Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2334(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0063/2009

Testi mressqa :

A6-0063/2009

Dibattiti :

PV 11/03/2009 - 3
CRE 11/03/2009 - 3

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2009 - 5.23
CRE 11/03/2009 - 5.23
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0123

Testi adottati
PDF 493kWORD 176k
L-Erbgħa, 11 ta' Marzu 2009 - Strasburgu
Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku
P6_TA(2009)0123A6-0063/2009

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (2008/2334(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2009 għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa dwar It-tmexxija lejn l-irkupru tal-Ewropa (COM(2009)0114),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta" Novembru 2008 dwar Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (COM(2008)0800),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta" Ottubru 2008 bit-titolu "Minn kriżi finanzjarja għal irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni" (COM(2008)0706),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat- 28 ta' Jannar 2009 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aġġornament tal-2009 dwar il-linji gwida wiesgħin għall-politika ekonomika tal-Istati Membri u tal-Komunità u dwar l-implimentazzjoni tal-politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2009)0034),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta" Diċembru 2008 dwar Qafas Komunitarju temporanju għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali(1),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta" Diċembru 2008 dwar ir-Rapport ta" Implimentazzjoni għall-Programm ta" Liżbona tal-Komunità 2008-2010 (COM(2008)0881),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta" Diċembru 2008 dwar il-Politika ta" Koeżjoni: ninvestu fl-ekonomija reali (COM(2008)0876),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta" ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tas-16 ta" Diċembru 2008 dwar ir-Reviżjoni tas-Suq Uniku: sena wara (SEC(2008)3064),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta" Diċembru 2008 dwar id-dimensjoni esterna tal-Istrateġija ta" Liżbona għall-Iżvilupp u l-Impjiegi: Rapport dwar l-aċċess għas-suq u d-definizzjoni għal qafas favur kooperazzjoni regolatorja internazzjonali aktar effettiva (COM(2008)0874),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta" Diċembru 2008 għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta" Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (COM(2008)0867),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta" Diċembru 2007 dwar il-linji gwida integrati għat-tkabbir u għall-impjiegi (2008-2010) li jinkludu rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-linji gwida ġenerali għal-linji ta' politika ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Komunità (skont l-Artikolu 99 tat-Trattat KE) kif ukoll proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal-linji ta' politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (skont l-Artikolu 128 tat-Trattat KE) (COM(2007)0803),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta" Mejju 2008 dwar l-EMU@10: suċċessi u sfidi wara 10 snin mill-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2008)0238) (Komunikazzjoni dwar l-EMU@10),

–   wara li kkunsidra l-Pjanijiet ta' Azzjoni u l-Programmi ta" Riforma Nazzjonali aġġornati tal-Istati Membri għall-perjodu 2008-2010,

–   wara li kkunsidra l-kompożizzjoni tal-Grupp ta" Esperti ta" Livell Għoli dwar is-sorveljanza finanzjarja tal-UE, ippresedut mis-Sur Jacques de Larosière, urapport tiegħu lill-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2009 fil-prospettiva tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2009,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-11 u tat-12 ta" Diċembru 2008 f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji,

–   wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kapijiet ta" Stat u ta" Gvern tal-Eurogrupp, li saret fit-12 ta" Ottubru 2008, bil-ħsieb li jkun adottat pjan ta" salvataġġ koordinat għall-ġlieda kontra l-kriżi ekonomika,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-13 u tal-14 ta" Marzu 2008 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid tal-Istrateġija ta" Liżbona mġedda għat-Tkabbir u l-Impjiegi (2008-2010),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ecofin tas-7 ta" Ottubru 2008 fir-rigward tar-rispons immedjat għat-taqlib finanzjarju,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ecofin tal-4 ta" Novembru 2008 fir-rigward tal-inizjattivi internazzjonali bħala rispons għall-kriżi finanzjarja u l-preparamenti għas-sammit internazzjonali dwar il-kriżi,

–   wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ecofin tat-2 ta" Diċembru 2008 għall-proċedimenti tal-Kunsill Ewropew tal-11 u tat-12 ta" Diċembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Memorandum ta" Ftehim tal-1 ta" Ġunju 2008 dwar Koperazzjoni Bejn l-Awtoritajiet ta' Sorveljanza Finanzjarja, il-Banek Ċentrali u l-Ministeri għall-Finanzi tal-Unjoni Ewropea dwar l-Istabilità Finanzjarja Transkonfinali,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta" Ottubru 2008 dwar ir-riżultat tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret fi Brussell fil-15 u fis-16 ta' Ottubru 2008(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta" Frar 2008 dwar il-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi (Taqsima: linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi ta' l-Istati Membri u l-Komunità): It-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010)(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-EMU@10: L-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi għall-ġejjieni(4), (riżoluzzjoni dwar l-EMU@10),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta" Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Hedge funds u l-ekwita' privata(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta" Ottubru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar is-segwitu tal-proċess Lamfalussy: l-istruttura futura ta' sorveljanza(6),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0063/2009),

A.   billi l-ekonomija internazzjonali u s-swieq globali kellhom il-ħila jġibu tkabbir bla preċedenti u storikament uniku fl-aħħar 25 sena, b'kapaċità ta" produzzjoni li wasslet għal prosperità għal aktar persuni minn qatt qabel, kapaċità li teħtieġ riaġġustament f'perjodu ta" tnaqqis ekonomiku segwit minn domanda li qed tonqos,

B.   billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika qed tiggrava jum wara jum, li qed iġġib l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi ġirien tagħha, fin-nuqqas ta' azzjoni pubblika ferm aktar b'saħħitha u effettiva li ntweriet s'issa, dejjem eqreb lejn kriżi soċjali profonda u politika li qed tisfida s-solidarjetà Ewropea,

C.   billi l-isfidi ewlenin biex jiġi miġġieled it-tnaqqis tal-ekonomija internazzjonali u Ewropea issa huma n-nuqqas ta' kunfidenza fis-swieq finanzjarji u kapitali, kif ukoll il-qgħad li qed jiżdied,

D.   billi d-dimensjoni bla preċedenti tal-kriżi finanzjarja attwali u l-intensità tat-tnaqqis li segwa teħtieġ reviżjoni meqjusa mill-qiegħ, fil-livell tal-UE u fil-livell internazzjonali, tal-qafas regolatorju u tal-governanza tas-swieq finanzjarji, kemm biex jiġi evitat li problemi fil-futur fl-ekonomija internazzjonali joħolqu problemi tal-istess tip fis-swieq finanzjarji u kemm biex l-ekonomija tal-UE ssir aktar reżiljenti għall-bidliet,

E.   billi l-falliment ta' istituzzjonijiet finanzjarji kruċjali jdgħajjef is-swieq ta' kreditu, ixekkel il-flussi tal-kapital, l-investimenti u l-kummerċ, u jimbutta lill-prezzijiet u l-valuri 'l isfel, biex b'hekk jitnawru l-istabilità u l-assi kapitali li hemm bżonn biex l-istituzzjonijiet finanzjarji jsellfu u biex il-kumpaniji jiżgura l-finanzjament tagħhom stess,

F.   billi ntwera li l-kawżi u r-raġunijiet li wasslu għall-kriżi finanzjarja attwali kienu l-politiki monetarji laxki u żieda infurzata politikament fl-għoti tal-kreditu għad-djar, kif ukoll l-iżbilanċi makroekonomiċi prinċipalment bejn l-Istati Uniti u l-ekonomiji emerġenti bħaċ-Ċina fil-passat; jisħaq fuq il-ħtieġa ta" aktar żvilupp fil-kompetittività tal-UE u l-investimenti fl-infrastruttura u r-riċerka, kif ukoll f'kumpaniji ġodda u swieq ġodda,

G.   billi l-prijoritajiet ewlenin għal min ifassal il-politika tal-UE fl-iżgurar tal-irkupru ekonomiku għandhom ikunu li jerġa' jiġi stabbilit l-iffunzjonar tas-swieq finanzjarji u kapitali u li jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi, biex b'hekk ikun possibbli li l-ekonomija tal-UE tiġi mgħejjuna biex tirritorna għat-tkabbir, l-investimenti u impjiegi ġodda,

H.   billi r-reċessjoni attwali għandha tintuża bħala opportunità biex issir promozzjoni ta' investimenti "ħodor" u biex jinħolqu impjiegi "ħodor" bi qbil mal-ksib tal-għanijiet fit-tul ta' Liżbona-Göteborg u l-pakkett tal-klima u l-enerġija,

I.   billi l-iżgurar tal-irkupru ekonomiku jirrikjedi azzjoni kkoordinata fil-qafas tal-leġiżlazzjoni tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-kompetizzjoni u mal-għajnuna Statali, kif ukoll l-istabilità għas-swieq finanzjarji u tax-xogħol, biex b'hekk ma titgħawwiġx il-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji u ma jinħoloqx żbilanċ bejn l-Istati Membri, fl-interess tal-iżgurar tal-istabilità u l-kompetittività tal-ekonomija tal-UE,

