Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2061(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0095/2009

Testi mressqa :

A6-0095/2009

Dibattiti :

PV 24/03/2009 - 3
CRE 24/03/2009 - 3

Votazzjonijiet :

PV 24/03/2009 - 4.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0156

Testi adottati
PDF 338kWORD 107k
It-Tlieta, 24 ta' Marzu 2009 - Strasburgu
L-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika reġjonali u l-ostakli għall-użu tal-Fondi Strutturali
P6_TA(2009)0156A6-0095/2009

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar l-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika reġjonali u l-ostakli għall-użu tal-Fondi Strutturali (2008/2061(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Programm URBACT, imwettaq bħala parti mill-inizjattiva URBAN, li qed jiffaċilita u jiżviluppa prattiki tajbin u skambji ta" esperjenza li jinvolvu iktar minn 200 belt tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta" Ottubru 2008 dwar il-governanza u s-sħubija fuq livelli nazzjonali u reġjonali u bażi għal proġetti fl-isfera tal-politika reġjonali(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 158 u 159 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 f'Liżbona,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta" Ġunju 2008 intitolata "Il-Ħames Rapport ta' Progress dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali: Reġjuni li jikbru, Ewropa li tikber (COM(2008)0371),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta" Ottubru 2008 bit-titolu "Green Paper dwar il-Koeżjoni Territorjali: Nibdlu d-diversità territorjali f'vantaġġi (COM(2008)0616),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2006 bit-titolu "Reġjuni lejn bidla ekonomika" (COM(2006)0675),

–   wara li kkunsidra l-istudju mid-Dipartiment tal-Politika għall-Politiki Strutturali u ta' Koeżjoni bit-titolu "Il-prattika tajba fil-qasam tal-politika reġjonali u ostakoli fl-użu tal-fondi strutturali",

–   wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ pubblika tas-17 ta' Lulju 2008 organizzata mill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tal-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0095/2009),

A.   billi l-politika ta" koeżjoni hi fost l-oqsma ta" politiki l-aktar importanti fl-Unjoni Ewropea, mhux biss mil-lat baġitarju iżda wkoll u b'mod partikolari għax hija pilastru essenzjali fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea u minħabba l-importanza tagħha għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-Unjoni Ewropea u għall-iżvilupp tal-268 reġjun tagħha, filwaqt li tnaqqas l-iżbilanċi u d-differenzi fl-iżvilupp u ttejjeb il-ħajja għaċ-ċittadini kollha tal-UE;

B.   billi r-reġjuni tal-Unjoni Ewropea huma kkonfrontati bi sfidi bejn wieħed u ieħor simili, minkejja li l-impatt tagħhom hu differenti ħafna bejn reġjun u ieħor, minħabba l-ispeċifiċitajiet tagħhom fir-rigward tal-karattru (pereżempju, reġjuni gżejjer jew muntanjużi) u tal-popolazzjoni: il-globalizzazzjoni u r-ristrutturazzjoni ekonomika aċċellerata li din iġġib magħha, il-ftuħ ta" relazzjonijiet kummerċjali, il-konsegwenzi tar-rivoluzzjoni teknoloġika, il-bidla fil-klima, l-iżvilupp ta" ekonomija bbażata fuq l-għarfien, il-bidliet demografiċi, id-depopolazzjoni u ż-żieda fl-immigrazzjoni;

C.   billi l-aħjar riżultati, li jsaħħu l-bażi tal-għarfien u jtejbu l-kompetizzjoni, ħafna drabi jinkisbu fil-proġetti permezz ta" koperazzjoni bejn is-settur pubbliku, in-negozji, is-settur edukattiv u partijiet interessati lokali;

D.   billi l-politika ta' koeżjoni ma tistax tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha biex tilħaq dawn l-isfidi waqt li persuni li potenzjalment japplikaw għall-għajnuna huma ffaċċjati b'ostakli kbar biex jutilizzaw il-fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea, inklużi:

   - burokrazija eċċessiva
   - ħafna regolamenti kumplessi, li f'ċertu każijiet huma disponibbli on-line biss, u għalhekk jeskludu ħafna benefiċjarji potenzjali ta" dawn il-fondi minn aċċess għal dawn ir-riżorsi
   - tibdil frekwenti, minn ċertu Stati Membri, tal-kriterji tal-eliġibiltà u d-dokumentazzjoni meħtieġa
   - nuqqas ta" trasparenza fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-iskemi ta" kofinanzjament, u d-dewmien tal-ħlasijiet
   - amministrazzjoni kajmana u kumplessa amministrata ċentralment fl-Istati Membri, u l-applikazzjoni ta" regoli b'tali mod li jżid mal-burokrazija eżistenti, kif ukoll provvista inadegwata ta" informazzjoni
   - kapaċita amministrattiva diċentralizzata inadegwata u mudelli differenti ta" amministrazzjoni reġjonali fl-Istati Membri, li b'riżultat ma tippermettix li jkun hemm data kumparattiva u l-iskambju tal-aħjar prattiki
   - arranġamenti inadegwati għall-koordinazzjoni interreġjonali
   - nuqqas ta" skema ta" koperazzjoni li tiffunzjona bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

E.   billi għadd ta" żbalji attwali fil-qasam tal-politika ta" koeżjoni jistgħu jkunu kkawżati minn dawn l-ostakli attwali,

F.   billi d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-politika strutturali huma dovuti parzjalment minħabba r-riġidità eċċessiva tal-proċeduri u billi, konsegwentement, għandha tkun ikkunsidrata s-simplifikazzjoni ta" dawk il-proċeduri u d-diviżjoni ċara ta" responsabiltajiet u kompetenzi bejn l-UE, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali,

1.   jenfasizza li, minkejja li għandu jitqies il-valur miżjud tat-tixrid tal-aħjar prattiki fost il-pubbliku f'termini ta" komunikazzjoni mtejba u ta" benefiċċju meta mqabbel mal-ispejjeż, it-tentattivi għall-introduzzjoni ta" dawn il-prattiki fil-politika reġjonali tal-UE għandhom jiġu diretti prinċipalment lill-Awtoritajiet Maniġerjali, jiggwidawhom jistipulaw regoli li jirregolaw l-aċċess għar-riżorsi strutturali, biex l-iskambji ta" informazzjoni u esperjenza jistgħu jikkontribwixxu għal titjib fil-kwalità tal-proġetti, billi jipprovdu soluzzjonijiet għal problemi konġunti u jagħżlu intervenzjonijiet aktar effettivi u mmirati;

2.  Jindika l-bżonn ta" simplifikazzjoni tal-proċeduri li jirregolaw l-implimentazzjoni ta" proġetti u programmi tal-Fondi Strutturali, b'mod partikolari rigward sistemi ta" amministrazzjoni u ta" kontroll; jilqa" b'sodisfazzjon, għaldaqstant, ir-reviżjoni regulatorja tal-pakkett tal-Fondi Strutturali bħala risposta għall-kriżi finanzjarja attwali; jistenna b'ħerqa l-proposti ulterjuri tal-Kummissjoni f'dan il-qasam, li għandhom jitħabbru fix-xhur li ġejjin;

Tneħħija tal-ostakoli

3.  Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan li tneħħi l-ostakli msemmija hawn fuq, fost affarijiet oħra:

   - sabiex tindirizza l-kriterji ta' evalwazzjoni għall-proġetti kofinanzjati mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropea għal tul ta' żmien;
   - sabiex ma tevalwax proġetti innovattivi billi tuża l-istess kriterji ta' evalwazzjoni li japplikaw għal tipi oħra ta' proġetti, imma li tiżviluppa kriterji ta' evalwazzjoni speċifiċi - magħmula skont in-natura innovattiva tal-proġetti - li fil-prattika jippermettu għal rata ta' falliment akbar;
   - biex tnaqqas il-perjodu massimu li għalih dokumenti ta' proġett għandhom ikunu merfugħa, għall-finijiet ta' monitoraġġ mill-Kummissjoni, mill-għaxar snin attwali għal tliet snin;
   - sabiex tfassal miżuri tal-politika speċjali u indikaturi kwalitattivi ġodda għal reġjuni b'karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi, bħal dawk muntanjużi u b'livell baxx ta" popolazzjoni, u r-reġjuni ultra-periferiċi, konfinali u gżejjer, u skont dan biex tadatta l-iskala territorjali tal-interventi tal-politika, bl-għan li tippromovi l-koeżjoni territorjali fl-Unjoni Ewropea;
   - sabiex tissimplifika s-sistema ta" kontrol u tipprova tintroduċi sistema ta" kontroll waħda;
   - biex tadatta l-istandards fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi bl-iskop ta" simplifikazzjoni u armonizzazzjoni;
   - biex tikkoordina r-regoli dwar l-eliġibiltà tal-ispejjeż mal-Istati Membri;
   - biex tiżgura kemm jista" jkun il-ħlas minn quddiem lil benefiċjarji;
   - biex ittejjeb il-koordinazzjoni ta" miżuri mwettqa u ko-finanzjali skond il-politika ta" Koeżjoni u skond il-CAP II (Żvilupp ta" zoni rurali);
   - biex tagħmel il-programmi ta" għajnuna teknika iktar flessibbli;
   - biex tintroduċi mekkaniżmi sabiex tippromovi koperazzjoni fin-netwerk u tiffaċilita l-amministrazzjoni tal-proġetti tal-grupp;
   - biex tnaqqas il-piż amministrattiv maħluq minn dawn il-proġetti u żżommu proporzjonali mad-daqs ta" progett;
   - biex tissimplifika, tiċċara u taċċellera l-prattiki tal-proġetti u tagħmilhom iktar orjentati lejn ir-riżultati;
   - biex tħeġġeġ b'mod attiv lill-Istati Membri biex iwaqqfu sistema effettiva ta" koperazzjoni u kondiviżjoni tar-responsabiltà bejn il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;
   - biex tiffaċilita l-aċċess għal fondi permezz ta" koperazzjoni iktar mill-qrib ma" gvernijiet nazzjonali sabiex tnaqqas il-ħin ta" pproċessar.
   - biex tipprepara kalendarju sabiex tieħu passi attivi sabiex tneħħi l-ostakli u ttejjeb l-aċċessibiltà għall-fondi;

4.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tkompli tiżviluppa approċċ miftiehem u ġeneralment aċċessibbli għall-iskambju interreġjonali tal-aħjar prattiki, bil-għan li tippermetti l-parteċipanti involuti fil-politika ta" koeżjoni li jgawdu mill-esperjenzi ta" oħrajn;

5.  Jindika espliċitament li l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki m'għandhiex twassal għal aktar burokrazija għal applikanti u dawk li jippromovu l-proġetti;

6.  Jitlob li l-burokrazija fl-użu tal-Fondi Struttruali tinżamm kemm jista' jkun minima, u mhux tiżdied bla bżonn permezz ta' kundizzjonijiet individwali imposti mill-Istati Membri;

7.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-prattika bil-għan li kull Stat Membru jagħmel dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni nazzjonali annwali li tkopri il-fondi komunitarji fit-tmexxija kondiviża, u jitlob li din il-prattika tkun ġeneralizzata;

Kriterji ġenerali u speċifiċi għas-suġġett għall-identifikazzjnoi tal-aħjar prattiki

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-metodu mniżżel fil-kuntest tal-inizjattiva Reġjuni għal Bidla Ekonomika, l-ewwel nett, biex ikunu identifikati u ppubbliċizzati l-aħjar prattiki permezz tal-premju annwali 'REGIO STARS' u, t-tieni nett, biex twaqqaf website għall-aħjar prattiki; jiġbed l-attenzjoni għall-effettività limitata ta" sit tal-Internet biss;

9.  Jikkritika n-nuqqas ta' trasparenza fl-bażijiet oġġettivi tal-Kummissjoni biex ikunu identifikati l-aħjar prattiki;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-użu mifrux tat-terminu 'l-aħjar prattiki', u wkoll l-użu frekwenti u parallel tat-termini 'l-aħjar prattiki' jew 'stejjer ta' suċċess', biex tfassal ġabra ta' kriterji magħmula speċifikament għall-politika ta' koeżjoni li tippermetti dawn 'l-aħjar prattiki' li jkunu magħżula minn dawk li japplikaw għal proġetti oħra;

11.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tqis il-punti li ġejjin fl-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki:

   - il-kwalità tal-proġett
   - il-garanzija tal-prinċipju ta' sħubija
   - is-sostenibilità tal-miżuri konċernata
   - kontribuzzjoni pożittiva għal opportunitajiet indaqs u l-integrazzjoni sistematika tal-ġeneri
   - l-innovattività tal-proġett
   - approċċ integrat bejn il-politiki settorali u territorjali tal-UE
   - l-użu effiċjenti tar-riżorsi
   - it-tul ta' żmien tal-proġett qabel l-implimentazzjoni
   - l-implimentazzjoni fil-ħin, u skont il-pjan, tal-proġett
   - forza mexxejja sinjifikanti għar-reġjun jew għall-UE b'mod ġenerali
   - impatt fuq l-impjiegi
   - faċilitajiet għall-SMEs
   - il-faċilitazzjoni ta" netwerking u koperazzjoni territorjali bejn ir-reġjuni
   - it-trasferibilità tal-proġett, jiġifieri l-kapaċità tal-proġett li jiġi implimentat f'reġjuni oħra tal-Unjoni Ewropea
   - valur miżjud tal-attivitajiet, skont il-politiki tal-Unjoni Ewropea
   - impatt pożittiv tal-proġett fuq iċ-ċittadini, fuq ir-reġjuni, fuq l-Istati Membri u fuq is-soċjetà kollha kemm hi;

12.  Jenfasizza li l-kriterji kollha li jenfasizzaw l-aħjar prattiki jridu jkunu jistgħu jitkelju b'mod ċar u jkunu affidabbli, sabiex ikun evitat il-kunflitt, l-effetti mhux mixtieqa u d-deċiżjonijiet suġġettivi li jistgħu jdgħajfu l-proċedura kollha ta" gradazzjoni tal-proġett ibbażata fuq dawn il-kriterji; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex b'mod ċar jiddeskrivi l-kontenut ta" dawn il-kriterji kif ukoll il-mod ta" kif għandhom ikunu implimentati;

13.  Jirrakkomanda li, fuq il-bażi ta' analiżi ta' numru kbir ta' proġetti mill-ħafna reġjuni tal-UE, jistgħu jitqiesu fatturi addizzjonali għall-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki fl-oqsma tal-politika ta' koeżjoni li huma ta' importanza partikolari għall-iżvilupp ta' reġjuni speċifiċi u tal-UE kollha kemm hi u li juru varjetà kbira ta' metodi għall-implimentazzjoni;

14.  Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Riċerka u żvilupp/innovazzjoni':

   - investiment sinjifikanti mil-lat kwalitattiv fix-xjenza u fir-riċerka
   - rabtiet bejn l-industrija, l-akkademiċi u l-istituti ta" riċerka b'enfasi speċjali fuq it-tisħiħ tal-SMEs, mhux l-inqas bħala mezz ta" tisħiħ tal-iżvilupp territorjali
   - rabtiet bejn ix-xjenza u l-istituti tar-riċerka
   - l-iżvilupp u/jew innovazzjoni rigward teknoloġiji li jħarsu "l quddiem u/jew l-applikazzjonijiet prattiċi għalihom
   - l-użu ta" teknoloġiji ġodda fis-setturi tradizzjonali
   - applikazzjoni għad-dinja tal-kummerċ
   - soluzzjonijiet f'setturi ewlenin tal-UE per eżempju l-ambjent l-enerġija;

15.  Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Politika għall-ambjent, il-klima u l-enerġija sostenibbli':

   - miżuri protettivi għal zoni partikolarment mhedda, magħmula apposta għal dawk l-oqsma (sensittività) b'mod partikulari l-inħawi akwatiċi
   - konservazzjoni u użu effiċjenti ta" riżorsi skarsi
   - strateġija responsabbli għall-użu tar-riżorsi
   - miżuri li jindirizzaw il-faqar enerġetiku
   - żieda sinjifikanti fl-effiċjenza enerġetika
   - tnaqqis sinjifikanti fil-konsum enerġetiku
   - sehem akbar ta" sorsi ta" enerġija li tiġġedded
   - miżuri għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta" CO2
   - metodi u/jew proċeduri li jikkonservaw riżorsi skarsi jew fil-periklu;

16.  Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja':

   - titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol
   - żieda fl-għadd ta" impjiegi ta" kwalità għolja
   - ħolqien ta" xogħlijiet sostenibbli li jħarsu "l quddiem
   - garanzija ta" aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol għaż-żewġ sessi
   - żieda fil-produttività
   - titjib fil-kompetittività
   - ħolqien ta" xogħlijiet li ma jkunux marbuta ma post partikulari, bħan-negozju-e
   - miżuri biex tinkiseb speċjalizzazzjoni akbar tal-ħaddiema
   - użu tal-mezzi moderni tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni
   - rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u x-xogħol
   - miżuri għall-iktar setturi vulnerabbli tal-popolazzjoni (żgħażagħ, nisa, persuni b'diżabiltà, immigranti, dawk li ilhom qegħda għal żmien twil, nies qegħda li għandhom iktar minn 45 sena, nies mingħajr ebda edukazzjoni formali)
   - titjib fl-aċċessibiltà u disponibiltà tas-servizzi tat-trasport, telekomunikazzjonijiet, edukazzjoni u tas-saħħa;

17.  Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Tagħlim tul il-ħajja':

   - titjib kwalitattiv tal-istandards tat-taħriġ u żieda kwantitattiva tat-taħriġ li jkun qed jiġi offrut, b'mod partikulari rigward l-opportunitajiet għal setturi tal-popolazzjoni li huma l-aktar żvantaġġati jew f'riskju (pereżempju żgħażagħ, nisa, persuni b'diżabilità, immigranti, dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil, persuni qiegħda li għandhom iktar minn 45 sena, persuni mingħajr skola)
   - rabta mill-qrib bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħajja tax-xogħol
   - proġetti ta" taħriġ imfassla skont il-ħtiġijiet, mil-lat ta" kwalità kif ukoll ta" kwantità
   - introduzzjoni u użu ta" teknoloġi u proċeduri moderni
   - miżuri biex jistimulaw u jżommu r-rieda biex isir taħriġ
   - żieda fit-teħid ta" opportunitajiet ta" taħriġ
   - taħriġ fil-lingwi matul il-ħajja kollha;

18.  Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Żvilupp integrat urban':

   - politika integrata fuq medda twila taż-żmien għat-trasport pubbliku lokali, dawk li jkunu miexja fit-triq, ċiklisti u l-użu tal-karozzi, bl-iskop ta" integrazzjoni effettiva bejn il-mezzi differenti tat-trasport, kemm dawk pubbliċi kif ukoll privati
   - amministrazzjoni effiċjenti tat-traffiku
   - promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku tal-bliet
   - jiżdied l-investiment intraprenditorjali, miżuri li jistimulaw u jiżguraw l-impjiegi – b'enfasi speċjali fuq l-impjieg u l-intraprenditorija taż-żgħażagħ - u biex itejbu l-ħajja soċjali
   - ir-riġenerazzjoni u l-integrazzjoni ta" kwartieri mġarrfa u zoni dijindustrijalizzati
   kwalità tal-ħajja aħjar fiz-zoni urbani; pereżempju d-disponibiltà u l-aċċessibiltà għas-servizzi pubbliċi
   - il-ħolqien ta" spazji ħodor u zoni ta" rikreazzjoni u żieda fl-effiċjenza tal-ilma u l-enerġija, b'mod partikulari fis-settur tad-djar
   - faċilitajiet għal persuni b'diżabiltà
   - il-promozzjoni ta" azzjonijiet bl-għan li jgħaqqdu l-popolazzjoni, b'mod partikolari ż-żgħażagħ, mal-bliet tagħhom
   - kunsiderazzjoni tal-ambjent ta" għejxien: l-ambjent urban, suburban u l-ambjent rurali fil-qrib
   - tnaqqis fl-użu eċċessiv tal-art permezz ta" ħafna aktar żvilupp mill-ġdid ta" art mhix użata u li tiġi evitata l-espansjoni urbana anarkika
   - aċċessibiltà aħjar għal faċilitajiet urbani u ta" trasport għal persuni b'mobilità mnaqqsa
   - żieda fl-interazzjoni bejn il-bliet żgħar u z-zoni rurali
   - applikazzjoni ta" approċċ integrat;

19.  Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Il-bidla demografika':

   - aċċess universali għas-servizzi
   - miżuri msaħħa biex jattiraw ħaddiema tas-sengħa
   - involviment akbar tas-setturi l-aktar vulnerabbli permezz ta" titjib fl-edukazzjoni u t-taħriġ
   - miżuri dwar ħinijiet tax-xogħol flessibbli
   - miżuri li jiffaċilitaw il-ħajja ta" ġenituri li jaħdmu u li jippermettu r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u dik tax-xogħol
   - miżuri li jippromovu l-integrazzjoni bla xkiel tal-migranti
   - il-bżonnijiet speċjali ta" persuni b'diżabiltà u l-anzjani
   - kontribut lejn iż-żamma tal-livelli tal-popolazzjoni (f'zoni li jbatu minn dipopolazzjoni);

20.  Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Koperazzjoni transkonfinali':

   - żieda fil-kwalità u fil-kwantità tal-kuntatti transkonfinali
   - ħolqien ta" netwerks permanenti jew skemi ta" koperazzjoni fuq medda twila ta" żmien
   - armonizzazzjoni ta" sistemi u proċeduri differenti
   - involviment ta" msieħba ġodda
   - l-istabbiliment ta" indipendenza finanzjarja
   - trasferimenti u skambji transkonfinali permanenti tal-għarfien
   - sfruttament konġunt tal-potenzjal f'reġjunijiet imsieħba
   - konnessjonijiet infrastrutturali bejn reġjuni msieħba;

21.  Jirrakkomanda li jitqiesu l-fatturi li ġejjin għall-qasam 'Ftehimiet ta' sħubija pubbliċi-privati':

   - titjib kwalitattiv fl-implimnetazzjoni ta' proġetti f'termini ta' effettività u tal-qligħ li jħallu
   - implimentazzjoni b'aktar ħeffa tal-proġetti
   - mekkaniżmu trasparenti tat-taqsim tar-riskju
   - ġestjoni aħjar tal-proġetti
   - żieda fil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet u atturi lokali u reġjonali fi sħubiji pubbliċi-privati
   - regoli ċari u trasparenti dwar il-kondotta rigward l-attivitajiet ta" korpi u intrapriżi tas-settur pubbliku;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-bżonn li tippromwovi l-aħjar prattiki fl-oqsma tal-istrutturi finanzjarji, b'mod partikulari dawk tas-sieħba pubbliċi/privati u dawk li għandhom appoġġ mill-Bank Ewropej tal-Investiment u tal-Fondi Ewropew tal-Investiment;

23.  Huwa konxju li hu diffiċli ħafna biex proġett jissodisfa l-kriterji kollha hawn fuq imsemmija; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, sabiex qabel ma tapplika dawn il-kriterji, telenkahom skont il-prijorità u sabiex tiddetermina dawn li għandhom prijorità akbar, sabiex ikun aktar faċli li wieħed jinnomina proġetti notevoli bħala l-aħjar prattiki; jenfasizza l-ħtieġa li l-kriterji dwar l-aħjar prattiki li ġew miftehma b'mod komuni jintużaw b'mod miftuħ u trasparenti, li ser jippermetti ġestjoni, aċċettazzjoni u kumparabilità aqwa tal-aħjar prattiki u jevita l-konfużjoni ma" termini oħra simili;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni, bil-għan tal-użu ġejjieni tat-termini 'l-aħjar prattiki', 'prattiki tajba' u 'stejjer ta' suċċess', biex tfassal suddiviżjoni jew gradazzjoni ċara u effiċjenti ta' dawn it-termini, għall-finijiet ta' deskrizzjoni ta' proġett;

Skambju tal-aħjar prattiki

25.  Jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza u tikkoordina l-iskambju tal-aħjar prattiki permezz ta' netwerk ta' reġjuni, u biex toħloq website pubbliku li jkun jiġbor fih it-tagħrif ewlieni dwar il-proġetti bil-lingwi kollha tal-UE għal dan l-iskop;

26.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas amministrattiv attwali, twaqqaf uffiċċju speċifiku fid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali biex torganizza, b'koperazzjoni man-netwerk għar-reġjuni, l-evalwazzjoni, il-ġbir u l-iskambju tal-aħjar prattiki u biex tagħmel lilha nnifisha punt ta' kuntatt permanenti kemm għall-parti tal-provvista u kemm tad-domanda, bil-għan li tistabbilixxi skambju fit-tul, kontinwu, affidabbli u ta' suċċess għall-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex ixxerred din il-kultura tal-aħjar prattiki fid-dipartimenti kollha tagħha;

27.  Jipproponi f'dan il-qafas li l-mekkaniżmi ta" evalwazzjoni għandhom jistudjaw u jikkunsidraw metodoloġiji stabbiliti li diġà kienu implimentati; jemmen li għandu jingħata enfasi partikolari lil koperazzjoni ma" netwerk ta" awtoritajiet reġjonali u aġenziji speċjalizzati li huma s-sors ewlieni għall-materjal primarju tal-aħjar prattiki għal evalwazzjoni;

28.  Jindika li, filwaqt li l-Unjoni Ewropea tipprovdi finanzjament u prattiki tajba, l-uffiċjali nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom jikkapitalizzaw fuqhom; jilqa" b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward l-istabbiliment ta" programm Erasmus għal rappreżentanti eletti lokali u reġjonali;

29.  Jirrakomanda li l-Kummissjoni tuża l-għodda disponibbli tal-Kumitat tar-Reġjuni, b'mod partikolari l-Pjattaforma ta" Monitoraġġ tal-Istrateġija ta" Lisbona u n-Netwerk tal-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà sabiex ikun hemm skambju tal-aħjar prattiċi bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri bl-iskop li jidentifikaw u jiddeterminaw b'mod konġunt l-għanijiet, u sussegwentement jippjanaw l-azzjonijiet u, finalment, iwettqu evalwazzjoni kumparattiva tar-riżultati tal-politika ta" koeżjoni;

o
o   o

30.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, P6_TA(2008)0492.
(2) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(3) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza