Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri (COM(2013)0028 – C7-0024/2013 – 2013/0028(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0028),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0024/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Seimas tar-Repubblika tal-Litwanja, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, mis-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi u mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0034/2014),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb li tadotta r-Regolament (UE) Nru .../2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3),
Billi:
(1) Tul l-aħħar deċennju, iż-żieda fit-traffiku ferrovjarju tal-passiġġieri ma kinitx biżżejjed biex jiżdied is-sehem modali tiegħu meta mqabbel mal-karozzi u l-avjazzjoni. Is-sehem modali ta' 6 % tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fl-Unjoni Ewropea baqa' pjuttost stabbli. Is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri ma laħħquxżammewx il-pass mal-evoluzzjoni tal-bżonnijietta' modi oħra tat-trasport f'termini ta’ disponibbiltà, prezzijiet u kwalità. Filwaqt li dan jiġi kkunsidrat, għandhom jinstiltu l-lezzjonilijiet kollha rilevanti mill-approċċ adottat mill-Unjoni tul l-aħħar tliet riformi dwar il-ferroviji. [Em. 1]
(1a) It-trasport bil-ferrovija għandu rwol ewlieni soċjalment u ambjentalment, u f'termini ta' ppjanar tal-mobilità, u jista' jżid b'mod sinifikanti is-sehem ġenerali tiegħu mit-trasport Ewropew tal-passiġġieri. F'dan ir-rigward, l-investiment fir-riċerka kif ukoll fl-infrastruttura u l-vetturi ferrovjarji jista' jagħti kontribut sifikanti lil tkabbir ġdid, u b'hekk jagħti spinta lill-impjiegi direttament fis-settur ferrovjarju u indirettament billi tiżdied il-mobilità tal-impjegati ta' setturi oħra. It-trasport ferrovjarju għandu l-potenzjal li jiżviluppa f'fergħa moderna importanti tal-industrija tal-Unjoni, sakemm l-Istati Membri jaqblu dwar kooperazzjoni akbar. [Em. 2]
(2) Is-suq tal-Unjoni għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju internazzjonali tal-passiġġieri ilu miftuħ għall-kompetizzjoni mill-2010. Barra minn hekk, uħud mill-Istati Membri fetħu għall-kompetizzjoni s-servizzi domestiċi tal-passiġġieri tagħhom, jew billi introduċew drittijiet ta' aċċess miftuħ, jew permezz ta' sejħiet għall-offerti ta' kuntratti ta’ servizzi pubbliku, jew it-tnejn f'daqqa.
(3) Fil-White Paper tagħha dwar il-politika tat-trasport tat-28 ta’ Marzu 2011(4), il-Kummissjoni ħabbret il-ħsieb tagħha li tlesti s-suq intern tal-ferrovija, billi tippermetti lill-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni jipprovdu kull tip ta’ servizz tat-trasport ferrovjarju mingħajr xkiel tekniku u amministrattiv żejjed. Sabiex dan l-objettiv jinkiseb aħjar, ir-riforma attwali għandha tiġi maħsuba fid-dawl tal-mudelli tal-ferrovija li taw prova ta' effettività fl-Unjoni. [Em. 5]
(3a) Il-kwalità tas-servizzi pubbliċi għat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija għandha titjieb u l-effiċjenza tagħhom tiżdied, filwaqt li jinżammu s-servizzi eżistenti tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri li jiffunzjonaw b'mod effiċjenti. [Em. 6]
(3b) It-tlestija tal-ftuħ tas-suq ferrovjarju tal-Unjoni għandha titqies essenzjali sabiex il-ferrovija ssir alternattiva kredibbli għal modi oħra tat-trasport, f'termini ta' prezzijiet u kwalità. [Em. 7]
(3c) Huwa essenzjali għall-awtoritajiet kompetenti li jkollhom rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri. Tali awtoritajiet għandhom responsabilità għall-ippjanar ta' servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri, inkluż għall-identifikazzjoni tar-rotot li għandhom jintgħażlu għal aċċess miftuħ jew li għandhom jingħataw taħt kuntratti tas-servizz pubbliku u għad-determinazzjoni tal-proċedura ta' għoti ta' kuntratti. Barra minn hekk, għandhom jiġġustifikaw il-fatt li l-miri ta' vijabilità, effiċjenza u kwalità jistgħu biss jinkisbu bl-użu tal-proċedura ta' għoti ta' kuntratti li jkunu għażlu, u għandhom jippubblikaw din il-ġustifikazzjoni. [Em. 8]
(4) Meta l-awtoritajiet kompetenti jiġu biex jorganizzaw is-servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri tagħhom, iridu jiżguraw li l-obbligi tas-servizz pubbliku, u l-firxa ġeografika tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku, ikunu xierqa, meħtieġa, u proporzjonati għall-ksib tal-għanijiet tal-politika tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fit-territorju tagħhom. Din il-politika għandha tiġi spjegata fil-pjanijiet sostenibbli ta’ trasport pubbliku, filwaqt li jitħalla lok għal soluzzjonijiet tat-trasport imsejsa fuq is-suq. Il-proċess ta’ definizzjoni tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku u tal-obbligi ta’ servizz pubbliku għandu jkun trasparenti għall-partijiet interessati rilevanti, inklużi parteċipanti li potenzjalment jidħlu fis-suq. [Em. 9]
(5) Sabiex jiġi żgurat iffinanzjar sod għall-ilħiq tal-għanijiet tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku sostenibbli, l-awtoritajiet kompetenti jridu jfasslu obbligi ta' servizz pubbliku sabiex jilħqu l-għanijiet ta' trasport pubbliku b'mod kosteffettiv, li jqiskemm bi kwalità għolja kif ukoll b'mod effettiv fil-konfront tal-ispejjeż, filwaqt li jitqies il-kumpens għall-impatt finanzjarju nett ta’ dawk l-obbligi, u jridu jiżguraw ukoll is-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tat-trasport pubbliku pprovdut fil-qafas ta' kuntratti ta' servizz pubbliku. Dan jinkludi li jiġi evitat kemm il-kumpens żejjed kif ukoll il-kumpens nieqes, li jinħoloq mis-sustanza tal-obbligi tas-servizz pubbliku, jew min-nuqqas ta’ tal-awtorità kompetenti li tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha. L-obbligi tas-servizz pubbliku jistgħu jirreferu għan-netwerks li fihom uħud mis-servizzi jistgħu jiġu operati bi profitt tajjeb mingħajr kumpens finanzjarju; l-inklużjoni ta' tali servizzi fi ħdan l-ambitu tal-obbligi tas-servizz pubbliku ma għandhomx jirriżultaw fi ħlasijiet ta' kumpens li jeċċedu l-ammont neċessarju għall-provvista tal-firxa sħiħa ta' servizzi tan-netwerk. [Em. 10]
(6) Biex is-suq tat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri jimxi ħarir, huwa ta’ importanza partikulari li l-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw ma' dawn il-kriterji għall-obbligi ta’ servizz pubbliku, kif ukoll mal-firxa tal-kuntratti ta’ servizz pubbliku, għax l-operazzjonijiet ta’ trasport b'aċċess miftuħ jeħtieġu jkunu kkoordinati sew ma' dawk li jsiru fil-qafas ta' kuntratt tas-servizz pubbliku. Għal din ir-raġuni, il-korp regolatorju ferrovjarju indipendenti għandu jiżgura li dan il-proċess jiġi applikat b'mod korrett u trasparenti.
(7) Jeħtieġ li jiġi stabbilit volum annwali massimuIl-volum ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri sabiex tiġi ffaċilitatali jingħata fuq il-bażi ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti kompetittiva għandu jiġi stabbilitb’mod li jiffaċilita l-kompetizzjoni bejn offerenti żgħar, parteċipanti ġodda u l-operatur uffiċjali għal tali kuntratti, filwaqt li tingħata aktar flessibilità lill-awtoritajiet kompetenti biex jottimizzaw il-volum skont kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u operattivi. [Em. 64]
(8) Biex jiġi ffaċilitat it-tfassil ta’ sejħiet għall-offerti u b'hekk tittejjeb il-kompetizzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jridujeħtieġ li jiżguraw li, filwaqt li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali, l-operaturi kollha ta' servizz pubbliku interessati li jressqu applikazzjoni jirċievu ċertu tagħrif dwar is-servizzi ta' trasport u l-infrastruttura koperti mill-kuntratt ta' servizz pubbliku li tipprevjeni li jitqiesu li ġew diskriminati mill-awtorità kontaenti fir-rigward ta' kompetituri oħra. [Em. 12]
(9) Jeħtieġ li ċerti limiti massimi għall-għoti dirett ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku jiġu adattati għat-trasport ferrovjarju, skont il-kundizzjonijiet ekonomiċi speċifiċi li fihom isiru s-sejħiet għall-offerti f'dan is-settur.
(9a) Il-prinċipju tar-reċiproċità għandu jiġi applikat sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u jiġi evitat l-użu ħażin tal-kumpens. Dan il-prinċipju ma għandux japplika biss għall-Istati Membri u l-kumpaniji stabbiliti fl-Unjoni iżda wkoll għal kumpaniji minn pajjiżi terzi li jkunu jixtiequ jieħdu sehem fi proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti fi ħdan l-Unjoni. [Em. 65]
(10) Il-ħolqien ta’ Suq Intern għas-servizzi ta’ trasport ferrovjarju tal-passiġġieri jeħtieġ regoli komuni għas-sejħiet għall-offerti kompetittivi għal kuntratti ta’ servizz pubbliku f'dan is-settur, regoli li għandhom jiġu applikatili huma applikabbli b'mod armonizzat fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' kull Stat Membru. [Em. 14]
(11) Bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ta’ qafas li jippermettu lis-soċjetà tgawdi bis-sħiħ il-benefiċċju tal-ftuħ effettiv tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri, huwa importanti li l-Istati Membri jiżguraw livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali għall-persunal tal-operaturi tas-servizz pubbliku. [Am. 16]
(12) Fejn is-suq ma jiżgurax l-aċċess tal-operaturi tas-servizz pubbliku għall-vetturi ferrovjarji b’kundizzjonijiet xierqa ekonomiċi u mingħajr diskriminazzjoni, tali aċċess għandu jiġi ffaċilitat mill-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ miżuri xierqa u effettivi.
(13) Ċerti fatturi ewlenin tal-proċeduri li ġejjin ta’ sejħiet għall-offerti għal kuntratti ta’ servizz pubbliku jeħtieġ li jsiru għalkollox trasparenti, biex ikun possibbli rispons aktar organizzat għas-suq.
(14) B'mod konsistenti mal-loġika interna tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, għandu jiġi ċċarat li l-perjodu ta’ tranżizzjoni sat-2 ta’ Diċembru 2019 jirreferi biss għall-obbligu li jiġu organizzati proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti kompetittivi għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku. [Em. 66]
(15) It-tħejjija tal-impriżi ferrovjarji għas-sejħiet tal-offerti kompetittivi obbligatorji għall-kuntratti ta’ servizz pubbliku teħtieġ aktar żmien biex tippermetti r-ristrutturar intern effettiv u sostenibbli tal-impriżi li ngħatawlhom direttament tali kuntratti fil-passat. Għaldaqstant, jeħtieġu miżuri ta’ tranżizzjoni għall-kuntratti mogħtija direttament, bejn id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u t-3 ta’ Diċembru 2019.[Am. 67]
(16) Ladarba jinkiseb il-ftuħ tas-suq tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġeri, billi l-awtoritajiet kompetenti aktarx ikunu jridu jieħdu miżuri biex jiżguraw livell għoli ta' kompetizzjoni billi jillimitaw l-għadd ta' kuntratti li jagħtu lil impriża ferrovjarja individwali, għandhom jiġu pprovduti dispożizzjonijiet xierqa għal dan il-għan.