J.   billi l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali rriżultaw f'ċirkustanzi ekonomiċi eċċezzjonali li jeħtieġu miżuri f'waqthom, immirati, temporanji u proporzjonali u deċiżjonijiet fl-interess li jinstabu soluzzjonijiet għal sitwazzjoni globali bla preċedenti fil-qasam tal-ekonomija u tal-impjiegi u billi l-intervent pubbliku, minkejja li ma jistax ikun evitat, jgħawweġ dak li huma l-irwoli xierqa tas-settur privat u dak pubbliku fi żminijiet aktar normali,

K.   billi n-nuqqasijiet tal-qafas regolatorju finanzjarju attwali diġà kienu indirizzati mill-Parlament fil-pożizzjonijiet tiegħu relatati mal-proposti leġiżlattivi u fir-riżoluzzjonijiet tiegħu,

L.   billi l-aktar data riċenti li ngħatat mill-Komunità dwar il-prospetti tal-2009 tindika deterjorazzjoni mgħaġġla tal-kundizzjonijiet ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea u billi l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri issa għandhom ir-responsabilità aħħarija biex jiggarantixxu l-istabilità makroekonomika, it-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi,

M.   billi l-kriżi finanzjarja kixfet id-dilemma bejn, minn banda, il-bżonn li tiġi affrontata l-kompetenza regolatorja għall-politika ekonomika fil-livell tal-UE, u mill-banda l-oħra, il-fatt li l-pjanijiet biex titqanqal l-ekonomija huma l-kompetenza tal-awtoritajiet tal-Istati Membri,

N.   billi l-azzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir mibdija minn Stati Membri individwali jeħtieġu koordinament tal-UE komprensiv biex jiġi garantit effett multiplikatur konġunt min-naħa waħda u biex ikunu evitati effetti kollaterali, swieq mgħawġa u rduppjar ħali tal-isforzi min-naħa l-oħra,

O.   billi l-azzjonijiet fuq perjodu ta' żmien qasir għandhom jaqblu u jappoġġjaw lill-għanijiet fuq perjodu ta" żmien twil li l-Unjoni Ewropea ssir l-aktar ekonomija tal-għarfien kompetittiva, li ma jiddgħajfux il-fiduċja u l-kunfidenza fil-futur u li tiġi żgurata l-istabilità makroekonomika,

P.   billi l-kapaċitajiet differenti tal-Istati Membri li jinvolvu ruħhom fi programmi ta" rkupru għandhom ikunu rikonoxxuti; billi approċċ imdaqqas kumplimentari tal-UE b'attenzjoni qawwija fuq taħlita ta' miżuri politiki ta" appoġġ reċiproku fl-oqsma tal-politiki ekonomiċi, ambjentali, tal-impjiegi u soċjali għandu jkun żviluppat,

Q.   billi s-sħubija fiz-zona euro ġiet pruvata li ssaħħaħ l-istabilità ekonomika fl-Istati Membri relevanti; billi, apparti minn intervent governattiv responsabbli biex jiġi miġġieled it-tnaqqis ekonomiku, f'dan it-tip ta' żmien ta' riċessjoni ekonomika, iċ-ċittadini qed jistennew rispons b'saħħtu mid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-koeżjoni soċjali u reġjonali, waqt li jiġu ppreżervati r-regoli u l-prinċipji li jiggarantixxu munita b'saħħitha u stabbli,

R.   billi hija tal-ogħla importanza li terġa" tinkiseb il-fiduċja li tippermetti li s-swieq finanzjarji jaħdmu b'mod ordnat u b'hekk jitrażżnu l-effetti negattivi tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali,

S.   billi l-Istati Membri li daħlu fl-UE reċentement u li mhumiex fiz-zona euro ġew affettwati ħażin ħafna minħabba l-ispekulazzjoni kontra l-muniti tagħhom, il-ħarba tal-kapital u l-iffriżar tas-swieq internazzjonali tal-kreditu,

Konsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jilqa" l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tniedi pjan Ewropew ta" rkupru ekonomiku (Pjan ta" Rkupru) bħala reazzjoni għat-tnaqqis ekonomiku serju li attwalment għaddej; jinnota li d-dimensjoni Komunitarja ta' dik il-proposta tammonta għal 15 % tal-baġit għall-programm ta' rkupru li għad hemm bżonn li jiġi implimentat b'mod urġenti;

2.  Jisħaq fuq il-fatt li l-ogħla prijorità tal-Pjan ta' Rkupru trid tkun it-tqanqil tal-ekonomija u tal-kompetittività tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġu salvagwardjati l-opportunitajiet u s-sigurtà taċ-ċittadini u sabiex jiġi evitat aktar qgħad; jikkunsidra li l-Pjan ta' Rkupru jrid jaqleb id-deklin ekonomiku billi jippermetti li s-swieq finanzjarji jerġgħu jibdew jiffunzjonaw kif suppost, jiffaċilita l-investimenti u jtejjeb l-opportunitajiet għat-tkabbir u l-impjiegi waqt li jsaħħaħ l-ekonomija tal-UE u s-suq tax-xogħol u jtejjeb il-kundizzjonijiet ta' qafas għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi;

3.  3 Jistenna mill-Kummissjoni gwida ċara u qawwija lejn approċċ ikkoordinat imtejjeb fost l-Istati Membri kollha fil-ġestjoni ta' din il-kriżi ekonomika profonda sabiex jitħarsu kemm jista' jkun possibbli x-xogħlijiet u l-impjiegi fl-Ewropa;

4.  Jinsisti li kull għajnuna finanzjarja għandha tkun f'waqtha, immirata, u temporanja; iwissi dwar il-possibilità ta' effetti ta" żieda fl-interessi minħabba self mill-gvern (crowding out effect) u d-dissoluzzjoni tal-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni; iħeġġeġ biex, malli jkun prattikabbli, nerġgħu lura għas-swieq ġusti u kompetittivi kif definiti fit-Trattat; jinnota bi tħassib iż-żieda mġħaġġla tad-dejn pubbliku u d-defisits tal-baġit; barra minn hekk, jitlob li jkun hemm ritorn għal finanzji statali sodi mill-iktar fis kif previst fil-Patt għall-Istabbiltà u t-Tkabbir rivedut, biex jiġi evitat piż żejjed fuq il-ġenerazzjonijiet futuri;

5.  Jenfasizza li l-eċċezzjonijiet u d-devjazzjonijiet temporanji mill-politika Ewropea tal-kompetizzjoni għandhom jitneħħew, u għandu jerġa' jkun hemm normalità, f'perspettivi ta' żmien definiti b'mod ċar;

6.  Jenfasizza li l-Pjan ta' Rkupru jrid jaqdi l-iskop li jipprovdi ftehim internazzjonali ġust u ekwitabbli biex tkun is-suċċessur tal-Protokoll ta' Kjoto fl-2012 u li ftegima ta' dan it-tip, inter alia, trid tagħti l-opportunità li pajjiżi ifqar jaħarbu mill-faqar mingħajr ma jalimentaw it-tisħin globali billi tgħinnhom jiffinanzjaw investimenti massivi fl-adattament għall-bidla fil-klima u lejn enerġija li tiġġedded u effiċjenza fl-enerġija;

7.  Jinnota bi tħassib iż-żieda rapida tad-dejn pubbliku u d-defisits tal-baġit; jinsab imħasseb dwar il-fatt li d-dejn pubbliku jista" jsir piż eċċessiv għall-ġenerazzjonijiet futuri;

8.  Waqt li jaċċetta li l-bżonn li jkun hemm aġġustament għal ambjent globalment kompetittiv u li l-Unjoni Ewropea terġa' tibda tikber huma objettivi komuni importanti ħafna, jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tintensifika l-isforzi tagħhom biex tinvesti fil-kapaċitajiet, fit-taħriġ u fil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, fis-salvagwarda tal-impjiegi u fit-twaqqif ta' qgħad massiv waqt li tiżgura politiki fiskali kostruttivi, li għandhom jgħinu biex jiġu stabbiliti d-daqs u l-komponenti tal-Pjan ta' Rkupru; jistenna ftehim fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2009 fuq linji gwida ċari u miżuri konkreti lejn is-salvagwardja tal-impjiegi u l-ħolqien ta' opportuntajiet ta' xogħol;

9.  Jirrakkomanda, bħala rekwiżit essenzjali għall-effettività, li l-koordinament tal-pjanijiet ta" rkupru nazzjonali jippermetti li kull programm jitfassal skont il-ħtiġijiet speċifiċi ta" kull pajjiż, għalkemm b'mod li jikkunsidra l-interess komuni, l-istrateġiji komuni definiti f'termini tal-ġlieda kontra l-bida fil-klima u l-assigurazzjoni tal-aqwa effett multiplikatur, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-impjiegi;

10.  Jirrakkomanda inizjattivi orizzontali ġodda fil-livell tal-UE, peress li kapaċitajiet nazzjonali differenti u marġni ta" manuvra baġitarja jistgħu jiġġeneraw riżultati assimetriċi ħafna tul l-Unjoni Ewropea; madankollu, ifakkar fir-responsabbiltà ta" kull Stat Membru li jeżerċita dixxiplina fiskali, investimenti u riformi strutturali;

11.  Jagħti parir qawwi kontra r-riskju li s-soluzzjonijiet implimentati jsiru s-somma tal-politiki nazzjonali kollha, b'konflitti u spejjeż potenzjali, b'mod li jiddgħajfu s-suq uniku, l-unjoni ekonomika u monetarja u l-irwol tal-Unjoni Ewropea bħala attur globali;

12.  Jappoġġja l-impenn tal-Kummissjoni għall-Patt għall-Istabbiltà u t-Tkabbir rivedut, u jinnota r-rieda tagħha li tuża l-flessibilità bħala mod biex tmexxi politiki antiċikliki biex tiġi indirizzata r-riċessjoni ekonomika mbassra mill-patt sabiex l-Istati Membri jitħallew jirrispondu b'mod xieraq għall-kriżi ekonomika, speċfikament biex jevalwaw jekk id-deċiżjonijiet ta' investiment fuq perjodu ta' żmien qasir humiex kumpatibbli mal-objettivi baġitarji fuq perjodu ta' żmien medju u jekk jistgħux iwasslu għat-tkabbir sostenibbli u l-objettivi tal-Istrateġija ta' Liżbona fuq perjodu ta' żmien twil;

13.  Jenfasizza li huwa importanti ferm li l-Istati Membri jkompju jsegwu l-Patt għall-Istabilità u t-Tkabbir rivedut, bil-ħsieb li, minn naħa, jiġu affrontati b'mod effettiv iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali attwali u, min-naħa l-oħra, jiġi garantit impenn sod biex id-dixxiplina baġitarja terġa' lura fit-triq it-tajba malli l-ekonomija tirkupra, filwaqt li tissaħħaħ il-kontraċikliċità tal-Patt għall-Istabbiltà u t-Tkabbir rivedut;

Swieq finanzjarji: minn kontroll tal-kriżi għal swieq sodi fil-futur
Ritorn għall-fiduċja fis-settur finanzjarju

14.  Jilqa" l-miżuri fuq perjodu ta" żmien qasir adottati biex terġa' tingħata l-fiduċja fis-sistema finanzjarja; ifakkar li dawn il-miżuri ta" emerġenza m'humiex biżżejjed biex jindirizzaw uħud mill-problemi fundamentali fis-sors tal-kriżi, speċifikament l-iżbilanċi globali, it-teħid ta" riskji estremi, l-leveraging u l-ippremjar tal-ippjanar mhux fit-tul; ifakkar fil-bżonn li l-iskemi ta' remunerazzjoni jiġu riveduti bħala għejjun possibbli ta' instabilità finanzjarja;

15.  Jitlob li jkun hemm azzjoni kkoordinata bejn l-Istati Membri li tippermetti garanziji bankarji nazzjonali ġenerali u espliċiti li jkopru r-responsabilitajiet, imma li jeskludu l-kapital azzjonarju, biex titnaqqas l-inċertezza fis-swieq tal-kreditu u jiġi faċilitat il-funzjonament tagħhom;

16.  Jistieden lill-Istati Membri, u b'mod partikolari lil dawk li huma parti miz-zona tal-Euro, biex jeżaminaw il-possibilità ta' self kbir Ewropew, garantit b'mod konġunt mill-Istati Membri;

17.  Itenni li s-salvagwardjar tat-tfaddil ta" individwi u kumpaniji, inklużi intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u tal-provvista ta" kreditu għalihom huwa l-ġustifikazzjoni ewlenija għall-intervent pubbliku eċċezzjonali attwali fis-sistema finanzjarja; ifakkar lill-gvernijiet tal-Istati Membri bir-responsabilità għall-użu ta" fondi pubbliċi fil-pjanijiet ta" rkupru u l-fatt li jridu jagħtu rendikont lill-parlamenti tagħhom dwar dan l-użu u jirrakkomanda bil-qawwi li sensiela ta" miżuri ta' sorveljanza xierqa u, jekk ikun hemm bżonn, sanzjonijiet ikunu introdotti u kkoordinati fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat li jinkisbu l-objettivi ta' dan it-tip;

18.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li t-tnaqqis fuq ir-rati ta' mgħax ċentrali jgħaddi fuq min jissellef;

19.  Ifakkar fil-ħtieġa li r-regolaturi u l-awtoritajiet relevanti tal-Istati Membri jiskrutinaw fil-fond l-attivitajiet tal-banek u l-bankiera tul l-aħħar xhur, u li jistabbilixxu ukoll jekk setgħax kien hemm imġiba li għandha tiġi mmaqdra u saħansitra imġiba kriminali li kkontribwiet għall-kollass bankarju u biex jiżguraw li l-intervent pubbliku u d-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rati tal-imgħax, kienu kapaċi jreġġgħu lura t-trażżin tal-kreditu;

20.  Jikkunsidra li sorveljanza stretta tal-pakketti ta" miżuri ta' salvataġġ għall-istituzzjonijiet finanzjarji trid tkun implimentata biex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd, inklużi: il-livell ta" solvenza, il-benefiċċji mistennija, il-likwidità fis-suq interbankarju, l-evoluzzjoni tar-riżorsi umani u l-fiduċja tal-klijenti, kemm jekk huma klijenti privati u kemm jekk huma imprendituri;

21.  Jikkunsidra li l-kundizzjonalità għandha tintrabat mal-pjanijiet ta' salvataġġ tas-settur bankarju f'dak li għandu x'jaqsam ma' inċentivi monetarji, provvista ta' kreditu, kundizzjonijiet ta' self, ristrutturar tas-settur u protezzjoni tat-termini tal-politika soċjali;

22.  Jemmen li għandu jitħeġġeġ l-iżvilupp tal-mikrokreditu, li huwa rikonoxxut bħala għodda effiċjenti li tħalli effett multiplikatur qawwi, speċjalment billi dan isir rekwiżit għall-banek kummerċjali li jkunu bbenefikaw minn appoġġ pubbliku;

23.  Jinsisti li għandha tingħata kunsiderazzjoni ewlenija għall-irkupru ta' livelli normali ta" estensjoni tal-kreditu mill-banek meta jkunu qed jikkunsidraw xi ambjent regolatorju ġdid, speċjalment fl-interess tal-qawmien mill-ġdid tal-proċess ta" titolizzazzjoni bħala element essenzjali għall-irkupru tal-iffinanzjar ta' xiri ta' djar, karozzi u karti ta' kreditu;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproduċi analiżi ċara tal-impatt tal-pakkett ta" salvataġġ fuq il-kompetittività tas-settur finanzjarju u fuq l-iffunzjonar is-suq interbankarju; jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi gruppi interdixxiplinarji, li jinkludu esperti tad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni, l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, u s-Suq Intern u s-Servizzi, it-tliet kumitati ta' superviżjoni tal-Livell 3, u tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali, biex jiġbru flimkien l-għerf u l-għarfien espert u jiżguraw li fl-Istati Membri kollha jittieħdu deċiżjonijiet imparzjali ta" kwalità għolja u f'waqthom;

Strutturi regolatorji u superviżorji aktar effettivi

25.  Jikkunsidra li għalkemm il-Bank Ċentrali Ewropew m'għandu l-ebda mandat superviżorju uffiċjali, hemm il-bżonn li jissaħħaħ l-irwol tiegħu f'dak li jirrigward l-immonitorjar tal-istabilità finanzjarja fiż-żona euro, speċifikament f'dak li għandu x'jaqsam mas-sorveljanza tas-settur bankarju tal-UE kollha; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun involut f'sorveljanza makroprudenzjali mifruxa mal-UE tal-istituzzjonijiet finanzjarji sistematikament importanti fuq il-bażi tal-Artikolu 105(6) tat-Trattat;

26.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta" strumenti u politiki ċari tal-UE li permezz tagħhom jistgħu jiġu indirizzati, bir-reqqa u b'mod f'waqtu, l-impatti assimetriċi tal-kriżi finanzjarja fost l-Istati Membri ġewwa u barra ż-żona euro;

27.  Itenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni tanalizza l-effetti tal-imġiba tal-banek li ċaqilqu l-assi tagħhom mill-Istati li aderew reċentement wara l-adozzjoni ta" pjanijiet ta" salvataġġ mill-Istati Membri l-oħra u biex teżamina b'attenzjoni l-azzjoni spekulattiva (short-selling) f'dak li għandu x'jaqsam mal-muniti tal-Istati li aderew reċentement; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkomunika r-riżultati ta" dawk l-analiżi lill-Grupp de Larosière u lill-kumitat responsabbli tal-Parlament;

28.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex b'mod urġenti jaffrontaw il-problema tal-garanziji bankarji, sabiex jiġi żgurat li skemi mfassla b'mod simili jwaqqfu lill-banek madwar l-UE milli jfallu, u b'hekk jippermettu l-qawmien mill-ġdid tas-self interbankarju, qawmien li huwa kundizzjoni meħtieġa għat-tmiem tal-kriżi bankarja u li jippermetti li jingħata kreditu ġdid lill-ekonomija reali, li jiżdied l-investiment u l-konsum u b'hekk tinstab it-triq "il barra mill-kriżi ekonomika;

29.  Iħeġġeġ bil-qawwi lill-Grupp de Larosière biex jadotta r-rakkomandazzjonijiet imressqa fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament, li għandhom x'jaqsmu mas-sorveljanza tas-suq finanzjarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tadotta l-kontributi tiegħu biex tinħoloq struttura stabbli u effiċjenti ta' regolament u sorveljanza, li tista" tipprevjeni jew trażżan l-impatti negattivi ta" kriżijiet fil-futur; jistieden lill-Kunsill biex jikkunsidra kif jixraq il-pożizzjoni li jista" jesprimi l-Parlament dwar dawk il-konklużjonijiet qabel ma japprovahom;

30.  Jirrikonoxxi r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp de Larosière u jisħaq li ħafna minnhom ġew mitluba mill-Parlament fis-snin riċenti; jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tuża s-setgħa tagħha ta' inizjattiva u tieħu azzjoni biex tindirizza l-aktar problemi urġenti fir-rigward tal-kriżi finanzjarja, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tibda l-proċess kemm jista 'jkun malajr; jistieden lill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2009 biex jagħti impetu politiku qawwi u biex jistabbilixxi pjan direzzjonali għall-inizjattivi kollha legali sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni f'waqtha tagħhom flimkien mal-Parlament;

31.  Jafferma mill-ġdid li aktar trasparenza u mmaniġġjar tar-riskju aħjar kif ukoll sorveljanza kkoordinata jipprovdu l-biċċa l-kbira mis-soluzzjonijiet għal prevenzjoni ta' kriżijiet ulterjuri u li r-riforma regolatorja trid tkun tinkludi kollox, u tapplika għall-atturi u t-tranżazzjonijiet kollha fis-swieq finanzjarji; jindika l-fatt li n-natura globali tas-swieq finanzjarji tirrikjedi koordinazzjoni internazzjonali tar-riformi; jenfasizza li l-inizjattivi regolatorji jridu jkunu mmirati lejn il-ħolqien tat-transparenza, is-sostenibilità, l-istabilità u r-responsabilità tal-atturi finanzjarji fis-suq; ifakkar lill-Kummissjoni fl-obbligu tagħha biex tirrispondi għat-talbiet tal-Parlament dwar hedge funds u ekwità privata;

32.  Jikkunsidra li l-aġenziji għall-klassifikazzjoni tal-kreditu (credit rating) għandhom jipprovdu l-informazzjoni fejn hemm nuqqas u jiżvelaw l-inċertezzi, kif ukoll il-kunflitti ta" interess; jinsisti fuq il-ħtieġa li ssir reviżjoni u li jkun hemm titjib fil-politiki tal-kontabilità sabiex jiġu evitati l-effetti proċikliċi;

33.  Jipproponi li jiġi evalwat b'attenzjoni jekk, minħabba l-passi li jittieħdu fil-futur lejn ir-regolament sod tas-settur finanzjarju, speċifikament is-sorveljanza makroprudenzjali tal-qafas regolatorju, l-irkupru ekonomiku u l-innovazzjoni fil-qasam tal-prodotti finanzjarji humiex se jsiru diffiċli jew impossibbli, u s-swieq finanzjarji tal-UE humiex se jsiru anqas attraenti, b'diverżjoni tal-flussi finanzjarji u tal-intrapriżi lejn swieq terzi; ifakkar fl-aħjar interess tagħha li tibqa' s-suq finanzjarju ewlieni fid-dinja;

L-ekonomija reali: il-kriżi bħala opportunità biex jinkiseb tkabbir sostenibbli
Salvagwardja tal-impjiegi u spinta lid-domanda

34.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw r-riżorsi kollha disponibbli għalihom biex jappoġġjaw lill-intrapriżi tal-UE, b'mod partikulari lill-SMEs, biex jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi u jsaħħu l-fiduċja tal-investituri, ta' min iħaddem, tal-ħaddiema u tal-konsumatur tal-UE;

35.  Jirrakkomanda b'mod qawwi li l-aċċess għal kreditu suffiċjenti, għall-but ta' kulħadd u sikur b'mod raġonevoli jiġi garantit urġentement fl-Unjoni Ewropea kollha għall-intrapriżi ta' daws żgħir u medju, għaċ-ċittadini u għal dawk is-setturi fejn hemm il-periklu li minħabba l-kriżi mhux se jkollhom futur sostenibbli, b'mod partikulari minħabba n-nuqqas ta" kreditu; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura skambji tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward;

36.  Jinsisti li, fis-sitwazzjoni attwali fejn l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju qed jaffrontaw problemi kbar ta" likwidità u ta" aċċess ristrett għall-kreditu, l-awtoritajiet pubbliċi u l-klijenti privati għandhom jirrispettaw perjodu massimu ta" 30 jum għall-ħlasijiet lil intrapriżi ta' daqs żgħir u medju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu din il-kwistjoni f'idejha meta tkun qed tirrevedi d-Direttiva dwar Ħlasijiet Tard(7);

37.  Jitlob li jkun hemm infurzar sħiħ u implimentazzjoni aċċelerata, kemm fil-livell tal-UE u kemm fil-livell nazzjonali, tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" - "Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa (COM(2008)0394);

38.  Jitlob li titnieda b'mod effettiv inizjattiva komprensiva Ewropea għall-impjiegi, billi jiġi żgurat li intrapriża tkun tista' titwaqqaf bla ħlas fi żmien tlitt ijiem fi kwalunkwe post fl-Unjoni Ewropea, u li l-formalitajiet biex jiġu impjegati l-ewwel ħaddiema jkunu jistgħu jsiru minn punt ta' aċċess wieħed minn naħa, u min-naħa l-oħra, billi jissaħħu l-iskemi ta' attivazzjoni, b'mod partikulari għal dawk bi ftit kapaċitajiet, permezz ta' pariri personalizzati, taħriġ jew taħriġ mill-ġdid intensivi, u titjib fil-kapaċitajiet tal-ħaddiema, l-apprentistati, l-impjieg issussidjat u għotjiet biex dawk li jaħdmu għal rashom u n-negozji jkunu jistgħu jibdew joperaw; barra minn hekk, jappoġġja l-allokazzjoni tal-pagamenti tal-Fond Soċjali Ewropew mill-Kummissjoni għall-promozzjoni tal-iżvilupp u t-tqabbil tal-kapaċitajiet;

39.  Jirrakkomanda b'mod qawwi li l-inizjattiva Ewropea dwar l-impjiegi tkun tinkludi intervent bikri fil-waqt meta fil-fatt jintilfu l-impjiegi, jekk xejn sabiex jitnaqqas ir-riskju li n-nies jiġu esklużi mis-suq tax-xogħol; jikkunsidra li interventi ta' dan it-tip se jirrikjedu investiment sinifikanti fit-taħriġ, inkluża żieda f'dawk li jagħtu t-taħriġ, waqt li tingħata attenzjoni għall-mod kif il-programmi ta' taħriġ u ta' rijintegrazzjoni fil-qasam tax-xogħol jistgħu jiġu kkoordinati aħjar, u m'għandhomx jintużaw biss miżuri fuq perjodu ta' żmien qasir iżda wkoll għandu jsir kull sforz biex kwalifiki ta' livell għoli jsiru possibbli sabiex jiżdiedu l-livelli ta' kwalifiki globali fl-UE u biex jingħata rispons għall-bżonnijiet li qed jinbidlu tal-ekonomija attwali;

40.  Jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni u jistieden lill-Istati Membri biex jadattaw dispożizzjonijiet ġodda tar-regolamenti tal-Fond Soċjali Ewropew, tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, inklużi s-simplifikazzjoni tal-proċeduri u t-twessigħ tal-ispejjeż eliġibbli biex jinqdew b'mod aktar effiċjenti l-għanijiet tal-impjiegi u tal-inklużjoni soċjali, waqt li jitkompla l-appoġġ għall-impjiegi f'setturi fundamentali tal-ekonomija u jiġi żgurat li, meta tkun qed tingħata assistenza ta' dan it-tip, it-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u territorjali tibqa' prijorità sabiex jiġi evitat żvilupp assimetriku fl-Unjoni Ewropea; jittama li jitħaffef ir-rilaxx tal-fondi mmirati lejn l-appoġġ għall-impjiegi u li l-programmi Ewropej ta' appoġġ jiġu orjentati biex jgħinu lill-iktar gruppi vulnerabbli fis-soċjetà, inklużi programmi li jiggarantixxu kundizzjonijiet tal-għajxien deċenti u aċċess għal servizzi pubbliċi ta' kwalità ogħlja ta' interess ġenerali;

41.  Jistieden lill-Istati Membri biex jinvestu fl-ekonomija soċjali, li tista' tikkontribwixxi għat-tkabbir peress li għandha potenzjali konsiderevoli fil-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja u fit-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u territorjali;

