Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0236(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0323/2008

Testi mressqa :

A6-0323/2008

Dibattiti :

PV 23/09/2008 - 4
CRE 23/09/2008 - 4

Votazzjonijiet :

PV 23/09/2008 - 5.22
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0435

Testi adottati
PDF 430kWORD 114k
It-Tlieta, 23 ta' Settembru 2008 - Brussell
Il-ġlieda kontra t-terroriżmu *
P6_TA(2008)0435A6-0323/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas 2002/475/JHA dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (COM(2007)0650 – C6-0466/2007 – 2007/0236(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2007)0650),

–   wara li kkunsidra l-linjigwida tal-Kunsill tat-18 ta" April 2008 (8707/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 29, l-Artikolu 31(1)(e) u l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skont liema Artikolu ġie ikkonsultat mill-Kunsill (C6-0466/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0323/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjon sabiex wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona jittrattaw bi prijorità kull proposta li ssir wara li jkollha l-iskop li temenda dan it-test skond l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet proviżorji li jiġu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar l-iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mad-Dikjarazzjoni Nru 50 relatata magħha;

6.  Jiddikjara ruħu diġà mħejji biex - ladarba jidħol fis-seħħ it-Trattat ta" Liżbona - jekk ikun hemm bżonn, jeżamina kull proposta bħal din skont il-proċedura ta" urġenza u f'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti tal-Istati Membri; f'każ li l-proposta l-ġdida tkun tirrifletti s-sustanza ta" din l-opinjoni, tkun tista" tapplika l-proċedura stabbilita fil-ftehima interistituzzjonali dwar il-kodifikazzjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Premessa 6a (ġdida)
(6a)  L-azzjoni ta" l-Unjoni Ewropea fil-kamp tal-ġlieda kontra t-terroriżmu għandha titwettaq b'koperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali li għandhom irwol ewlieni xi jwettqu, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni, sakemm l-awturi jew l-instigaturi ta" atti terroristiċi jkunu jgħixu fi ħdan komunitajiet lokali fejn jitħalltu mal-popolazzjoni tagħhom, u fejn jużaw is-servizzi u l-istrumenti tad-demokrazija ta" dawn il-komunitajiet.
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Premessa 7
(7)  Il-proposta attwali tipprevedi l-kriminalizzazzjoni ta" reati marbuta mat-terroriżmu sabiex tikkontribbwixxi għall-għan ta" politika aktar ġenerali tal-prevenzjoni tat-terroriżmu permezz tat-tnaqqis fit-tixrid ta" dawk il-materjali li jistgħu jinċitaw lil persuni sabiex iwettqu attakki terrroristiċi.
(7)  Il-proposta attwali tipprevedi l-kriminalizzazzjoni ta" reati marbuta mat-terroriżmu sabiex tikkontribbwixxi għall-għan ta" politika aktar ġenerali tal-prevenzjoni tat-terroriżmu permezz tat-tnaqqis fit-tixrid ta" dawk il-materjali li jkollhom l-intenzjoni u t-tendenza li jinċitaw lil persuni sabiex iwettqu attakki terrroristiċi.
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Premessa 10
(10)  Id-definizzjoni ta" reati terroristiċi, inklużi reati marbuta ma" attivitajiet terroristiċi, għandha tiġi approssimata aktar fl-Istati Membri kollha, sabiex tkopri l-provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku, ir-reklutaġġ u t-taħriġ għal skopijiet terroristiċi, meta jitwettqu intenzjonalment.
(10)  Id-definizzjoni ta" reati terroristiċi, inklużi reati marbuta ma" attivitajiet terroristiċi, għandha tiġi approssimata aktar fl-Istati Membri kollha, sabiex tkopri l-inċitament pubbliku sabiex jitwettaq reat terroristiku, ir-reklutaġġ u t-taħriġ għal skopijiet terroristiċi, meta jitwettqu intenzjonalment.
(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv li qed ikun eżaminat kollu kemm hu, minbarra l-premessa 9;)
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Premessa 11
(11)  Għandhom jingħataw pieni u sanzjonijiet lill-persuni naturali u ġuridiċi li jkunu wettqu jew li huma responsabbli għall-provokazzjoni pubblika sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet ta" terroriżmu u t-taħriġ għal skopijiet ta" terroriżmu, meta dawn jitwettqu b'mod illegali u intenzjonalment. Dawn il-forom ta" aġir għandhom ikunu punibbli ugwalment fl-Istati Membri kollha indipendentement minn jekk jitwettqux permezz ta" l-Internet jew le.
(11)  Għandhom jingħataw pieni u sanzjonijiet lill-persuni naturali u ġuridiċi li jkunu wettqu inċitament pubbliku sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet ta" terroriżmu u t-taħriġ għal skopijiet ta" terroriżmu, meta dawn jitwettqu intenzjonalment. Dawn il-forom ta" aġir għandhom ikunu punibbli ugwalment fl-Istati Membri kollha indipendentement minn jekk jitwettqux permezz ta" l-Internet jew le.
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Premessa 11 a (ġdida)
(11a)  In-nuqqas min-naħa tal-Kunsill li jaqbel dwar drittijiet proċedurali fil-proċeduri kriminali jxekkel il-koperazzjoni ġudizzjarja Ewropea; hemm ħtieġa li tinstab soluzzjoni għan-nuqqas ta' qbil b'mod urġenti.
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Premessa 12
(12)  Għandhom jiġu stabbiliti regoli ġurisdizzjonali ulterjuri biex jiġi żgurat li provokazzjoni pubblika sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet ta" terroriżmu u t-taħriġ għal skopijiet ta" terroriżmu jkunu jistgħtu jitħarrku b'mod effikaċi meta dawn ikunu diretti lejn it-twettiq ta' offiża terroristika jew jirriżultaw f'offiża ta' din ix-xorta li hi suġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru.
imħassra
Emenda 7
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Premessa 12 a (ġdida)
(12a)  Din id-Deċiżjoni Qafas tikkomplementa l-Konvenzjoni tal-Kunsill ta" l-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu tas-16 ta" Mejju 2005, u, għaldaqstant, hija ħaġa essenzjali li, b'mod parallel mad-dħul fis-seħħ ta" din id-Deċiżjoni Qafas, l-Istati Membri kollha jirratifikaw dik il-Konvenzjoni.
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Premessa 14
(14)  L-Unjoni tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li jidhru fil-Karta dwar Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Kapitoli II u VI tiegħu. Xejn f'din id-Deċiżjoni Qafas ma jista' jkun interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi d-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali bħall-libertà ta" espressjoni, il-libertà li tissieħeb, jew ta" assoċjazzjoni, id-dritt għar-rispett tal-privatezza u l-ħajja familjari, inkluż id-dritt għar-rispett tal-konfidenzalità tal-korrispondenza.
(14)  L-Unjoni tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li jidhru fil-Karta dwar Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Kapitoli II u VI tiegħu. Xejn f'din id-Deċiżjoni Qafas ma jista' jkun interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi d-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali bħall-libertà ta" espressjoni, il-libertà li tinġabar fi grupp, jew ta" assoċjazzjoni, il-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni jew ta" midja oħra, jew id-dritt għar-rispett tal-privatezza u l-ħajja familjari, inkluż id-dritt għar-rispett tal-konfidenzalità tal-korrispondenza, inkluż il-kontenut ta" posta elettronika jew ta" xorti oħra ta" korrispondenza, li tkopri wkoll il-kontenut ta" emails u tipi oħra ta" korrispondenza elettronika.
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Premessa 15
(15)  Provokazzjoni pubblika sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet terroristiċi u t-taħriġ għal skopijiet terroristiċi huma delitti intenzjonali. Għaldaqstant, xejn f'din id-Deċiżjoni Qafas ma jista" jkun interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi t-tixrid ta" informazzjoni għal finijiet xjentifiċi, akkademiċi jew ta" rappurtar. L-espressjoni ta" fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi, inkluż it-terroriżmu, ma tidħolx fl-ambitu ta" din id-Deċiżjoni Qafas u, b'mod partikolari, tad-definizzjoni ta" provokazzjoni pubblika sabiex jitwettqu reati terroristiċi,
(15)  Inċitament pubbliku sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet terroristiċi u t-taħriġ għal skopijiet terroristiċi huma delitti intenzjonali. Għaldaqstant, xejn f'din id-Deċiżjoni Qafas ma jista" jkun interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi t-tixrid ta" informazzjoni għal finijiet xjentifiċi, akkademiċi, artistiċi jew ta" rappurtar. L-espressjoni ta" fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi, inkluż it-terroriżmu, ma tidħolx fl-ambitu ta" din id-Deċiżjoni Qafas u, b'mod partikolari, tad-definizzjoni ta"inċitament pubbliku sabiex jitwettqu reati terroristiċi,
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Premessa 15 a (ġdida)
(15 a)  Il-kriminalizzazzjoni tal-atti elenkati f'din id-Deċiżjoni Qafas għandha titwettaq b'tali mod li jkun proporzjonat mal-għanijiet leġittimi mixtieqa, meħtieġa u xierqa f'soċjetà demokratika, u nondiskriminatorju. B'mod partikulari, din għandha tkun kompatibbli mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)
Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI
Artikolu 1 – paragrafu 2
-1)  L-Artikolu 1(2) jiġi emendat kif ġej:
"2. Din id-Deċiżjoni Qafas m'għandhiex ikollha l-effett li tibdel l-obbligu li jkunu rispettati d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif inhuma ggarantiti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali."
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1)
Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a)
(a) "provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku" tfisser id-distribuzzjoni, jew inkella t-tqegħid għad-dispożizzjoni, ta" messaġġ lill-pubbliku, bl-intenzjoni tal-inċitazzjoni tat-twettiq ta" wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1) (a) sa (h), fejn din il-imġiba, kemm jekk tippromwovi direttament reati terroristiċi kif ukoll jekk le, tikkaġuna periklu li jista" jitwettaq reat wieħed jew aktar.
a)"inċitament pubbliku sabiex jitwettaq reat terroristiku" tfisser id-distribuzzjoni, jew inkella t-tqegħid għad-dispożizzjoni, ta" messaġġ lill-pubbliku li għandu għan ċar u intenzjonat li jippromwovi it-twettiq ta" wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) sa (h), fejn din l-imġiba b'mod ċar u bla dubju tikkaġuna periklu li jista" jitwettaq reat wieħed jew aktar bħal dawn;
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni-qafas – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt (b)
(b) "ir-reklutaġġ għal skopijiet ta" terroriżmu" jfisser li wieħed ifittex persuna oħra sabiex twettaq wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1), jew fl-Artikolu 2(2).
(b) "reklutaġġ għal skopijiet ta" terroriżmu" tfisser li wieħed intenzjonalment ifittex persuna oħra sabiex twettaq wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1) punti (a) sa (h), jew fl-Artikolu 2(2);
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
(c) "it-taħriġ għal skopijiet ta" terroriżmu" jfisser li tiġi pprovduta struzzjoni dwar kif isiru jew jintużaw l-isplussivi, l-armi tan-nar jew armi oħra jew is-sustanzi tossiċi jew perikolużi, jew dwar metodi u tekniki oħra speċifiċi, għall-iskop li jitwettaq wieħed jew aktar mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1), bix-xjenza li l-ħiliet ipprovduti jkunu maħsuba biex jintużaw għal dan l-iskop.
(c) "it-taħriġ għal skopijiet ta" terroriżmu" jfisser li tiġi pprovduta struzzjoni dwar kif isiru jew jintużaw l-isplussivi, l-armi tan-nar jew armi oħra jew is-sustanzi tossiċi jew perikolużi, jew dwar metodi u tekniki oħra speċifiċi, għall-iskop li jitwettaq wieħed jew aktar mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1) punti (a) sa (h), bix-xjenza li l-ħiliet ipprovduti jkunu maħsuba biex jintużaw għal dan l-iskop.
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d
(d) serq aggravat bl-iskop li jitwettaq wieħed jew aktar mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1);
(d) serq aggravat bl-iskop li jitwettaq wieħed jew aktar mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1);
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e
(e) estorsjoni bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1);
e) estorsjoni bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1);
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt f)
(f) it-tħejjija ta' dokumenti amministrattivi foloz bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mill-atti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) sa (h) u l-Artikolu 2(2)(b).
f) it-tħejjija ta' dokumenti amministrattivi foloz bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1) punti (a) sa (h) u l-Artikolu 2(2) punt (b).
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI
Artikolu 3 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atti msemmija f'paragrafu 2 punti (a) sa (c) ta' dan l-Artikolu jkunu kriminalizzati bir-rispett li jixraq għall-obbligi relatati mal-libertà tal-kelma u l-libertà tal-assoċjazzjoni li permezz tagħhom huma marbuta dawk l-Istati, b'mod partikulari dawk l-obbligi relatati mal-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni f'mezzi oħra tal-midja, u bir-rispett għall-kunfidenzjalità tal-korrispondenza, inkluż il-kontenut ta' emails u tipi oħra ta" korrispondenza elettronika. Il-kriminalizzazzjoni tal-atti koperti f'paragrafu 2 punti (a) sa (c) m'għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas jew tillimita t-tixrid ta' tagħrif għal għanijiet xjentifiċi, akkademiċi, artistiċi jew ta' rappurtar, l-espressjoni ta' fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu politiku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi, inkluż it-terroriżmu.
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI
Artikolu 3 – paragrafu 3 b (ġdid)
3b.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-kriminalizzazzjoni tal-atti msemmija f'paragrafu 2 punti (a) sa (c) ta" dan l-Artikolu titwettaq b'mod proporzjonali man-natura u ċ-ċirkostanza tar-reat, b'kunsiderazzjoni għall-għanijiet leġittimi segwiti u għall-bżonn tagħhom f'soċjetà demokratika, u għandha teskludi kull forma ta" arbitrarjetà u kull trattament diskriminatorju jew razzist.
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni qafas – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Deċiżjoni qafas 2002/475/ĠAI
Artikolu 9 – paragrafu 1 a
"1a. Kull Stat Membru għandu wkoll jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikolu 3(2) (a) sa (c) fejn ir-reat kien immirat lejn jew irriżulta fit-twettiq ta" reat imsemmi fl-Artikolu 1 u tali reat irid jaqa" taħt il-ġuriżdizzjoni ta" l-Istat Membru skont xi wieħed mill-kriterji stipulati fil-paragrafu 1(a) sa (e) ta" dan l-Artikolu."
"1a. Stat Membru jista" jiddeċiedi li ma japplikax jew li japplika biss f'każijiet jew f'ċirkostanzi speċifiċi, id-dispożizzjonijiet ta" ġurisdizzjoni stabbiliti f'paragrafu 1(d) u (e) fir-rigward tar-reati msemmija fl-Artikolu 3(2) punti (a) sa (c) u fl-Artikolu 4 sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ikunu marbuta mar-reati msemmija fl-Artikolu 3 (2) punti (a) sa (c)."
Avviż legali - Politika tal-privatezza