007)0148A6-0063/2007
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew ta' l-25 ta' April 2007 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltà ta' min iġorr passiġġieri bil-baħar u fuq ilmijiet interni f'każ ta' inċidenti (COM(2005)0592 – C6-0057/2006 – 2005/0241(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0592)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0057/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0063/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' April 2007 bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament (KE) Nru .../2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligazzjoni ta" min iġorr il-passiġġieri bil-baħar f'każ ta' aċċidenti
P6_TC1-COD(2005)0241

(Test b'relevanza EEA)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

B'referenza għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita` Ewropea, u b'mod partikulari Artikoli 71(1) u 80(2) marbuta miegħu,

B'referenza għall-proposta mill-Kummissjoni,

B'referenza għall-opinjoni tal-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali(1),

B'referenza għall-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Fi ħdan l-istruttura ta" politika komuni tat-trasport, iridu jkunu adottati aktar miżuri biex itejbu s-sigurta` fit-trasport marittimu u tal-kanali fil-magħluq. Dawk il-miżuri jinkludi r-regoli ta" obbligazzjoni għall-ħsara kkawżata lill-passiġġieri; minħabba li hu importanti li jkun żgurat livell xieraq ta" kumpens għall-passiġġieri involuti f"aċċidenti marittimi.

(2)  Il-Protokoll ta" l-2002 tal-Konvenzjoni ta" Ateni Marbuta mal-Ġarr tal-Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, 1974 kien adottat fl-1 ta' Novembru 2002 taħt l-awspiċi ta' l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). [li fiha ssieħbet il-Komunita`(4)].

(3)  Il-Konvenzjoni ta" Ateni 2002, Marbuta mal-Ġarr tal-Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, 1974 kif emendata mill-Protokoll tal-2002 (minn hawn "il quddiem imsejħa "Il-Konvenzjoni ta" Ateni 2002") tgħodd għat-trasport internazzjonali biss. Fis-suq marittimu intern, tneħħiet id-distinzjoni bejn trasport nazzjonali u internazzjonali u għalhekk jixraq li jkun hemm l-istess livell u tip ta" obbligazzjoni kemm fit-trasport internazzjonali kif ukoll f'dak nazzjonali fil-Komunita`.

(4)  L-arranġamenti ta' l-assigurazzjoni rikjesti taħt il-Konvenzjoni ta' Ateni 2002 għandhom ikunu xierqa għall-kapaċitajiet finanzjarji tas-sidien tal-vapuri u tal-kumpaniji ta' l-assigurazzjoni. Is-sidien tal-vapuri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jimmaniġġjaw l-arranġamenti ta' l-assigurazzjoni tagħhom b'mod ekonomikament aċċettabbli u, b'mod partikulari fil-każ ta' kumpanniji tat-tbaħħir żgħar li joperaw servizzi nazzjonali ta' trasport, għandha titqies in-natura staġunali ta' l-operazzjonijiet tagħhom. Il-perjodu tranżizzjonali li hu pprovdut għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jkun twil biżżejjed li jippermetti li l-assigurazzjoni obbligatorja prevista mill-Konvenzjoni ta' Ateni ta' l-2002 tkun implimentata mingħajr ma taffettwa l-iskemi ta' assigurazzjoni eżistenti.

(5)  Jixraq li min iġorr ikun obbligat biex jagħmel ħlas bil-quddiem fil-każ ta" mewt jew korriment ta" passiġġier, fejn il-ħlas bil-quddiem ma jikkostitwixxix l-għarfien ta' responsabbiltà..

(6)  Informazzjoni xierqa , sħiħa u li tinftiehem dwar id-drittijiet mogħtija lill-passiġġieri lil dawk il-passiġġieri qabel il-vjaġġ.

(7)  Kull emenda għall-Konvenzjoni ta' Ateni se tiddaħħal fil-leġiżlazzjoni tal-Komunita`, sakemm dik l-emenda mhix eskluża wara l-proċedura taħt Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Siguri u l-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri (COSS) u jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurta` marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġiż mill-vapuri(5).

(8)  L-Aġenzija Ewropea dwar is-Siġurta` Marittima (EMSA) imwaqqfa permezz ta" Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija u l-abbozzar ta' rapport ║dwar il-funzjonament tar-regoli l-ġodda u fil-proposti għall-emendi għall-Konvenzjoni ta" Ateni 2002.

(9)  Minħabba l-ħtieġa li jkun hemm konsultazzjoni akbar fost l-Istati Membri fuq kwistjonijiet ta' sikurezza marittima, huwa vitali li jkunu evalwati mill-ġdid il-Kompetenzi ta' l-EMSA u possibilment li jkun ikkunsidrat għandhomx ikunu estiżi l-poteri tagħha.

(10)  L-awtoritajiet nazzjonali, b'mod partikolari l-awtoritajiet tal-port, jilagħbu parti fundamentali u vitali fl-identifikazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji varji għas-sikurezza marittima.

(11)  Peress li l-għan ta" dan ir-Regolament, jiġifieri li jinħoloq sett wieħed ta' regoli li jkopri d-drittijiet ta' min iġorr u tal-passiġġieri tiegħu f'każ ta' xi aċċident, ma jistax jintlaħaq sew mill-Istati Membri u jista' għalhekk, minħabba l-bżonn biex ikunu żgurati limiti identiċi ta" obbligazzjoni fl-Istati Membri kollha, jintlaħaq aħjar fuq livell ta" Komunita`, il-Komunita` tista" tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta" sussidjarjeta` kif stipulat f'Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta" proporzjonalita`, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja ta" obbligazzjoni uniformi għall-ġarr ta" passiġġieri bil-baħar .

Għal dak il-għan, dan ir-Regolament jinkorpora d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjoni ta" Ateni Marbuta mal-Ġarr ta" Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, 1974, kif emendata mill-Protokoll tal-2002 (minn hawn "il quddiem imsejħa "Il-Konvenzjoni ta" Ateni 2002") u jestendi l-applikazzjoni ta" dawk id-dispożizzjonijiet għall-ġarr bil-baħar fi Stat Membru wieħed .

Artikolu 2

Firxa

Ir-Regolament għandu japplika għal kull ġarr internazzjonali jew domestiku, bil-baħar jekk:

   a) il-vapur ikollu tittajjar fuqu l-bandiera ta" Stat Membru,
   b) il-kuntratt tal-ġarr sar fi Stat Membru, jew
   ( ċ) il-post tat-tluq jew destinazzjoni, skond il-kuntratt tal-ġarr, jinsab fi Stat Membru.

Artikolu 3

Obbligazzjoni ta" min iġorr

L-obbligazzjoni ta" min iġorr u ta" min qed jagħmel att ta" ġarr fil-każ tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom għandha tkun koperta bid-dispożizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni ta" Ateni 2002 relevanti għal responsabilità bħal din, inklużi r-riżerva ta' l-IMO u l-linji gwida għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Ateni ta' l-2002 adottati mill-Kumitat Legali ta' l-IMO fid-19 ta' Ottubru 2006 (minn hawn 'il quddiem imsejjħa "ir-riservazzjoni ta' l-IMO 2006"). Il-Konvenzjoni ta' Ateni u r-Riservazzjoni ta' l-IMO 2006 huma annesi ma' dan ir-Regolament.

It-termini "min iġorr" u "min qed jagħmel l-att tal-ġarr" għandhom jinftiehmu skond it-tifsiriet mogħtija f'Artikolu 2 tal-Konvenzjoni ta" Ateni 2002.

Artikolu 4

Limiti ta" l-obbligazzjoni

Artikolu 7(2) tal-Konvenzjoni ta" Ateni 2002 ma jgħoddx għall-ġarr tal-passiġġieri li jaqgħu fl-iskop ta" dan ir-Regolament, ħlief jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, jemendaw dan ir-Regolament f'dan is-sens.

L-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni ta' Ateni ta' l-2002 mhuwiex applikabbli għall-ġarr ta' passiġġieri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

F'każ ta" telf jew ħsara lill-apparat mobbli/apparat mediku li jappartjeni għall-passiġġier li ma jistax jiċċaqlaq sew, il-kumpens jistà jkun daqs iżda mhux aktar mill-valur biex jinbidel l-apparat.

Artikolu 5

Ħlas bil-quddiem

Fil-każ tal-mewt, jew il-korriment ta" xi passiġġier b'riżultat ta" xi aċċident jew aċċident tat-tbaħħir, min iġorr jew min ikun qed iwettaq l-att tal-ġarr għandu jagħmel ħlas bil-quddiem biżżejjed biex ikopri l-bżonnijiet ekonomiċi immedjati, fi żmien 15-il ġurnata minn meta jkun identifikat dak li hu intitolat għall-ħsarat. Fil-każ tal-mewt jew ta" l-invalidità assoluta u permanenti ta" xi passiġġier, jew fil-każ tal-feriment ta" 75% jew aktar tal-ġisem tal-passiġġier meqjus klinikament serju ħafna, dan il-ħlas m'għandux ikun ta" inqas minn EUR 21 000.

Ħlas bil-quddiem m'għandux jikkostitwixxi għarfien tar-responsabilita' u jista' jitpaċċa kontra kwalunkwe somma sussegwenti mħallsa fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament u ma jistax jitreġġa' lura ħlief fejn il-persuna li tkun irċeviet il-ħlas bil-quddiem ma tkunx il-persuna intitolata għall-kumpens jew fejn min iġorr il-passiġġieri huwa meqjus li m'għandux tort.

Il-ħlas jew ir-riċeviment, skond il-każ, ta" ħlas bil-quddiem għandu jagħmilha possibbli lil min iġorr, lil min wettaq l-att tal- ġarr jew lil passiġġier li jagħti bidu għal proċedimenti ġudizzjarji biex ikunu stabbiliti r-responsabilitajiet u t-tort.

Artikolu 6

Informazzjoni lill-passiġġieri

Min iġorr, min iwettaq l-att tal-ġarr u/jew l-operatur turistiku għandu jagħti lill-passiġġieri, qabel jitilqu, informazzjoni xierqa, sħiħa u komprensiva dwar id-drittijiet tagħhom taħt dan ir-Regolament, speċjalment informazzjoni dwar il-limiti ta" kumpens għal mewt, korriment personali jew telf u ħsara lill-bagalji, dwar id-dritt tagħhom għal azzjoni diretta kontra l-assiguratur jew il-persuna li qed tagħti sigurta` finanzjarja u dwar id-dritt tagħhom għall-ħlas bil-quddiem.

Din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta f'format xieraq, sħiħ u li jinftiehem u, fil-każ ta" l-informazzjoni pprovduta mill-operaturi tal-ġiti, skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/314/KEE tal-Kunsill tat-13 ta" Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż(7).

Artikolu 7

Rapport u emendi għall-Konvenzjoni ta" Ateni 2002

Mhux aktar tard minn tliet snin wara li jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha ssawwar rapport dwar l-applikazzjoni tiegħu, li għandu, fost affarijiet oħra, iqis l-iżviluppi ekonomiċi u l-iżviluppi f'fora internazzjonali.

Dak ir-rapport jista" jkollu miegħu proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, jew proposta biex issir sottomissjoni mill-Komunita` Ewropea quddiem il-fora internazzjonali relevanti.

Meta tkun qed tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar l-Ibħra Siguri u l-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Vapuri (COSS), stabbiliti b'Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Emendi għall-Konvenzjoni ta" Ateni 2002 jistgħu jkunu esklużi mill-iskop ta" dan ir-Regolament, skond Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi [...] jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid- …(8).

F'dak li jirrigwarda l-ġarr domestiku mil-linji tal-vapuri tat-traġitt regolari dan għandu japplika minn sentejn wara ... (9).

F'dak li jirrigwarda l-ġarr permezz ta" ilmijiet navigabbli interni, dan għandu japplika minn erba" snin wara …*.

F'dak li jirrigwarda l-ġarr domestiku mil-linji tal-vapuri tat-traġitt regolari koperti mill-Artikolu 299(2) tat-Trattat, dan għandu japplika minn erba" snin wara …*.

Dan ir-Regolament għandu jorbot bi sħiħ u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi [...],

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS I

KONVENZJONI TA" ATENI MARBUTA MAL-ĠARR TA" PASSIĠĠIERI U L-BAGALJI TAGĦHOM BIL-BAĦAR, 2002

(Test konsolidat tal-Konvenzjoni ta" Ateni marbuta mal-Ġarr tal-Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, 1974 u l-Protokoll ta' l-2002 tal-Konvenzjoni)

ARTIKOLU 1

Tifsiriet

F'din il-Konvenzjoni l-espressjonijiet li ġejjin għandhom it-tifsira li qiegħda hawnhekk tingħatalhom:

   1. (a) "min iġorr" tfisser persuna li jew f'isimha ġie iffirmat kuntratt ta' ġarr, sew jekk il-ġarr isirx fil-verita`minn dik il-persuna jew minn min ikun qed jagħmel l-att tal-ġarr;
   b) "min qed jagħmel l-att tal-ġarr" tfisser persuna barra min iġorr, sew jekk tkun is-sid, xi ħadd mikri jew operatur ta' vapur, li fil-verita` jagħmel il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr;
   ( ċ) "min iġorr li fil-verita` jagħmel il-ġarr kollu jew parti mill-ġarr" tfisser dak li jagħmel l-att tal-ġarr, jew, sakemm min iġorr fil-verita` jagħmel il-ġarr, min iġorr;
   2. "kuntratt ta" ġarr" tfisser kuntratt magħmul minn jew f'isem min iġorr għall-ġarr bil-baħar ta" passiġġier jew ta" passiġġier u l-bagalji tiegħu, kif jista" jagħti l-każ;
   3. "vapur" tfisser opra tal-baħar, barra vettura li taħdem bl-arja;
   4. "passiġġier" tfisser kull persuna li tinġarr fuq vapur,
   a) taħt kuntratt tal-ġarr, jew
   b) li, bil-kunsens ta" min iġorr, tkun qed takkumpanja vettura jew annimali ħajjin li huma koperti bil-kuntratt tal-ġarr ta" oġġetti mhux koperti b'din il-Konvenzjoni;
  5. "bagalji" tfisser kull oġġett jew vettura li tinġarr minn min iġorr taħt il-kuntratt tal-ġarr, barra:
   a) oġġetti u vetturi li jinġarru taħt kuntratt biex jinkera vapur, att ta" merkanzija jew xi kuntratt ieħor li għandu x'jaqsam primarjament mal-ġarr ta" oġġetti, u
   b) annimali ħajjin;
   6. "bagalji fil-kabini" tfisser bagalji li l-passiġġier ikollu fil-kabina tiegħu jew inkella li għandu fil-pussess, kustodja jew kontroll tiegħu. Ħlief għall-applikazzjoni ta" paragrafu 8 ta" dan l-Artikolu u Artikolu 8, bagalji fil-kabini jinkludu bagalji li l-passiġġier għandu ġo jew fuq il-vettura tiegħu;
   7. "telf ta" jew ħsara lill-bagalji" jinkludi telf fi flus minħabba li l-bagalji ma ġewx imwassla lura lill-passiġġier fi żmien raġonevoli wara li wasal il-vapur li fuqu kien hemm jew kellu jkun hemm il-bagalji, iżda ma jinkludix dewmien minħabba xi strajk;
  8. "ġarr" tkopri l-perjodi li ġejjin:
   a) fil-każ tal-passiġġier u l-bagalji tiegħu tal-kabina, il-perjodu li matulu l-passiġġier u/jew il-bagalji tal-kabina tiegħu huma abbord il-vapur jew waqt l-embarkazzjoni jew id-diżembarkazzjoni, u l-perjodu li fih il-passiġġier u l-bagalji tal-kabina tiegħu jinġarru bl-ilma mill-art sal-vapur jew viċi-versa, jekk l-ispiża ta' dak il-ġarr hi inkluża fin-noll jew jekk l-opra użata għal dan l-iskop ta' trasport awżiljari tqegħdet għad-dispożizzjoni tal-passiġġier minn min iġorr. Iżda, rigward il-passiġġier, il-ġarr ma jinkludix il-perjodu li fih hu jkun f'terminal jew stazzjon marittimu jew fuq moll jew ġo jew fuq xi installazzjoni oħra tal-port;
   b) fejn jidħlu l-bagalji tal-kabina, anki l-perjodu li fih il-passiġġier ikun f'terminal jew stazzjon marittimu jew fuq moll jew ġo jew fuq xi installazzjoni oħra tal-port jekk dawk il-bagalji ttieħdu minn min iġorr jew il-qaddej jew l-aġent tiegħu u ma ġewx ritornati lill-passiġġier;
   ( ċ) fejn jidħlu bagalji oħra li mhumiex bagalji fil-kabina, il-perjodu minn meta dawn jittieħdu minn min iġorr jew mill-qaddej jew l-aġent tiegħu fuq ix-xatt jew abbord sakemm jerġa" jiġu ritornati minn min iġorr jew mill-qaddej jew l-aġent tiegħu;
   9. "ġarr internazzjonali" tfisser kull ġarr li fih, skond il-kuntratt tal-ġarr, il-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni jinsabu f'żewġ Stati differenti, jew jekk fi Stat wieħed, skond il-kuntratt tal-ġarr jew l-itinerarju skjedat, hemm port ta" waqfien intermedjarju fi Stat ieħor;
   10. "Organizzazzjoni" tfisser l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

11.  "Segretarju-Ġenerali" tfisser is-Segretarju-Ġenerali ta" l-Organizzazzjoni.

ARTIKOLU 1bis

Anness

L-anness għal din il-Konvenzjoni għandu jifforma parti integrali mill-Konvenzjoni.

ARTIKOLU 2

Applikazzjoni

1.  Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għal kull tip ta" ġarr internazzjonali jekk:

   a) il-vapur ikollu tittajjar fuqu l-bandiera ta' jew ikun reġistrat fi Stat li aċċetta din il-Konvenzjoni, jew
   b) il-kuntratt ta" ġarr ikun sar fi Stat li aċċetta din il-Konvenzjoni, jew
   ( ċ) il-post tat-tluq jew destinazzjoni, skond il-kuntratt ta" ġarr, jinsab fi Stat li aċċetta din il-Konvenzjoni.

2.  Minkejja paragrafu 1 ta" dan l-Artikolu, din il-Konvenzjoni m'għandhiex tapplika meta l-ġarr ikun soġġett, taħt xi konvenzjoni oħra internazzjonali li tolqot il-ġarr ta" passiġġieri jew il-bagalji tagħhom b'xi mezz ieħor ta" trasport, għal sistema ta" obbligazzjoni ċivili taħt id-dispożizzjonijiet ta" dik il-konvenzjoni, sakemm dawk id-dispożizzjonijiet japplikaw b'mod obbligatorju fuq il-ġarr bil-baħar.

ARTIKOLU 3

Obbligazzjoni ta" min iġorr

1.  Għat-telf li ġarrab passiġġier minħabba mewt jew korriment ikkawżati minn aċċident bil-vapur, min iġorr għandu jkun obbligat sa tali punt li dak it-telf li ġarrab il-passiġġier f'kull okkażjoni separata ma jkunx aktar minn 250 000 unit ta" account, sakemm min iġorr ma jġibx provi li l-aċċident:

   a) kien riżultat ta" att ta" gwerra, ġlied, gwerra ċivili, reżistenzi jew fenomu naturali ta" natura eċċezzjonali, inevitabbli u irreżistibbli, jew
   b) kien ikkawżat għal kollox minn att jew inqabżet xi ħaġa bil-ħsieb li terza parti tikkawża l-aċċident.

Jekk u sal-punt li t-telf qabeż l-ogħla limitu, min iġorr għandu jkun obbligat iktar sakemm ma jġibx provi li l-aċċident li kkawża t-telf ġara mingħajr tort jew negliġenza min-naħa tiegħu.

2.  Għat-telf li jġarrab passiġġier minħabba mewt jew korriment li mhux ikkawżat minn aċċident bil-vapur, min iġorr għandu jkun obbligat jekk l-aċċident li wassal għat-telf kien tort jew minħabba negliġenza tiegħu. Ir-responsabbilta` biex jiġi ppruvat it-tort jew negliġenza għandha taqa' fuq min għamel it-talba.

3.  Għat-telf li jiġġarrab minħabba telf jew ħsara tal-bagalji fil-kabina, min iġorr għandu jkun obbligat jekk l-aċċident li wassal għat-telf kien tort jew minħabba negliġenza tiegħu. It-tort jew in-negliġenza ta" min iġorr għandhom jitqiesu għal telf ikkawżat minħabba aċċident bil-vapur.

4.  Għat-telf li jiġġarrab minħabba telf jew ħsara lill-bagalji barra l-bagalji fil-kabini, min iġorr għandu jkun obbligat sakemm hu ma jġibx provi li l-aċċident li wassal għat-telf ġara mingħajr ma kellu tort jew minħabba negliġenza min-naħa tiegħu.

5.  Għall-finijiet ta" dan l-artikolu:

   a) "aċċident bil-vapur" tfisser meta vapur jegħreq, jinqaleb, jaħbat jew jieqaf, ikun hemm splużjoni jew nar fuq il-vapur, jew difett fil-vapur;
   b) "tort jew negliġenza ta" min iġorr" tinkludi t-tort jew negliġenza tal-qaddejja ta" min iġorr, li jaġixxu fl-iskop ta' l-impjieg tagħhom;
   ( ċ) "difett fil-vapur" tfisser kull ħsara, nuqqas jew nuqqas ta" konformita` mal-leġiżlazzjonijiet applikabbli dwar is-sigurta` fil-każ ta" xi parti mill-vapur jew l-apparat tiegħu meta jkunu użati biex jaħarbu, jiġu evakwati, jitilgħu u jinżlu l-passiġġieri, jew meta jkunu użati biex isuqu, idawru, ibaħħru b'mod sigur, jintrakkaw, jankraw, jaslu fil- jew iħallu l-moll jew fejn ikunu ankrati, jew kontroll tal-ħsara wara li jegħreq; jew meta jkun użat biex jintefa' tagħmir li jsalva l-ħajjiet; u
   d) "it-telf" m'għandux jinkludi ħsarat severi ħafna jew tajbin ħafna.

6.  L-obbligazzjoni ta" min iġorr taħt dan l-Artiklu tirrigwarda biss it-telf li jinqala' minħabba aċċidenti li saru waqt il-ġarr. Ir-responsabbilta` biex ikun pruvat li l-aċċident li wassal għat-telf ġara waqt il-ġarr, u l-kobor tat-telf, għandhom jaqgħu fuq min għamel it-talba.

7.  L-ebda ħaġa f'din il-Konvenzjoni m'għandha tippreġudika kull dritt ta" rikors minn min iġorr kontra terza parti, jew biex jiddefendi n-negliġenza kontributorja taħt Artikolu 6 ta" din il-Konvenzjoni. L-ebda ħaġa f'dan l-Artikolu m'għandha tippreġudika kull dritt ta" limitazzjoni taħt Artikoli 7 jew 8 ta" din il-Konvenzjoni.

8.  Meta jkun hemm preżunzjonijiet dwar tort jew negliġenza ta" parti jew ir-responsabbilta` tal-provi tintefa" fuq xi parti dawn m'għandhomx iżommu milli titqies evidenza favur dik il-parti.

ARTIKOLU 4

Min qed jagħmel l-att tal-ġarr

1.  Jekk l-att tal-ġarr jew parti minnu ġie afdat f'idejn min qed jagħmel att tal-ġarr, min iġorr għandu xorta waħda jibqa' obbligat għall-ġarr kollu skond id-dispożizzjonijiet ta" din il-Konvenzjoni. Barra minn hekk, min qed jagħmel l-att tal-ġarr għandu jkun soġġett u intitolat għad-dispożizzjonijiet ta" din il-Konvenzjoni għal dik il-parti tal-ġarr li jkun għamel hu.

2.  Min iġorr għandu, rigward il-ġarr li jkun għamel min qed jagħmel l-att tal-ġarr, ikun obbligat għall-atti u l-affarijiet li nesa min qed jagħmel l-att tal-ġarr u l-qaddejja u l-aġenti tiegħu li jaġixxu fl-iskop ta" l-impjieg tagħhom.

3.  Kull ftehim speċjali li permezz tiegħu min iġorr jassumi obbligazzjonijiet li mhumiex imposti b'din il-Konvenzjoni jew kull tneħħija ta" drittijiet mogħtija b'din il-Konvenzjoni għandhom jaffettwaw biss lil min qed jagħmel l-att tal-ġarr jew hu jkun qabel magħhom espliċitament u bil-miktub.

4.  Meta u sakemm min iġorr u min qed jagħmel l-att tal-ġarr huma obbligati, l-obbligazzjoni tagħhom għandha tkun konġunta u ħafna.

5.  L-ebda ħaġa f'dan l-Artikolu m'għandha tippreġudika kull dritt għal rikors bejn min iġorr u min qed jagħmel l-att tal-ġarr.

ARTIKOLU 4bis

Assigurazzjoni obbligatorja

1.  Meta passiġġieri jinġarru abbord vapur reġistrat fi Stat li huwa Parti li hu reġistrat biex iġorr aktar minn tnax-il passiġġier, u din il-Konvenzjoni tapplika, kull min iġorr li fil-verita` jagħmel il-ġarr kollu jew parti minnu għandu jżomm assigurazzjoni jew xi sigurta` finanzjarja oħra, bħal garanzija ta" bank jew istituzzjoni finanzjarja simili, biex ikopri l-obbligazzjoni taħt din il-Konvenzjoni rigward mewt u korriment lill-passiġġieri. Il-limitu ta" l-assigurazzjoni obbligatorja jew xi sigurta` finanzjarja oħra m'għandhiex tkun inqas minn 250 000 ta" account għal kull passiġġier f'kull okkażjoni separata.

2.  Ċertifikat li jiddikjara li dik l-assigurazzjoni jew xi sigurta` finanzjarja oħra qiegħda fis-seħħ skond id-dispożizzjonijiet ta" din il-Konvenzjoni għandu jinħareġ lil kull vapur wara li l-awtorita` addattata ta" Stat li qiegħed f'Parti tkun iddeterminat li l-ħtiġijiet ta" paragrafu 1 intlaħqu. Fil-każ ta" vapur reġistrat fi Stat li qiegħed f'Parti, dak iċ-ċertifikat għandu jinħareġ jew ikun ċertifikat mill-awtorita` addattata ta" l-Istat tar-reġistru tal-vapur; fil-każ ta" vapur mhux reġistrat fi Stat li qiegħed f'Parti jista" jinħareġ jew ikun ċertifikat mill-awtorita` addattata ta" kwalunkwe Stat li qiegħed f'Parti. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun forma tal-mudell mogħti fl-anness għal din il-Konvenzjoni u għandu jkun fih id-dettalji li ġejjin:

   a) l-isem tal-vapur, numru distintiv jew ittri u l-port tar-reġistru;
   b) l-isem u l-post prinċipali tan-negozju ta" min iġorr li fil-fatt jagħmel il-vjaġġ kollu jew parti mill-vjaġġ;
   ( ċ) in-numru ta" identifikazzjoni IMO tal-vapur;
   d) tip u tul tas-sigurta`;
   e) l-isem u l-post prinċipali tan-negozju ta" l-assiguratur jew persuna oħra li tagħti sigurta` finanzjarja u, fejn jixraq, il-post tan-negozju fejn hi stabbilita l-assigurazzjoni jew xi sigurta` oħra finanzjarja; u
   f) il-perjodu tal-validita` taċ-ċertifikat, li m'għandux ikun itwal mill-perjodu ta" validita` ta" l-assigurazzjoni jew xi sigurta` finanzjarja oħra.

3. (a)  Stat li qiegħed f'Parti jista" jawtorizza lil xi istituzzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta minnu biex toħroġ iċ-ċertifikat. Dik l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni għandha tgħarraf lil dak l-Istat dwar il-ħruġ ta" kull ċertifikat. Fil-każijiet kollha, il-Grupp ta" Stat għandu jiggarantixxi bis-sħiħ li ċ-ċertifikat li nħareġ huwa komplut u eżatt, u għandu jagħmel minn kollox biex jiżgura l-arranġamenti meħtieġa biex jaqdi dan l-obbligu.

(b)  Stat li qiegħed f'Parti għandu jgħarraf lis-Segretarju-Ġenerali dwar:

   i) ir-responsabbiltajiet speċifiċi u l-kundizzjonijiet ta" l-awtorita` delegata lil xi istituzzjoni jew organizzazzjoni rikonoxxuta minnu;
   ii) it-tneħħija ta" dik l-awtorita`; u
   iii) id-data li minnha dik l-awtorita` jew it-tneħħija ta" dik l-awtorita` tibda sseħħ.

Awtorita` li hi delegata m'għandhiex tibda sseħħ qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data tan-notifika għal dak il-għan li tkun ingħatat lis-Segretarju-Ġenerali.

(  ċ) L-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni awtorizzata biex toħroġ ċertifikati skond dan il-paragrafu għandha, minn ta" l-inqas, tkun awtorizzata biex tirtira dawn iċ-ċertifikati jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet li fihom inħarġu. Fil-każijiet kollha l-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni għandha tirrapporta dak l-irtirar lill-Istat li f'ismu nħareġ iċ-ċertifikat.

4.  Iċ-ċertifikat għandu jkun fl-ilsien jew l-ilsna uffiċjali ta" l-Istat li joħorġu. Jekk il-lingwa użata mhix Ingliż, Franċiż jew Spanjol, it-test għandu jkun fih traduzzjoni b'waħda minn dawn il-lingwi, u, fejn l-Istat jiddeċiedi hekk, l-ilsien uffiċjali ta" l-Istat jista" jitneħħa.

5.  Iċ-ċertifikat għandu jinġarr abbord il-vapur, u kopja tiegħu għandha titħalla ma" l-awtoritajiet li jżommu rekord tar-reġistru tal-vapur jew, jekk il-vapur mhux reġistrat fi Stat li qiegħed f'Parti, ma" l-awtorita` ta" l-Istat li ħareġ jew iċċertifika ċ-ċertifikat.