(17) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5).
(18) Fil-kuntest tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 994/98 ('ir-Regolament ta’ Abbilitazzjoni')(6), il-Kummissjoni pproponiet ukoll emenda tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (COM(2012)0730). Sabiex jiġi armonizzat l-approċċ għar-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 108(4) u 109 tat-Trattat, l-għajnuna għall-koordinazzjoni tat-trasport jew ir-rimborż għall-qadi ta’ ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku, kif imsemmi fl-Artikolu 93 tat-Trattat, għandhom jinġiebu fil-kamp ta’ amplikazzjoni tar-Regolament ta’ Abbilitazzjoni.
(19) B'hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għandu jiġi emendat skont dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mingħajr ħsara għad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 huwa emendat kif ġej: [Em. 17]
1. L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
(-a) Jiddaħħal il-punt li ġej:"
"(aa) "it-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija" jfisser it-trasport pubbliku ta' passiġġieri permezz tal-ferrovija, bl-esklużjoni ta' trasport ta' passiġġieri b'modi oħra bbbażati fuq binarji, bħall-metros, it-tramm jew, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, sistemi ta' tramm u ferrovija kkombinati;" [Em. 18]
"
(a) Il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
"(c) "awtorità kompetenti lokali" tfisser kwalunkwe awtorità kompetenti li l-ambitu ġeografikuż-żonaġeografika tal-kompetenza tagħha mhijiex nazzjonali, u li tkopri l-bżonnijiet ta’ trasport ta’, inter alia, agglomerazzjoni urbana jewu/jew ta’ distrettżona rurali, jew reġjun, inkluż fil-livell transkonfinali;" [Em. 19]
"
(b) Fil-punt (e) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
"L-ambitu tal-obbligi tas-servizz pubbliku għandu jeskludi kull servizzjkopri s-servizzi tat-trasport pubbliku li jmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex ikollu impatt ta’ netwerkhuma meħtieġa, inter alia, sabiex il-benefiċċji tal-effetti tan-netwerk ekonomiku, tekniku u ġeografiku jittieħdu fil-livell lokali, reġjunalireġjonali jew subnazzjonali. Tali effetti tan-netwerk jirriżultaw permezz tal-integrazzjoni ta' servizzi tat-trasport, li jagħmel it-trasport pubbliku aktar attraenti għall-passiġġieri u aktar effiċjenti għas-settur tat-trasport pubbliku. L-effetti tan-netwerk jistgħu jiġu ġġenerati kemm minn servizzi li jilħqu bilanċ u minn servizzi li ma jilħquhx, kif ukoll fil-livell ġeografiku u tariffarju u l-livell tal-iskeda tal-ferroviji." [Em. 20]
"
2. Jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej:"
"Artikolu 2a
Pjani ta’ trasport pubbliku multimodali u sostenibbli u obbligi ta’ servizz pubbliku [Em. 21]
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw b'mod regolari l-pjanijiet ta’ trasport pubbliku multimodali tal-passiġġieri, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli. Dawn il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku għandhom jiddefinixxu l-għanijiet ta' politika tat-trasport pubbliku, kif ukoll il-mezzi għall-ilħiq tagħhom, b'mod li jkopru l-modi kollha rilevanti ta’ trasport għat-territorju li għalih huma responsabbli, u b'hekk jippromwovu koeżjoni soċjali u territorjali. Għandu jkun possibbli li dawn il-pjanijiet jikkonsistu f'informazzjoni dwar pjanijiet tat-trasport pubbliku li diġà jeżistu fid-dominju pubbliku. Fejn diġà jeżistu servizzi internazzjonali, dawn għandhom jiġu kkunsidrati. Dawn il-pjani ta' trasport pubbliku għandhom jinkludu mill-inqas: [Em. 22]
(a)
l-istruttura tan-netwerk jew tar-rotot;
(b)
ir-rekwiżiti bażiċi li għandhom jiġu sodisfatti mill-offerta ta’ trasport pubbliku, bħall-aċċessibbiltà, il-konnettività territorjali,inkluż, inter alia, l-aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità, u is-sigurtà, l-interkonnessjonijiet modali u intermodali fiċ-ċentri ewlenin ta' konnessjoni, u karatteristiċi tal-offerti, bħall-ħinijiet tal-operazzjoni, il-frekwenza tas-servizzi, u l-livell minimu ta' użu tal-kapaċità; [Em. 23]
(ba)
Għat-trasport pubbliku ferrovjarju tal-passiġġieri, kriterji ta' effiċjenza li jinkludu, inter alia, tqassim modali tat-trasport pubbliku, puntwalità, effiċjenza fil-konfront tal-ispejjeż, frekwenza tas-servizz, is-soddisfazzjon tal-klijenti u l-kwalità tal-vetturi ferrovjarji; [Em. 24]
(c)
standards ta’ kwalità u sikurezza kif ukoll aspetti ta' kontroll rigward il-vetturi ferrovjarjimarbutin ma' elementi bħall-karatteristiċi tat-tagħmir tal-waqfiet jew stazzjonijiet kif ukoll tal-vetturi ferrovjarji, il-puntwalità u l-affidabbiltà, l-indafa, is-servizz u t-tagħrif għall-konsumaturi, il-ġestjoni tal-ilmenti u s-soluzzjoni tagħhom, u l-monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz , l-infrastruttura u s-servizzi, inkluża l-informazzjoni; [Em. 25]
(d)
il-prinċipji tal-politika tariffarja, bħall-użu ta' tariffi soċjali; [Em. 26]
(e)
rekwiżiti operattivi, bħat-trasport tar-roti, il-ġestjoni tat-traffiku, u pjan ta’ kontinġenza fil-każ ta’ disturbiregoli applikabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent u l-istabbiliment ta’ objettivi ambjentali. [Em. 27]
Fit-tfassil tal-pjanijiet ta' trasport pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu partikularment ir-regoli applikabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-passiġġieri, u l-ħarsien soċjali, tal-impjiegi, u tal-ambjent. [Em. 28]
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jadottaw il-pjanijiet ta’ trasport pubbliku wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, inklużu mbagħad għandhom jippubblikawhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet interessati rilevanti li għandhom jitqiesu, iridu jkunu, tal-anqas, operaturi tat-trasport, amministratturi tal-infrastruttura fejn xieraq, u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-passiġġieri u l-impjegati u għandhomjippubblikaw dawn il-pjanijiet. [Em. 29]
2. L-istabbiliment ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku, u l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku, għandhom ikunu konsistenti mal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku applikabbli.
3. L-ispeċifikazzjonijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku għat-trasport pubbliku tal-passiġġieri, u l-ambitu tal-applikazzjoni tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti kif ġej:
(a)
għandhom jiġu ddefiniti skont l-Artikolu 2(e);
(b)
għandhom ikunu xierqa biex jiksbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku; jiġifieri, għandhom jiddeterminaw il-proċedura ta' għoti ta' kuntratt f'termini ta' standards ta' kwalità li għandhom jinkisbu u l-mezzi xierqa biex dan isir, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan tat-trasport pubbliku; [Em. 30]
(c)
ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu neċessarju u proporzjonatGħandhom ikunu neċessarji u proporzjonati biex jinkisbu l-għanijiet tal-pjantal-pjanijiet tat-trasport ta’ trasport pubbliku u, fir-rigward tat-trasport pubbliku ferrovjarju tal-passiġġieri, għandhom jikkunsidraw id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. [Em. 31]
Il-verifika tal-kwalità xierqa msemmija fil-punt (b) għandha tqis jekk intervent pubbliku fil-forniment ta’ trasport tal-passiġġieri huwiex mezz xieraq biex jinkisbu l-għanijiet tal-pjanijiet ta’ trasport pubbliku. [Em. 32]
Għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, il-verifika tan-neċessità u tal-proporzjonalità msemmijin fil-punt (c) għandha tqis is-servizzi ta' trasport ipprovduti skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni)(8), u għandha tqis it-tagħrif kollu mgħoddi lill-amministratturi tal-infrastruttura u lill-korpi regolatorji skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 38(4) ta' dik id-Direttiva.[Em. 33]
4. L-ispeċifikazzjonijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, u l-kumpens relatat tal-impatt finanzjarju nett tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, għandhom: jilħqu l-objettivi tal-pjan għat-trasport pubbliku b' effikaċja fil-konfront tal-ispejjeż u għandhom isostnu finanzjarjament il-forniment tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri fuq terminu ta’ żmien twil u jsostnu finanzjarjament, u fit-tul, il-forniment tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri. [Em. 34]
(a)
jiksbu l-għanijiet tal-pjan ta’ trasport pubbliku fl-iktar mod kosteffettiv possibbli;
(b)
isostnu finanzjarjament, u fit-tul, il-forniment tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri skont ir-rekwiżiti stipulati fil-pjan ta’ trasport pubbliku.
5. Meta tiġi biex tħejji l-ispeċifikazzjonijiet, l-awtorità kompetenti għandha tfassal l-abbozz tal-ispeċifikazzjonijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-ambitu tagħhom, il-passi bażiċi għall-verifika tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4, u r-riżultati tal-verifika.
L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta, b'mod xieraq, mal-partijiet interessati rilevanti fosthom, bħala minimu, l-operaturibħall-operaturi tat-trasport, l-amministratturi tal-infrastruttura fejn xieraq, u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri u lill-impjegati–,lill-impjegati rigward dawn l-ispeċifikazzjonijiet, u għandha tqis il-pożizzjonijiet tagħhom. [Em. 35]
il-konformità tal-verifikatal-valutazzjoni u tal-proċedura stipulati f'dan l-Artikolu għandha tiġi żgurata mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE, inkluż fuq inizjattiva tiegħu stess;fuq talba ta' kwalunkwe parti interessata; [Em. 36]
(b)
il-volum annwali massimu ta' kuntratt ta' servizz pubblikuf'termini ta' kilometri ta' ferrovija għandu jkun l-ogħla valur minn 10 miljunL-ammont minimu ta' kuntratti tas-servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju fi Stat Membru għandu jkun:
–
wieħed, fil-każ ta' volum tas-suq nazzjonali ta' trasport ta' passiġġieri taħt kuntratt ta' servizz pubbliku sa 20 miljun kilometru ta' ferrovija jew terzferrovija u sa 100 kilometru ta' ferrovija, bil-kundizzjoni li d-daqs ta' kuntratt wieħed ma jaqbiżx 75 % tal-volum totali tas-suq taħt kuntratti tas-servizz pubbliku;
–
tnejn, fil-każ ta' volum tas-suq nazzjonali ta' trasport ferrovjarju ta' passiġġieri taħt kuntratt ta' servizz pubbliku ta' aktar minn 20 miljun kilometru ta' ferrovija u sa 100 miljun kilometru ta' ferrovija, bil-kundizzjoni li d-daqs ta' kuntratt wieħed ma jaqbiżx 75 % tal-volum totali tas-suq taħt kuntratti tas-servizz pubbliku;
–
tlieta, fil-każ ta' volum tas-suq nazzjonali tat-trasport ferrovjarju ta' passiġġieri taħt kuntratt ta' servizz pubbliku ta' aktar minn 100 miljun kilometru ta' ferrovija u sa 200 kilometru ta' ferrovija, bil-kundizzjoni li d-daqs ta' kuntratt wieħed ma jaqbiżx 75 % tal-volum totali tas-suq taħt kuntratti tas-servizz pubbliku;
–
erbgħa, fil-każ ta' volum tas-suq nazzjonali ta' trasport ferrovjarju ta' passiġġieri taħt kuntratt ta' servizz pubbliku ta' aktar minn 200 miljun kilometru tal-ferrovija, bil-kundizzjoni li d-daqs ta' kuntratt wieħed ma jaqbiżx 50 % tal-volum totali tas-suq taħt kuntratti tas-servizz pubbliku. [Em. 69]
(ba)
L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina r-rotot li għandhom jingħataw taħt kuntratti tas-servizz pubbliku b'konformità mad-Direttiva 2012/34/UE. [Em. 38]
______________
* Direttiva 2012/34/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32). "
"
3. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
(a) Fl-Artikolu 1, il-punt (a) għandu jinbidel b'li ġej:"
"(a) jiddefinixxu biċ-ċar l-obbligi ta’ servizz pubbliku, stipulati fl-Artikolu 2(e) u fl-Artikolu 2a, li l-operatur ta’ servizz pubbliku jkun segħandu jikkonforma magħhom, u ż-żoni ġeografiċi kkonċernati;jitolbu lill-operatur jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni essenzjali kollha għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku, filwaqt li s-sigrieti kummerċjali jiġu protetti;" [Em. 39]
"
(b) L-aħħar sentenza tal-paragrafu 1(b) tinbidel b'li ġej:"
"Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku li ma jingħatawx skont l-Artikolu 5(3), dawn il-parametri għandhom jiġu ddeterminati b'mod li l-ebda ħlas ta’ kumpensl-kumpens ma jaqbiżx u lanqas jaqa' taħtjista' jaqbeż l-ammont meħtieġ biex ikopri l-impatt finanzjarju nett fuq il-kostijiet imġarrba u d-dħul iġġenerat fil-qadi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, b'kunsiderazzjoni għad-dħul marbut miegħu miżmum mill-operatur tas-servizz pubbliku, u qligħ raġonevoli;" [Em. 40]
"
(ba) Il-paragrafu 5 jinbidel b'li ġej:"
"5. Mingħajr preġudizzju għal-Liġi nazzjonali u l-Liġi tal-Unjoni, inkluż ftehimiet kollettivi rappreżentattivi bejn l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-operatur ta’ servizz pubbliku magħżul li jagħti lill-persunal kundizzjonijiet bażiċi fuq il-bażi ta' standards soċjali obbligatorji nazzjonali, reġjonali jew lokali u/jew jimplimenta t-trasferiment obbligatorju ta' persunal fil-każ ta' bidla fl-operatur. Meta jsir tali trasferiment, il-persunal li ttieħed preċedentement mill-operatur ta' qabel biex jipprovdi servizzi għandu jingħata l-istess d-drittijiet li għalihom kien ikollu jedd kieku kien hemm trasferiment fis-sens tad-Direttiva 2001/23/KE. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jitolbu li l-operaturi tas-servizz pubbliku jikkonformaw ma’ ċerti standards soċjali, id-dokumenti ta’ sejħiet għal offerti u l-kuntratti għal servizz pubbliku għandhom jelenkaw il-persunal ikkonċernat u għandhom jagħtu dettalji b'mod trasparenti tad-drittijiet kuntrattwali tagħhom u l-kundizzjonijiet li taħthom l-impjegati huma meqjusin li huma marbuta mas-servizzi". [Em. 41]
"
(c) Il-paragrafu 6 jinbidel b'li ġej:"
"6. FejnSkont il-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxuskont il-liġi nazzjonali, jirrikjedu li l-operaturi ta’ servizz pubbliku jikkonformaw ma' ċerti standards ta’ kwalità jew u standards soċjali, jew fejn jistabbilixxujistipulaw kriterji soċjali u kwalitattivi, inkluż l-obbligu li jikkonformaw mal-ftehimiet kollettivi rappreżentattivi applikabbli u jiżguraw kundizzjonijiet ta' impieg u ta' xogħol deċenti, billi jinkluduhom jew jagħmlu riferenza għalihom dawn l-istandards u kriterji għandhom jiġu inklużi fid-dokumenti tas-sejħiet għall-offerti, kif ukoll fil-kuntratti ta’ servizz pubbliku, indipendentement mill-proċedura ta' għoti ta' kuntratti." [Em. 42]
"
(d) Jiżdied il-paragrafu 8 li ġej:"
"8. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-partijiet kollha interessati tagħrif għat-tħejjija ta' offerta fil-qafas ta' proċedura ta' sejħa kompetittiva għall-offerti filwaqt li jirrispettaw is-sigrieti kummerċjali. Dan it-tagħrif għandu jinkludi informazzjoni dwar id-domanda ta’ passiġġieri, it-tariffi, il-kostijiet u d-dħul marbutin mat-trasport pubbliku tal-passiġġieri kopert mill-offerta, u dettalji dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-infrastruttura rilevanti għall-operazzjoni tal-vetturi meħtieġa jew tal-vetturi ferrovjarji, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jfasslu pjanijiet ta’ negozju infurmati sew. L-amministratturi tal-infrastruttura ferrovjarja għandhom jappoġġjaw lill-awtoritajiet kompetenti billi jipprovdu l-ispeċifikazzjonijiet infrastrutturali kollha rilevanti. In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati hawn fuq ikun suġġett għar-reviżjoni legali pprovduta fl-Artikolu 5(7)." [Em. 43]
"
4. L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
(-a) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"1a. Kull awtorità kompetenti, kemm jekk tkun awtorità individwali jew grupp ta' awtoritajiet, inkluż minn aktar minn Stat Membru wieħed, għandha tkun intitolata għall-għoti ta' kuntratti ta' servizzi pubbliċi f'konformità mar-regoli stipulati f'dan ir-Regolament."; [Em. 44]
"
(-aa) Jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:"
"3a. Sa tmiem il-perjodu ta' tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2), l-Istati Membri u, jekk permess mil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeskludu minn proċeduri ta' sejħiet għall-offerti kompetittivi għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku bil-ferrovija, organizzati mill-awtoritajiet kompetenti fit-territorju tagħhom skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, kwalunkwe impriża jew operatur ferrovjarju jew kwalunkwe sussidjarja kkontrollata direttament jew indirettament minn impriża ferrovjarja jew il-kumpanija holding tagħha, jekk l-impriża ferrovjarja ta' kontroll, il-kumpanija holding ta' kontroll jew is-sussidjarji tagħhom:
(a)
huma liċenzjati u qed joperaw servizzi ferrovjarji domestiċi fi Stat Membru fejn l-awtoritajiet kompetenti mhumiex permessi jagħtu kuntratti ta' servizz pubbliku permezz ta' proċeduri ta' sejħiet għall-offerti kompetittivi, u
(b)
ibbenefikaw minn kuntratti ta' servizz pubbliku bil-ferrovija mogħtija direttament, li s-sehem tagħhom f'termini ta' valur huwa ogħla minn 50 % tal-valur totali tal-kuntratti kollha ta' servizzi pubbliċi bil-ferrovija mogħtija lil dik l-impriża ferrovjarja, jew kumpanija holding jew sussidjarji tagħhom.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, "kontroll" tfisser kwalunkwe dritt, kuntratt jew mezz ieħor li, b’mod separat jew b’mod ikkombinat, u fir-rigward ta' kwalunkwe kunsiderazzjoni relevanti bil-fatti jew bil-liġi, jagħti l-possibilità li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, b’mod partikolari permezz ta’:
(a)
sjieda jew id-dritt tal-użu tal-assi kollha ta’ impriża jew parti minnhom;
(b)
drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu d-dritt li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deliberazzjonijiet tal-organi soċjali ta’ dik l-impriża
3b. L-Istati Membri u, jekk permess mil-liġi nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista' teskludi mill-proċeduri ta' sejħiet għall-offerti kompetittivi kwalunkwe operatur jew impriża li hija kkontrollata direttament jew indirettament, minn persuna ġurdika jew fiżika jew persuni rreġistrati f'pajjiż terz jew f'pajjiżi terzi, ħlief fejn dak il-pajjiżi jew dawk il-pajjiżi ħadu miżuri li jippermettu li kuntratti ta' servizzi pubbliċi jingħataw permezz ta' sejħiet għall-offerti kompetittivi lil impriżi ferrovjarji liċenzjati fi Stat Membru."; [Em. 68]
"
(a) Il-paragrafu 4 jinbidel b'li ġej:"
„4. Għajr fejn hu pprojbit bil-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jagħtu kuntratti ta’ servizz pubbliku b'mod dirett:
(a)
fejn il-valur annwali medju tagħhom huwa stmat għal inqas minn EUR 1 000 000, jew inqas minn EUR 5 000 000 fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jinkludi t-trasport pubbliku bil-ferrovija, jew
(b)
fejn jikkonċernaw il-forniment annwali ta’ inqas minn 300 000 kilometrukilometruta’ vettura ta’ servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, jew inqas minn 150 000 kilometrukilometruta’ vettura fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jinkludi t-trasport ferrovjarju pubbliku. [Em. 47]
(ba)
fejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' sistemi iżolati tal-ferrovija fil-qasam tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija jvarjaw b'mod sinifikanti mit-TSI tan-netwerk ferrovjarju prinċipali tal-Istat Membru rispettiv li miegħu huma konnessi. [Em. 75]
Fil-każ ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku li jingħata direttament lil impriża żgħira jew ta’ daqs medju li ma toperax iktar minn 23 vettura bit-triq, dawn il-limiti jistgħu jiżdiedu, jew għal valur annwali medju stmat għal inqas minn EUR 2 000 000, jew għal forniment annwali ta’ inqas minn 600 000 kilometrukilometruta’ vettura ta’ servizzi ta’ trasport pubbliku tal-passiġġieri."; [Em. 48]
"
(aa) Il-paragrafu 5 jinbidel b'li ġej:"
"5. Fl-eventwalità ta’ tfixkil ta’ servizzi jew ir-riskju immedjat ta’ sitwazzjoni bħal din, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu miżura ta’ emerġenza. Sitwazzjoni ta’ emerġenza tista’ tinkludi l-inabilità min-naħa tal-awtorità kompetenti li tagħti bidu għal proċedura ta’ sejħa għall-offerti fi żmien xieraq għal kuntratt ta’ servizz pubbliku u/jew li tagħti dak il-kuntratt lil operatur fi żmien xieraq. Din il-miżura ta’ emerġenza għandha tieħu l-forma ta’ għotja diretta jew ftehim formali għall-estensjoni ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku jew rekwiżit li jiġu pprovduti ċerti obbligi ta’ servizz pubbliku. L-operatur tas-servizz pubbliku għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni li tiġi imposta d-dispożizzjoni ta’ ċerti obbligi ta’ servizz pubbliku. L-għoti jew l-estensjoni ta' kuntratt għal servizz pubbliku b'miżura ta' emerġenza jew l-impożizzjoni ta' tali kuntratt m'għandux jeċċedi sentejn."; [Em. 63]
"
(b) Il-paragrafu 6 jinbidel b'li ġej:"
"L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li, sabiex iżidu l-kompetizzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji, il-kuntratti għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri li jkopru partijiet mill-istess netwerk jew pakkett ta’ rotot għandhom jingħataw lil impriżi ferrovjarji differenti. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu, qabel ma jvaraw il-proċedura tas-sejħa għall-offerti, li jillimitaw l-għadd ta' kuntratti li għandhom jingħataw lill-istess impriża ferrovjarja." "6. F'konformità mad-Direttiva 2012/34/UE, u sakemm mhux ipprojbit mil-liġi nazzjonali, dawk l-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli għall-istabbiliment ta' pjanijiet tat-trasport pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 2a jistgħu jiddeċiedu li jipproċedu għall-għoti dirett ta' kuntratti tas-servizz pubbliku fir-rigward ta' servizzi pubbliċi tat-trasport ta' passiġġieri bil-ferrovija, suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-pjan tat-trasport pubbliku jinkludi rekwiżiti applikabbli għat-tul kollu tal-kuntratt fir-rigward ta' dan li ġej:
—
l-iżvilupp tal-volumi tal-passiġġieri,
—
il-puntwalità tas-servizzi,
—
l-effiċjenza fil-konfront tal-kostijiet f'termini ta' produttività tal-kapital,
—
il-frekwenza tal-operazzjonijiet ferrovjarji,
—
is-sodisfazzjon tal-klijenti,
—
il-kwalità tal-vetturi ferrovjarji.
(b)
l-awtorità kompetenti għandha tippubblika, mhux aktar tard minn 18-il xahar qabel ma jibda l-kuntratt kif ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu soddisfatti permezz tal-għoti dirett ta' kuntratt ta' servizz pubbliku u regolarment tivvaluta l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 7(1). Jekk jiġi reġistrat ilment minn operatur jew impriża ferrovjarja interessata fir-rigward tal-għoti dirett tal-kuntratt, il-korp regolatorj għandu jeżamina r-raġunijiet ipprovduti mill-awtorità kompetenti u jieħu deċiżjoni mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkun ġie rreġistrat l-ilment. Il-korp regolatorju jista' jaġixxi wkoll fuq inizjattiva tiegħu stess.
(c)
il-korp regolatorju għandu jeżamina jekk kienx hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu u vvalutati skont l-Artikolu 7(1) mhux aktar tard minn 24 xahar qabel ma jintemm il-kuntratt attwali. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-korp regolatorju d-dejta kollha neċessarja għall-analiżi tagħha.
Fejn il-korp regolatorju jikkonkludi li kien hemm konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, hu għandu, mingħajr dewmien, jobbliga lill-awtorità kompetenti tagħti kwalunkwe kuntratt ġdid ta' servizz pubbliku skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja indipendenti għandha tkun vinkolanti u applikabbli immedjatament.
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 4(3), it-tul ta' tali kuntratti ma għandux jaqbeż disa' snin.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati filwaqt li tagħti dettalji dwar ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu." [Em. 50]
"
5. Jiddaħħal l-Artikolu 5a li ġej:"
"Artikolu 5a
Il-vetturi ferrovjarji
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-aċċess effettiv u kundizzjonijiet ta' aċċess effettivi mingħajr diskriminazzjoni għal vetturi ferrovjarji xierqa għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, f'isem l-operaturi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri fil-qafas ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku. [Em. 51]
2. Fejn ma jeżistux, f'suq tat-trasport rilevanti, kumpaniji ta’ kiri tal-vetturi ferrovjarji għall-kiri tal-vetturi ferrovjarji msemmija fil-paragrafu 1 b'kundizzjonijiet kummerċjalment vijabbli u mhux diskriminatorji lill-operaturi kollha kkonċernati tat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riskju ta’ valur residwali tal-vetturi ferrovjarji jiġġarrab mill-awtorità kompetenti skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, fejn l-operaturi li jixtiequ u huma kapaċi jipparteċipaw fi proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti għal kuntratti ta’ servizz pubbliku jitolbu dan sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-istess sejħiet għall-offerti.
L-awtorità kompetenti tista' tikkonforma mar-rekwiżit stipulat fl-ewwel subparagrafu f'wieħed mill-modi li ġejjinb'diversi modi li jiffaċilitaw l-ekonomiji ta' skala, bħal: [Em. 52]
(a)
billi tikseb hi stess bi prezz tas-suq, il-vetturi ferrovjarji użati għall-implimentazzjoni tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku, bil-għan li tagħmlu disponibbli għall-operatur magħżul tas-servizz pubbliku bi prezz tas-suq, jew bħala parti mill-kuntratt ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 4(1)(b), l-Artikolu 6, u fejn applikabbli, skont l-Anness, [Em. 53]
(b)
billi tipprovdi garanzija għall-iffinanzjar tal-vetturi ferrovjarji użati għall-implimentazzjoni tal-kuntratt ta' servizz pubbliku bi prezz tas-suq, jew bħala parti minn kuntratt ta' servizz pubbliku skont l-Artikolu 4(1)(b), l-Artikolu 6, u fejn applikabbli, skont l-Anness. Tali garanzija tista' tkopri r-riskju ta’ valur residwali filwaqt li tirrispetta r-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-istat fejn applikabbli,
(c)
billi tintrabat, fil-kuntratt ta’ servizz pubbliku, li tieħu lura l-vetturi ferrovjarji fi tmiem il-kuntratt bi prezz tas-suq.
(ca)
billi tikkoopera mal-awtoritajiet lokali ġirien sabiex jinħoloq grupp akbar ta' vetturi ferrovjarji; [Em. 54]
3. Fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrikjedu li l-operatur tas-servizz pubbliku jittrasferixxi l-vetturi ferrovjarji, wara l-iskadenza tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku, lill-operatur ġdid li jkun ingħata kuntratt. L-awtorità kompetenti tista' tobbliga lill-operatur ġdid tat-trasport pubbliku jieħu l-vetturi ferrovjarji f'idejh. Dan it-trasferiment għandu jsir b'rati tas-suq. [Em. 55]
3 4. Jekk il-vetturi ferrovjarji jiġu trasferiti lil operatur ġdid tat-trasport pubbliku, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni, fid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti, tagħrif iddettaljat dwar il-kost tal-manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji, kif ukoll dwar il-kundizzjoni fiżika tagħhom." [Em. 56]
4. Sa [18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9a(2)." [Em. 57 u 82]
"1. Il-kumpens kollu marbut ma' regoli ġenerali jew ma' kuntratt ta’ servizz pubbliku għandu jikkonforma mal-Artikolu 4, irrispettivament minn kif il-kuntratt ikun ingħata. Kull kumpens, tan-natura li jkun, marbut ma' kuntratt ta’ servizz pubbliku li ma jingħatax skont l-Artikolu 5(3), jew marbut ma' regola ġenerali, għandu jikkonforma wkoll mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Anness."
"
7. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
(a) Il-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej:"
"1. Kull awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni, darba fis-sena, rapport aggregat dwar l-obbligi ta' servizz pubbliku li għalihom hija responsabbli, id-data tal-bidu u t-tul ta' żmien tal-kuntratti ta' servizz pubbliku, l-operaturi magħżula ta' servizz pubbliku, u l-ħlasijiet ta' kumpens u d-drittijiet esklussivi mogħtija lill-istess operaturi ta’ servizz pubbliku permezz ta’ rimborż. Ir-rapport għandu jevalwa l-prestazzjoni f'termini ta' konformità u jispeċifika l-indikaturi tas-servizzi tat-trasport, inkluża l-puntwalità, l-affidabilità, l-indafa, is-sodisfazzjon tal-utenti kif ikkalkolata permezz ta’ stħarriġ pubbliku u r-rata minima ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċitajiet. Ir-rapport għandu jiddistingwi bejn it-trasport bix-xarabank u t-trasport ferrovjarju, għandu jippermetti l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni, il-kwalità u l-iffinanzjar tan-netwerk tat-trasport pubbliku, u fejn xieraq, għandu jipprovdi tagħrif dwar in-natura tad-drittijiet esklussivi mogħtija u safejn jaslu. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess ċentrali għal dawn ir-rapporti, ngħidu aħna permezz ta’ portal tal-internet komuni. Il-Kummissjoni għandha tħejji sommarju ta' dawn ir-rapporti u tissottomettih, fil-lingwi kollha ta' ħidma, lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill."; [Em. 58]
"
(b) Fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:"
"(d) id-data tal-bidu u t-tul ta’ żmien previsti tal-kuntratt ta’ servizz pubbliku.".
"
8. L-Artikolu 8 jinbidel kif ġej:
(a) L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 jinbidel b'li ġej:"
"2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 3, l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku bil-ferrovija, bl-eċċezzjoni ta’li jikkonċernaw it-trasport bit-triq u modi oħra bbażati fuq il-binarji bħall-metro u t-tramm, it-tramm u sistemi ta' tramm u ferrovija kkombinati, għandu jikkonforma mal-Artikolu 5(3) sa mit-3 ta’ Diċembru 2019. Kull kuntrattKuntratti ta’ servizz pubbliku b'modi oħra bbażati fuq il-binarji u bit-triq irid ikun ingħata skont l-Artikolu 5(3) sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Diċembru 2019.li jikkonċernaw trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija għandhom jingħataw mit-3 ta' Diċembru 2022 f'konformità mal-Artikolu 5. Sat-3 ta' Diċembru 2022 l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-istabbiliment tal-pjanijiet tat-trasport pubbliku msemmija fl-Artikolu 2a għandhom jiġu fdati bis-setgħat kollha neċessarji għall-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku f'konformità mal-Artikolu 5. Matul il-perjoduil-perjodi ta’ tranżizzjoni li jibqa' sejjer sat-3 ta’ Diċembru 2019, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jikkonformaw progressivament mal-Artikolu 5(3), sabiex jevitaw problemi strutturali serji, partikularment b'rabta mal-kapaċità tat-trasport." [Em. 59]
"
(aa) Fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:"
"Fi żmien sitt xhur wara l-ewwel nofs tal-perjodi ta' tranżizzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni rapport ta' progress fejn jissottolinjaw l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe għoti gradwali ta' kuntratti ta' servizz pubbliku li jikkonforma mal-Artikolu 5. Fuq il-bażi tar-rapporti ta' progress tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tipproponi miżuri xierqa indirizzati lill-Istati Membri."; [Em. 60]
"
(b) Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:"
"2a. Il-kuntratti ta’ servizz pubbliku għat-trasport ferrovjarju pubbliku tal-passiġġieri li jingħataw bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u t-2ma jkunux konformi mal-Artikolu 5, mogħtija direttament qabel it-3 ta’ Diċembru 20192022jistgħu jkomplu sad-data tal-iskadenza tagħhom. Madankollu, jiġri x'jigri,ma għandhomx ikomplu lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2022.għandhom fi kwalunkwe każ jiskadu l-aktar tard ...(9)." [Em. 61]
"
(c) Fil-paragrafu 3, l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tinbidel b'li ġej:"
"Il-kuntratti msemmija fil-punt (d) jistgħu jkomplu sakemm jiskadu, dejjem jekk ikunu ta’ tul ta’ żmien limitat simili għall-perjodi speċifikati fl-Artikolu 4.".
"
9. Jiddaħħal l-artikolu li ġej:"
"Artikolu 9a
Proċedura ta' Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea, stabbilit bl-Artikolu 62 tad-Direttiva 2012/34/UE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
----------------
* Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011 , p. 13)."
"
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu jsir disponibbli fil-forma ta' test ikkonsolidat bir-Regolament (KE) Nru 1370/2007, li għandu jemenda fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tiegħu. [Em. 62]
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
White Paper: Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti COM(2011)0144.
Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../... li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna Statali orizzontali, u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq, COM(2012)0730, 5.12.2012.
Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, enerġija, trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28/03/2014, p. 243).