Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0014(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0016/2014

Testi mressqa :

A7-0016/2014

Dibattiti :

PV 25/02/2014 - 8
PV 25/02/2014 - 10
CRE 25/02/2014 - 8
CRE 25/02/2014 - 10

Votazzjonijiet :

PV 26/02/2014 - 9.4
CRE 26/02/2014 - 9.4

Testi adottati :

P7_TA(2014)0151

Testi adottati
PDF 881kWORD 419k
L-Erbgħa, 26 ta' Frar 2014 - Strasburgu Verżjoni finali
Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ***I
P7_TA(2014)0151A7-0016/2014
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (COM(2013)0027 – C7-0029/2013 – 2013/0014(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0027),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0029/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-11 ta' Lulju 2013(1) ,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-8 ta' Ottubru 2013(2) ,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Litwan, is-Senat Rumen u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, fejn huwa ddikjarat li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Sajd u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0016/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta dikjarazzjoni finanzjarja li tieħu kont sħiħ tar-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq it-testi leġiżlattivi kollha fl-ambitu tar-Raba' Pakkett Ferrovjarju sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet baġitarji u ta' staff tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u possibbilment tas-servizzi tal-Kummissjoni.

3.  Jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva fuq l-abbozz ta' regolament għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2) ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Frar 2014 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru .../2014 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
P7_TC1-COD(2013)0014

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz ta’ att leġislattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1) ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2) ,

Skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(3) ,

Billi:

(1)  L-istabbiliment progressiv ta’ żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri jeħtieġ azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi applikabbli għall-ferroviji fir-rigward tal-aspetti tekniċi (interoperabilità) u l-aspetti tas-sikurezza, it-tnejn marbuta b’mod inseparabbli u t-tnejn jeħtieġu livell ogħla ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni. F’dawn l-aħħar għoxrin sena ġiet adottata leġiżlazzjoni ferrovjarja rilevanti, b’mod partikolari tliet pakketti ferrovjarji, bl-aktar rilevanti jkunu d-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) u d-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) .

(2)  It-tfittxija simultanja tal-għanijiet tas-sikurezza u tal-interoperabilità ferrovjarja teħtieġ ħidma teknika sostanzjali li trid titmexxa minn korp speċjalizzat. Huwa għalhekk li, bħala parti mit-Tieni Pakkett Ferrovjarju fl-2004, kien meħtieġ li tinħoloq, fi ħdan il-qafas istituzzjonali eżistenti u b’rispett għall-bilanċ tal-poter fl-Unjoni, aġenzija Ewropea responsabbli għas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja (minn hawn ’il quddiem ‘l-Aġenzija’).

(3)  L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea ġiet oriġinarjament stabbilita bir-Regolament (KE) 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sabiex tippromwovi l-istabbiliment ta’ żona ferrovjarja Ewropea mingħajr fruntieri u biex tgħin sabiex tagħti ħajja mill-ġdid lis-settur ferrovjarju filwaqt li ssaħħaħ il-vantaġġi essenzjali tiegħu f’termini ta’ sikurezza. Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 irid jiġi sostitwit b’att ġdid minħabba l-ammont t-tibdiliet sostanzjali ta’ bidliet fil-kompiti li huma meħtieġa fir-rigward tal-kompiti tal-Aġenzija u fl-organizzazzjoni interna tagħha. [Em. 1]

(4)  Ir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju jipproponi bidliet importanti sabiex jittejjeb il-funzjonament taż-żona ferrovjarja unika Ewropea b’emendi permezz ta’ riformulazzjoni tad-Direttiva 2004/49/KE u tad-Direttiva 2008/57/KE, it-tnejn marbutin direttament mal-kompiti tal-Aġenzija. Dawk id-Direttivi, flimkien ma’ dan ir-Regolament, jipprovdu b’mod partikolari għat-twettiq ta’ kompiti relatati mal-awtorizzazzjoni ta’ vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza speċjalment fit-traffiku transfruntiera fil-livell tal-Unjoni. Huwa jimplika rwol akbar għall-Aġenzija. [Em. 2]

(5)  L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien u l-funzjonament effettiv ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea mingħajr fruntieri u għall-garanzija ta' livell għoli ta’ sikurezza filwaqt li ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tas-settur ferrovjarju. Dak għandu jinkiseb billi tikkontribwixxi, fuq kwistjonijiet tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea billi żżid il-livell tal-interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji u għall-iżvilupp ta’ approċċ komuni għas-sikurezza fis-sistema ferrovjarja Ewropea. L-Aġenzija għandha taqdi wkoll ir-rwol ta’ awtorità Ewropea responsabbli għall-ħruġ , fil-livell ta' Unjoni, ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji u ta’ tipi ta’ vetturi, ċertifikati tas-sikurezza għal impriżi ferrovjarji u awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) li jinsabu jew li joperaw madwar l-Unjoni . Barra minn hekk, hija għandha timmonitorja r-regoli ferrovjarji nazzjonali u l-prestazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li jaġixxu fl-oqsma tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja. [Em. 3]

(6)  Meta tfittex li tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b’mod sħiħ il-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni u r-restrizzjonijiet , ir-restrizzjonijiet speċifiċi relatati mar-rabtiet ferrovjarji ma’ pajjiżi terzi, L-Aġenzija għandu jkollha responsabbiltà unika għall-funzjonijiet u s-setgħat assenjati lilha. u s-sitwazzjoni speċifika tan-netwerks ferrovjarji kollha f’distanza bejn il-binarji differenti, partikolarment meta l-Istati Membri jkunu integrati tajjeb f’dawk in-netwerks flimkien ma’ pajjiżi terzi iżda jkunu jinsabu iżolati min-netwerk ferrovjarju prinċipali tal-Unjoni . Għandha tfittex ukoll li tiffaċilita l-prinċipju ta’ reċiproċità bejn l-aċċess għal pajjiżi terzi għas-suq tal-Unjoni u l-aċċess għall-impriżi tal-Unjoni għas-swieq ta’ pajjiżi terzi. [Em. 4]

(6a)  L-Aġenzija għandu jkollha responsabbiltà unika għall-funzjonijiet u s-setgħat assenjati lilha. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandu jkollhom ir-responsabbiltà unika għad-deċiżjonijiet li jieħdu. [Em. 5]

(7)  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, u b’mod partikolari fir-rigward tat-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b'mod sħiħ il-kompetenza ferrovjarja esterna. Din il-kompetenza għandha tikkonsisti prinċipalment minn professjonisti tas-settur ferrovjarju esperti mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra kif ukoll professjonisti tas-settur ferrovjarju, inkluż korpi rappreżentattivi u korpi ta' valutazzjoni tal-konformità indipendenti notifikati . Huma għandhom jiffurmaw gruppi ta’ ħidma kompetenti u rappreżentattivi tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha żżomm f'moħħha l-ħtieġa li jinżamm bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji, fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, min-naħa waħda, u l-għan li jinkiseb l-aqwa għarfien possibbli, min-naħa l-oħra. [Em. 6]

(8)  Sabiex l-Aġenzija tipprovdi għarfien dwar l-effetti ekonomiċi fuq is-settur ferrovjarju u l-impatt tiegħu fuq is-soċjetà, tippermetti lil ħaddieħor jieħu deċiżjonijiet infurmati, u timmaniġġja l-prijoritajiet tax-xogħol u l-allokazzjoni tar-riżorsi b’mod iżjed effettiv fi ħdan l-Aġenzija, din għandha tiżviluppa aktar l-involviment tagħha fl-attività ta’ valutazzjoni tal-impatt.

