Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 71kWORD 32k
Il-Ħamis, 25 ta' Frar 2010 - Brussell
It-trasportazzjoni taż-żwiemel għall-qtil fl-Unjoni Ewropea
P7_TA(2010)0040P7_DCL(2009)0054

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta“ Frar 2010 dwar it-trasportazzjoni taż-żwiemel għall-qtil fl-Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta“ Proċedura tiegħu,

A.   billi kull sena madwar 100,000 żiemel jiġu ttrasportati distanzi twal iżżejjed taħt kundizzjonijiet inumani biex jiddaħħlu fl-Unjoni Ewropea jew biex jiġu ttrasportati fiha sabiex jinqatlu;

B.   billi jeżistu provi ddokumentati sew li ż-żwiemel qed jiġu ttrasportati fuq distanzi twal, u dan qed joħloq diversi problemi ta“ benessri bħal korriment, mard, għeja u deidratazzjoni, minħabba n-nuqqasijiet tal-leġiżlazzjoni eżistenti;

C.   billi hemm provi sodi li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta“ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati ma ġiex infurzat b'mod qawwi;

D.   billi bħalissa qed issir reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 mill-Kummissjoni;

1.  Jinnota l-petizzjoni miġbura mill-World Horse Welfare dwar it-trasportazzjoni fuq distanzi twal ta“ żwiemel għall-qtil fl-Ewropa;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex effettivament iwettqu skrutinju tal-fajl ta“ evidenza tal-World Horse Welfare fil-kuntest tar-reviżjoni tal-Kummissjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005;

3.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jinfurzaw b'mod qawwi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji(1), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti u l-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) Il-lista tal-firmatarji hija ppublikata fl-Anness 1 tal-Minuti tal-25 ta“ Frar 2010 (P7_PV(2010)02-25(ANN1)).

Avviż legali - Politika tal-privatezza