Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0461(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0003/2013

Testi mressqa :

A7-0003/2013

Dibattiti :

PV 10/12/2013 - 6
CRE 10/12/2013 - 6

Votazzjonijiet :

PV 10/12/2013 - 7.22
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0540

Testi adottati
PDF 292kWORD 108k
It-Tlieta, 10 ta' Diċembru 2013 - Strasburgu
Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili ***I
P7_TA(2013)0540A7-0003/2013
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Protezzjoni Ċivili (COM(2011)0934 – C7-0519/2011 – 2011/0461(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0934),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0519/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-19 ta' Lulju 2012(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-9 ta' Ottubru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0003/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 277, 13.9.2012, p. 164.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili
P7_TC1-COD(2011)0461

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 1313/2013/UE.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jieħdu nota tal-approċċ meħud fl-Artikolu 19(4) sa (6) u fl-Anness I, li jirrispondi għall-ispeċifiċitajiet ta' din id-Deċiżjoni u ma għandu l-ebda valur preċedent għal strumenti finanzjarji oħra.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni, inkluż il-mod ta' tqassim baġitarju stipulat fl-Anness I, minn Jannar 2015 'il quddiem. Dan l-approċċ huwa bbażat fuq in-natura speċifika tal-politika tal-protezzjoni ċivili u ma għandu l-ebda valur preċedent għal strumenti finanzjarji oħra.

Avviż legali - Politika tal-privatezza