42.  Jenfasizza l-importanza li jiġu implimentati l-prinċipji komuni tal-flessigurtà filwaqt li tkun garantita protezzjoni soċjali xierqa għal kulħadd, b'mod partikulari sistemi ta' sigurtà soċjali li jipprovdu portezzjoni xierqa waqt li jiġu rispettati t-tradizzjonijiet nazzjonali;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tkompli timmonitorja b'mod regolari l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol tal-UE u l-impatt tal-kriżi fuq dak is-suq, u biex tieħu l-miżuri xierqa biex tpoġġi l-ekonomiji tal-Unjoni Ewropea fit-triq lejn l-iżvilupp sostenibbli;

44.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu garantiti standards ta" għajxien xierqa għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u jitlob li jittieħdu miżuri ta" emerġenza xierqa; jitlob li l-politiki soċjali jiġu adattati biex ilaħħqu mar-reċessjoni, b'mod li jiġu appoġġjati suq tax-xogħol attiv u politiki soċjali inklussivi waqt li tingħata attenzjoni speċjali għall-aktar membri vulnerabbli tas-soċjetà;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti tevalwa r-riskji ta" reċessjoni li jaffettwaw lis-setturi industrijali fl-Ewropa kollha sabiex jekk ikun hemm bżonn tintervjeni b'mod attiv fil-livell tal-UE; madankollu, jinsisti li jista" jkun li wħud mill-problemi tal-industriji tal-UE mhumiex kkawżati biss minħabba l-kriżi finanzjarja; għalhekk, huwa tal-opinjoni li l-miżuri ta' għajnuna Statali għandhom jiġu mmirati b'attenzjoni biex ma jmorrux aktar lil hinn milli jwittu l-effetti tal-kriżi finanzjarja, u magħhom għandu jkun hemm l-aktar kundizzjonijiet stretti ta" ristrutturar, investiment fl-innovazzjoni u sostenibbiltà;

46.  Iwissi kontra l-fatt li r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE qed jiġu llaxkati b'mod mhux xieraq, billi dan jista" jdgħajjef lis-suq intern; jinsab imħasseb dwar ir-rispons fil-livell nazzjonali għall-kriżi ekonomika li jista" jwassal għal protezzjoniżmu u tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, li, fuq perjodu ta" żmien twil, jistgħu jfixklu serjament il-prosperità ekonomika taċ-ċittadini tal-Unjoni;

47.  Jitlob evalwazzjoni tal-miżuri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali ta" rkupru fir-rigward tal-impatt immedjat tagħhom fuq il-kapaċità għall-infiq;

48.  Jistieden lill-Kunsill biex japprova l-proposta li jagħti lill-Istati Membri kollha l-għażla li japplikaw rata tal-VAT aktar baxxa għal prodotti u servizzi li huma effiċjenti fl-użu tal- enerġija, servizzi intensivi fix-xogħol u dawk ipprovduti lokalment, meta wieħed iqis l-effett potenzjali tagħhom fuq l-impjiegi u fuq it-tqanqil tad-domanda;

49.  Jenfasizza l-valur miżjud tal-Programm tan-Netwerks tat-Trasport Trans-Ewropej (TEN-T) għall-kisba tal-Istrateġija ta' Liżbona, tal-objettivi tal-Unjoni Ewropea relatati mal-bidla fil-klima u għal koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali ikbar, filwaqt li jiġi pprovdut appoġġ f'waqtu sabiex tiġi sostnuta d-domanda komplessiva fl-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-importanza tat-30 proġett prijoritarju TEN-T - partikolarment dawk tal-kurituri transkonfinali - għall-ixprunar mill-ġdid tal-ekonomija u biex tkun tista' tiżdied it-talba għal komodalità mtejba u li tagħmel inqas ħsara lil-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw metodi ġodda ta' finanzjament għall-infrastruttura tat-trasport u biex iżidu b'mod sostanzjali l-baġit għall-proġetti TEN-T fil-perspettivi finanzjarji futuri u fil-Pjan ta' Rkupru;

50.  Jitlob lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-possibbiltà li jnaqqsu t-taxxa fuq il-ħaddiema li jaqilgħu l-inqas biex tiżdied il-kapaċità għall-infiq u titqanqal id-domanda għall-prodotti li jinbiegħu bl-imnut;

Aktar koeżjoni u inqas diverġenza ekonomika

51.  Jisħaq fuq l-importanza tal-objettivi ta' koeżjoni territorjali fil-qafas tal-arranġamenti ta" stimolu proposti, meta wieħed jikkunsidra l-impatt assimetriku ċar tal-kriżi fit-territorju Ewropew kollu;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza b'mod xieraq, partikolarment fid-dawl tal-kriżi attwali, l-impatt ta" politiki orizzontali fuq prestazzjonijiet reġjonali diverġenti fiz-zona euro, kif indikat fil-Komunikazzjoni tagħha dwar EMU@10;

53.  Jitlob li jiġu żviluppati l-mekkaniżmi xierqa biex jiġi garantit li l-konverġenza aċċellerata tar-reġjuni inqas dinamiċi tiġi strutturata fuq objettivi strateġiċi bħal ekonomija li tagħmel inqas ħsara għall-ambjent u parteċipazzjoni xierqa fl-Istrateġija ta' Liżbona billi jkunu appoġġjati l-innovazzjoni, l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju u l-inizjattivi ta' livell mikro;

54.  Jilqa" l-proposti kollha tal-Kummissjoni li jissimplifikaw u jaċċelleraw l-aċċess għall-istrumenti ta" koeżjoni disponibbli u jħaffu l-implimentazzjoni tal-proġetti, speċjalment billi tingħata parti sew mill-fondi fil-bidu tal-perjodu ta' ffinanzjar (front-loading), billi tingħata żieda temporanja fir-rati ta" appoġġ komunitarju, billi tittejjeb l-assistenza teknika u billi jitħaffew il-proċeduri ta" pagament;

Riformi strutturali u investimenti intelliġenti u sostenibbli

55.  Jitlob li l-istrumenti u l-politiki ta" rkupru jiġu rfinati kemm fil-livell tal-Unjoni Ewropea u kemm fil-livell tal-Istati Membri, b'mod li tista" tingħata spinta lid-domanda u l-fiduċja fl-Unjoni Ewropea kollha, bi qbil ma" sett komuni ta" prijoritajiet fi ħdan l-Istrateġija ta" Liżbona, bħal: l-investiment fl-edukazzjoni, l-infrastruttura, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-ħiliet u t-tagħlim għal tul il-ħajja, l-effiċjenza fl-enerġija u t-teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara għall-ambjent, in-networks tal-broadband, it-trasport urban, l-industriji u s-servizzi kreattivi, is-servizzi tas-saħħa, u s-servizzi għal tfal u anzjani;

56.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu antiċipati mill-2010 għall-2009 EUR 500 miljun f'investimenti fl-infrastruttura tat-trasport; jenfasizza madankollu l-bżonn li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jinkludu t-trasport urban u l-proġetti prijoritarji TEN-T fost dawk għall-fond addizzjonali ta' EUR 5 biljuni, li għandu jitqassam skont il-Pjan ta' Rkupru; iqis li dawk il-proġetti TEN-T li jinsabu fi stadju avvanzat ta' implimentazzjoni għandhom b'mod partikolari jibbenefikaw minn disponibilità ikbar ta' approprjazzjonijiet;

57.  Jenfasizza li fiċ-ċirkustanzi ferm diffiċli ta" bħalissa, hemm bżonn tal-aċċess għall-fondi tal-EU għal dawk l-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea reċentement u li għadhom mhumiex membri taż-żona euro; dawk il-fondi jkunu l-istimolu baġitarju meħtieġ għal dawk il-pajjiżi li m'għandhom il-marġini fejn jimmanuvraw li għandhom l-Istati Membri fiż-żona euro, jew li għandhom wisq defisits baġitarji jew fil-kontijiet kurrenti;

58.  Jenfasizza li l-kriżi għandha konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi għall-aħħar f'ħafna mill-Istati Membri, li jistgħu jwasslu għal riskju sostanzjali ta' tnaqqis fit-tkabbir u fl-istabilità u ta' żieda fil-faqar; barra minn hekk, jistenna li jkun hemm riperkussjonijiet li jaffettwaw l-euro u l-ekonomiji fiz-zona tal-euro; għalhekk, jitlob li jkun hemm strateġija koordinata fil-Komunità kollha għall-iskopijiet ta' solidarjetà Komunitarja u, f'dan ir-rigward, biex ir-responsabilità tinqasam fuq kulħadd; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi u tissikka l-istrumenti kollha għall-istabbilizzazzjoni tal-Istati Membri li ġew affettwati, inkluża l-istabbilizzazzjoni tar-rati tal-kambju sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati malajr u b'mod effikaċi d-dispożizzjonijiet ta' sikurezza u l-pakketti ta' rispons;

59.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-miżuri possibbli għat-titjib tas-sigurtà tal-enerġija permezz tal-iżvilupp aċċelerat ta" network intern għat-trażmissjoni tal-gass fl-Unjoni Ewropea li jiżgura s-sigurtà tal-provvista;

60.  Jemmen li politika ta" investiment pubbliku li tkun b'saħħitha, li jkollha l-għan li toħloq "ekonomija b'livell baxx ta" emissjonijiet tal-karbonju", hija ta" importanza assoluta biex tiġi affrontata r-reċessjoni ekonomika;

61.  F'dan ir-rigward, jistieden lill-Istati Membri biex iwettqu riformi fis-sistemi fiskali tagħhom biex jiġi żgurat li ċerti setturi bħall-agrikoltura, it-trasport u l-enerġija, li l-aktar li jħallu effetti fuq l-ambjent, irendu b'mod sostenibbli;

62.  Jappoġġja b'mod qawwi t-tnedija ta" sett ta" politiki urbani li jikkombinaw l-effiċjenza fl-enerġija fit-trasport u fil-bini fliemkien mal-ħolqien tax-xogħlijiet;

63.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm sforz kkoordinat bla preċedenti biex isiru investimenti kbar fl-oqsma tal-enerġija, tal-ambjent u tal-infrastruttura sabiex ikun appoġġjat l-iżvilupp sostenibbli, jingħata kontribut għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja u tkun żgurata l-koeżjoni soċjali; jikkunsidra, għalhekk, li hemm ċans akbar li l-poplu jaċċetta l-isforzi rikjesti minnu jekk, minn naħa, il-perċezzjoni ta' dawn l-isforzi hi li huma ġusti u, min-naħa l-oħra, li jiggarantixxu l-impjiegi u l-integrazzjoni soċjali;

64.  Jitlob inizjattivi tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, u aċċess għal kapital ta" riskju, kreditu u faċilitajiet ta" mikrokreditu biex tingħata spinta lit-tkabbir u konverġenza fl-Unjoni Ewropea kollha;

65.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqas il-piż burokratiku fuq il-proġetti ta" investiment kofinanzjati minn kumpaniji privati; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex iħaffu u jiffaċilitaw l-investimenti;

66.  Jinsisti li, meta jiġu affrontati l-problemi gravi li jirriżultaw mill-kriżi ekonomika, m'għandniex nabbandunaw l-istrateġija fuq perjodu ta' żmien twil u l-possibilità li jinkisbu xi objettivi li ilhom pendenti, b'mod speċjali:

   - l-intensifikazzjoni tal-eliminazzjoni tax-xkiel għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, kif previst fid-Direttiva dwar is-Servizzi(8), li l-implimentazzjoni tagħha ġiet posposta minħabba l-potenzjal enormi ta' ħolqien ta' impjiegi fis-settur tas-servizzi;
   - it-tisħiħ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali(9);
   - it-tlestija tas-suq intern għall-enerġija;
   - it-tisħiħ b'mod urġeni tal-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, inkluż billi ikun meħtieġ investiment sostanzjali fir-riċerka u l-iżvilupp u fl-innovazzjoni bħala kundizzjoni minn qabel għal kwalunkwe appoġġ għall-industrija, minħabba li l-objettiv ta' Liżbona - pjuttost modest - ta' 3% tal-GDP s'issa ma ntlaħaqx, prinċipalment minħabba li s-settur privat ma rnexxilux jilħaq il-parti tiegħu ta' 2%, u minħabba li, minkejja l-għan iddikkjarat li ssir l-iktar ekonomija ta' għarfien dinamika fid-dinja, id-differenza fl-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u reġjuni oħra qed tikber;
   - il-finalizzazzjoni b'mod urġenti tas-sistema tal-privattivi tal-UE;
   - it-tneħħija ta" kull ostaklu li jkun fadal għall-moviment liberu tal-ħaddiema;
   - it-tlestija tan-netwerks ta' prijorità TEN-T;

Strumenti ekonomiċi Ewropej: azzjoni konġunta tal-Unjoni Ewropea
Koordinazzjoni ekonomika

67.  Jitlob koerenza mtejba bejn il-pjan ta" rkupru preżenti fil-livell tal-Istati Membri, l-objettivi u l-prijoritajiet ta" Liżbona, il-linjigwida ta" politika integrati u l-Programmi ta" Riforma Nazzjonali, kif ukoll l-użu tal-faċilitajiet ta" flessibilità mogħtija mill-Patt għall-Istabilità u t-Tkabbir rivedut;

68.  Jinnota li, bħala ċentru tad-dilemma fil-kriżi attwali, l-istrumenti ta' politika ekonomika Ewropea għad mhumiex żviluppati biżżejjed biex jilqgħu b'suċċess għall-isfidi li ġejjin; għalhekk, jeħtieġ li jsiru reviżjoni u aġġornament tal-għodod ta' politika essenzjali li jwasslu għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2010, b'mod partikulari l-linji gwida tal-politika integrata;

69.  Jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar il-Programmi Nazzjonali ta" Riforma fid-dawl tat-tbassir ta' tkabbir tagħha;

70.  Jitlob li jkunu żviluppati kriterji u standards dettaljati u xierqa għal immonitorjar mill-qrib u analiżi mill-ġdid regolari tal-effettività tal-pjanijiet ta" rkupru mill-Kummissjoni, speċjalment fir-rigward tar-realtà tal-investimenti mħabbra, bil-ħsieb għadu mhux possibbli li jiġu evalwati kompletament l-estent tal-kriżi u r-rimedji rikjesti;

71.  Jistieden lill-partijiet relevanti kollha - lill-Parlament, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali - biex jaħdmu flimkien fuq il-bażi tas-suġġerimenti li ġejjin matul il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa f'Marzu 2009:

   - l-iżvilupp ta" tisħiħ reċiproku tal-istabilità u ta' politiki makroekonomiċi orjentati lejn it-tkabbir billi l-politika dwar l-istabilità u l-investiment issir kwistjoni komuni u ta" appoġġ reċiproku;
   - it-twaqqif ta" qafas li jorbot għall-Istati Membri li fi ħdanu jkunu jistgħu jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet ewlenin dwar il-politika ekonomika, b'mod li jkun ibbażat fuq fehim komuni ta' problemi, prijoritajiet u l-miżuri ta" rimedju li huma meħtieġa u xierqa;
   - l-adozzjoni ta" pjanijiet ta" rkupru nazzjonali ambizzjużi u mfassla speċifikament, programmi ta' stabilità u ta' konverġenza aġġornati u reviżjoni tal-baġits nazzjonali bħala reazzjoni għall-aħħar tbassir ekonomiku, kif ukoll impenn għall-implimentazzjoni urġenti tagħhom;
   - il-formulazzjoni ta" strateġija koerenti tal-UE ta" miżuri fuq perjodu ta" żmien kemm qasir u kemm twil, ibbażati fuq prijoritajiet u objettivi komuni;
   - it-tisħiħ tal-governanza ekonomika taż-żona euro bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet stipulati fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-18 ta' Novembru 2008 dwar EMU@10;

72.  Jitlob li jkun hemm eżami urġenti min-naħa tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tal-Bank Ewropew tal-Investiment tal-benefiċċji li joħorġu mill-fattibilità ta' fond ta' dejn Ewropew sovran, li l-ispiża ta' manutenzjoni tad-djun tiegħu tkun inqas mit-total ekwivalenti tad-djun nazzjonali;

Bank Ewropew għall-Investiment

73.  Jikkunsidra li l-involviment tal-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) huwa kruċjali u li sehem kbir tas-self imsemmi fil-Pjan ta" Rkupru huwa fi ħdan il-kompetenza tiegħu; jilqa" l-ftehim tal-Istati Membri dwar żieda ta" kapital għall-EIB; ifakkar li xi interventi tal-EIB jeħtieġu wkoll appoġġ mill-baġit tal-UE, iżda li dan mhux previst bħalissa fil-Pjan ta" Rkupru; jikkunsidra li dan jista" jsir jew billi jintużaw flimkien għotjiet u self jew billi jintużaw strumenti fejn ir-riskju jinqasam b'mod konġunt bħal pereżempju l-Faċilità ta' Finanzjament għall-Qsim tar-Riskji u s-Sistema ta" Garanzija tas-Self għall-proġetti tan-Network Trans-Europew tat-Trasport; f'dan il-każ tal-aħħar, l-EIB jista' jintalab jikkontribwixxi bir-riżervi tiegħu stess, kontribut li jimmultiplika l-effett ta' ingranaġġ; jagħmel enfasi fuq l-irwol tal-EIB fir-rifinanzjament tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, tal- banek kummerċjali, filwaqt li jiġu inklużi l-istrutturi eżistenti ta' sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat; ifakkar f'dan ir-rigward li hemm bżonn li jiġu żviluppati kriterji ta' ffinanzjar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

Baġit tal-UE

74.  Ifakkar li l-Pjan għall-Irkupru Ekonomiku u l-miżuri sussegwenti proposti fit-28 ta' Jannar 2009 mill-Kummissjoni jinkludu kontribut Komunitarju li hu stmat li hu ta' EUR 30 000 000 000, li għandu jitqassam fost is-setturi li ġejjin: EUR 5 000 000 000 għall-interkonnessjonijiet tal-enerġija u l-internet b'veloċità għolja permezz ta' reviżjoni tal-qafas finanzjarju plurijennali tal-2007-2013 u miżuri relatati mal-"Kontroll tas-Saħħa" tal-Politika Agrikola Komuni; pagamenti minn qabel taħt il-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni; diversi inizjattivi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni bħall-inizjattiva Ewropea ta' karozzi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent (green cars), l-inizjattiva tal-fabbriki tal-futur u l-iniżjattiva ta' bini li juża l-enerġija b'mod effiċjenti; żieda fil-prefinanzjament għall-aktar proġetti ta' trasport trans-Ewropew avvanzati, kif ukoll għall-inizjattivi li jiffavurixxu lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju jew il-programm Komunitarju ta' innovazzjoni, u għall-fondi li diġà ngħataw permezz ta' self u fondi eżistenti jew ġodda mill-EIB;

75.  Jenfasizza li l-kriżi attwali m'għandhiex tintuża bħala skuża biex ikun pospost ir-riorjentament tant meħtieġ tal-infiq lejn investimenti "ħodor", imma, għall-kuntrarju, għandha tintuża bħala inċentiv addizzjonali biex riorjentament bħal dan jibqa" jsir b'determinazzjoni minkejja kull diffikultà u, f'dan il-kuntest, itenni l-importanza tar-reviżjoni baġitarja ppjanata għall-2009, li m'għandhiex tkun ristretta għal viżjoni teoretika ta" kif jista" jidher il-baġit wara l-2013, imma li għandha tinkludi proposti kuraġġużi għal ċaqliqa fl-ipprogrammar fi żmien ir-reviżjoni ta" nofs it-term tal-programmi pluriennali, biex isir rispons għall-kriżi attwali, filwaqt li jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli u jitqiesu l-isfidi ppreżentati mill-bidla fil-klima;

76.  Jenfasizza li ċerti elementi proposti fil-Pjan għall-Irkupru għadhom wisq vagi fil-formulazzjoni tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex, mingħajr dewmien, tipprovdi liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja bl-informazzjoni dettaljata kollha li hemm bżonn biex tittieħed deċiżjoni; jenfasizza wkoll li bosta mill-elementi inklużi fil-Pjan għall-Irkupru jirrikjedu l-modifika tal-programmi plurijennali eżistenti; ifakkar, f'dan ir-rigward, li dawn il-modifiki għandhom jitwettqu fir-rispett sħiħ tas-setgħat tal-Parlament;

77.  Jenfasizza illi, għalhekk, hemm ir-riskju li l-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru hekk kif propost mill-Kummissjoni sa tieħu żmien konsiderevoli u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet kollha kkonċernati biex jadottaw malajr kemm jista' jkun id-deċiżjonijiet li hemm bżonn, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli ferm li attwalment tinsab fiha l-Unjoni Ewropea;

78.  Jenfasizza li l-parti l-kbira tal-miżuri Komunitarji proposti mill-Kummissjoni hi bbażata fuq eżerċizzju ta' tqassim mill-ġdid baġitarju tal-allokazzjonijiet li jkunu diġà ġew ipprogrammati, u mhux fuq il-mobilizzazzjoni ta' riżorsi baġitarji ġodda; jistieden lill-Kummissjoni biex tislet il-konklużjonijiet kollha li hemm bżonn mit-tbassi ekonomiku negattiv ferm li ppubblikat f'Jannar 2009, u biex tevalwa mill-ġdid il-proposti baġitarji tagħha fid-dawl ta' dan it-tbassir ġdid;

79.  Jilqa' l-Pjan għall-Irkupru u l-inizjattivi relatati u jfakkar li kwalunkwe nfiq ġdid mhux previst fil-Baġit tal-2009 jrid ikun iffinanzjat bi flus ġodda, biex ma jiġix kompromess il-qafas finanzjarju plurijennali tal-2007-2013 li ġie nnegozjat bejn iż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja; ifakkar, f'dan il-kuntest, fil-possibilitajiet offruti mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, b'mod partikulari l-punti 21 sa 23 tiegħu;

80.  Jenfasizza li l-Pjan għall-Irkupru qed jipproponi azzjoni kkoordinata fuq ħafna livelli biex jissaħħu l-ekonomiji tal-Ewropa; itenni l-fatt li l-Parlament lest li jidħol f'negozjati mal-Kunsill għar-reviżjoni ta' EUR 5 000 000 000 tal-qafas finanzjarju plurijennali tal-2007-2013 li kienet proposta mill-Kummissjoni u għal kwalunkwe modifika oħra tal-istrumenti li jista' jkollha impatt baġitarju; jikkunsidra li n-negozjati għandhom ikunu ffukati fuq l-estensjoni tal-ambitu tal-proġetti appoġġjati f'din ir-reviżjoni baġitarja, bi qbil mal-prijoritajiet tal-Istati Membri;

81.  Jirrikonoxxi l-irwol predominanti tal-EIB u tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp fil-kontribut għall-finanzjament ta' investimenti u fit-tisħiħ tal-aċċess għall-finanzjament għan-negoziu, b'mod partikulari għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju; jirrimarka li l-kontributi mill-baġit tal-UE għall-operazzjonijiet tal-EIB għandhom il-potenzjali li joħolqu effett ta' ingranaġġ sostanzjali u jixtieq jeżamina kif il-baġit tal-UE jista' jikkontribwixxi ulterjurment biex ikun hemm effetti ta' dan it-tip, u li, fi kwalunkwe każ, għandhom ikunu akkumpanjati minn Memorandum ta' Fehim bejn il-Parlament, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-EIB dwar il-prijoritajiet għall-investiment, waqt li jiġi żgurat li dawn huma orjentati lejn proġetti li huma realment sostenibbli; juri t-tħassib tiegħu dwar it-tendenza dejjem tikber fi ħdan il-Kunsill u l-Kummissjoni li lill-EIB u lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp jingħatawlhom bosta dmirtijiet supplimentari, mingħajr ma jkunu ngħataw minn qabel il-garanziji ekonomiċi u finanzjarji kollha li l-EIB u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp se jkunu jistgħu jwettqu dawn id-dmirijiet b'suċċess; jinnota li l-Kummissjoni qed tipproponi li żżid l-istrumenti finanzjarji li ġew implimentati mill-EIB taħt il-qafas finanzjarju plurijennali tal-2007-2013; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi evalwazzjoni inizjali tal-attivitajiet li diġà twettqu f'dan il-kuntest u biex tipproponi soluzzjonijiet fir-rigward tad-diffikultajiet baġitarji u regolatorji fl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet bħal JASMINE, JASPERS u JEREMIE;

82.  Jistenna li l-Kummissjoni tiċċara l-intenzjonijiet tagħha fir-rigward tal-azzjonijiet futuri, b'mod partikulari fir-rigward tal-possibilità ta' kontribut mill-baġit tal-UE għat-tisħiħ ta' dawn l-istrumenti; jistieden lill-Kummissjoni biex tindika liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja sa liema punt dawn l-istrumenti ġodda li saru disponibbli għall-EIB għal inizjattivi futuru se jkunu jirrikjedu intervent mill-baġit tal-UE; jinnota barra minn hekk li ż-żieda fid-dmirijiet mogħija lill-EIB u lill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp toħloq mistoqsijiet importanti fir-rigward tal-iskrutinju demokratiku tal-proġetti li qed jiġu ffinanzjati, meta jkunu involuti fondi mill-baġit tal-UE;

83.  Jiddispjaċih li l-proposta tal-Kummissjoni biex isir investiment fi proġetti trans-Ewropej ta' interkonnessjonijiet tal-enerġija u ta' infrastruttura tal-broadband ma rnexxietx minħabba nuqqas ta' qbil fi ħdan il-Kunsill, kuntrarjament għar-rieda tal-Kunsill Ewropew, hekk kif ġiet espressa f'Diċembru 2008; jikkunsidra li l-baġit tal-UE għandu jintuża għal kontribut biex tiġi affrontata l-kriżi ekonomika permezz tal-istrumenti adegwati previsti fil-Ftehim Interistituzzjonali u jistieden lill-Kunsill biex jibda diskussjonijiet mal-Parlament malajr kemm jista' jkun; jikkunsidra li jistgħu jintużaw biss dawk il-marġini li ġew ikkonfermati u mhux fuq il-bażi tal-bżonnijiet stmati fis-snin baġitarji fil-futur; ifakkar li l-eżerċizzju ta' tqassim mill-ġdid jista' jxekkel lill-politiki eżistenti; jikkunsidra li r-reviżjoni ta' nofs it-terminu hu opportunità tal-aħħar u li ġiet tard biex ikun hemm reazzjoni għall-kriżi ekonomika; jirrimarka li l-Pjan għall-Irkupru, jekk jiġi approvat, se jkollu impatt sinifikanti fuq il-Baġit tal-2009; ifakkar lill-Kummissjoni li l-proposta tagħha hi indikattivi u dipendenti fuq l-approvazzjoni tal-leġiżlatur; jitlob dettalji ulterjuri dwar l-istadju ta' żvilupp ta' kull proġett sabiex jiġu garantiti implimentazzjoni ta' malajr, kif ukoll evalwazzjoni tal-effetti tagħhom fuq perjodu ta' żmien qasir fuq l-impjiegi u t-tkabbir tal-ekonomija sħiħa tal-UE u jitlob ċifri konkreti li għandhom x'jaqsam mal-implimentazzjoni, b'mod partikulari fir-rigward tal-ipprogrammar finanzjarju; jirrimarka li l-infiq tal-UE fuq proġetti tal-enerġija, li taħt il-qafas finanzjarju attwali tal-UE jrid jiġi limitat, għandu jkun iffukat fuq proġetti li jistgħu jinbdew malajr u li jkunu ta' għajnuna sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-UE għall-2020 dwar il-politiki dwar il-bidla fil-klima, partikolarment proġetti dwar l-ekonomija tal-enerġija u dwar l-effiċjenza tal-enerġija, kif ukoll investimenti f'networks ta' enerġija li tiġġedded;

84.  Ifakkar fid-dikjarazzjoni konġunta li kien hemm qbil dwarha fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tal-21 ta' Novembru 2008 dwar "L-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni", li enfasizzat il-benefiċċji għall-ekonomija mill-aċċelerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-fondi strutturali u ta' koeżjoni u dwar "l-approprjazzjonijiet ta' ħlas" bħala appoġġ għall-finanzjament ta' inizjattivi ġodda b'mod partikolari fir-rigward tal-kriżi ekonomika; jinnota li l-ammont ta' pagamenti addizzjonali bil-quddiem previsti għall-2009 fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond Soċjali Ewropew, tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Fond ta' Koeżjoni huwa ta' EUR 6 300 000 000 u li modifiki oħra li jkunu proposti għall-ġestjoni finanzjarja tal-fondi jistgħu jżidu r-ritmu tal-pagamenti interim;

85.  Jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm l-awtorità baġitarja infurmata u biex tiċċara jekk l-antiċipazzjoni tal-pagamenti fil-qafas tal-ġestjoni finanzjarja tal-Fondi hux se tkun konformi mal-iskeda ta' pagamenti prevista għall-2009 mill-awtorità baġitarja, jiġifieri jekk il-livell ta' pagamenti miftiehem mill-Parlament u mill-Kunsill hux se jkun biżżejjed biex jiffinanzja inizjattivi attwali jew futuri;

86.  Ifakkar li kwalunkwe bidla fil-livell ta' pagamenti li l-Kummissjoni se tipproponi trid tkun inkluża f'baġit ta' emenda li għandu jiġi adottat miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja.

87.  Jisħaq fuq il-valur miżjud tal-Programm tan-Networks tat-Trasport Trans-Ewropej (TEN-T) għall-kisba tal-Istrateġija ta' Liżbona, tal-objettivi tal-Unjoni Ewropea relatati mal-bidla fil-klima u għal koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali ikbar, filwaqt li jiġi pprovdut ukoll appoġġ f'waqtu sabiex tiġi sostnuta d-domanda komplessiva fl-Unjoni Ewropea; jilqa' għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu antiċipati mill-2010 għall-2009 EUR 500 000 000 f'investimenti fl-infrastruttura tat-trasport;

88.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, meta tkun qed tippreżenta l-lista tal-proġetti speċifiċi li għalihom tkun qed issir applikazzjoni biex dawn jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE, u kif intalab mill-Kunsill Ewropew ta" Diċembru 2008, tikkunsidra l-ħtieġa li tiżdied il-kompetittività tal-ekonomija tal-UE b'perspettiva fuq perjodu ta" żmien twil, waqt li jiġu antiċipati l-proġetti infrastrutturali li ġa ġew deċiżi u ppjanati;

89.  Jirrakkomanda approċċ flessibbli għall-istruttura ta' nfiq tal-baġit Ewropew u l-allokazzjoni ta' approprjazzjonijiet mhux impenjati jew ta' approprjazzjonijiet li ma jiġux allokati fil-baġit b'mod annwali għal prijoritajiet identifikati f'qafas ta' koeżjoni; jitlob għal darb'oħra għat-tisħiħ urġenti tal-baġit Ewropew, u li ssir l-evalwazzjoni mill-ġdid tad-daqs u l-istruttura ta' nfiq tiegħu;

L-Unjoni Ewropea u l-governanza globali

90.  Iħeġġeġ bil-qawwi lill-Unjoni Ewropea biex tieħu rwol mexxej fil-fora internazzjonali, partikolarment fil-Forum ta' Stabilità Finanzjarja u fil-Fond Monetarju Internazzjonali, u fil-laqgħat li ġejjin tal-G20; jikkunsidra li hu importanti b'mod speċjali li tissaħħaħ is-sorveljanza multilaterali taż-żoni monetarji u tas-swieq finanzjarji; ifakkar li fi żminijiet ta" flussi ħielsa ta" kapital globali, il-konverġenza hi element essenzjali biex jiġu garantiti kundizzjonijiet ugwali għall-kulħadd u qafas regolatorju u superviżorju komprensivi;

91.  Ifakkar dwar l-importanza tas-Summit tal-G20 li jmiss li għandu jsir f'Londra fit-2 ta" April 2009, fejn huwa mistenni li l-istqarrijiet se jinbidlu f'deċiżjonijiet; ifakkar fl-importanza li jsir ftehim fuq skeda taż-żmien ċara għall-azzjoni sabiex il-proċess isir orjentat lejn ir-riżultat; jinsisti fuq il-fatt li mhux biss għandu jintlaħaq qbil dwar kunsiderazzjonijiet finanzjarji iżda li l-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri għandhom jirriflettu wkoll dwar kif ser jirranġaw l-iżbilanċi globali u jaqblu biex jikkoordinaw il-pjan ta" rkupru differenti li ġew adottati reċentement, filwaqt li titqies il-kwistjoni tal-qgħad; jappoġġja l-użu tar-rakkomandzzjonijiet tal-grupp de Larosière bħala bażi għall-formazzjoni tal-pożizzjoni tal-UE fuq l-arkitettura finanzjarja futura; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jisimgħu l-fehmiet tal-Parlament qabel ma jaqblu dwar pożizzjoni ta" negozjar għas-Summit;

92.  Jappoġġja bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-membri Ewropej tal-G20 biex jieħdu azzjoni definittiva kontra refuġji mit-taxxi u ġurisdizzjonijiet mhux kooperattivi billi jsir ftehim fuq għadd ta' sanzjonijiet kemm jista' ikun malajr, biex jiġu approvati fil-laqgħa għolja ta' Londra; jirrakkomanda li l-UE għandha taddotta fil-livell tagħha stess il-qafas leġiżlattiv adegwat biex jiġi ristrett in-negozju ma' dawn il-ġurisdizzjonijiet; jenfasizza li approċċi ta' konverġenza globali huma essenzjali biex tiġi iffaċċjata din il-kwistjoni;

93.  Jirrakkomanda b'mod qawwi li l-impatt tat-tranżazzjonijiet internazzjonali fuq l-ekonomika reali fl-Unjoni Ewropea kollha, partikolarment f'dak li jikkonċerna l-kummerċ, il-bidla fil-klima u l-finanzi, jiġu evalwati b'mod xieraq; jappoġġja t-tisħiħ tad-djalogu internazzjonali mal-blokki monetarji l-aktar importanti biex jiġu evitati l-konsegwenzi tal-manipulazzjoni u l-volatilità tal-munita fl-ekonomija reali;

94.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jintensifikaw il-konsultazzjoni u jrawmu relazzjonijiet ta" kooperazzjoni mas-sħab kummerċjali tal-Unjoni Ewropea, u, b'mod speċjali, mal-amministrazzjoni l-ġdida tal-Istati Uniti;

95.  Jikkunsidra li l-kriżi attwali ma tridx tipprekludi r-responsabilitajiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-promozzjoni tal-iżvilupp internazzjonali u l-ġlieda kontra l-faqar dinji; iwissi li r-riskju li mmorru lura għal politiki protezzjonisti jrid ikun evitat; jenfasizza li l-isforz ta" rkupru dinji jista" jissaħħaħ bil-kbir permezz tal-konklużjoni f'waqtha tal-Laqgħa ta" Doha ta" negozjati dwar il-kummerċ;

o
o   o

96.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bank Ewropew għall-Investiment, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-President tal-Eurogrupp.

(1) ĠU C 16, 22.1.2009, p. 1.
(2) Testi adottati, P6_TA(2008)0506.
(3) Testi adottati, P6_TA(2008)0058.
(4) Testi adottati, P6_TA(2008)0543.
(5) Testi adottati, P6_TA(2008)0425.
(6) Testi adottati, P6_TA(2008)0476.
(7) Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 200, 8.8.2000, p. 35).
(8) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
(9) Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta" Frar 2008 li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, 27.2.2008, p. 3).

Avviż legali - Politika tal-privatezza