Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2012/0364(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0315/2013

Testi mressqa :

A7-0315/2013

Dibattiti :

PV 12/03/2014 - 16
CRE 12/03/2014 - 16

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2014 - 14.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0245

Testi adottati
PDF 289kWORD 40k
Il-Ħamis, 13 ta' Marzu 2014 - Strasburgu
Programm tal-Unjoni fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020 ***I
P7_TA(2014)0245A7-0315/2013
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar u l-awditjar finanzjarju għall-perjodu 2014-2020 (COM(2012)0782 – C7-0417/2012 – 2012/0364(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0782),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0417/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-11 ta' Diċembru 2013, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0315/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 161, 6.6.2013, p. 64.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' programm tal-Unjoni għas-sostenn ta' attivitajiet speċifiċi fil-qasam tar-rappurtar finanzjarju u l-awditjar għall-perjodu 2014-2020 u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE
P7_TC1-COD(2012)0364

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 258/2014.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza