Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0278(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0173/2008

Testi mressqa :

A6-0173/2008

Dibattiti :

PV 16/06/2008 - 23
PV 16/06/2008 - 25
CRE 16/06/2008 - 23
CRE 16/06/2008 - 25

Votazzjonijiet :

PV 17/06/2008 - 7.24
CRE 17/06/2008 - 7.24
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0286

Testi adottati
PDF 323kWORD 42k
It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu
Il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) ***I
P6_TA(2008)0286A6-0173/2008
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (COM(2007)0797 – C6-0469/2007 – 2007/0278(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0797),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137(2) tat-Trattat tal-KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0469/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0173/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jieħu nota ta' l-istqarrija tal-Kummissjoni annessa magħha;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa" tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tbiddilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010)
P6_TC1-COD(2007)0278

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE.)


Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tagħti l-ogħla importanza għall-faċilitazzjoni u l-appoġġ ta' parteċipazzjoni wiesgħa fil-livelli kollha fl-attivitajiet marbuta mas-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2010 bħala mezz prattiku biex jiġi żgurat li l-impatt tagħha jkun pożittiv u dejjiemi.

B'konformità mad-Deċiżjoni dwar is-Sena Ewropea, il-Kummissjoni se tfassal linji gwida komuni fid-Dokument ta' Qafas Strateġiku (SFD) li se jistabbilixxi l-prijoritajiet ewlenin għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet relatati mas-Sena Ewropea, inklużi standards minimi f'termini ta' parteċipazzjoni f'entitajiet u azzjonijiet nazzjonali (ara l-Anness, Parti II, punt 2 tad-Deċiżjoni).

L-SFD huwa indirizzat lill-Entitajiet ta' Implimentazzjoni Nazzjonali (NIBs) responsabbli għad-definizzjoni tal-programmi nazzjonali għas-Sena Ewropea u biex jintgħażlu azzjonijiet individwali li jridu jiġu proposti għall-finanzjament Komunitarju, u lill-atturi l-oħra kkonċernati.

F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni se tenfasizza l-importanza tal-faċilitazzjoni tal-aċċess mill-NGOs kollha, inklużi organizzazzjonijiet żgħar u ta' daqs medju. Sabiex jiġi żgurat l-aktar aċċess wiesa' possibbli, l-NIBs jistgħu jiddeċiedu li ma jitolbu l-ebda kofinanzjament u minflok jiffinanzjaw kompletament ċerti azzjonijiet.

Avviż legali - Politika tal-privatezza