(9)  L-Aġenzija għandha tipprovdi appoġġ tekniku indipendenti u oġġettiv, prinċipalment lill-Kummissjoni. Id-Direttiva …. [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] tipprovdi l-bażi għat-tfassil u r-reviżjoni tal-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabilità (TSIs) filwaqt li d-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] tipprovdi l-bażi għat-tfassil u r-reviżjoni tal-Metodi Komuni ta' Sikurezza (CSMs) u l-Miri Komuni tas-Sikurezza (CSTs). Il-kontinwità tax-xogħol u l-iżvilupp tat-TSIs, is-CSMs u s-CSTs maż-żmien jeħtieġu qafas tekniku permanenti flimkien ma' persunal iddedikat ta’ korp speċjalizzat. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli li tipprovdi lill-Kummissjoni rakkomandazzjonijiet b’rabta mat-tfassil u r-reviżjoni tat-TSIs, is-CSMs u s-CSTs. L-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi regolatorji għandhom ikunu jistgħu jitolbu wkoll opinjoni teknika indipendenti mingħand l-Aġenzija.

(10)  L-impriżi ferrovjarji kienu ffaċċjati b’diversi problemi meta japplikaw għaċ-ċertifikati tas-sikurezza għand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li jvarjaw minn proċeduri li jieħdu fit-tul u kostijiet eċċessivi għal trattament inġust, speċjalment għal dawk li jidħlu ġodda. Iċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru partikolari ma kinux rikonoxxuti inkondizzjonalment fi Stati Membri oħra, b’detriment għaż-żona ferrovjarja unika Ewropea. Sabiex il-proċeduri għall-ħruġ taċ-ċertifikati tas-sikurezza għall-impriżi ferrovjarji jsiru aktar effiċjenti u imparzjali, huwa essenzjali li nimxu lejn ċertifikat uniku tas-sikurezza validu madwar l-Unjoni kollha fi ħdan iż-żoni ta' tħaddim speċifiċi u maħruġ mill-Aġenzija. Id-Direttiva riveduta… [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan. [Em. 7]

(11)  Attwalment id-Direttiva 2008/57/KE tipprovdi, fil-każ tal-vetturi ferrovjarji, awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz f’kull Stat Membru, ħlief f’każijiet speċifiċi. It-Task Force dwar l-awtorizzazzjoni tal-vetturi li ġiet stabbilita mill-Kummissjoni fl-2011 iddiskutiet diversi każijiet fejn il-manifatturi u l-impriżi ferrovjarji sofrew minn dewmien u kostijiet eċċessivi tal-proċess tal-awtorizzazzjoni u pproponew numru ta’ titjibiet. Billi xi problemi huma dovuti għall-kumplessità tal-proċess attwali tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, dan għandu jiġi simplifikat. Kull vettura ferrovjarja għandha tirċievi biss awtorizzazzjoni waħda u din l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ta’ tipi ta’ vetturi għandha tinħareġ mill-Aġenzija. Dan għandu jġib benefiċċji tanġibbli għas-settur billi jnaqqas il-kostijiet u ż-żmien tal-proċedura, u jnaqqas ir-riskju ta’ diskriminazzjoni potenzjali, speċjalment ta’ kumpaniji ġodda li jkunu jixtiequ jidħlu f’suq ferrovjarju. Id-Direttiva riveduta … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan.

(11a)  F’suq ferrovjarju Ewropew miftuħ b’iżjed operazzjonijiet transkonfinali, ir-rispett għar-rekwiżiti fuq il-ħin tas-sewqan u tal-mistrieħ huwa essenzjali għas-sikurezza ferrovjarja u għal kompetizzjoni ġusta u għandu jiġi kkontrollat u infurzat. L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandu jikkontrollaw il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ, inklużi għal operazzjonijiet transkonfinali. [Em. 8]

(11b)  Il-persunal abbord iwettaq kompiti ta’ sikurezza operazzjonali fis-sistema ferrovjarja u huwa responsabbli għall-kumdità u s-sikurezza tal-passiġġieri abbord ferroviji. Ċertifikazzjoni simili għaċ-ċertifikazzjoni ta’ xufiera tal-lokomottivi għandha tiġi stabbilita mill-Aġenzija sabiex tiggarantixxi livell għoli ta’ kwalifiki u kompetenzi, għar-rikonoxximent tal-importanza ta’ dan il-grupp professjonali għal servizzi ferrovjarji siguri u kif ukoll sabiex tiġi ffaċilitata l-mobilità tal-ħaddiema. [Em. 9]

(12)  Sabiex jiġi segwit aktar l-iżvilupp ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni xierqa lill-klijenti tat-trasport tal-merkanzija u l-passiġġieri, u meta jitqies l-involviment preżenti tal-Aġenzija, huwa neċessarju li din tingħata rwol iżjed b’saħħtu fil-qasam tal-applikazzjonijiet telematiċi fi ħdan qafas flessibbli li jiżgura l-interoperabilità kif ukoll li jippermetti l-koeżistenza ta’ strateġiji kummerċjali innovattivi . Dan għandu jassigura l-iżvilupp konsistenti u l-użu fil-pront tagħhom. [Em. 10]

(13)  Minħabba l-importanza tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) għall-iżvilupp mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea u s-sikurezza tagħha, u meta jitqies l-iżvilupp frammentat tagħha in-nuqqas tal-iżvilupp u użu sal-lum, huwa neċessarju li tissaħħaħ il-koordinazzjoni globali tagħha fil-livell tal-Unjoni. L-għan li jinkisbu l-interoperabilità u l-armonizzazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll u sinjalar ferrovjarji fl-UE bħalissa huwa serjament ipperikolat minħabba numru kbir ta’ verżjonijiet nazzjonali differenti ta’ ERTMS. [Em. 11]

Għaldaqstant l-Aġenzija, bħala l-iżjed korp kompetenti tal-Unjoni, għandha tingħata rwol aktar prominenti f’dan il-qasam sabiex tassigura l-iżvilupp konsistenti tal-ERTMS, tikkontribwixxi sabiex ikun assigurat li t-tagħmir tal-ERTMS jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet fis-seħħ u tassigura li l-programmi Ewropej tar-riċerka relatati mal-ERTMS ikunu kkoordinati mal-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS.Barra minn hekk, sabiex il-proċeduri għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand ta' kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji jsiru aktar effiċjenti u imparzjali, huwa essenzjali li nimxu lejn awtorizzazzjoni unika valida fl-Unjoni u maħruġa mill-Aġenzija. Id-Direttiva riveduta … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] tipprovdi bażi għal dan.

(13a)  Fis-snin riċenti, diversi aċċidenti fis-settur tal-ġarr tal-merkanzija bil-ferrovija wrew il-ħtieġa għat-titjib tar-regoli fil-livell tal-Unjoni għall-manutenzjoni ta’ vaguni tal-ġarr tal-merkanzija. L-Aġenzija għandha taħdem fuq rekwiżiti obbligatorji armonizzati għal intervalli regolari ta’ manutenzjoni. [Em. 12]

(14)  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti normalment kienu qegħdin jitolbu ħlas għall-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi u ċ-ċertifikati tas-sikurezza. Bit-trasferiment tal-kompetenza fil-livell tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha tkun intitolata li titlob ħlas lill-applikanti għall-ħruġ taċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-premessi preċedenti. Il-livell ta’ dawk l-imposti għandu jkun daqs jew aktar baxx mill-medja preżenti fl-Unjoni jvarja skont il-livell ta’ operazzjonijiet u qasam ta’ użu speċifikat fiċ-ċertifikat jew awtorizzazzjoni u għandu jiġi stabbilit f’att iddelegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. Il-karigi fl-organigramma li huma ffinanzjati minn dawk l-imposti ma għandhomx ikunu suġġetti għat-tnaqqis fil-personal previst għall-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni. [Em. 13]

(14a)  Dak l-att iddelegat għandu jiżgura li l-livell tal-imposti ma jaqbiżx l-ispejjeż tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni inkwistjoni. [Em. 14]

(15)  Li t-trasferiment tal-funzjonijiet u l-ħidmiet min-naħa tal-Istati Membri għandu jsir b'mod effiċjenti, mingħajr l-ebda tnaqqis fil-livelli attwali għoljin ta' sikurezza jikkostitwixxi għan ġenerali. L-Aġenzija għandu jkollha biżżejjed riżorsi għall-ħidmiet ġodda tagħha u ż-żmien tal-allokazzjoni ta' dawn ir-riżorsi għandu jkun ibbażat fuq ħtiġijiet identifikati b'mod ċar. Meta wieħed iqis l-għarfien tal-awtoritajiet nazzjonali, b’mod partikolari l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza, l-Aġenzija għandha titħalla tagħmel użu xieraq minn dik il-kompetenza inkluż permezz ta' ftehimiet kuntrattwali meta tagħti l-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikati rilevanti. Għal dan il-għan, għandu jkun imħeġġeġ, promoss u ffaċilitat bil-qawwa l-issekondar tal-esperti nazzjonali lill-Aġenzija. [Em. 15]

(16)  Id-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] u d-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] jipprovdu għal eżami tal-miżuri nazzjonali mill-perspettiva tas-sikurezza u l-interoperabilità, u l-kompatibbiltà mar-regoli dwar il-kompetizzjoni. Huma jillimitaw ukoll il-possibbiltà tal-Istati Membri li jadottaw regoli nazzjonali ġodda. Is-sistema preżenti li fiha għadhom jeżistu għadd kbir ta’ regoli nazjonali twassal għal riskji għas-sikurezza u kunflitti possibbli mar-regoli tal-Unjoni u toħloq riskju ta’ trasparenza insuffiċjenti u diskriminazzjoni moħbija tal-operaturi barranin, speċjalment iż-żgħar u l-ġodda. Sabiex wieħed jimxi lejn sistema ta’ regoli ferrovjarji tassew trasparenti u imparzjali fuq livell tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġi msaħħaħ it-tnaqqis gradwali tar-regoli nazzjonali inkluż regoli operattivi . Opinjoni bbażata fuq kompetenza indipendenti u newtrali hija essenzjali fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġi msaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija. [Em. 16]

(17)  Il-prestazzjoni, l-organizzazzjoni u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja jvarjaw b’mod konsiderevoli bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-impatt, b’effett dannuż għat-tħaddim mingħajr problemi taż-żona ferrovjarja unika Ewropea. B’mod partikolari, kumpaniji żgħar u medji li jkunu jixtiequ jidħlu fis-suq ferrovjarju fi Stat Membru ieħor jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv. Għalhekk, hija meħtieġa koordinazzjoni msaħħa bl-iskop ta’ armonizzazzjoni akbar fil-livell tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha timmonitorja l-awtoritajiet nazzjonali u l-korpi notifikati ta’ valutazzjoni tal-konformità permezz ta’ awditjar u spezzjonijiet. Il-monitoraġġ tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità għandha titwettaq mill-korpi tal-akkreditazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru. 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) . Il-monitoraġġ ugwali tal-prestazzjoni tal-Aġenzija huwa meħtieġ ukoll. [Em. 17]

(18)  Fil-qasam tas-sikurezza, huwa importanti li tkun żgurata l-akbar trasparenza possibbli flimkien ma' fluss effettiv tal-informazzjoni. Analiżi tal-prestazzjoni, li tkun ibbażata fuq indikaturi komuni u li torbot il-partijiet kollha fis-settur, hija importanti u għandha titwettaq. Fir-rigward tal-istatistika, hija meħtieġa kollaborazzjoni mill-qrib mal-Eurostat.

(19)  Sabiex timmonitorja l-progress dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tkun responsabbli li tippubblika rapport rilevanti kull sentejn. Minħabba l-kompetenza teknika u l-imparzjalità tagħha, l-Aġenzija għandha tassisti wkoll lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja.

(20)  Għandha tittejjeb l-interoperabilità tan-netwerk Trans-Ewropew u u kemm il-proġetti ġodda u dawk li għadhom għaddejjin ta’ investiment magħżula għall-appoġġ mill-Unjoni għandhom ikunu konformi mal-mira tal-interoperabilità stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) . L-Aġenzija hija l-istituzzjoni xierqa sabiex tikkontribwixxi għal dawn l-għanijiet.

(21)  Il-manutenzjoni tal-vetturi ferrovjarji hija parti importanti mis-sistemi tas-sikurezza. Ma kienx hemm suq Ewropew ġenwin għall-manutenzjoni tat-tagħmir ferrovjarju minħabba n-nuqqas ta’ sistema għaċ-ċertifikazzjoni tal-workshops tal-manutenzjoni. Din is-sitwazzjoni kienet qiegħda żżid mal-ispejjeż għas-settur u tirriżulta fi vjaġġi mingħajr tagħbija. Għalhekk għandha tiġi gradwalment żviluppata u aġġornata sistema Ewropea ta’ ċertifikazzjoni għall-workshops ta' manutenzjoni, bl-Aġenzija tkun l-iżjed korp adattat sabiex tipproponi soluzzjonijiet adegwati lill-Kummissjoni.

(22)  Il-kwalifiki vokazzjonali meħtieġa għas-sewwieqa tal-ferroviji huma fattur ewlieni kemm fis-sikurezza kif ukoll fl-interoperabilità fl-Unjoni. Huma wkoll rekwiżit għall-moviment liberu tal-ħaddiema fl-industrija ferrovjarja. Din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata fir-rigward tal-qafas eżistenti għad-djalogu soċjali. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ tekniku neċessarju sabiex tikkunsidra dan l-aspett fil-livell tal-Unjoni.

(23)  L-Aġenzija għandha torganizza u tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, il-korpi nazzjonali ta’ investigazzjoni u korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju li jaġixxu fuq livell Ewropew, sabiex tippromwovi l-prattiċi tajba, l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, il-ġbir ta’ dejta relatata mal-ferroviji u timmonitorja l-prestazzjoni ġenerali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja.

(24)  Sabiex jiġu żgurati l-akbar trasparenza possibbli u aċċess indaqs tal-partijiet kollha għall-informazzjoni rilevanti, id-dokumenti previsti għall-proċessi tal-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. L-istess japplika għal-liċenzji, iċ-ċertifikati tas-sikurezza u dokumenti ferrovjarji oħra rilevanti. L-Aġenzija għandha tipprovdi mezz effiċjenti, faċli għall-utent u faċilment aċċessibbli għall-iskambju u l-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni. [Em. 19]

(25)  Il-promozzjoni tal-innovazzjoni u r-riċerka fil-kamp ferrovjarju huwa kompitu importanti li l-Aġenzija għandha tinkoraġġixxi, minħabba r-reputazzjoni u l-pożizzjoni tagħha. Kwalunkwe għajnuna finanzjarja pprovduta fil-qafas tal-attivitajiet tal-Aġenzija f’dan ir-rigward ma għandha twassal għall-ebda distorsjoni fis-suq rilevanti.

(26)  Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, il-kwalità tiegħu u l-kompatibilità mar-regolamenti tekniċi rilevanti, l-Aġenzija, bħala l-uniku korp tal-Unjoni b’kompetenza soda fil-kamp ferrovjarju , għandu jkollha rwol attiv fil-valutazzjoni ta’ proġetti ferrovjarji b’valur Ewropew miżjud, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ amministraturi tal-infrastruttura nazzjonali . [Em. 20]

(27)  Il-leġislazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, il-gwidi għall-implimentazzjoni jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija jistgħu xi kultant joħolqu problemi ta’ interpretazzjoni u problemi oħra għall-partijiet interessati. Fehim korrett u uniformi ta’ dawk l-atti huwa rekwiżit għall-implimentazzjoni effettiva tal-acquis ferrovjarju u l-funzjonament tas-suq ferrovjarju. Għalhekk, l-Aġenzija għandha tinvolvi ruħha b'mod attiv f’taħriġ u attivitajiet ta’ spjegazzjoni f’dak ir-rigward, b’attenzjoni partikolari għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju . [Em. 21]

(27a)  L-Aġenzija għandha tikkoopera bis-sħiħ mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu investigazzjonijiet ċivili jew kriminali, u tagħtihom l-akbar assistenza possibbli, meta dawn l-investigazzjonijiet ikunu jikkonċeraw kwistjonijiet li l-Aġenzija tkun responsabbli għalihom. [Em. 22]

