Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2011/0062(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0202/2012

Testi mressqa :

A7-0202/2012

Dibattiti :

PV 10/09/2013 - 7

Votazzjonijiet :

PV 10/09/2013 - 11.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 10/12/2013 - 7.23
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0341
P7_TA(2013)0541

Testi adottati
PDF 291kWORD 97k
It-Tlieta, 10 ta' Diċembru 2013 - Strasburgu
Ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali ***I
P7_TA(2013)0541A7-0202/2012
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu b'rabta ma' proprjetà residenzjali (COM(2011)0142 – C7-0085/2011 – 2011/0062(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0142),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0085/2011),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Awissu 2011(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Lulju 2011(2),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittri tat-8 ta' Mejju 2013 u 27 ta' Novembru 2013 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294 (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0202/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt(3);

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 240, 18.8.2011, p. 3.
(2) ĠU C 318, 29.10.2011, p. 133.
(3) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fl-10 ta' Settembru, 2013 (Testi adottati, P7_TA(2013)0341).


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-10 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva 2014/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010
P7_TC1-COD(2011)0062

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Direttiva Nru 2014/17/UE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza