TITOLU
II
: PROĊEDURI LEĠISLATTIVI, TAL-BAĠIT U OĦRAJN
KAPITOLU
2
: PROĊEDURI FIL-KUMITAT
Artikolu
48
: Rapporti fuq inizjattiva proprja
1.
Kumitat li jkollu l-ħsieb li jħejji rapport u li jippreżenta lill-Parlament mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar xi suġġett li jaqa' fi ħdan il-kompetenza tiegħu, li dwaru la kien ikkonsultat u lanqas intalab jagħti opinjoni skont l-Artikolu 188(1), jista' jagħmel dan biss bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti. Meta din l-awtorizzazzjoni ma tingħatax, għandha dejjem tingħata raġuni. Fejn is-suġġett tar-rapport ikun proposta mqiegħda fuq il-Mejda minn Membru skont l-Artikolu 42(2), l-awtorizzazzjoni tista' tiġi miċħuda biss jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Istatut tal-Membri u fl-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma jiġux sodisfatti.
Il-Konferenza tal-Presidenti tieħu deċiżjoni għal talbiet għal awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti skont il-paragrafu 1 fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni li għandha tistabilixxi hija stess. Jekk il-kompetenza ta' kumitat li jħejji rapport tiġi kontestata, il-Konferenza tal-Presidenti tieħu deċiżjoni fi żmien sitt ġimgħat fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, jew, jekk ma jkun hemm ebda rakkomandazzjoni ta' dan it-tip, mill-President ta' din ta' l-aħħar. Jekk il-Konferenza tal-Presidenti tonqos milli tieħu deċiżjoni f'dak iż-żmien, ir-rakkomandazzjoni tiġi dikjarata li ġiet approvata.
2.
Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li jkunu f' rapporti fuq inizjattiva proprja għandhom jiġu eżaminati mill-Parlament skond il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 139. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoniijiet bħal dawn għandhom ikunu ammissibbli biss biex jitqiesu fil-plenarja jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid jew minn mhux inqas minn wieħed minn kull għaxra tal-Membri tal-Parlament. Il-gruppi politiċi jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet alternattivi skond l-Artikolu 157(4). Dan il-paragrafu m'għandux japplika fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skond id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 41 jew 42, jew fejn ir-rapport jista' jitqies bħala rapport strateġiku skond il-kriterji stipulati mill-Konferenza tal-Presidenti
(1).
3.
Fejn is-suġġett tar-rapport jaqa' taħt id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikolu 41, l-awtorizzazzjoni tista' tinżamm biss fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattati ma ġewx sodisfatti.
4.
Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 41 u l-Artikolu 42, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn.