Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/2106(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0003/2008

Testi mressqa :

A6-0003/2008

Dibattiti :

PV 30/01/2008 - 22
CRE 30/01/2008 - 22

Votazzjonijiet :

PV 31/01/2008 - 8.10
CRE 31/01/2008 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0033

Testi adottati
WORD 115k
Il-Ħamis, 31 ta' Jannar 2008 - Brussell Verżjoni finali
Pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija: it-twettiq tal-potenzjal
P6_TA(2008)0033A6-0003/2008

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Jannar 2008 dwar il-Pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija: it-twettiq tal-potenzjal (2007/2106(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ntitolata Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija: It-Twettiq tal-Potenzjal' (COM(2006)0545),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni (SEC(2006)1173) li jakkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq,

–   wara li kkunsidra l-evalwazzjoni ta' l-impatt tal-Pjan ta' Azzjoni (SEC(2006)1174), u t-taqsira eżekuttiva (SEC(2006)1175),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ntitolata 'Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa' (COM(2007)0001),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta" Marzu 2007, dwar l-approvazzjoni tal-Kunsill ta" 'Pjan ta" Azzjoni tal-Kunsill Ewropew (2007-2009) – Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa' (7224/07),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta" Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta" ttikkettar u informazzjoni standard dwar il-prodott dwar il-konsum ta" l-enerġija u riżorsi oħra skond it-tip ta' apparat domestiku(1) ,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar ir-rendiment ta' l-enerġija tal-bini(2) ,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta' l-enerġija(3) ,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta" Lulju 2005 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija(4) ,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali ta' l-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija(5) ,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1005/KE tat-18 ta" Diċembru 2006 dwar il-konlużjoni ta" Ftehim bejn il-Gvern ta" l-istati Uniti ta" l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinament ta" programmi ta" ttikkettar dwar effiċjenza fl-enerġija għat-tagħmir ta" l-uffiċċju(6) u għat-test tal-ftehim msemmi hawn fuq(7) ,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm Komunitarju ta" tikettar ta" l-effiċjenza fl-enerġija tat-tagħmir ta" l-uffiċċju (COM(2006)0576),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-24 ta" Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa l-2013)(8) u b'mod partikolari l-Kapitlu III taħt it-Titolu II dwar l-"Enerġija Intelliġenti – Programm Ewropew",

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)(9) ,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta" Marzu 2001 li jippermetti parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS)(10) ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Ġunju 2006 dwar l-Effiċjenza fl-enerġija jew nagħmlu aktar b'inqas – Green Paper(11) ,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta" Diċembru 2006 dwar Strateġija Ewropea għal Enerġija Sostenibbli, Kompetittiva u Sikura – Green Paper(12) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, r-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta" l-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0003/2008),

A.   billi jekk it-temperatura globali tiżdied b"2 gradi Celsius fuq il-livelli preindustrijali dan jirriżulta f'bidla kaotika fil-klima, kif huwa ċertifikat, inter alia , fir-rapport ta' Mejju 2007 tal-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima; billi biex iż-żieda fit-temperatura globali tinżamm taħt iż-2 gradi hemm bżonn ta' tnaqqis drastiku fl-emissjonijiet tal-karbonju sa l-2015; billi l-aktar mod immedjat u effettiv fir-rigward ta" l-ispiża ta" kif jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju huwa billi l-enerġija tintuża b'mod aktar effiċjenti;

B.   billi l-effiċjenza fl-enerġija għandha rwol kruċjali fit-tnaqqis tad-dipendenza ta" l-Unjoni Ewropea fuq importazzjonijiet ta' l-enerġija, fit-trattament ta' l-iskarsezza fil-ġejjieni ta' sorsi ta' enerġija, u fil-limitazzjoni ta" l-effett ta" xokkijiet fil-prezzijiet ta" l-enerġija;

C.   billi l-evalwazzjoni ta" l-impatt relatat mal-Pjan ta" Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija tirrikonoxxi nuqqas ta" kapaċitajiet ta" infurzar fil-livelli kollha ta" l-ifformolar ta" politika fi ħdan il-Kummissjoni u stmat li biex il-Pjan ta" Azzjoni jkun suċċess jinħtieġ li l-persunal jiżdiedb' 20 persuna;

D.   billi d-Direttiva 2002/91/KE ġiet trasposta kif suppost biss f'ħames Stati Membri;

E.   billi d-Direttiva 2006/32/KE tirrikjedi lill-Istati Membri sabiex jippreżentaw Pjan ta" Azzjoni Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija (NEEAP) lill-Kummissjoni sat-30 ta" Ġunju 2007; billi sa l-1 ta" Settembru 2007 l-Kummissjoni kienet irċeviet biss disgħa NEEAPs, u sa l-10 ta' Jannar 2008 kienet irċeviet sbatax biss;

F.   billi l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva 2004/8/KE qiegħda tard u altru milli perfetta;

G.   billi l-Unjoni Ewropea hija wieħed mir-reġjuni l-aktar għani u l-aktar avvanzat teknoloġikament fid-dinja; billi l-Unjoni Ewropea żiedet il-ħruġ ekonomiku tagħha bi kważi 40% u d-dħul medju per capita b'terz mill-1990; billi, fl-istess perjodu ta' żmien, id-domanda għar-riżorsi ta' enerġija u elettriku żdiedet biss bi 11%;

H.   billi t-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni - jekk jiġu mgħotija s-sinjali ta' politika ġusti - jistgħu jiġġeneraw profitti addizzjonali ta' produttivita? lil hinn mill-mira ta' l-UE ta' 20%; billi ċerti teknoloġiji bħalma huma t-teknoloġija "smart grid", sistemi intelliġenti ta' ġestjoni u teknoloġiji ta' kompjuting "speckled" għandhom għalhekk ikunu s-suġġet ta' rakkomandazzjoni ta' politika effettiva;

1.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-Pjan ta" Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija 2006 msemmi hawn fuq u jfaħħar l-objettivi u l-kamp ta" applikazzjoni tiegħu;

2.  Jikkunsidra li mira għal titijb ta" "l fuq minn 20% sa l-2020 fl-effiċjenza ta' l-enerġija, flimkien ma" kwalunkwe titjib b'riżultat ta" effetti awtonomi strutturali jew ta" prezzijiet, huma kompletament teknikament u ekonomikament fattibbli, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li din il-mira, kif ukoll il-miri dwar it-tibdil fil-klima, jinkisbu;

3.  Jinnota bi tħassib serju li l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' leġiżlazzjoni eżistenti dwar effiċjenza fl-eneġija mhix kompluta u għadha lura;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' politika għall-effiċjenza fl-enerġija li tkun implimentata fil-livelli kollha tal-gvern;

5.  Jiddispjaċih li l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE mill-Istati Membri m'hijiex kompluta u għadha lura ħafna;

6.  Jiddenuċja n-nuqqas li jiġi dedikat in-numru meħtieġ ta" uffiċjali tal-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat li kemm il-Pjan ta" Azzjoni u kif ukoll il-leġiżlazzjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija li fuqha jibni dan il-Pjan jiġu implimentati bis-sħiħ u fil-waqt;

7.  Jiddeplora l-fatt li, minn 21 azzjoni tal-Kummissjoni li fil-Pjan ta' Azzjoni kienu skedati biex jitlestew fl-2007, tlieta biss kienu ġew implimentati kompletatment sa l-1 ta' Settembru 2007, filwaqt li jinnota li, sat-30 ta' Ottubru 2007, skond il-Kummissjoni 16 minn dawk il-21 azzjoni kienu 'mexjin kif suppost'; jiddeplora l-mod serju ta" kif waqgħet lura l-iskeda għall-adozzjoni ta" standards minimi ta" rendiment ta" enerġija għall-gruppi ta" prodotti prijoritarji;

8.  Jiddenunċja n-nuqqas tal-gvernijiet ta" l-Istati Membri milli jagħtu prijorità lit- traspożizzjoni sħiħa u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija u lil-konformità ma" din il-leġiżlazzjoni, minkejja retorika dwar it-trattament tal-bidla fil-klima u t-tnaqqis ta" l-importazzjonijiet ta' l-enerġija min-naħa ta' l-UE;

9.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tħaffef l-abbozzar tal-Memorandum ta" Ftehim ġejjieni dwar il-koperazzjoni mal-Kunsill Ewropew tar-Regolaturi ta" l-Enerġija (CEER), li ser jistipula linji gwida komuni u kodiċi ta" kondotta komuni, bil-għan li jtejjeb l-effiċjenza ta" l-użu ta" l-enerġija finali fis-setturi kollha;

10.  Jitlob għal evalwazzjoni urġenti u onesta, fil-Kummissjoni u f'kull Stat Membru, tan-nuqqasijiet ta" kapaċità u ostakoli oħrajn li sal-lum wasslu għall-implimentazzjoni inadegwata tal-leġiżlazzjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija, u kif dawn in-nuqqasijiet u l-ostakoli jistgħu jintgħelbu;

11.  Jinnota b'mod partikolari nuqqas mifrux ta" appoġġ sempliċi u immedjat ta" informazzjoni u ta'organizzazzjoni dwar effiċjenza fl-enerġija fil-punt tal-ħtieġa, li jista' jinqala" ta" malajr (eż. meta apparat domestiku jew tagħmir ieħor ikollu l-ħasra) jew ikun marbut ma" avvenimenti partikolari (eż. bidla tad-dar); jemmen li nuqqas ta" attenzjoni għall-ħtiġijiet prattiċi taċ-ċittadini qed idgħajjef ħafna mill-iskemi għall-effiċjenza ta" l-enerġija u għalhekk jisħaq dwar l-importanza ta" għajnuna prattika u ffinanzjar bil-quddiem;

12.  Jenfasizza li t-teknoloġiji ta' informazzjoni u komunikazzjoni għandhom jiġu promossi bħala teknoloġiji ewlenin biex jippromwovu t-tfaddil fl-enerġija f'setturi varji bħalma huma t-trasport, il-bini, l-enerġija u l-manifattura; f'dan il-kuntest jilqa' l-istudju tal-Kummissjoni li jevalwa l-kontribut potenzjali ta' varji teknoloġiji innovattivi bbażati fuq ICTs biex titjieb l-effiċjenza ta' l-enerġija ta' l-ekonomija ta' l-UE u jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra sa l-2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinkludi l-irwol tas-sistemi intelliġenti ta' ġestjoni f'teknoloġiji "smart grid" u sistemi integrati b'mod partikulari f'dak l-istudju;

Tagħmir u apparat domestiku

13.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-istrateġija ta" adozzjoni ta" standards minimi u jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi u tapplika sa l-2008 standards minimi ta' rendiment għall-arja kondizzjonata u t-tipi kollha ta' settijiet tat-televiżjoni; iħeġġeġ biex dan isir flimkien ma" reviżjoni dinamika ta" ttikettar u jinnota li l-marka CE tista' tappoġġja l-infurzar ta' standards minimi ta' rendiment ta' l-enerġija; jistieden lill-Istati Membri sabiex jiddedikaw aktar riżorsi għas-sorveljanza tas-suq;

14.  Japprova ż-żieda ta" dwal domestiċi mal-lista ta' gruppi ta" prodotti prijoritarji u jenfasizza l-importanza li l-Kummissjoni żżomm ma' l-skeda proposta għall-irtirar ta" l-aktar bozoz ineffiċjenti mis-suq, b'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta" Marzu 2007;

15.  Jinnota l-progress reċenti tat-teknoloġija tal-bozoz LED; jistieden lill-Kummissjoni biex tesplora mezzi kif tavvanza r-riċerka fil-bozoz LED u kif jista' jiżdied l-użu tagħhom;

16.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi skedi għall-irtirar mis-suq ta' l-oġġetti tat-tagħmir u l-prodotti l-oħrajn kollha li jużaw l-enerġija li huma lanqas effiċjenti fl-enerġija, bħalma huma l-heaters ta' barra (patio heaters);

17.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-enfasi fuq it-tnaqqis mit-telf minħabba l- istand-by u fuq it-tixrid ta' prodotti u teknoloġiji li jiżguraw li prodotti u tagħmir li jużaw l-enerġija jużaw enerġija biss meta jkun hemm il-bżonn ; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta rekwiżit ta" rendiment ta" 'watt wieħed' waqt stand by u analiżi ta" l-iffrankar potenzjali ta" enerġija li jista" jirriżulta kemm mill-minimizzazzjoni u kemm mit-tneħħija tal-konsum ta" l-istand by mode li ma jkunx meħtieġ, partikularment l-istand by passiv;

18.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-iffirmar ta" Ftehim Energy Star ġdida ma" l-Istati Uniti li tistabbilixxi standards komuni dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija għat-tagħmir għall-uffiċċji, u b'mod partikulari l-inklużjoni fir-regolament ta' implimentazzjoni ta" dispożizzjoni vinkolanti fir-rigward ta" appalt pubbliku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tmexxi 'l quddiem in-negozjati dwar l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni Energy Star bejn l-UE u l-Istati Uniti għal prodotti oħrajn, b'konformita? ma' l-impenn li sar fil-laqgħa għolja tat-30 ta' April 2007 bejn l-UE u l-Istati Uniti;

19.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li sa l-2010 jiġu stabbiliti standards minimi ta" rendiment għall-apparat domestiku u t-tagħmir l-ieħor li juża l-enerġija b'mod sinifikanti; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tibda" bl-anqas prodotti li huma effiċjenti fl-enerġija fuq is-suq;

20.  Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tifformula kriterji għall-eko-tikkettar ta' teknoloġiji ta' tisħin u tkessiħ, li jkopru b'mod parikulari l-użu ta' enerġija primarja, bil-ħsieb li jkun żgurat li l-utenti huma garantiti informazzjoni ta' min joqgħod fuqha dwar l-għażliet l-aktar effettivi u tajbin għall-ambjent li huma disponibbli fuq is-suq għal tagħmir għat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini;

21.  Iħeġġeġ implimentazzjoni rigoruża tar-rekwiżiti 2006 dwar l-istallazzjoni ta" meters intelliġenti sabiex jiżdied l-għarfien tal-konsumatur dwar l-użu ta" l-elettriku u biex jgħin fit-titjib tar-rekwiżiti dwar l-istatistiċi dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija;

22.  Jitlob li jkun hemm formulazzjoni ta' standard għall-meters intelliġenti ta' tisħin biex jintużaw f'sistemi ta' tisħin ċentrali u networks ta' tisħin remot bil-ħsieb li jħeġġeġ l-utenti aħħarija biex jaġixxu b'mod aktar responabbli ('ħallas għal dak li tuża') u biex jiġu eliminati s-sistemi ta' rata fissa, li għandhom l-effett oppost;

23.  Huwa tal-fehma li t-teknoloġiji industrijali għandhom jiżguraw li tintuża anqas enerġija fil-proċessi ta' produzzjoni; jemmen li jista' jkun hemm tfaddil konsiderevoli ta' enerġija jekk jitnaqqas il-piż tal-vetturi tat-triq u tal-mezzi oħra tat-trasport.

Rekwiżiti għar-rendiment tal-bini

24.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tgħaġġel il-proċeduri ta' infrazzjoni kontra dawk l-Istati Membri li ma għamlux traspożizzjoni tajba jew ma implimentawx bis-sħiħ id-Direttiva 2002/91/KE;

25.  Minħabba li l-bini iservi fit-tul, jinnota l-importanza kbira li jiġi żgurat li bini ġdid jinbena skond l-aqwa standards possibbli ta" effiċjenza fl-enerġija u li bini eżistenti jiġi rranġat skond standards kontemporanji; jikkunsidra li d-demolizzjoni ta' bini li m'hux effiċjenti fl-enerġija, flimkien mal-kostruzzjoni ta' bini ġdid li huwa effiċjenti fl-enerġija, ġieli jtkun tista' tiġi appoġġjata bħala alternattiva għar-restawrar;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirrevedi d-Direttiva 2002/91/KE sabiex mill-2009 tinkludi fl-ambitu ta'l-Artikolu 6 il-bini kollu li jinħtieġ tisħin u tkessiħ, mingħajr ma jiġi meħud kont ta d-daqs;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni biex fir-reviżjoni tagħha tal-prestazzjoni ta' bojlers tikkunsidra l-fatt li bojlers ta' koġenerazzjoni (mikro-kombinazzjoni ta' tisħin u elettriku) huma ħafna u ħafna aktar effiċjenti, u biex b'mod adegwat tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta' prestazzjoni għall-bojlers;

28.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-proposta li għandhom jiġu stipulati rekwiżiti minimi ta" rendiment għal bini ġdid u rinnovat u għal komponenti tal-bini bħal m'huma t-twieqi u pellikola tat-twieqi;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi rekwiżit vinkolanti sabiex mill-2011 'l quddiem il-bini l-ġdid kollu li jeħtieġ tisħin u/jew tkessiħ jinbena skond standards ta" dar passiva jew standards mhux residenzjali ekwivalenti, u rekwiżit sabiex jiġu użati soluzzjonijiet passivi ta' tisħin u tkessiħ mill-2008;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-introduzzjoni gradwali ta' grids distrettwali għat-tisħin u t-tkessiħ għall-bini kollu sabiex jitnaqqas l-użu ta' fjuwil fossili fit-tisħin u t-tkessiħ billi jiġu utilizzati t-telfiet li jinġarrbu fit-trasformazzjoni ta' l-enerġija;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra soluzzjonijiet ta' arkitettura għat-tisħin u tkessiħ passiv, bħalma huma strutturi ta' kostruzzjoni bi proprjetajiet termali, meta jiġu kunsidrati t-tassazzjoni u miżuri oħra għall-promozzjoni ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija;

32.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu tkessiħ distrettwali minn sorsi rinnovabbli ta' l-enerġija bħala alternattiva effiċjenti biex tintlaħaq id-domanda li dejjem qed tikber għat-tkessiħ għall-konfort;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni biex toħloq database trasparenti, aċċessibbli għaċ-ċittadini ta' l-Unjoni, ta' miżuri nazzjonali, reġjonali u lokali li jippromwovu l-effiċjenza ta' l-enerġija fil-bini, b'mod partikulari miżuri ta' finanzjament, fl-interessi ta' l-iskambju ta' l-aħjar prattiki fl-UE u ta' informazzjoni u kuxjenza pubblika;

Ġenerazzjoni u distribuzzjoni ta" l-elettriku

34.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex fil-pjanijiet NEEAPs tagħhom iżidu l-koġenerazzjoni b'effiċjenza għolja, u jimxu lejn ippjanar olistiku ta" forniment ta" elettriku, tisħin u tkessiħ u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tqis NEEAPs li jonqsu milli jagħmlu dan b'mod sfavorevoli; b'mod ġenerali jħeġġeġġ lill-Istati Membri sabiex jippromwovu miżuri li jħeġġu l-użu ta' koġenerazzjoni mikro u dik fuq skala żgħira u biex ineħħu l-ostakoliu għal dawn;

35.  Jirrimarka li t-trasport u d-distribuzzjoni huma fost is-sorsi ta' telf ta' enerġija u l-kawża ta' qtugħ ta' elettriku u jisħaq dwar l-irwol li l-mikroġenerazzjoni u l-ġenerazzjoni deċentralizzata u diversifikata jista' jkollhom biex jiggarantixxu provvista sigura u tnaqqis tat-telf; jikkunsidra li l-inċentivi għandhom ikunu mmirati lejn titjib fl-infrastruttura bil-għan li jnaqqsu t-telf fit-trażmissjoni u fid-distribuzzjoni;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti aktar attenzjoni lis-suq tat-tisħin, peress li s-sħana tirrappreżenta l-akbar sehem ta' konsum ta' l-enerġija, u għal strumenti (pjanar urban, evalwazzjoni ta' tisħin, inċentivi ta' investiment) li jippermettu l-irkupru ta' sħana minn sorsi rinnovabbli żejda permezz ta' l-iżvilupp ta' infrastrutturi distrettwali ta' tisħin u tkessiħ;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmoniterja mill-viċin l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE u biex tevalwa jekk l-iskemi ta' appoġġ humiex adegwati biex jisfruttaw il-potenzjal nazzjonali għall-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja;

38.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-ħtieġa ta' networks lokali għat-tkessiħ biex jiġu introdotti bħala rispons effettiv alternattiv għad-domanda li dejjem qed tikber għat-tkessiħ ta' konfort, u ukoll għall-bżonn ta' tnaqqis drastiku f'emissjonijiet tas-CO2 relatati;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex testendi l-ambitu ta' l-inċentivi finanzjarji attwali għal żviluppi li jippermettu l-enerġija magħmula minn sorsi rinnovabbli li tintuża f'networks eżistenti li jiffunzjonaw permezz ta' enerġija ġejja minn fjuwil fossili; jikkunsidra li t-titjib ta' networks eżistenti jista' jżid sew l-effiċjenza tal-produzzjoni ta' l-enerġija minn sorsi rinovabbli fi żmien eqser u għal inqas spejjeż, fl-istess ħin jgħin biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista bħala riżultat ta' titjib f'waqtu;

It-trasport

40.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tistipola rekwiżiti minimi għar-rendiment ta" l-enerġija għall-modi kollha ta" transport, inkluż dak pubbliku; jenfasizza l-ħtieġa għal politika tat-trasport b'użu effiċjenti ta' l-enerġija li tagħti preferenza lit-trasport pubbliku, l-użu tar-roti, u l-mixi f'zoni urbani; jilqa' l-Green Paper dwar it-Trasport Urban u jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi inizjattiva li tikkonċerna b'mod speċifiku t-trasport urban u l-kwistjoni ta' l-integrazzjoni tal-protezzjoni tal-klima, it-tfaddil ta' l-enerġija u s-saħħa pubblika f'politika sostenibbli ta' mobilita? għall-ibliet; jinkuraġġixxi lill-ibliet ta' l-UE biex jikkunsidraw miżuri li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi u mit-traffiku tal-karozzi tal-passiġġieri, pereżempju, permezz ta' tariffi fuq il-konġestjoni; ifakkar li limiti vinkolanti fuq l-emissjonijiet annwali mill-karozzi fir-rigward tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri li jinbiegħu jikkontribbwixxu biex l-UE tilħaq il-miri vinkolanti tas-CO2;

41.  Jitlob għall-emenda tad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta" informazzjoni għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-fjuwil u emissjonijiet tas-CO2 fir-rigward ta" l-ikkumerċjalizzar ta" karozzi tal-passiġġieri ġodda sabiex tagħmilha possibbli li l-karozzi jiġu ttikkettati b'mod ċar b'diversi klassijiet bħal dak li li jintuża għall-ittikettar ta" l-apparat domestiku (bħalissa l-iskala ta' seba' klassijiet, minn A sa G)(13) ; jipproponi li minimu ta" 20% ta" kull spazju dovut għar-riklami u l-ikkumerċjalizzar ta" karozzi ġodda jipprovdi informazzjoni dwar l-effiċjenza tal-fjuwil u l-emissjonijiet;

42.  Jiddispjaċih ukoll li l-proposta għal direttiva dwar it-tassazzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri, li għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 b'konformità ma" l-impenji ta" l-UE skond il-Protokoll ta" Kyoto, għadha ma ġietx adottata mill-Kunsill, u jħeġġeġ sabiex tiġi implimentata malajr kemm jista' jkun;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal strateġija ta' qafas li tiffaċilita titjib sostanzjali għall-effiċjenza tat-trasport pubbliku urban u sub-urban, li tkun tirrikjedi li operaturi ta' sistemi tat-trasport pubbliku urban u suburban jikkonduċu studji, l u studji ta' fattibilita?, iffukar fuq livelli ta' effiċjenza u servizz relatati mas-sistema, u liema strateġija hija mmirata biex taġġusta t-twaqqif ta' skemi ta' appoġġ orizzontali li l-għan tagħhom huwa li jiżviluppaw sistemi ta' trasport b'mod li dawn is-sistemi jkunu konformi ma' kundizzjonijiet aktar stretti fir-rigward ta' effiċjenza u konsistenza;

44.  Jilqa' l-proposta Impriża Konġunta għal Sema Nadif, li l-għan tagħha huwa li jiġu prodotti ajruplani li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, u li huma ambjentalment sostenibbli, u effiċjenti fl-enerġija;

Arranġamenti finanzjarji u politika reġjonali

45.  Jinnota l-importanza ta" l-aċċess għall-fondi strutturali għall-iffinanzjar ta' l-effiċjenza fl-enerġija, permezz ta' entitajiet bħall-Bank Ewropew għall-Investiment, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u wkoll permezz ta" skemi privati ta" servizzi bankarji;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex iżżid il-proporzjon ta" ffinanzjar strutturali u ta" koeżjoni li jista" jintnefaq fuq it-titjib ta' l-effiċjenza fl-enerġija ta' djar eżistenti minn minimu ta' 3% għal 5%, u sabiex titlob lill-Istati Membri sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ minn din l-opportunità;

47.  Jesprimi dispjaċir għall-kumplessità ta" ħafna mill-iffinanżjar ta" l-UE għall-effiċjenza ta" l-enerġija, minkejja l-eżistenza ta" l-Inizjattiva Konġunta għar-Riżorsi Ewropej għall-Intrapriżi Mikro u Medji (JEREMIE); jinnota li n-nuqqas ta" ffinanzjar sempliċi u aċċessibbli jikkostitwixxi ostakolu kbir għall-intrapriżi ż-żgħar u mikro b'mod partikolari, li m'għandhomx il-kapaċità meħtieġa sabiex jaċċessaw programmi kumplessi;

48.  Jinnota l-importanza vitali tar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-qasam ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija; iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali, lill-awtoritajiet lokali u lill-NGOs sabiex jieħdu vantaġġ mill-finanzjament disponibbli taħt is-Seba' Programm ta' Qafas, il-Fondi Strutturali, il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittivita? u l-Innovazzjoni, l-Enerġija Intelliġenti – Programm Ewropew, li huma maħsuba biex tiġi stimulata r-riċerka fl-effiċjenza ta' l-enerġija u jiġu promossi teknoloġiji ta' enerġija rinnovabbli, u l-iżvilupp ta' mezzi ġodda għat-trasport u t-taħżin ta' enerġija mfassla biex jitnaqqas it-telf ta' l-enerġija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tirrispondi b'mod ġeneruż għas-sejħiet biex tiġi finanzjata r-riċerka dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-effiċjenza ta' l-enerġija titqiegħed fuq quddiem sew fl-isforzi kontinwi li għandhom isiru biex il-programmi ta' l-UE għar-riċerka u għall-iżvilupp tat-teknoloġiji jintużaw kemm jista' jkun;

49.  Jitlob sabiex il-mikro-intrapriżi jiġu trattati bħal abitazzjonijiet domestiċi u jiġu offruti ffinanzjar sempliċi għat-titjib fl-effiċjenza ta" l-enerġija, bħal għotjiet bil-quddiem;

50.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja r-regoli ta' għajnuna statali li huma aktar favorevoli għal miżuri ta' effiċjenza ta' l-enerġija (bħalma huma l-eko-innovazzjoni u t-titjib fil-produttivita?); jemmen li dawn ir-regoli għandhom ikunu sempliċi, prattiċi u trasparenti, li jneħħu l-ostakoli għall-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri ta' effiċjenza ta' l-enerġija;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni, bħala kwistjoni ta" urġenza kbira, sabiex tippreżenta proposti għal miżuri speċifiċi bl-għan li tinkiseb aktar effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija fl-aktar reġjuni mbiegħda, immirati lejn il-karatteristiċi partikulari tagħhom li jirriżultaw mill-effetti tal-limitazzjonijiet permanenti li huma suġġetti għalihom dawk ir-reġjuni;

52.  Jenfasizza l-irwol ta' aġenziji ta' l-enerġija lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni effettiva ta' miżuri ta' enerġija effiċjenti; jitlob sabiex ikunu involuti l-aġenziji kollha (dawk Ewropej, nazzjonali u lokali) fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni għall-effiċjenza ta' l-enerġija;

Tassazzjoni

53.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex japplikaw rata mnaqqsa tat-taxxa b'valur miżjud fuq xogħol, materjali u komponenti li jtejbu l-effiċjenza ta" l-enerġija fil-bini; jistieden lill-Kunsill biex jiżguraw li s-sistema ġenerali tat-taxxa tirrifletti, b'mod koerenti, l-għan li titjieb l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija fil-bini;

54.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-possibilità ta' rata mnaqqsa tal-VAT fuq ix-xogħol ta' rinnovazzjoni u ta' tiswija fid-djar privati sabiex titjieb l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija; jilqa" b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni sabiex tevalwa l-effettività tal-krediti ta" taxxa kemm għall-konsumaturi li jixtru l-aktar apparat domestiku li huwa effiċjenti fl-enerġija u għall-intrapriżi li jipproduċu u jippromwovu tagħmir bħal dan;

55.  Jinnota li t-taxxa hija parti mill-kompetenza ta" l-Istati Membri; jinnota li miżuri ta" taxxa magħżula mill-Istati Membri tista' tkun element tan-NEEAPs kollha; jappoġġja l-internalizzazzjoni ta" infiq ambjentali;

56.  Jistieden lill-Istati Membri kollha sabiex jintroduċu inċentivi ta" taxxa speċifikament sabiex iħeġġu lill-familji, lill-mikro-intrapriżi u lis-sidien privati tal-proprjetà sabiex jieħdu miżuri li huma favur l-effiċjenza fl-enerġija u jixtru prodotti li huma effiċjenti fl-enerġija;

57.  Jikkunsidra li l-inċentivi tat-taxxi jistgħu, f'ċerti ċirkustanzi, jkunu disponibbli għad-demolizzjoni ta' bini li mhumiex effiċjenti fl-enerġija, meta dawn jiġu flimkien mal-kostruzzjoni ta' bini ġdid li huwa effiċjenti fl-enerġija;

Tibdil fl-imġieba

58.  Jenfasizza l-irwol kbir li għandu jkollu s-settur pubbliku fil-promozzjoni ta' soluzzjonijiet li huma effiċjenti fl-enerġija;

59.  Jaqbel li l-programmi ta" edukazzjoni u ta" taħriġ dwar l-effiċjenza ta" l-enerġija għandhom rwol importanti, b'mod partikulari għall-SMEs; jinnota li l-edukazzjoni dwar l-enerġija għandha tibda minn eta? bikrija bl-inklużjoni ta' korsijiet relatati fi ħdan il-programmi edukattivi ta' l-iskejjel madwar l-UE; jinnota li l-implimentazzjoni ta" tekniki innovattivi għall-kostruzzjoni u l-immaniġġjar ta" l-enerġija ser jirrikjedu ammont kbir ta" ħaddiema tas-sengħa mħarrġa kif suppost; jinsab imħasseb li l-Istati Membri għadhom ma pproduċewx programmi ta" taħriġ xierqa għal ħiliet relatati ma" l-effiċjenza fl-enerġija; jitlob sabiex ir-rekwiżiti ta" riżorsi umani jitqiesu bħala element essenzjali fl-NEEAPs;

60.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jiżviluppaw sħubiji mill-qrib ma' l-aġenziji ta' l-enerġija reġjonali sabiex jitjiebu l-faċilitajiet ta' taħriġ għat-tekniċi ta' l-enerġija u għall-professjonisti li jaħdmu f'setturi relatati; jenfasizza l-bżonn għal aktar networks ikkordinati ta' parteċipanti lokali sabiex tinfirex l-aħjar prassi rigward l-enerġija effiċjenti f'reġjuni anqas żviluppati;

61.  Jenfasizza l-irwol ta' l-akkwist pubbliku u tas-servizzi, bħalma huma l-verifiki ta' enerġija, jista' jkollhom biex tonqos il-ħela u jiġi mħeġġeġ l-użu aħjar tal-potenzjal ta' l-enerġija ta' kull bini; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali, lokali u pubbliċi tagħhom biex jagħtu l-ewwel eżempju, mhux biss fil-bini amministrattiv imma wkoll fil-bini pubbliku l-ieħor bħal skejjel, universitajiet u sptarijiet u f'entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta' l-ilma, ta' l-enerġija, tat-trasport u tal-posta;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid ir-riċerka fl-ekonomiji ta' mġieba u fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-bdniedem sabiex jiġu mfassla kampanji ta' informazzjoni futuri dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija (bħalma hija l-Kampanja Ewropea għall-Enerġija Sostenibbli) u b'hekk jiġu massimizzati l-benefiċċji tagħhom;

63.  Jaqbel li l-effiċjenza fl-enerġija tibda d-dar; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament sabiex ikunu minn ta" quddiem billi jirrikjedu li jiġu stipulati standards eżemplari ta" rendiment fl-enerġija fil-bini kollu ta' l-istituzzjonijiet ta" l-UE, bħala parti minn verifika usa ta" l-użu ta" l-enerġija mill-istituzzjonijiet li għandha tinkludi arranġamenti ta" xogħol u vjaġġar, inċentivi u lokazzjonijiet, kif ukoll tagħmir u appalt;

64.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jorganizzaw - fuq bażi annwali - Ġurnata t'Azzjoni Ewropea dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija;

65.  Jinnota li s-settur tat-teknoloġija għolja jista' jkollu rwol kruċjali biex iqajjem il-kuxjenza tal-konsumatur u u biex iżid il-volonta? tal-konsumaturi biex jikkontribwixxu għall-effiċjenza ta' l-enerġija billi joffri prodotti li huma kemm effiċjenti fl-enerġija kif ukoll ta' standard ogħla;

66.  Jikkunsidra li l-kuntratti tas-servizzi ta' l-enerġija bejn il-fornituri u l-konsumaturi ta' l-enerġija huma mezz effettiv biex tikber l-effiċjenza tas-sistemi ta' tisħin u tkessiħ; jistieden lill-Kummissjoni biex tneħħi l-ostakoli amministrattivi u legali għall-konklużjoni ta' dawn il-kuntratti;

Bliet

67.  Jirrikonoxxi l-importanza ta" l-iskambjar u l-promozzjoni ta" l-aħjar prattika urbana dwar l-effiċjenza fl-enerġija; jissuġġerixxi li l-forum Eurocities eżistenti jista" jkun mezz effettiv sabiex dan isir;

68.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istituzzjonijiet l-oħra ta' l-UE biex jaħdmu flimkien ma' l-ibliet il-kbar fl-UE, filwaqt li jiffavorixxu baġits għall-ġemellaġġ u l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-ibliet il-kbar;

69.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki, li tlaqqa" flimkien f'network permanenti lis-Sindki ta" bejn 20 u 30 mill-bliet li huma l-akbar u l-aktar pijunieri fl-Ewropa, u jitlob għal aktar dettalji rigward it-twaqqif tagħha; jenfasizza, madankollu, li l-Patt tas-Sindki jrid jikkumplimenta l-attivitajiet ta' networks simili li diġà jeżistu;

Id-dimensjoni globali

70.  Jappoġġja lill-Kummissjoni fil-proposta tagħha li twaqqaf Pjattaforma għall-Koperazzjoni Internazzjonali fl-Effiċjenza ta' l-Enerġija; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex ikabbru l-koperazzjoni internazzjonali fil-qasam ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija sabiex ikun żgurat li r-regolamenti u l-istandards il-ġodda ma jifframmentawx is-suq globali; jitlob sabiex dan il-ftehim internazzjonali - bilaterali u multilaterali - jinkludi mhux biss kondiviżjoni ta" impenn għal standards minimi ta" rendiment fl-effiċjenza ta' l-enerġija iżda wkoll kondiviżjoni ta" teknoloġija favur l-effiċjenza fl-enerġija; jinnota l-importanza fundamentali strateġika tat-tixrid tat-teknoloġija, li tirrikjedi approċċ ta" interess pubbliku lejn id-drittijiet ta" proprjetà intelletwali;

71.  Jirrikonoxxi x-xogħol li għaddej fuq livell tekniku dwar standards ta" effiċjenza fl-enerġija kondiviżi, partikolarment maċ-Ċina; jinsab imħasseb li dan ix-xoghol qed jiddgħajjef minn nuqqas ta" koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, li qed iwassal għal konfużjoni f'pajjiżi terzi; jitlob għal approċċ integrat fir-rigward ta' l-istandards;

72.  Jinnota t-tħassib mifrux li r-Russja mhux ser tkun tista' tissodisfa t-talbiet domestiċi u kuntrattwali tal-gass tagħha u jħeġġeġ lill-Kummissjoni fl-interess tas-sigurtà ta' l-enerġija sabiex tikkometti aktar riżorsi għad-djalogu dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija bejn ir-Russja u l-UE, b'attenzjoni partikolari lejn it-titjib tan-networks tat-tisħin distrettwali Russi u l-użu tal-gass li bħalissa jinħaraq fuq il-bjar taż-zejt;

73.  Jilqa' b'sodisfazzjoni l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal Sħubija dwar l-Enerġija bejn l-Afrika u l-UE, u jitlob sabiex din is-sħubija tpoġġi t-tkabbir effiċjenti fl-enerġija u sostenibbli fl-Afrika bħala prijorità;

o
o   o

74.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-parlamenti u l-gvernijiet ta' l-Istati Membri.

(1)1 ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2)2 ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.
(3)3 ĠU L 52, 21.2.2004, p.50.
(4) ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.
(5) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.
(6) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 24.
(7) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 26.
(8) ĠU L 310, 9.11.2006, p.15.
(9) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
(10) ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat minn Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(11) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 273.
(12) OJ C 317 E, 23.12.2006, p. 876.
(13) ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16.

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Marzu 2009Avviż legali