Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0208(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0450/2008

Testi mressqa :

A6-0450/2008

Dibattiti :

PV 18/11/2008 - 15
CRE 18/11/2008 - 15

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2008 - 6.8
CRE 20/11/2008 - 6.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0560

Testi adottati
PDF 302kWORD 50k
Il-Ħamis, 20 ta' Novembru 2008 - Strasburgu
Għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri *
P6_TA(2008)0560A6-0450/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (COM(2008)0717 – C6-0389/2008 – 2008/0208(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0717),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0389/2008),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta" Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi tal-pagamenti tal-Istati Membri(1) u l-pożizzjoni tal-Parlament tas-6 ta' Settembru 2001 dwar għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi tal-pagamenti tal-Istati Membri(2) u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Novembru 2008 dwar li tkun stabbilita faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi tal-pagament tal-Istati Membri(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0450/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 2
(2)  Għandha tiġi stabbilita proċedura ad hoc għal reviżjonijiet ta" dak il-limitu fil-futur, bil-ħsieb li tittejjeb il-kapaċità tal-Komunità li tirreaġixxi malajr għall-bidliet kbar fl-ambjent finanzjarju li jaffettwaw l-ammont totali ta" appoġġ li potenzjalment ikun meħtieġ mill-Istati Membri.
(2)  Fil-każ li jinqalgħu sitwazzjonijiet eċċezzjonali li jistgħu jirrikjedu reazzjoni Komunitarja ta' malajr għal bidliet kbar fl-ambjent finanzjarju, il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jaġixxu malajr kemm jista' jkun sabiex jiżguraw li l-fiduċja fis-swieq ma tiddgħajjifx.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – paragrafu 2
Regolament (KE) nru 332/2002
Artikolu 1 – paragrafu 3
Għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
imħassar
"Meta deterjorament serju tal-ambjent finanzjarju jkun jeħtieġ li tingħata għajnuna finanzjarja urġenti mill-Komunità għat-terminu l-medju lil bosta Stati Membri, il-Kummissjoni tista" tiddeċiedi li tirrevedi l-limitu wara li tkun kisbet l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, kemm fuq il-ħtieġa urġenti li jiġi rivedut il-limitu kif ukoll fuq il-limitu rivedut innifsu. Il-limitu l-ġdid għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea".
Emenda 3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 a (ġdid)
Regolament (KE) nru 332/2002
Artikolu 10
Artikolu 1a
L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 332/2002 huwa mibdul b'dan li ġej:
"Kull sentejn il-Kunsill għandu jeżamina, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni, wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew u wara li tkun ingħatat l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, jekk il-faċilita' stabbilita għadhiex tissodisfa, fil-prinċipju, fl-arranġamenti u fil-limitu massimu tagħha, il-ħtieġa li kienet wasslet għall-ħolqien tagħha."

(1) ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.
(2) ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 312.
(3) Testi adottati, P6_TA(2008)0562.

Avviż legali - Politika tal-privatezza