6.  Assigurazzjoni jew sigurta` finanzjarja oħra m'għandhiex tissodisfa l-ħtiġijiet ta" dan l-Artikolu jekk tieqaf milli, għal raġunijiet barra li jiskadi l-perjodu ta" validita` ta' l-assigurazzjoni jew sigurta` speċifikata fiċ-ċertifikat, qabel ma jgħaddu tliet xhur mid-data li fiha jingħata avviż tat-tmiem tagħha lill-awtoritajiet imsemmija f'paragrafu 5, sakemm iċ-ċertifikat ma ngħatax lura lil dawn l-awtoritajiet u nħareġ ieħor ġdid fl-istess perjodu. Id-dispożizzjonijiet imsemmija qabel għandhom bl-istess mod japplikaw għal kull modifika li twassal biex l-assigurazzjoni jew xi sigurta` finanzjarja oħra ma tibqax tissodisfa l-ħtiġiijet ta" dan l-Artikolu.

7.  L-Istat tar-reġistru tal-vapur għandu, skond id-dispożizzjonijiet ta" dan l-Artikolu, jiddetermina l-kundizzjonijiet dwar il-ħruġ u l-validita` taċ-ċertifikat.

8.  L-ebda ħaġa f'din il-Konvenzjoni m'għandha tkun interpretata li qiegħda żżomm Stat li qiegħed f'Parti milli jserraħ fuq informazzjoni miksuba minn Stati oħra jew mill-Organizzazzjoni jew xi organizzazzjonijiet oħra internazzjonali marbuta mal-pożizzjoni finanzjarja ta" l-assigurazzjoni jew xi sigurta` finanzjarja oħra għall-finijiet ta" din il-Konvenzjoni. F'dawk il-każijiet, l-Istat li qiegħed f'Parti li jserraħ fuq dik l-informazzjoni mhux eżentat mir-responsabbilta` tiegħu bħala Stat li joħroġ iċ-ċertifikat.

9.  Ċertifikati maħruġa jew iċċertifikati taħt l-awtorita` ta" xi Stat li qiegħed f'Parti għandhom ikunu aċċettati minn Stati oħra li qegħdin f'Parti għall-finijiet ta" din il-Konvenzjoni u għandhom jitqiesu minn Stati oħra li qegħdin f'Parti li għandhom l-istess saħħa bħaċ-ċertifikati maħruġa minnhom, anki jekk maħruġa jew iċċertifikati fil-każ ta" vapur mhux reġistrat fi Stat li qiegħed f'Parti. Stat li qiegħed f'Parti jista" meta jrid jitlob li jikkonsulta ma" l-Istat li ħarġu jew iċċertifikah jekk jidhirlu li l-assiguratur jew il-garantur imsemmi fiċ-ċertifikat ta' l-assigurazzjoni mhux finanzjarjament kapaċi jilħaq l-obbligazzjonijiet imposti b'din il-Konvenzjoni.

10.  Kull talba għall-kumpens koperta b'assigurazzjoni jew xi sigurta` finanzjarja skond dan l-Artikolu tista" titressaq direttament kontra l-assiguratur jew xi persuna oħra li tagħti sigurta` finanzjarja. F'dak il-każ, l-ammont stipulat f'paragrafu 1 jgħodd bħala l-limitu ta' l-obbligazzjoni ta' l-assiguratur jew xi persuna oħra li tagħti sigurta` finanzjarja, anki jekk min iġorr jew min qed jagħmel l-att tal-ġarr mhux intitolat għal-limitazzjoni ta" l-obbligazzjoni. Id-difensur jista" jibqa" jappella l-każijiet (barra minn falliment jew xoljiment) li min iġorr imsemmi f'paragrafu 1 kien ikun intitolat biex jappella skond din il-Konvenzjoni. Barra minn hekk, id-difensur jista" jappella l-każ li l-ħsara ġrat minħabba n-nuqqas ta" mġiba tajba konxja ta" l-assiguratur, iżda d-difensur m'għandux jappella xi każ ieħor li hu seta" kien intitolat biex jappella fil-passi li jieħu l-assiguratur kontra d-difensur. Id-difensur għandu f'kull każ ikollu dritt jitlob lil min iġorr u lil min qed jagħmel l-att tal-ġarr biex jgħinuh fil-passi.

11.  Kull somma li tagħti l-assigurazzjoni jew xi sigurta` finanzjarja oħra miżmuma skond paragrafu 1 għandha tkun disponibbli esklussivament għas-sodisfazzjon tat-talbiet taħt din il-Konvenzjoni, u kull ħlas li jsir ta' dawk l-ammonti għandu jneħħi kull obbligazzjoni li ġġib magħha din il-Konvenzjoni rigward l-ammont tas-somom imħallsa.

12.  Stat li qiegħed f'Parti m'għandux iħalli vapur bil-bandiera tiegħu li għalih japplika dan l-Artikolu biex jopera meta jrid sakemm ma jkunx inħareġ ċertifikat taħt paragrafi 2 sa 15.

13.  Skond id-dispożizzjonijiet ta" dan l-Artikolu, kull Grupp ta" Stat għandu jiżgura, permezz tal-liġi nazzjonali, li l-assigurazzjoni jew xi sigurta` finanzjarja oħra, sad-daqs speċifikat f'paragrafu 1, tkun fis-seħħ fil-każ ta" kull vapur li hu liċenzjat biex iġorr aktar minn tnax-il passiġġier, reġistrat fejn ikun, li jidħol jew jitlaq minn port fit-territorju tiegħu sakemm tapplika din il-Konvenzjoni.

14.  Minkejja d-dispożizzjonijiet ta" paragrafu 5, Stat li qiegħed f'Parti jista" jgħarraf lis-Segretarju-Ġenerali li, għall-finijiet ta" paragrafu 13, vapuri mhumiex meħtieġa jġorru abbord jew jipproduċu ċ-ċertifikat meħtieġ f'paragrafu 2 meta jidħlu jew jitilqu minn portijiet fit-territorju tiegħu, dejjem jekk l-Istat li qiegħed f'Parti li joħroġ iċ-ċertifikat ikun għarraf lis-Segretarju-Ġenerali li hu jżomm rekords f'format elettroniku, aċċessibbli għall-Istati kollha li qegħdin f'Parti, li jiddikjara l-eżistenza taċ-ċertifikat u jgħin lil dawn l-istess Stati biex jeħilsu mill-obbligazzjonijiet tagħhom taħt paragrafu 13.

15.  Jekk l-assigurazzjoni jew xi sigurta` finanzjarja oħra ma tinżammx għal xi vapur li għandu Stat li qiegħed f'Parti, id-dispożizzjonijiet ta" dan l-Artikolu marbuta miegħu m'għandhomx japplikaw għal dak il-vapur, iżda l-vapur għandu jġorr ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet addattati ta' l-Istat tar-reġistru tal-vapur, li jistqarr li l-vapur huwa ta' dak l-Istat u li l-obbligazzjoni hi koperta bl-ammont preskritt skond paragrafu 1. Dak iċ-ċertifikat għandu kemm jista' jkun isegwi l-mudell preskritt f'paragrafu 2.

ARTIKOLU 5

Oġġetti ta" valur

Min iġorr m'għandux jagħmel tajjeb għal telf jew ħsara lill-flus, sigurtajiet negozjabbli, deheb, fidda, dehbijiet, ornamenti, xogħlijiet ta" l-arti, jew oġġetti oħra ta" valur, ħlief meta dawk l-oġġetti ta" valur ġew imħollija ma" min iġorr bil-għan miftiehem li jinżammu f'post sigur f'liema każ min iġorr għandu jkun obbligat sal-limitu msemmi f'paragrafu 3 ta" Artikolu 8 sakemm ma jkunx miftiehem limitu ogħla skond paragrafu 1 ta" Artikolu 10.

ARTIKOLU 6

Tort kontributorju

Jekk min iġorr iġib provi li l-mewt jew korriment ta" passiġġier jew it-telf jew ħsara lill-bagalji tiegħu kienu kkawżati minn jew ġraw minħabba tort jew negliġenza tal-passiġġier, il-Qorti li qed tisma" l-każ tista" teżonora lil min iġorr għal kollox jew parzjalment mill-obbligazzjoni tiegħu skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi ta" dik il-qorti.

ARTIKOLU 7

Limitazzjoni ta" l-obbligazzjoni għal mewt u korriment

1.  L-obbligazzjoni ta" min iġorr għal mewt jew korriment ta' xi passiġġier taħt Artikolu 3 m'għandhiex taqbeż l-400 000 unit ta' account kull passiġġier f'kull okkażjoni separata. Meta, skond il-liġi tal-qorti li qed tisma" l-każ, il-ħsarat jitħallsu f'forma ta" pagamenti perjodiċi tad-dħul, il-valur tal-kapital ekwivalenti ta" dawk il-pagamenti m'għandux jaqbeż il-limitu msemmi.

2.  Stat li qiegħed f'Parti jista" jirregola permezz ta" dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi nazzjonali l-limitu ta" l-obbligazzjoni preskritta f'paragrafu 1, dejjem jekk dak il-limitu nazzjonali ta" l-obbligazzjoni, jekk jeżisti, mhux inqas minn dak preskritt f'paragrafu 1. Grupp ta" Stat, li jagħmel użu mill-għażla li jaħseb għaliha dan il-paragrafu, għandu jgħarraf lis-Segretarju-Ġenerali dwar il-limitu ta' obbligazzjoni adottat jew il-fatt li m'hemm xejn.

ARTIKOLU 8

Limitu ta" l-obbligazzjoni għal telf ta" jew ħsara lill-bagalji u lill-vetturi

1.  L-obbligazzjoni ta" min iġorr għal telf ta" jew ħsara lill-bagalji fil-kabina m'għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 2 250 unit ta' account kull passiġġier, kull vjaġġ.

2.  L-obbligazzjoni ta" min iġorr għal telf ta" jew ħsara lill-vetturi inkluż il-bagalji kollha li jinġarru fil- jew fuq il-vettura m'għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 12 700 unit ta' account kull vettura, kull vjaġġ.

3.  L-obbligazzjoni ta" min iġorr għal telf ta" jew ħsara lill-bagalji barra dawk imsemmija f'paragrafi 1 u 2 m'għandha fl-ebda każ tkun aktar minn 3 375 unit ta' account kull passiġġier, kull vjaġġ.

4.  Min iġorr u l-passiġġier jistgħu jaqblu li l-obbligazzjoni ta" min iġorr għandha tkun soġġetta għal tnaqqis li ma jaqbiżx it-330 unit ta" account fil-każ ta" ħsara lil xi vettura u li ma jaqbiżx 149 unit ta" account kull passiġġier fil-każ ta" telf ta" jew ħsara lil xi bagalji oħra, liema somma trid titnaqqas mit-telf jew mill-ħsara.

ARTIKOLU 9

Unit ta" Account u konverżjoni

1.  Il-Unit ta" l-Account imsemmija f'din il-Konvenzjoni hija d-Dritt Speċjali biex Tiġbed kif imfisser fil-Fond Monetarju Internazzjonali. L-ammonti msemmija f'Artikolu 3, paragrafu 1, Artikolu 4bis, paragrafu 1, Artikolu 7, paragrafu 1, u Artikolu 8 għandhom jissarrfu fil-munita nazzjonali ta" l-Istat tal-qorti li qed tisma" l-każ skond il-valur ta" dik il-munita b'referenza għad-Dritt Speċjali li Tiġbed fid-data tal-ġudizzju jew id-data miftehma mill-partijiet. Il-valur tal-munita nazzjonali, fil-każ tad-Dritt Speċjali li Tiġbed, ta" Stat li qiegħed f'Parti li hu membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jkun stmat skond il-metodu ta" valutazzjoni applikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali fis-seħħ fid-data msemmija għall-operat u t-tranżazzjonijiet tiegħu. Il-valur tal-munita nazzjonali, skond id-Dritt Speċjali li Tiġbed, ta" Stat li qiegħed f'Parti li mhux membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali, għandu jkun ikkalkulat b'mod determinat minn dak l-Istat li qiegħed f'Parti.

2.  Minkejja kollox, Stat li mhux membru tal-Fond Monetarju Internazzjonali u li l-liġi tiegħu ma tippermettix l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta" paragrafu 1 jista", meta ssir ir-ratifika, tiġi aċċettata, approvata jew tissieħeb f'din il-Konvenzjoni jew f'xi żmien wara, tiddikjara li dak il-Unit ta" Account imsemmi f'paragrafu 1 għandu jkun daqs 15-il frank tad-deheb. Il-frank tad-deheb imsemmi f'dan il-paragrafu jikkorrispondi għal ħamsa u sittin milligramma u nofs ta" deheb ta" finezza milleżima ta" disa" mija. It-tisrif tal-frank tad-deheb fil-munita nazzjonali għandu jsir skond il-liġi ta" l-Istat konċernat.

3.  Il-kalkulazzjoni msemmija fl-aħħar sentenza ta" paragrafu 1, u l-konverżjoni msemmija f'paragrafu 2 għandha ssir b'tali mod biex tkun imsarrfa fil-munita nazzjonali ta" l-Istati li qegħdin f'Parti, kemm jista" jkun l-istess valur reali ta" l-ammonti f'Artikolu 3, paragrafu 1, Artikolu 4bis, paragrafu 1, Artikolu 7, paragrafu 1 u Artikolu 8 bħalma kieku jirriżulta mill-applikazzjoni ta" l-ewwel tliet sentenzi ta" paragrafu 1. L-Istati għandhom jgħarrfu lis-Segretarju-Ġenerali dwar il-metodu ta' kalkulazzjoni skond paragrafu 1, jew ir-riżultat tal-konverżjoni f'paragrafu 2, kif jista" jagħti l-każ, meta jqiegħdu strument biex jirratifikaw, jaċċettaw, japprovaw jew jissieħbu f'din il-Konvenzjoni u kull meta jkun hemm bidla f'xi waħda minnhom.

ARTIKOLU 10

Dispożizzjonijiet supplimentari dwar il-limiti ta" l-obbligazzjoni

1.  Min iġorr u l-passiġġier jistgħu jaqblu, espliċitament u bil-miktub, dwar limiti ta' obbligazzjoni ogħla minn dawk preskritti f'Artikoli 7 u 8.

2.  L-interessi fuq il-ħsarat u l-ispejjeż legali m'għandhomx jiddaħħlu fil-limiti ta" l-obbligazzjoni preskritta f'Artikoli 7 u 8.

ARTIKOLU 11

Difiżi u limiti għall-qaddejja ta" min iġorr

Jekk tittieħed azzjoni kontra qaddej jew aġent ta" min iġorr jew min jagħmel l-att tal-ġarr li tinqala" minħabba ħsara koperta b'din il-Konvenzjoni, dak il-qaddej jew l-aġent, jekk iġib provi li aġixxa fl-iskop ta" l-impjieg tiegħu, se jkun imwassal biex juża" d-difiżi u l-limiti ta" obbligazzjoni li min iġorr jew min qed jagħmel l-att tal-ġarr hu intitolat biex jappella taħt din il-Konvenzjoni.

ARTIKOLU 12

Ġabra ta" talbiet

1.  Meta l-limiti ta" l-obbligazzjoni preskritta f'Artikoli 7 u 8 iseħħu, huma għandhom japplikaw għall-ġabra ta" l-ammonti irkuprati fit-talbiet kollha minħabba mewt jew korriment ta" xi wieħed mill-passiġġieri jew telf ta' jew ħsara lill-bagalji tiegħu.

2.  Fil-każ tal-ġarr li jsir minn min qed jagħmel l-att tal-ġarr, il-ġabra ta' l-ammonti irkuprati minn min iġorr u min qed jagħmel l-att tal-ġarr u mill-qaddejja tiegħu u l-aġenti li jaġixxu fl-iskop ta' l-impjieg tagħhom m'għandhiex taqbeż l-ogħla ammont li kieku jingħata kontra jew min iġorr jew min qed jagħmel l-att tal-ġarr taħt din il-Konvenzjoni, iżda ħadd minn dawk imsemmija m'għandu jkun obbligat għas-somma li taqbeż il-limitu applikabbli għalih.

3.  F'kwalunkwe każ meta qaddej jew aġent ta" min iġorr jew min qed jagħmel l-att tal-ġarr hu intitolat taħt Artikolu 11 ta" din il-Konvenzjoni biex jagħmel użu mil-limiti ta" obbligazzjoni preskritti f'Artikoli 7 u 8, il-ġabra ta" ammonti irkuprati minn min iġorr, jew minn min jagħmel l-att tal-ġarr kif jista" jagħti l-każ, u minn dak il-qaddej jew aġent, m'għandhomx jaqbżu dawk il-limiti.

ARTIKOLU 13

Telf tad-dritt biex titnaqqas l-obbligazzjoni

1.  Min iġorr m'għandux ikun intitolat għal-limiti ta" obbligazzjoni preskritti f'Artikoli 7 u 8 u paragrafu 1 ta' Artikolu 10, jekk jinstabu provi li l-ħsara saret minħabba xi att jew nesa jagħmel xi ħaġa min iġorr bl-intenzjoni li jikkawża dik il-ħsara, jew bi traskuraġni u konsapevoli li dik il-ħsara x'aktarx issir.

2.  Il-qaddej jew l-aġent ta" min iġorr jew min qed jagħmel l-att tal-ġarr m'għandux ikun intitolat għall-benefiċċji ta" dawk il-limiti jekk ikun pruvat li l-ħsara saret minħabba att jew nesa jagħmel xi ħaġa dak il-qaddej jew l-aġent bl-iskop li jikkawża dik il-ħsara, jew bi traskuraġni u konsapevoli li dik il-ħsara x'aktarx issir.

ARTIKOLU 14

Bażi għal talbiet

L-ebda azzjoni għall-ħsarat għal mewt jew korriment ta" xi passiġġier, jew telf ta" jew ħsara lill-bagalji, m'għandha tittieħed kontra min iġorr jew min għamel l-att tal-ġarr aktar milli msemmija skond din il-Konvenzjoni.

ARTIKOLU 15

Avviż dwar telf ta" jew ħsara lill-bagalji

1.  Il-passiġġier għandu jagħmel avviż bil-miktub lil min iġorr jew lill-aġent tiegħu:

  a) fil-każ ta" ħsara li tidher lill-bagalji:
   i) għall-bagalji fil-kabina, qabel jew wara li l-passiġġier jinżel mill-vapur;
   ii) għall-bagalji l-oħra kollha, qabel jew wara li jerġgħu jitwasslu;
   b) fil-każ ta" ħsara lill-bagalji li ma tkunx tidher, jew telf ta" bagalji, fi żmien ħmistax-il ġurnata mid-data li tniżżlu jew twasslu lura jew minn meta suppost kellhom jitwasslu lura.

2.  Jekk il-passiġġier jonqos milli jikkonforma ma" dan l-Artikolu, hu se jitqies, sakemm ma jkunx pruvat mod ieħor, li rċieva l-bagalji f'kundizzjoni tajba.

3.  L-avviż bil-miktub m'għandux għalfejn jingħata jekk il-kundizzjoni tal-bagalji kienet meta ġew irċevuti s-suġġett ta" servej konġunt jew spezzjoni.

ARTIKOLU 16

Żmien stipulat għal azzjonijiet

1.  Kull azzjoni għal ħsarat li jinqalgħu minħabba mewt jew korriment ta' xi passiġġier jew minħabba telf ta' jew ħsara lill-bagalji se tkun limitata biż-żmien wara perjodu ta' sentejn.

2.  Il-perjodu ta" limitazzjoni għandu jkun ikkalkulat kif ġej:

   a) fil-każ ta" korriment, mid-data meta jinżel il-passiġġier mill-vapur;
   b) fil-każ ta" mewt li tiġri waqt il-vjaġġ, mid-data meta l-passiġġier suppost kellu jinżel, u fil-każ ta" korriment li jiġri waqt il-vjaġġ u jwassal għall-mewt ta" persuna wara li tinżel mill-vapur, dejjem jekk dan il-perjodu ma jaqbiżx it-tliet snin mid-data meta jinżel mill-vapur;
   ( ċ) fil-każ ta" telf ta" jew ħsara lill-bagalji, mid-data meta jinżel mill-vapur jew mid-data meta suppost kellu jinżel mill-vapur, liema minnhom hi l-iktar tard.

3.  Il-liġi tal-Qorti li qed tisma" l-każ għandha tkopri r-raġunijiet għal sospensjoni u interruzzjoni tal-perjodi limitati, iżda fl-ebda każ m'għandha tittieħed azzjoni taħt din il-Konvenzjoni wara li jiskadi xi wieħed minn dawn il-perjodi ta" żmien li ġejjin:

   (a) Perjodu ta" ħames snin li jibda bid-data meta jinżel il-passiġġier jew mid-data meta suppost kellu jinżel il-passiġġier, liema minnhom hi l-iktar tard; jew, jekk aktar kmieni
   b) perjodu ta" tliet snin li jibda mid-data meta min għamel it-talba kien jaf jew suppost kellu jkun jaf bil-korriment, telf jew ħsara kkawżati bl-aċċident.

4.  Minkejja paragrafi 1, 2 u 3 ta" dan l-Artikolu, il-perjodu ta" limitazzjoni jista' jkun estiż permezz ta' dikjarazzjoni ta' min iġorr jew bi ftehim tal-partijiet wara li nqalgħet il-kawża ta' l-azzjoni. Id-dikjarazzjoni jew il-ftehim għandu jsir bil-miktub.

ARTIKOLU 17

Ġurisdizzjoni kompetenti

1.  Azzjoni li tinqala" taħt Artikoli 3 u 4 ta" din il-Konvenzjoni għandha, fuq għażla ta" min jagħmel it-talba, titressaq quddiem waħda mill-qrati msemmija hawn taħt, dejjem jekk il-qorti tinsab fi Stat li hu Parti minn din il-Konvenzjoni, u esposta għal-liġi domestika ta' kull Stat li qiegħed f'Parti li jkopri l-lok eżatt f'dawk l-Istati b'ħafna forums possibbli:

   a) il-Qorti ta" l-Istat tar-residenza permanenti jew post prinċipali tan-negozju tad-difensur, jew
   b) il-Qorti ta" l-Istat tat-tluq jew dak tad-destinazzjoni skond il-kuntratt tal-ġarr, jew
   ( ċ) il-Qorti ta" l-Istat tar-residenza domiċili jew permanenti ta" min qed jagħmel it-talba, jekk id-difensur għandu post tan-negozju u hu soġġett għal ġurisdizzjoni f'dak l-Istat, jew
   d) il-Qorti ta" l-Istat fejn sar il-kuntratt tal-ġarr, jekk id-difensur għandu post tan-negozju u hu soġġett għal ġurisdizzjoni f'dak l-Istat.

2.  Azzjonijiet taħt artikolu 4bis ta" din il-Konvenzjoni għandhom, fuq għażla ta" min jagħmel it-talba, jitressqu quddiem waħda mill-qrati fejn azzjoni tista" tittieħed kontra min iġorr jew min jagħmel l-att tal-ġarr skond paragrafu 1.

3.  Wara li jiġri l-aċċident li kkawża l-ħsara, il-partijiet jistgħu jaqblu li t-talba għall-ħsarat għandha ssir lil kull ġurisdizzjoni jew arbitraġġ.

ARTIKOLU 17bis

Għarfien u infurzar

1.  Kull ġudizzju mogħti minn qorti bil-ġurisdizzjoni skond Artikolu 17 li jista" jiġi infurzat fl-Istat ta" l-oriġni fejn m'għadux soġġett għall-forom komuni ta" reviżjoni, għandu jkun rikonoxxut f'kull Grupp ta" Stat, ħlief

   a) fejn il-ġudizzju nkiseb bi frodi; jew
   b) fejn id-difensur ma ngħatax avviż biżżejjed u opportunita` ġusta biex jagħmel il-każ tiegħu jew tagħha.

2.  Ġudizzju rikonoxxut taħt paragrafu 1 għandu jista" jkun infurzat f'kull Stat li qiegħed f'Parti hekk kif jintlaħqu l-formalitajiet meħtieġa f'dak l-Istat. Il-formalitajiet m'għandhomx jagħtu lok biex jerġgħu jinfetħu l-merti tal-każ.

3.  Stat li qiegħed f'Parti għal dan il-Protokoll jista" japplika regoli oħra għall-għarfien u l-infurzar tal-ġudizzji, dejjem jekk l-effett tagħhom hu li jkun żgurat li l-ġudizzji huma rikonoxxuti u infurzati ta" l-inqas fl-istess livell bħal f'paragrafi 1 u 2.

ARTIKOLU 18

Invalidita` tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali

Kull dispożizzjoni kuntrattwali ffirmata qabel ma jiġri aċċident li kkawża l-mewt jew il-korriment ta" passiġġier jew it-telf jew il-ħsara tal-bagalji ta" passiġġier, li tidher li qed teħles lill-persuna obbligata taħt din il-Konvenzjoni mill-obbligazzjoni lejn il-passiġġier jew biex tippreskrivi limitu ibaxx ta" obbligazzjoni minn dak iffissat fil-Konvenzjoni ħlief kif provdut f'Artikolu 8, paragrafu 4, u kull dispożizzjoni simili li tidher li qed tneħħi r-responsabbilta` tal-provi minn fuq min iġorr jew min qed jagħmel l-att tal-ġarr, jew li jkollha l-effett li tnaqqas l-għażliet speċifikati f'Artikolu 17, paragrafi 1 jew 2, għandha tkun nulla u ma torbotx legalment, iżda n-nullita` ta' dik id-dispożizzjoni m'għandhiex tħalli milli jorbot legalment il-kuntratt tal-ġarr li għandu jibqa" espost għad-dispożizzjonijiet ta" din il-Konvenzjoni.

ARTIKOLU 19

Konvenzjonijiet oħra dwar il-limitazzjoni ta" l-obbligazzjoni

Din il-Konvenzjoni m'għandhiex timmodifika d-drittijiet jew id-dmirijiet ta' min iġorr, min qed jagħmel l-att tal-ġarr, u l-qaddejja jew l-aġenti tiegħu li jissemmew fil-konvenzjonijiet internazzjonali marbuta mal-limitazzjoni ta" l-obbligazzjoni tas-sidien tal-vapuri li jbaħħru.

ARTIKOLU 20

Ħsara nukleari

L-ebda obbligazzjoni m'għandha tinħoloq taħt din il-Konvenzjoni għall-ħsara kkawżata minħabba aċċident nukleari:

   a) jekk l-operatur ta" installazzjoni nukleari hu obbligat għal dik il-ħsara jew taħt il-Konvenzjoni ta" Pariġi tad-29 ta" Lulju 1960 dwar Obbligazzjoni ta" Terza Parti fil-Qasam ta" l-Enerġija Nukleari kif emendata bil-Protokoll Addizzjonali tat-28 ta' Jannar 1964, jew il-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-21 ta' Mejju 1963 dwar l-Obbligazzjoni Ċivili għal Ħsara Nukleari, jew xi emenda jew Protokoll marbut magħha li hu fis-seħħ; jew
   b) jekk l-operatur ta' installazzjoni nukleari għandu jagħmel tajjeb għal dik il-ħsara permezz ta' liġi nazzjonali li tkopri l-obbligazzjoni għal dik il-ħsara, dejjem jekk dik il-liġi hi fis-sens wiesa' favorevoli għal persuni li jistgħu jġarrbu ħsara bħal jew il-Konvenzjoni ta' Pariġi jew ta' Vjenna jew xi emenda jew Protokoll marbut magħha li hu fis-seħħ.

ARTIKOLU 21

Ġarr kummerċjali minn awtoritajiet pubbliċi

Din il-Konvenzjoni għandha tapplika għall-ġarr kummerċjali li jsir minn Stati jew Awtoritajiet Pubbliċi permezz tal-kuntratt tal-ġarr skond it-tifsira ta" Artikolu 1.

ARTIKOLU 22

Dikjarazzjoni biex ma ssirx applikazzjoni

1.  Kull Parti tista" meta tiffirma, tirratifika, taċċetta, tapprova jew tissieħeb f'din il-Konvenzjoni, tiddikjara bil-miktub li hi mhix se ddaħħal fis-seħħ din il-Konvenzjoni meta l-passiġġier u min iġorr huma suġġetti jew ċittadini ta' dik il-Parti.

2.  Kull dikjarazzjoni li ssir taħt paragrafu 1 ta" dan l-Artikolu tista" tiġi irtirata meta tkun b'notifika bil-miktub lis-Segretarju-Ġenerali.

ARTIKOLU 22bis

Klawżoli finali tal-Konvenzjoni

Il-Klawżoli finali ta" din il-Konvenzjoni għandhom ikunu Artikoli 17 sa 25 tal-Protokoll ta' l-2002 għall-Konvenzjoni ta' Ateni marbuta mal-Ġarr ta' Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, 1974. Referenzi f'din il-Konvenzjoni għal Stati li qegħdin f'Parti għandha titqies li tfisser referenzi għal Stati li qegħdin f'Parti minn dan il-Protokoll.

KLAWŻOLI FINALI

[Artikoli 17 sa 25 tal-Protokoll ta" l-2002 tal-Konvenzjoni ta" Ateni marbuta mal-Ġarr ta" Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, 1974.]

ARTIKOLU 17

Firma, ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni u sħubija

1.  Dan il-Protokoll għandu jkun miftuħ għall-firem fil-Kwartieri ta" l-Organizzazzjoni mill-1 ta" Mejju 2003 sat-30 t'April 2004 u għandu minn hemm "l quddiem jibqa" miftuħ għal sħubija.

2.  L-Istati jistgħu juru l-qbil tagħhom li jintrabtu b'dan il-Protokoll billi:

   a) jiffirmaw mingħajr riserva r-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni; jew
   b) jiffirmaw skond ir-ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni wara li ssir ir-ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni; jew
   ( ċ) sħubija.

3.  Ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew is-sħubija għandhom jiġu affettwati billi jiġi depożitat strument għal dak il-għan mas-Segretarju-Ġenerali.

4.  Kull strument ta" ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew sħubija depożitat wara d-dħul fis-seħħ ta" xi emenda għal dan il-Protokoll fil-każ ta" l-Stati kollha eżistenti li qegħdin f'Parti, jew wara li jitkomplew il-miżuri kollha meħtieġa biex tidħol fis-seħħ l-emenda fil-każ ta" dawk l-Istati li qegħdin f'Parti għandu jitqies li japplika għal dan il-Protokoll kif modifikat mill-emenda.

5.  Stat m'għandux jagħti l-kunsens tiegħu li jintrabat b'dan il-Protokoll sakemm, jekk ikun Parti minnu, jiddenunċja:

   a) il-Konvenzjoni ta" Ateni Marbuta mal-Ġarr ta" Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, magħmul f'Ateni fit-13 ta" Diċembru 1974;
   b) il-Protokoll għall-Konvenzjoni ta" Ateni marbuta mal-Ġarr ta" Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, magħmul f'Londra fid-19 ta" Novembru 1976; u
   ( ċ) il-Protokoll ta" l-1990 biex jemenda l-Konvenzjoni ta" Ateni marbuta mal-Ġarr ta" Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, magħmul f'Londra fid-29 ta" Marzu 1990,
  

b'effett minn meta dan il-Protokoll se jidħol fis-seħħ għal dak l-Istat skond Artikolu 20.

ARTIKOLU 18

Stati b'aktar minn sistema waħda ta" liġijiet

1.  Jekk Stat ikollu żewġ units territorjali jew aktar li fih sistemi differenti ta" liġijiet huma applikabbli fil-każ ta" suġġetti trattati f'dan il-Protokoll, jista" meta jsir l-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew is-sħubija jiddikjara li dan il-Protokoll għandu jestendi għall-units territorjali tiegħu kollha jew biss għal wieħed jew aktar minnhom, u jista' jimmodifika din id-dikjarazzjoni billi jissottometti dikjarazzjoni oħra meta jrid.

2.  Kull dikjarazzjoni ta" dak it-tip għandha tkun mgħarrfa lis-Segretarju-Ġenerali u għandha tistqarr bil-miftuħ il-units territorjali li għalihom japplika dan il-Protokoll.

3.  Fil-każ ta" Stat li qiegħed f'Parti li għamel dik it-tip ta" dikjarazzjoni:

   a) referenzi għall-Istat tar-reġistru tal-vapur u, fir-rigward ta" ċertifikat obbligatorju ta" assigurazzjoni, lill-Istat li ħarġu jew iċċertifikah, għandu jiġi interpretat li qed jirreferi għall-unit territorjali rispettivament li fih hu reġistrat il-vapur u li joħroġ jew jiċċertifika ċ-ċertifikat;
   b) referenzi għall-ħtiġijiet tal-liġi nazzjonali, limitu nazzjonali ta" obbligazzjoni u munita nazzjonali għandhom ikunu interpretati rispettivament bħala referenzi għall-ħtiġijiet tal-liġi, il-limitu ta" l-obbligazzjoni u l-munita tal-unit territorjali relevanti; u
   ( ċ) referenzi għall-qrati, u għall-ġudizzji li jridu jkunu rikonoxxuti mill-Istati li qegħdin f'Parti, għandhom ikunu interpretati bħala referenzi rispettivament għall-qrati tal-, u għall-ġudizzji li għandhom ikunu rikonoxxuti fil-, unit territorjali relevanti.

ARTIKOLU 19

Organizzazzjonijiet Reġjonali ta" Integrazzjoni Ekonomika

1.  Organizzazzjoni Reġjonali ta" Integrazzjoni Ekonomika, li hi mwaqqfa minn Stati sovrani li għaddew il-kompetenza fuq ċerti suġġetti koperti b'dan il-Protokoll lil dik l-Organizzazzjoni, tista" tiffirma, tirratifika, taċċetta, tapprova jew tissieħeb f'dan il-Protokoll. Organizzazzjoni Reġjonali ta" Integrazzjoni Ekonomika li hi Parti minn dan il-Protokoll għandu jkollha d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta" Stat li qiegħed f'Parti, sal-punt li l-Organizzazzjoni Reġjonali ta" Integrazzjoni Ekonomika jkollha kompetenza fuq suġġetti koperti b'dan il-Protokoll.

2.  Meta Organizzazzjoni Reġjonali ta" Integrazzjoni Ekonomika teżerċita id-dritt tal-vot f'suġġetti li fuqhom għandha kompetenza, hi għandu jkollha għadd ta" voti ekwivalenti għan-numru ta' l-Istati Membri tagħha li huma Partijiet f'dan il-Protokoll u li għaddewlha l-kompetenza tagħhom fuq is-suġġett imsemmi. Organizzazzjoni Reġjonali ta" Integrazzjoni Ekonomika m'għandhiex teżerċita d-dritt tagħha li tivvota jekk l-Istati Membri tagħha jeżerċitaw tagħhom, u viċi versa.

3.  Meta numru ta" Stati li qegħdin f'Parti hu relevanti f'dan il-Protokoll, inkluż iżda mhux limitat għal Artikoli 20 u 23 ta" dan il-Protokoll, l-Organizzazzjoni Reġjonali ta" Integrazzjoni Ekonomika m'għandhiex tingħadd bħala Stat li qiegħed f'Parti flimkien ma" l-Istati Membri tagħha li huma Stati li qegħdin f'Parti.

4.  Meta jsir l-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew is-sħubija l-Organizzazzjoni Reġjonali ta" Integrazzjoni Ekonomika għandha tagħmel dikjarazzjoni lis-Segretarju-Ġenerali li fiha tispeċifika s-suġġetti koperti b'dan il-Protokoll li għalihom għaddiet il-kompetenza lil dik l-Organizzazzjoni mill-Istati Membri tagħha li huma firmatarji jew Partijiet f'dan il-Protokoll u kull restrizzjoni oħra relevanti rigward l-iskop ta" dik il-kompetenza. L-Organizzazzjoni Reġjonali ta" Integrazzjoni Ekonomika għandha mall-ewwel tgħarraf lis-Segretarju-Ġenerali dwar kull tibdil fit-tqassim ta" kompetenza, inkluż trasferimenti ġodda ta" kompetenza, speċifikati fid-dikjarazzjoni f'dak il-paragrafu. Kull dikjarazzjoni ta" dak it-tip għandha ssir disponibbli mis-Segretarju-Ġenerali skond Artikolu 24 ta' dan il-Protokoll.

5.  L-Istati li qegħdin f'Parti li huma Stati Membri ta" Organizzazzjoni Reġjonali ta" Integrazzjoni Ekonomika li hi Parti minn dan il-Protokoll għandhom jitqiesu li għandhom kompetenza fuq is-suġġetti kollha koperti b'dan il-Protokoll li għalihom trasferimenti ta' kompetenza lill-Organizzazzjoni ma ġewx dikjarati speċifikament jew notifikati taħt paragrafu 4.

ARTIKOLU 20

Dħul fis-seħħ

1.  Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ tnax-il xahar wara d-data li fiha 10 Stati jkunu jew iffirmawh mingħajr riserva dwar ir-ratifika, l-aċċettazzjoni jew approvazzjoni jew ikunu ħallew strumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew sħubija mas-Segretarju-Ġenerali.

2.  Għal kull Stat li jirratifika, jaċċetta, japprova jew jissieħeb f'dan il-Protokoll wara li jintlaħqu l-kundizzjonijiet f'paragrafu 1 għad-dħul fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ tliet xhur wara d-data tat-tqegħid minn dak l-Istat ta" l-istrument addattat, iżda mhux qabel dan il-Protokoll ikun daħal fis-seħħ bi qbil ma" paragrafu 1.

ARTIKOLU 21

Denunzja

1.  Dan il-Protokoll jista" jkun denunċjat minn kull Stat li qiegħed f'Parti meta jkun wara d-data li fiha dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ għal dak l-Istat.

2.  Id-denunzja għandha tiġi affettwata billi jiġi depożitat strument għal dak il-għan mas-Segretarju-Ġenerali.

3.  Id-denunzja għandha tidħol fis-seħħ tnax-il xahar, jew perjodu itwal kif jista" jkun speċifikat fl-istrument tad-denunċja, wara li jkun depożitat mas-Segretarju-Ġenerali.

4.  Kif hemm bejn l-Istati li qegħdin Parti minn dan il-Protokoll, id-denunzja minn xi ħadd minnhom tal-Konvenzjoni skond Artikolu 25 marbut miegħu għandha tkun interpretata fi kwalunkwe mod bħala denunzja tal-Konvenzjoni kif reveduta minn dan il-Protokoll.

ARTIKOLU 22

Reviżjoni u Emenda

1.  Tista" titlaqqa" Konferenza bil-għan li tirrevedi jew temenda dan il-Protokoll mill-Organizzazzjoni.

2.  L-Organizzazzjoni għandha tlaqqa" Konferenza ta" l-Istati li qegħdin Parti minn dan il-Protokoll biex tirrevedi jew temenda dan il-Protokoll fuq talba ta" mhux inqas minn terz ta" l-Istati li qegħdin f'Parti.

ARTIKOLU 23

Emenda tal-limiti

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta" Artikolu 22, il-proċedura speċjali f'dan l-Artikolu għandha tapplika biss għall-finijiet li temenda l-limiti stipulati f'Artikolu 3, paragrafu 1, Artikolu 4bis, paragrafu 1, Artikolu 7, paragrafu 1 u Artikolu 8 tal-Konvenzjoni kif revedut permezz ta' dan il-Protokoll.

2.  Fuq talba ta" mill-inqas nofs, iżda fl-ebda każ inqas minn sitta, mill-Istati li qegħdin Parti minn dan il-Protokoll, kull proposta biex ikunu emendati l-limiti, inkluż it-tnaqqis, speċifikat f'Artikolu 3, paragrafu 1, Artikolu 4bis, paragrafu 1, Artikolu 7, paragrafu 1, u Artikolu 8 tal-Konvenzjoni kif reveduta b'dan il-Protokoll għandha tkun ċirkolata mis-Segretarju-Ġenerali lill-Membri kollha ta" l-Organizzazzjoni u lill-Istati kollha li qegħdin f'Parti.

3.  Kull emenda proposta u ċirkolata kif imsemmija hawn fuq għandha tkun sottomessa lill-Kumitat Legali ta" l-Organizzazzjoni (minn issa "l quddiem magħruf bħala "l-Kumitat Legali") għall-kunsiderazzjoni f'data ta" mill-inqas sitt xhur wara d-data taċ-ċirkolazzjoni tagħha.

4.  Il-Istati kollha li qegħdin Parti minn din il-Konvenzjoni kif reveduta minn dan il-Protokoll, sew jekk humiex Membri ta" l-Organizzazzjoni jew le, għandhom ikunu intitolati biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Kumitat Legali dwar il-konsiderazzjoni u l-adozzjoni ta" l-emendi.

5.  Emendi għandhom ikunu adottati minn maġġoranza ta" żewġ terzi ta" l-Istati Parti mill-Konvenzjoni kif reveduta minn dan il-Protokoll preżenti u jivvutaw fil-Kumitat Legali mkabbar kif maħsub f'paragrafu 4, dejjem jekk ta" l-inqas nofs l-Istati li qegħdin Parti minn din il-Konvenzjoni kif reveduta minn dan il-Protokoll għandhom ikunu preżenti meta ssir il-votazzjoni.

6.  Meta jaġixxi fuq proposta biex jemenda l-limiti, il-Kumitat Legali għandu jqis l-esperjenza ta" l-aċċidenti u, b'mod partikulari, l-ammont ta" ħsara li jġibu magħhom, bidliet fil-valuri monetarji u l-effett ta" l-emenda proposta dwar l-ispiża ta" l-assigurazzjoni.

7. (a)  L-ebda emenda tal-limiti taħt dan l-Artikolu ma tista" titqies inqas minn ħames snin mid-data li fiha dan il-Protokoll infetaħ għall-iffirmar jew inqas minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta" emenda ta" qabel taħt dan l-Artikolu.

(b)  L-ebda limitu ma jista" jiżdied sabiex jaqbeż ammont li jaqbel mal-limitu stipulat fil-Konvenzjoni kif reveduta minn dan il-Protokoll miżjud b'sitta fil-mija kull sena kkalkulat fuq bażi ta' interessi akkumulati mid-data li fiha dan il-Protokoll infetaħ għall-iffirmar.

(  ċ) L-ebda limitu ma jista" jiżdied sabiex jaqbeż l-ammont li jikkorrispondi għal-limitu stipulat fil-Konvenzjoni kif revedut b'dan il-Protokoll immultiplikat bi tlieta.

8.  Kull emenda adottata skond paragrafu 5 għandha tkun mgħarrfa mill-Organizzazzjoni lill-Istati kollha li qegħdin f'Parti. L-emenda għandha titqies li ġiet aċċettata fl-aħħar tal-perjodu ta" tmintax-il xahar wara d-data tan-notifika, sakemm f'dak il-perjodu mhux inqas minn kwart ta" l-Istati li kienu Stati f'Parti meta l-adozzjoni ta" l-emenda ġiet mgħarrfa lis-Segretarju-Ġenerali li huma ma jaċċettawx l-emenda, f'liema każ l-emenda mhix aċċettata u m'għandux ikollha effett.

9.  Emenda li titqies li ġiet aċċettata skond paragrafu 8 għandha tidħol fis-seħħ tmintax-il xahar wara li tkun aċċettata.

10.  L-Istati kollha li qegħdin f'Parti għandhom ikunu marbuta bl-emenda, sakemm ma jiddenunċjawx dan il-Protokoll skond Artikolu 21, paragrafu 1 u 2 ta' l-inqas sitt xhur qabel ma l-emenda tidħol fis-seħħ. Dik id-denunzja għandha sseħħ meta l-emenda tidħol fis-seħħ.

11.  Meta tiġi adottata emenda iżda l-perjodu ta" tmintax-il xahar biex tkun aċċettata għadu ma skadiex, Stat li jsir Stat f'Parti waqt dak il-perjodu għandu jkun marbut bl-emenda jekk tidħol fis-seħħ. Stat li jsir Stat f'Parti wara dak il-perjodu għandu jkun marbut b'emenda li ġiet aċċettata skond paragrafu 8. Fil-każijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, Stat ikun marbut b'emenda meta dik l-emenda tidħol fis-seħħ, jew meta dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ għal dak l-Istat, jew wara.

ARTIKOLU 24

Depożitarju

1.  Dan il-Protokoll u kull emenda adottata taħt Artikolu 23 għandhom ikunu depożitati mas-Segretarju-Ġenerali.

2.  Is-Segretarju-Ġenerali għandu:

  a) jgħarraf lill-Istati kollha li ffirmaw jew issieħbu f'dan il-Protokoll dwar:
   i) kull firma ġdida jew depożitu ta" xi strument ta" ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew sħubija flimkien mad-data tagħhom;
   ii) kull dikjarazzjoni u komunikazzjoni taħt Artikolu 9, paragrafi 2 u 3, Artikolu 18, paragrafu 1 u Artikolu 19, paragrafu 4 tal-Konvenzjoni kif reveduta minn dan il-Protokoll;
   iii) id-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan il-Protokoll;
   iv) kull proposta biex jiġu emendati l-limiti li saret skond Artikolu 23, paragrafu 2 ta' dan il-Protokoll;
   v) kull emenda li ġiet adottata skond Artikolu 23, paragrafu 5 ta" dan il-Protokoll;
   vi) kull emenda meqjusa li ġiet aċċettata taħt Artikolu 23, paragrafu 8 ta" dan il-Protokoll, flimkien mad-data li fiha dik l-emenda għandha tidħol fis-seħħ skond paragrafi 9 u 10 ta" dak l-Artikolu;
   vii) id-depożitu ta" xi strument ta" denunzja ta" dan il-Protokoll flimkien mad-data tad-depożitu u d-data li fiha jidħol fis-seħħ;
   viii) kull komunikazzjoni li tintalab minn xi Artikolu ta" dan il-Protokoll;
   b) jiġu trażmessi kopji ċertifikati veri ta" dan il-Protokoll lill-Istati kollha li ffirmaw jew aċċettaw dan il-Protokoll.

3.  Hekk kif dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ, it-test għandu jkunu mgħoddi mis-Segretarju-Ġenerali lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti għar-reġistrazzjoni u pubblikazzjoni skond Artikolu 102 taċ-Ċarter tan-Nazzjonijiet Uniti.

ARTIKOLU 25

Lingwi

Dan il-Protokoll hu stabbilit f'oriġinal wieħed bil-lingwa Għarbija, biċ-Ċiniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bir-Russu u bl-Ispanjol, kull test huwa awtentiku ugwalment.

MAGĦMUL F'LONDRA din l-ewwel ġurnata ta" Novembru 2002.

LI KIENU XHIEDA TIEGĦU dawn iffirmati hawn taħt, li kienu awtorizzati biżżejjed mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom għal dak il-għan, iffirmaw dan il-Protokoll.

ANNESS GĦALL-KONVENZJONI TA" ATENI

ĊERTIFIKAT TA" ASSIGURAZZJONI JEW SIGURTA` OĦRA FINANZJARJA FIL-KAŻ TA" OBBLIGAZZJONI GĦALL-MEWT U KORRIMENT TA" PASSIĠĠIERI

Maħruġ skond id-dispożizzjonijiet ta" Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta" Ateni marbuta mal-Ġarr ta" Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, 2002

Isem tal-Vapur

Numru jew ittri distintivi

Numru ta" identifikazzjoni IMO tal-vapur

Port tar-reġistru

Isem u indirizz sħiħ tal-post prinċipali tan-negozju ta" min iġorr li fil-fatt jagħmel il-ġarr.

B'dan qed ikun iċċertifikat li hemm fis-seħħ fil-każ tal-vapur imsemmi hawn fuq polza ta" assigurazzjoni jew xi sigurta`oħra finanzjarja li tissodisfa l-ħtiġijiet ta" Artikolu 4bis tal-Konvenzjoni ta" Ateni marbuta mal-Ġarr ta" Passiġġieri u l-Bagalji tagħhom bil-Baħar, 2002.

Tip ta" Sigurta` ........................................................................................................................

Kemm ittul is-Sigurta` ............................................................................................................

Isem u indirizz ta" l-assiguratur(i) u/jew tal-garantur(i)

Isem ........................................................................................................................................

Indirizz

................................................................................................................................................

Dan iċ-ċertifikat hu validu sa ................................................................................................

Maħruġ jew iċċertifikat mill-Gvern ta" ..................................................................................

................................................................................................................................................

(Titolu sħiħ ta" l-Istat)

JEW

It-test li ġej għandu jkun użat meta Stat li qiegħed f'Parti jagħmel użu minn Artikolu 4bis, paragrafu 3:

Iċ-ċertifikat preżenti hu maħruġ bl-awtorita` tal-Gvern ta" .........................................................

(titolu sħiħ ta" l-Istat) minn ......................................................... (isem ta" l-istituzzjoni jew organizzazzjoni)

Nhar .........................................................

(Post) (Data)

..................................................................................

(Firma u Titolu ta" l-uffiċjal li ħarġu jew iċċertifikah)

Noti ta' spjegazzjoni:

1.  Jekk ikun hekk mixtieq, id-deżinjazzjoni ta" Stat tista' tinkludi referenza għall-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż fejn jinħareġ iċ-Ċertifikat.

2.  Jekk l-ammont totali tal-garanzija ngħata minn aktar minn sors wieħed, l-ammont ta' kull wieħed minnhom għandu jiġi indikat.

3.  Jekk il-garanzija tingħata f'forom diversi, dawn għandhom jiġu nnumerati.

4.  Il-parti "Tul tal-Garanzija" trid tistipula d-data meta tiġi fis-seħħ din il-garanzija.

5.  Il-parti "Indirizz" ta" l-assiguratur(i) u/jew tal-garanti trid tindika l-post ewlieni tan-negozju ta" l-assiguratur(i) u/jew tal-garanti. Jekk xieraq, għandu jiġi indikat il-post tan-negozju fejn l-assigurazzjoni jew garanzija oħra tkun stabbilita.

ANNESS II

Riservazzjoni ta' l-IMO 2006

(1) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 195.
(2) ĠU C 229, 22.9.2006, p. 38.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' April 2007.
(4) Daħħal ir-referenza tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill li adottat id-dokument.
(5) ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 93/2007 tal-Kummissjoni, (ĠU L 22, 31.1.2007, p. 12).
(6) ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1891/2006, (ĠU L 394, 30.12.2006, p. 1).
(7)1 ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.
(8)* Id-data tad-dħul fis-seħħ jew id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta" Ateni 2002 għall-Komunita`, liema minnhom tiġi l-aħħar.
(9)* Id-data tad-dħul fis-seħħ jew id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta" Ateni 2002 għall-Komunita`, liema minnhom tiġi l-aħħar.

Avviż legali - Politika tal-privatezza