Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2014/2632(RSO)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B7-0240/2014

Testi mressqa :

B7-0240/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2014 - 8.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0217

Testi adottati
PDF 218kWORD 46k
L-Erbgħa, 12 ta' Marzu 2014 - Strasburgu
In-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għal kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għal kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u Assemblej Parlamentari multilaterali
P7_TA(2014)0217B7-0240/2014

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar in-numru ta' delegazzjonijiet interparlamentari, delegazzjonijiet għal kumitati parlamentari konġunti u delegazzjonijiet għal kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u Assemblej Parlamentari multilaterali (2014/2632(RSO))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

–  wara li kkunsidra l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, ta' kooperazzjoni, u ftehimiet oħra konklużi mill-Unjoni Ewropea ma' pajjiżi terzi,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 198 u 200 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  waqt li jinsab anzjuż biex isaħħaħ id-demokrazija parlamentari billi jfittex li jkun hemm djalogu interparlamentari kontinwu;

1.  Jiddeċiedi dwar in-numru tad-delegazzjonijiet u tal-gruppi reġjonali tagħhom kif ġej:

   (a) L-Ewropa, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija
     Delegazzjonijiet għal:
   Kumitat Parlamentari Konġunt UE-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
   Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Isvizzera, l-Islanda u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)
     Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni (SAPC) UE-Serbja
     Delegazzjoni għall-iSAPC UE-Albanija
     Delegazzjoni għall-iSAPC UE-Montenegro
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bosnja-Ħerzegovina u mal-Kosovo
   (b) Ir-Russja u l-istati tas-Sħubija tal-Lvant
     Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Russja
     Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Ukraina
     Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Moldova
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Bjelorussja
     Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Armenja, UE-Azerbajġan u UE-Ġeorġja
   (c) Il-Magreb, Il-Maxreq, l-Iżrael, u l-Palestina
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:
   mal-Iżrael
   mal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan
   mal-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi
   mal-pajjiżi tal-Maxreq
   (d) Il-Peniżola Għarbija, l-Iraq u l-Iran
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afrika t'Isfel:
   mal-Peniżola Għarbija
   mal-Iraq
   mal-Iran
   (e) Il-Kontinent Amerikan
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:
   mal-Istati Uniti
   mal-Kanada
   mar-Repubblika Federattiva tal-Brażil
   mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali
   mal-pajjiżi tal-Komunità Andina
   mal-Mercosur
     Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Messiku
     Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ċilì
     Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Cariforum-UE
   (f) l-Ażja/Paċifiku
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:
   mal-Ġappun
   mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina
   mal-Indja
   mal-Afganistan
   mal-pajjiżi tal-Ażja t'Isfel
   mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Ażja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Ażja (ASEAN)
   mal-Peniżola Koreana
   mal-Awstralja u New Zealand
     Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Kazakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Uzbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja
   (g) L-Afrika
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:
   mal-Afrika t’Isfel
   mal-Parlament Pan-Afrikan
   (h) L-Assemblej Multilaterali
     Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE
     Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran
     Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latina-Amerikana
     Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest
     Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO;

2.  Jiddeċiedi li l-membri tal-kumitati parlamentari li nħolqu abbażi tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (FSE) għandhom ikunu esklussivament mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Iżvilupp – filwaqt li tiġi żgurata ż-żamma tar-rwol prinċipali tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali bħala l-kumitat responsabbli – u dawn għandhom jikkoordinaw b’mod attiv il-ħidma tagħhom mal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE;

3.  Jiddeċiedi li s-sħubija tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, l-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana u l-Assemblea Parlament Euronest għandhom ikunu esklussivament mid-delegazzjonijiet bilaterali jew sottoreġjonali koperti minn kull Assemblea;

4.  Jiddeċiedi li s-sħubija tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO għandhom ikunu esklussivament mis-Sottokumitat dwar is-Sigurtà u d-Difiża;

5.  Jiddeċiedi li l-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet għandha tfassal abbozz ta' kalendarju ta' sitt xhur, li għandu jkun adottat mill-Konferenza tal-Presidenti b'konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bil-patt li, madankollu, il-Konferenza tal-Presidenti tista' tbiddel il-kalendarju sabiex ikun hemm lok għal reazzjoni għal avvenimenti politiċi;

6.  Jiddeċiedi li l-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati għandhom jaħtru sostituti permanenti biex ikunu parti minn kull tip ta' delegazzjoni u li n-numru ta' dawn is-sostituti ma jistax jaqbeż in-numru ta' membri sħaħ li jirrappreżentaw lill-gruppi jew il-Membri mhux affiljati;

7.  Jiddeċiedi li jintensifika l-kooperazzjoni u l-konsultazzjoni mal-kumitati kkonċernati bix-xogħol tad-delegazzjonijiet billi jorganizza laqgħat konġunti bejn dawn il-korpi fil-postijiet tax-xogħol tas-soltu tiegħu;

8.  Se jagħmel ħiltu biex jiżgura fil-prattika li rapporteur wieħed jew aktar jew president wieħed jew aktar tal-kumitati jkunu jistgħu wkoll jieħdu sehem fil-proċedimenti tad-delegazzjonijiet, tal-kumitati interparlamentari konġunti, tal-kumitati ta' kooperazzjoni parlamentari u l-assemblej parlamentari multilaterali; u jiddeċiedi li l-Presidenti fuq talba konġunta taċ-chairpersons tad-delegazzjoni u l-kumitat ikkonċernati, għandu jawtorizza missjonijiet ta' dan it-tip;

9.  Jiddeċiedi li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel sessjoni parzjali tat-tmien leġiżlatura;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Avviż legali - Politika tal-privatezza