(28)  Sabiex twettaq il-kompiti tagħha sewwa, l-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika u baġit awtonomu ffinanzjat prinċipalment permezz ta’ kontribuzzjoni mill-Unjoni u permezz ta’ tariffi u imposti mħallsa mill-applikanti. Il-kontribut tal-Unjoni għandu jkun valutat u rivedut kull darba li jingħataw kompetenzi ġodda li mhumiex suġġetti għal tariffi jew imposti mħallsa mill-applikanti. L-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija m’għandhomx jiġu kompromessi minn kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja li tirċievi minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħrajn. Sabiex tiġi assigurata l-indipendenza fil-ġestjoni ta’ kuljum tagħha u fl-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li toħroġ, l-organizzazzjoni tal-Aġenzija għandha tkun trasparenti, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu responsabbiltà sħiħa. Il-persunal tal-Aġenzija għandu jkun indipendenti u għandu jirrappreżenta bilanċ xieraq ta’ kuntratti għal żmien qasir u għal żmien twil, ta’ esperti nazzjonali sekondati u uffiċjali permanenti sabiex jinżamm l-għarfien organizzattiv tagħha u l-kontinwità tan-negozju filwaqt li jinżamm skambju meħtieġ u kontinwu ta’ kompetenza mas-settur ferrovjarju. [Em. 23]

(29)  Sabiex jiġi żgurat b’mod effettiv it-twettiq tal-funzjonijiet tal-Aġenzija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ikunu rappreżentati f’Bord Maniġerjali mogħti s-setgħat meħtieġa, fosthom sabiex jistabbilixxi l-baġit u japprova l-programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali.

(30)  Sabiex tiġi ggarantita t-trasparenza fid-deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali, ir-rappreżentanti tas-setturi kkonċernati għandhom jattendu għal-laqgħat tiegħu, iżda mingħajr id-dritt tal-vot, billi dak id-dritt huwa riservat għar-rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi li huma responsabbli quddiem l-awtoritajiet tal-kontroll demokratiku. Ir-rappreżentanti tas-settur għandhom jinħatru mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-rappreżentanza tagħhom fil-livell tal-Unjoni, tal-impriżi ferrovjarji, il- l- amministraturi tal-infrastruttura, l-industrija ferrovjarja, korpi notifikati, korpi deżinjati, l-għaqdiet tal-ħaddiema, il-passiġġieri u l-klijenti , b’mod partikolari passiġġieri b’mobilità ridotta kif ukoll il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija. [Em. 24]

(31)  Sabiex iħejji kif xieraq il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali u sabiex jagħtih parir fir-rigward tad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu, għandu jinħoloq Bord Eżekuttiv konsultattiv.

(32)  Jeħtieġ li jkun żgurat li l-partijiet affettwati mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jgawdu r-rimedji neċessarji b’mod indipendenti u imparzjali. Għandu jitwaqqaf mekkaniżmu xieraq tal-appell sabiex id-deċiżjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv ikunu jistgħu jiġu soġġetti għal appell quddiem Bord tal-Appell speċjalizzat li jaġixxi b’indipendenza sħiħa mill-Kummissjoni , l-Aġenzija, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u kwalunkwe parteċipant ieħor fis-settur ferrovjarju, li d-deċiżjonijiet tiegħu, imbagħad, ikunu miftuħa għal azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. [Em. 25]

(32a)  Il-persunal tal-Aġenzija li jagħti pariri lil Bord tal-Appell m’għandux ikun ipparteċipa qabel huwa stess fid-deċiżjoni li tkun qed tiġi appellata. [Em. 26]

(33)  Perspettiva strateġika aktar wiesgħa fir-rigward tal-attivitajiet tal-Aġenzija tgħin sabiex din tippjana u timmaniġġja r-riżorsi tagħha b’mod iżjed effettiv u tikkontribwixxi għal kwalità ogħla tar-riżultati tagħha. Għalhekk, il-Bord Maniġerjali għandu jadotta u jaġġorna b’mod regolari programm ta’ ħidma pluriennali, wara konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati rilevanti.

(34)  Il-ħidma tal-Aġenzija għandha tkun trasparenti. Għandu jkun assigurat kontroll effettiv mill-Parlament Ewropew u, għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew għandu jkollu l-possibbiltà li jisma’ lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija u li jiġi kkonsultat dwar il-programm il-programmi ta’ ħidma pluriennali annwali . L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti. [Em. 27]

(35)  Matul is-snin li għaddew, hekk kif inħolqu aktar aġenziji deċentralizzati, l-awtorità baġitarja fittxet li ttejjeb it-trasparenza u l-kontroll fuq il-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni allokat lilhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-ibbaġitjar tat-tariffi, il-kontroll baġitarju, is-setgħa ta’ kwittanza, il-kontribuzzjonijiet għall-iskemi tal-pensjonijiet u l-proċedura baġitarja interna (il-kodiċi tal-kondotta). Bl-istess mod, Ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi(9) . [Em. 28]

(36)  Billi l-għanijiet tal-azzjoni proposta, jiġifieri li jiġi stabbilit korp speċjalizzat sabiex jifformula soluzzjonijiet komuni dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba n-natura konġunta tax-xogħol li jrid isir, u għalhekk jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(37)  Sabiex jiġi stabbilit b’mod korrett il-livell tat-tariffi u l-imposti li l-Aġenzija hija intitolata li tiġbor, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-artikoli li jittrattaw il-ħruġ u t-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi tal-kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji al-ERTMS , l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ta’ tipi ta’ vetturi, u ċ-ċertifikati tas-sikurezza. Għandu jiġi applikat livell differenzjat ta’ miżati u imposti skont l-oqsma tal-użu u l-livell ta’ operazzjonijiet speċifikati fiċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet għas-sikurezza.

Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ preparazzjoni, inkluż fil-livell ta’ esperti. It-tariffi u l-imposti għandhom jiġu ffissati b'mod trasparenti, ġust u uniformi u ma għandhomx jipperikolaw il-kompetittività tal-industriji Ewropej ikkonċernati. [Em. 29]

(37a)  Sabiex titħeġġeġ b'mod adegwat l-istandardizzazzjoni tal-isper parts ferrovjarji, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istandardizzazzjoni rigward l-isper parts. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma tagħha ta’ preparazzjoni, inkluż fil-livell ta’ esperti. [Em. 30]

(38)  Sabiex tkun assigurata l-implimentazzjoni tal-Artikoli 21 u 22 ta’ dan ir-Regolament rigward l-eżami tal-abbozz ta’ regoli nazzjonali u tar-regoli fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni.

(39)  Sabiex ikunu assigurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 29, 30, 31, u 51 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10)

(40)  Jeħtieġ li jiġu implimentati ċerti prinċipji rigward il-governanza tal-Aġenzija bil-għan li tiġi osservata d-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Approċċ Komuni mifthiema mill-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE f’Lulju 2012, li l-għan tagħhom huwa li jiġu simplifikati l-attivitajiet tal-aġenziji u tiżdied il-prestazzjoni tagħhom.

(41)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

PRINĊIPJI

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”).

2.  Dan ir-Regolament jipprovdi għal:

(a)  l-istabbiliment u l-kompiti tal-Aġenzija;

(b)  il-kompiti tal-Istati Membri.

3.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a)  l-interoperabilità fi ħdan is-sistema ferrovjarja tal-Unjoni prevista fid-Direttiva ../../.UE [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja];

(b)  is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni prevista fid-Direttiva ../../.UE [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja];

(c)  iċ-ċertifikazzjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji prevista fid-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007(11) [id-Direttiva dwar is-Sewwieqa tal-Ferroviji] , kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni tal-persunal kollu tas-sikurezza. [Em. 31]

3a.  L-Aġenzija għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ sikurezza ferrovjarja u li tikkontribwixxi għall-kisba taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. Dawn l-għanijiet jinkisbu permezz ta’:

(a)  il-kontribut, fuq kwistjonijiet tekniċi, għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bil-għan li jissaħħaħ il-livell ta’ interoperabilità tas-sistema ferrovjarja u jiġi żviluppat approċċ komuni dwar is-sikurezza tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni;

(b)  rwol ta’ awtorità Ewropea, f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, fil-qasam tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u l-ħruġ ta’ ċertifikati tas-sikurezza lill-impriżi ferrovjarji;

(c)  l-armonizzazzjoni tar-regoli nazzjonali u l-ottimizzazzjoni tal-proċeduri;

(d)  il-monitoraġġ tal-azzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza li jaġixxu fil-qasam tal-interoperabilità u tas-sikurezza ferrovjarja. [Em. 32]

Artikolu 2

Status legali

1.  L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni b’personalità ġuridika.

2.  F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi l-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom. B’mod partikolari hija tista’ tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista’ tkun parti fi proċedimenti legali.

3.  L-Aġenzija għandha tkun irrappreżenta mid-Direttur tagħha.

Artikolu 3

Tipi ta’ atti tal-Aġenzija

L-Aġenzija tista’:

(a)  tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 11, 13, 14, 15, 23, 24, 26, 30, 32, 31, 33 u 41;

(b)  tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 21, 22 u 30 u lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 29(4) ; [Em. 33]

(c)  toħroġ opinjonijiet lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 9, 21, 22 u 38, u lill-awtoritajiet ikkonċernati fl-Istati Membri skont l-Artikolu 9;

(d)  toħroġ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 12, 16, 17, 18;

(e)  toħroġ opinjonijiet li jikkostitwixxu mezz aċċettabbli ta’ konformità skont l-Artikolu 15;

(f)  toħroġ dokumenti tekniċi skont l-Artikolu 15;

(g)  toħroġ rapporti tal-awditjar skont l-Artikoli 29 u 30;

(h)  toħroġ linji gwida u dokumenti oħra mhux vinkolanti li jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja skont l-Artikoli 11, 15 u 24.

KAPITOLU 2

METODI TA’ ĦIDMA

Artikolu 4

Ħolqien u kompożizzjoni tal-gruppi ta’ ħidma

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi numru limitat ta’ gruppi ta’ ħidma sabiex ifasslu rakkomandazzjonijiet, b’mod partikolari relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (TSIs), il-miri komuni tas-sikurezza (CSTs) u l-metodi komuni tas-sikurezza (CSMs) għall-indikaturi komuni għas-sikurezza (CSIs), għar-reġistri, għall-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni, għad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 15 u d-dispożizzjonijiet dwar il-kwalifiki minimi tal-persunal ferrovjarju fdat b'kompiti kritiċi għas-sikurezza . [Em. 34]

L-Aġenzija tista’ tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma f’każijiet oħra debitament ġustifikati fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva proprja, wara li tkun ikkonsultat lill-Kummissjoni.

2.  L-Aġenzija għandha taħtar esperti biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma.

L-Aġenzija għandha taħtar rappreżentanti nnominati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-gruppi ta’ ħidma li fihom ikunu jixtiequ jipparteċipaw biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma.

L-Aġenzija għandha taħtar professjonisti mis-settur ferrovjarju mil-lista msemmija fil-paragrafu 3 biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma. Hija għandha tiżgura rappreżentanza adegwata tal-Istati Membri kollha, ta’ dawk is-setturi tal-industrija u ta’ dawk l-utenti li jistgħu jiġu affettwati mill-miżuri li l-Kummissjoni tista’ tipproponi fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilha mill-Aġenzija. [Em. 35]

L-Aġenzija tista’, jekk ikun meħtieġ, taħtar biex ikunu parti mill-gruppi ta’ ħidma esperti indipendenti u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti bħala kompetenti fil-qasam ikkonċernat. Il-persunal tal-Aġenzija ma jistax jinħatar biex ikun parti mill-gruppi ta’ ħidma bl-esklużjoni tal-president tal-gruppi ta’ ħidma li għandu jkun rappreżentant tal-Aġenzija . [Em. 36]

3.  Kull sena, kull korp rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 34 għandu jibgħat lill-Aġenzija lista tal-iżjed esperti kwalifikati mibgħuta sabiex jirrappreżentawhom f’kull grupp ta’ ħidma. [Em. 37]

4.  Kull meta l-ħidma ta’ dawn il-gruppi ta’ ħidma jkollha impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema fl-industrija, rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema mill-Istati Membri kollha għandhom jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti bħala membri sħaħ. [Em. 38]

5.  L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-membri tal-gruppi ta’ ħidma, ibbażati fuq ir-regoli u l-iskali adottati mill-Bord Maniġerjali, għandhom jitħallsu mill-Aġenzija.

6.  Il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu preseduti minn rappreżentant tal-Aġenzija. [Em. 39]

7.  Ix-xogħol tal-gruppi ta’ ħidma għandu jkun trasparenti. Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-gruppi ta’ ħidma.

Artikolu 5

Konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali

Kull meta l-ħidma prevista fl-Artikoli 11, 12, 15, u 32 ikollha impatt dirett fuq l-ambjent soċjali jew fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema fl-industrija, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-imsieħba soċjali fl-Istati Membri kollha fil-qafas tal-kumitat għad-djalogu settorjali stabbilit skont id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 98/500/KE(12) . [Em. 40]

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkunsidra dawn il-konsultazzjonijiet, u għandha tkun disponibbli f’kull ħin sabiex tispjega r-rakkomandazzjonijiet tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-kumitat għad-djalogu settorjali għandhom jintbagħtu fi żmien xahrejn, mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75. [Em. 41]

Artikolu 6

Konsultazzjoni mal-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u mal-passiġġieri

Kull meta l-ħidma prevista fl-Artikoli 11 u 15 ikollha impatt dirett fuq il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u l-passiġġieri, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom, inkluż b’mod partikolari rappreżentanti tal-passiġġieri b’mobilità ridotta . Il-lista tal-organizzazzjonijiet li jridu jiġu kkonsultati għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni bil-għajnuna tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75. [Em. 42]

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma l-Aġenzija tissottometti l-proposti tagħha lill-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tikkunsidra dawn il-konsultazzjonijiet, u għandha tkun disponibbli f’kull ħin sabiex tispjega l-proposti tagħha. L-opinjonijiet espressi mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati għandhom jintbagħtu fi żmien xahrejn mill-Aġenzija lill-Kummissjoni u mill-Kummissjoni lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75. [Em. 43]

Artikolu 7

Valutazzjoni tal-impatt

1.  L-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt tar-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet tagħha. Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta metodoloġija ta’ valutazzjoni tal-impatt ibbażata fuq il-metodoloġija tal-Kummissjoni filwaqt li jikkunsidra r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva... [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha tikkoordina mal-Kummissjoni sabiex tassigura li l-ħidma rilevanti fil-Kummissjoni tittieħed inkonsiderazzjoni kif xieraq. L-ipoteżijiet meħuda bħala bażi għall-istudju tal-impatt, kif ukoll is-sorsi tad-dejta utilizzata, għandhom ikunu identifikati b’mod ċar fir-rapport li jintbagħat ma’ kull rakkomandazzjoni. [Em. 44]

2.  Qabel ma tniedi attività inkluża fil-programm ta’ ħidma, l-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni bikrija tal-impatt fir-rigward tagħha li għandha tindika:

(a)  il-kwistjoni li trid tiġi solvuta u s-soluzzjonijiet probabbli;

(b)  kemm se tkun meħtieġa azzjoni speċifika, inkluż il-ħruġ ta’ rakkomandazzjoni jew opinjoni tal-Aġenzija,

(c)  il-kontribut mistenni tal-Aġenzija għas-soluzzjoni tal-problema.

Barra minn hekk, kull attività u proġett fil-programm ta’ ħidma għandhom ikunu soġġetti għal analiżi tal-effiċjenza b’mod individwali u b’rabta ma’ xulxin, sabiex isir l-aħjar użu mill-baġit u r-riżorsi tal-Aġenzija.

3.  L-Aġenzija tista’ twettaq valutazzjoni ex post tal-leġiżlazzjoni li tirriżulta mir-rakkomandazzjonijiet tagħha.

4.  L-Istati Membri u l-partijiet interessati kkonċernati għandhom jipprovdu lill-Aġenzija, jekk meħtieġ fuq talba tagħha, id-dejta neċessarja għall-valutazzjoni tal-impatt. [Em. 45]

Artikolu 8

Studji

Fejn ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tordna studji u tiffinanzjahom mill-baġit tagħha.

Artikolu 9

Opinjonijiet

1.  L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet fuq talba tal-korpi regolatorji ta’ korp regolatorju nazzjonali msemmija wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE [Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) (riformulazzjoni)] fir-rigward ta’ aspetti relatati mas-sikurezza u aspetti relatati mal-interoperabilità tal-kwistjonijiet miġjuba għall-attenzjoni tagħhom. [Em. 46]

2.  L-Aġenzija għandha toħroġ opinjonijiet fuq talba tal-Kummissjoni dwar emendi fi kwalunkwe att adottat fuq il-bażi tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] jew … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja], speċjalment fejn tkun sinjalata defiċjenza allegata.

3.  Fir-rigward tal-opinjonijiet imsemmija fil-paragrafi preċedenti u f’artikoli oħra ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha tagħti l-opinjonijiet tagħha fi żmien xahrejn, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor. L-opinjonijiet għandhom isiru pubbliċi mill-Aġenzija fi żmien xahrejn f’verżjoni li minnha jkun tneħħa kull materjal kummerċjalment kunfidenzjali.

Artikolu 10

Żjarat fl-Istati Membri

1.  L-Aġenzija tista’ tagħmel żjarat fl-Istati Membri biex twettaq il-kompiti tagħha, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikoli 12, 21, 22, 16, 17, 18, 27, 28, 29, 30, 31, 33 u 38, skont il-politika definita mill-Bord Maniġerjali. [Em. 47]

2.  L-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar iż-żjara ppjanata, l-ismijiet tal-uffiċjali ddelegati tal-Aġenzija, u d-data li fiha tkun se tibda ż-żjara. L-uffiċjali tal-Aġenzija ddelegati sabiex iwettqu tali żjarat għandhom jagħmlu dan meta tiġi ppreżentata deċiżjoni mid-Direttur Eżekuttiv li tispeċifika l-għan u l-miri taż-żjara tagħhom.

3.  L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ħidma tal-persunal tal-Aġenzija.

4.  L-Aġenzija għandha tfassal rapport dwar kull żjara u tibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat.

5.  Il-paragrafi preċedenti huma bla preġudizzju għall-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 29 (6) u 30 (6) li għandhom jitwettqu skont il-proċedura deskritta hemmhekk.

KAPITOLU 3

KOMPITI RELATATI MAS-SIKUREZZA FERROVJARJA

Artikolu 11

Appoġġ tekniku - rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza ferrovjarja

1.  L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Metodi Komuni tas-Sikurezza (CSMs), l-indikaturi komuni tas-sikurezza (CSIs) u l-Miri Komuni tas-Sikurezza (CSTs) previsti fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha toħroġ ukoll rakkomandazzjonijiet dwar reviżjoni perjodika tas-CMSs u tas-CSTs lill-Kummissjoni. [Em. 48]

2.  L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva proprja, dwar miżuri oħra fil-qasam tas-sikurezza.

3.  L-Aġenzija għandha toħroġ linji gwida u dokumenti oħra mhux vinkolanti sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza ferrovjarja.

Artikolu 12

Ċertifikati tas-sikurezza

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(2a) tad-Direttiva ... [id-Direttiva dwar is-Sikurezza] l-Aġenzija għandha toħroġ, iġġedded, tissospendi, temenda jew tirrevoka ċertifikati uniċi tas-sikurezza skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. [Em. 49]

Artikolu 13

Manutenzjoni tal-vetturi

1.  L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli għall-manutenzjoni skont l-Artikolu 14 (6) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja].

2.  L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni fid-dawl tal-Artikolu 14 (7) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja].

3.  L-Aġenzija għandha tanalizza kwalunkwe miżura alternattiva deċiża skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 30 (2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija

L-Aġenzija għandha ssegwi l-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni dwar it-trasport ta’ oġġetti perikolużi bil-ferrovija skont it-tifsira tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) u tqabbilhom mal-leġiżlazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, b’mod partikolari r-rekwiżiti essenzjali. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni u tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva proprja.

Artikolu 14a

Notifika spontanja ta’ inċidenti

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi sistema li biha jista’ jiġi notifikat b’mod spontanju u anonimu kwalunkwe inċident li jista’ jipperikola s-sigurtà tas-sistema. Għandha tistabbilixxi mekkaniżmu biex l-operaturi responsabbli jiġu infurmati awtomatikament. L-Aġenzija għandha tikkoordina wkoll il-komunikazzjonijiet ta’ notifiki tal-aġenziji nazzjonali, b’mod partikolari meta dawn ikollhom effetti fuq is-sigurtà ta’ iktar minn Stat Membru wieħed. [Em. 50]

KAPITOLU 4

KOMPITI RELATATI MAL-INTEROPERABILITà

Artikolu 15

Appoġġ tekniku fil-qasam tal-interoperabilità ferrovjarja

1.  L-Aġenzija għandha:

(a)  toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-TSIs, u r-reviżjoni tagħhom, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja];

(b)  toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-mudelli għad-dikjarazzjoni tal-verifika tal-'UE' u għad-dokumenti tal-fajl tekniku li jrid jakkumpanjaha, skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja];

(c)  toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri, u r-reviżjoni tagħhom, skont l-Artikoli 43, 44 u 45 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja];

(d)  toħroġ opinjonijiet li jikkostitwixxu mezz aċċettabbli ta’ konformità rigward id-defiċjenzi tat-TSI, skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja], u tipprovdihom lill-Kummissjoni;

(e)  toħroġ opinjonijiet lill-Kummissjoni rigward talbiet sabiex ma jiġux applikati t-TSIs mill-Istati Membri, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja];

(f)  toħroġ dokumenti tekniċi skont l-Artikolu 4(9) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja];

(g)  toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal kollu li jwettaq kompiti kritiċi għas-sikurezza.

(gb)  toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istandards Ewropej biex ikunu żviluppati mill-Korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni rilevanti, partikolarment fir-rigward tal-isper parts; [Em. 52]

(gc)  toħroġ talbiet dettaljati li jikkonċernaw l-istandrads għall-korpi ta' standardizzazzjoni Ewropej rilevanti sabiex iwettqu l-mandat mogħti lilhom mill-Kummissjoni; [Em. 53]

(gd)  toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni rigward it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-persunal abbord b'kompiti ta' sikurezza; [Em. 54]

(ge)  toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni għall-armonizzazzjoni ta' regoli nazzjonali bi qbil mal-Artikolu 22(1), partikolarment f'każijiet fejn regola waħda tikkonċerna bosta Stati Membri. Dan ix-xogħol isir f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. [Em. 55]

(gf)  fuq talba tal-Kummissjoni, toħroġ opinjonijiet lilha dwar il-kostitwenti ta' interoperabilità li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti essenzjali bi qbil mal-Artikolu 11 tad-Direttiva ...[id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]; [Em. 56]

(gg)  toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni relatati mal-intervalli tal-eżaminazzjonijiet minimi uniformi (skont il-ħin u l-kilometri) fil-vetturi ferrovjarji (vetturi tal-merkanzija, vetturi tal-passiġġieri, ferroviji). [Em. 57]

2.  Biex isir l-abbozz tar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u , (b) u (c) , l-Aġenzija għandha: [Em. 58]

(a)  tassigura li t-TSIs u l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistri jiġu adattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali bil-għan li ttejjeb l-effikaċja tas-sistema ferrovjarja filwaqt li tikkunsidra l-kosteffikaċja ; [Em. 59]

(b)  tassigura li l-iżvilupp u l-aġġornament tat-TSIs fuq naħa u l-iżvilupp ta’ kwalunkwe standard Ewropew li jirriżulta neċessarju għall-interoperabilità fuq in-naħa l-oħra, ikunu kkoordinati u żżomm il-kuntatt rilevanti mal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni.

(ba)  tipparteċipa bħala osservatur fil-gruppi ta' ħidma rilevanti dwar l-istandardizzazzjoni; [Em. 60]

3.  L-Aġenzija tista’ toħroġ linji gwida u dokumenti oħra mhux vinkolanti sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-interoperabilità ferrovjarja,

3a.  L-Aġenzija għandha tinvolvi lill-gruppi ta’ ħidma meta dan ikun previst mill-Artikolu 4. [Em. 61]

Artikolu 16

Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(9a) tad-Direttiva [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] l-Aġenzija għandha toħroġ, iġġeded, tissospendi, temenda jew tirrevoka awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji skont l-Artikolu 20 ta' dik id-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] . [Em. 62]

Artikolu 17

Awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ tipi ta’ vetturi

L-Aġenzija għandha toħroġ, iġġedded, tissospendi, temenda jew tirrevoka awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ tipi ta’ vetturi ferrovjarji skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. [Em. 63]

Artikolu 18

Awtorizzazzjonijiet Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni ta' ERTMS maġenb il-binarji [Em. 64]

L-Aġenzija għandha toħroġ, iġedded, tissospendi, temenda jew tirrevoka awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ERTMS ta' kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jinsabu jew li jitħaddmu fl-Unjoni kollha skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. [Em. 65]

Artikolu 19

Applikazzjonijiet telematiċi

1.  L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema, billi hija responsabbli għaż-żamma tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-applikazzjonijiet telematiċi, skont it-TSIs rilevanti.

1a.  L-Aġenzija jista’ jkollha rwol fil-promozzjoni ta’ aċċess miftuħ u sħiħ għad-dejta inkluża dataset tal-iskeda orarja internazzjonali [Em. 66]

2.  L-Aġenzija għandha tiddefinixxi, tippubblika u tapplika l-proċedura għall-ġestjoni tat-talbiet għal bidliet f’dawk l-ispeċifikazzjonijiet. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tat-talbiet għal bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet telematiċi u l-istatus tagħhom.

3.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm l-għodod tekniċi għall-immaniġġar tal-verżjonijiet differenti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-applikazzjonijiet telematiċi u l-infurzar tal-kompatibbiltà, kemm ’l isfel u kif ukoll ’il fuq, ta’ dawn il-verżjonijiet differenti . [Em. 67]

4.  L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-użu tal-applikazzjonijiet telematiċi skont it-TSIs rilevanti.

Artikolu 20

Appoġġ lill-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità

1.  L-Aġenzija għandha tappoġġja l-attivitajiet tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. Dak l-appoġġ għandu jinkludi b’mod partikolari l-abbozz ta’ linji gwida għall-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta’ kostitwent tal-interoperabilità msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u linji gwida għall-proċedura ta’ verifika tal-KE msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja].

2.  L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, b’mod partikolari billi taġixxi bħala s-segretarjat tekniku għall-grupp ta’ koordinazzjoni tagħhom.

KAPITOLU 5

KOMPITI RELATATI MAR-REGOLI NAZZJONALI

Artikolu 21

Eżami tal-abbozz ta’ regoli nazzjonali

1.  Fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom, l-Aġenzija għandha teżamina l-abbozz ta’ regoli nazzjonali mibgħuta lilha skont:

(a)  L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja],

(b)  L-Artikolu 14 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja].

2.  Fejn wara l-eżami msemmi u fl-iskadenzi ta' żmien fil-paragrafu 1 l-Aġenzija tħoss li r-regoli nazzjonali jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabilità, jiġu rrispettati s-CSMs u jintlaħqu s-CSTs, u li dawn ma jwasslux għal diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq it-tħaddim tat-trasport bil-ferrovija bejn l-Istati Membri , l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-valutazzjoni pożittiva tagħha. Il-Kummissjoni tista’ tivvalida r-regola fis-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 23. [Em. 68]

3.  Fejn l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 iwassal għal valutazzjoni negattiva, l-Aġenzija għandha:

(a)  toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat li fiha tagħti r-raġunijiet għaliex ir-regola inkwistjoni ma għandhiex tidħol fis-seħħ u/jew tiġi applikata;

(b)  tinforma lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni negattiva tagħha.

4.  Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni mill-Istat Membru fi żmien xahrejn wara li jkun irċieva r-rakkomandazzjoni mill-Aġenzija li saret referenza għaliha fil-punt (a) tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni, wara li tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 u wara li tkun semgħet ir-raġunijiet tal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat li fiha titolbu jimmodifika l-abbozz ta’ regola inkwistjoni, jissospendi l-adozzjoni, id-dħul fis-seħħ jew l-implimentazzjoni tagħha.

4a.  Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma japplikawx għal regoli nazzjonali dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol u rekwiżiti ta’ kwalifiki u taħriġ għal persunal ferrovjarju b’kompiti rilevanti għas-sikurezza. [Em. 69]

4b.  Fil-każ ta' miżuri preventivi urġenti msemmija f'Artikolu 8 tad-Direttiva ... [id-Direttiva dwar is-Sikurezza] tu Artikolu 14(4) tad-Direttiva...... [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] b'mod partikolari wara l-aċċident jew l-inċident, l-Aġenzija għandha twassal għall-armonizzazzjoni tar-regola fil-livell tal-Unjoni, fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. Jekk ikun meħtieġ, l-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjoni jew opinjoni lill-Kummissjoni. [Em. 70]

Artikolu 22

Eżami tar-regoli nazzjonali fis-seħħ

1.  Fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom, l-Aġenzija għandha teżamina r-regoli nazzjonali mibgħuta lilha skont l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja].

1a.  L-Aġenzija għandha teżamina r-regoli nazzjonali fis-seħħ fid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Biex jintlaħaq dan l-għan, l-Aġenzija tipproponi lill-Bord Maniġerjali pjan ta’ ħidma biex jinbeda dan l-eżami, fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali msemmija fl-Artikolu 48. Kull sena, l-Aġenzija għandha tippreżenta f’rapport lill-Bord Maniġerjali l-istat tal-prograss fil-ħidmiet tagħha u r-riżultati miksuba skont l-Artikolu 50. [Em. 71]

2.  Fejn wara l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 l-Aġenzija tħoss li r-regoli nazzjonali jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali għall-interoperabilità, jiġu rrispettati s-CSMs u jintlaħqu s-CSTs, u li dawn ma jwasslux għal diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq it-tħaddim tat-trasport bil-ferrovija bejn l-Istati Membri , l-Aġenzija għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru kkonċernat dwar il-valutazzjoni pożittiva tagħha. Il-Kummissjoni tista’ tivvalida r-regola fis-sistema tal-IT imsemmija fl-Artikolu 23 [Em. 72]

3.  Fejn l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 iwassal għal valutazzjoni negattiva, l-Aġenzija għandha:

(a)  toħroġ rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat, fejn tindika li għandha tiġi mħassra jew emendata immedjatament ir-regola problematika u li fiha tagħti r-raġunijiet għaliex din ir-regola inkwistjoni għandha tiġi modifikata jew imħassra; [Em. 73]

(b)  tinforma lill-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni negattiva tagħha u tibgħatilha r-rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat . [Em. 74]

4.  Fejn ma tkun ittieħdet l-ebda azzjoni mill-Istat Membru fi żmien xahrejn (2) wara li jkun irċieva r-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija li saret referenza għaliha fil-punt (a) tal-paragrafu 3, il-Kummissjoni, wara li tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 u wara li tkun semgħet ir-raġunijiet tal-Istat Membru kkonċernat, tista’ tadotta deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat li fiha titolbu jimmodifika jew iħassar ir-regola inkwistjoni.

5.  Il-proċedura deskritta fil-paragrafi 2 u 3 , 3 u 4 għandha tapplika, mutatis mutandis, f’każijiet fejn l-Aġenzija ssir taf jew tiġi infurmata b’xi regola nazzjonali, innotifikata jew le, li tkun żejda jew f’kunflitt mas-CSMs, is-CSTs, it-TSIs jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam ferrovjarju jew li toħloq xi ostaklu mhux ġustifikat għas-suq ferrovjarju uniku . F’dan il-każ, japplikaw l-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafu 1 . [Em. 75]

5a.  Fi kwistjonijiet dwar taħriġ, saħħa u sigurtà għall-professjonisti tal-ferrovija responsabbli għall-kompiti kritiċi tas-sikurezza, l-Aġenzija tista' tapplika dan il-paragrafu biss jekk ir-regola nazzjonali għandha impatt diskriminatorju potenzjali. [Em. 76]

Artikolu 22a

L-użu tal-bażi tad-dejta

L-Aġenzija għandha twettaq eżami tekniku tar-regoli nazzjonali fis-seħħ imsemmija fl-oqfsa leġiżlattivi nazzjonali disponibbli hekk kif elenkati fil-bażi tad-dejta tad-dokumenti ta’ referenza pubblikata mill-Aġenzija fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. [Em. 77]

Artikolu 23

Sistema tal-IT li għandha tintuża għal skopijiet ta’ notifika u ta’ klassifikazzjoni tar-regoli nazzjonali

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u timmaniġġja sistema ddedikata tal-IT li jkun fiha r-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikoli 21(1) u 22(1) u mezzi aċċettabbli nazzjonali ta' konformità msemmija fl-Artikolu 2(28a) tad-Direttiva ...[id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha tagħmilha aċċessibbli għall-partijiet interessati u għall-pubbliku. [Em. 78]

1a.  Fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe regola nazzjonali eżistenti li ma tkunx ġiet notifikata sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. [Em. 79]

2.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikoli 21(1) u 22(1) lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-IT imsemmija fil-paragrafu 1. L-Aġenzija għandha tippubblika r-regoli f’din is-sistema u tużaha sabiex tinforma lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 21 u 22. L-Aġenzija għandha tuża sistema tal-IT biex tinforma lill-Kummissjoni dwar kull rakkomandazzjoni negattiva mibgħuta lil Stat Membru skont l-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 22(3)(b). [Em. 80]

3.  L-Aġenzija għandha tikklassifika r-regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 14(8) tad-Direttiva …. [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità]. Għal dan il-għan, hija għandha tuża s-sistema msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

4.  L-Aġenzija għandha tikklassifika r-regoli nazzjonali notifikati skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja], billi tqis l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tiżviluppa Strument ta’ Ġestjoni tar-Regoli li għandu jintuża mill-Istati Membri sabiex jissimplifikaw is-sistemi tagħhom tar-regoli nazzjonali. L-Aġenzija għandha tuża s-sistema msemmija fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu sabiex tippubblika l-Istrument ta’ Ġestjoni tar-Regoli.

4a.  L-Aġenzija għandha tagħmel ukoll l-istatus tal-evalwazzjoni ta’ dawk ir-regoli u, meta jkunu kompluti, ir-riżultati tal-evalwazzjoni, disponibbli għall-pubbliku permezz tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. [Em. 81]

KAPITOLU 6

Kompiti Relatati mas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS)

Artikolu 24

Awtorità tas-sistema għall-ERTMS

1.  L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema, billi hija responsabbli għaż-żamma tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ERTMS.

2.  L-Aġenzija għandha tiddefinixxi, tippubblika u tapplika l-proċedura għall-ġestjoni tat-talbiet għal bidliet f’dawk l-ispeċifikazzjonijiet. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru tat-talbiet għal bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS u l-istatus tagħhom.

3.  L-Aġenzija għandha tirrakkomanda l-adozzjoni ta’ verżjoni ġdida tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ERTMS. Madankollu, hija għandha tagħmel dan biss meta l-verżjoni preċedenti tkun intużat b’rata suffiċjenti. L-iżvilupp ta’ verżjonijiet ġodda ma għandux ikun ta’ dannu għar-rata tal-użu tal-ERTMS, l-istabilità tal-ispeċifikazzjonijiet li hija meħtieġa sabiex tiġi ottimizzata l-produzzjoni tal-apparat tal-ERTMS, ir-redditu fuq l-investiment għall-impriżi ferrovjarji, detenturi u l-ippjanar effiċjenti tal-użu tal-ERTMS. [Em. 82]

4.  L-Aġenzija għandha tiżviluppa u żżomm l-għodod tekniċi għall-immaniġġjar tal-verżjonijiet differenti tal-ERTMS sabiex tassigura l-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn in-netwerks u l-vetturi mgħammra b’verżjonijiet differenti u sabiex tipprovdi inċentivi għall-implimentazzjoni rapida tal-verżjonijiet fis-seħħ.

5.  Skont l-Artikolu 5(10) tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja], l-Aġenzija għandha tassigura li l-verżjonijiet suċċessivi tal-apparat tal-ERTMS ikunu teknikament kompatibbli mal-verżjonijiet ta’ qabel.

6.  L-Aġenzija għandha tipprepara u xxerred linji gwida rilevanti dwar l-applikazzjoni għall-partijiet interessati flimkien ma' dokumentazzjoni ta’ spjegazzjoni relatata mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-ERTMS.

Artikolu 25

Grupp ta’ ħidma Ad hoc dwar l-ERTMS tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tippresiedi grupp ta’ ħidma ad hoc dwar l-ERTMS tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja].

Il-grupp ta’ ħidma għandu jivverifika l-konsistenza tal-applikazzjoni tal-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu ta’ kostitwent tal-interoperabilità msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u tal-proċeduri għall-verifika tal-'KE' msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u mwettqa minn korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità.

2.  L-Aġenzija għandha tirrapporta kull sentejn lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tal-grupp ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1, inkluża statistika dwar l-attendenza tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità fil-grupp ta’ ħidma.

3.  L-Aġenzija għandha tevalwa l-applikazzjoni tal-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità u tal-proċedura ta’ verifika tal-'KE' għall-apparat tal-ERTMS u kull sentejn għandha tissottometti rapport li fih tipproponi lill-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, it-titjib li jrid isir.

Artikolu 26

Appoġġ għall-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn l-ERTMS abbord u s-sottosistemi maġenb il-binarji

1.  L-Aġenzija tista’ għandha tassisti lill-impriżi ferrovjarji, fuq talba tagħhom, biex jiċċekkjaw il-kompatibbiltà teknika u operattiva bejn l-ERTMS abbord u s-sottosistemi maġenb il-binarji qabel ma jpoġġu vettura fis-servizz. [Em. 83]

2.  Fejn l-Aġenzija ssib li jkun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ kompatibbiltà teknika u operattiva bejn in-netwerks u l-vetturi mgħammra b’apparat tal-ERTMS fil-kuntest ta’ proġetti speċifiċi tal-ERTMS , hija tista’ titlob lill-atturi xierqa, b’mod partikolari l-manifatturi, il-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, l-impriżi ferrovjarji, id-detenturi, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, sabiex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-proċeduri applikati għall-verifika tal-'KE' u t-tqegħid fis-servizz, u għall-kundizzjonijiet operattivi. L-Aġenzija għandha tinforma minnufih lill-Kummissjoni dwar tali riskju u, jekk ikun meħtieġ, tirrakkomanda miżuri xierqa lill-Kummissjoni. [Em. 84]

2a.  L-Aġenzija għandha twaqqaf binarju u laboratorju tal-ittestjar għal ittestjar ċentralizzat maġenb il-binarji tal-ERTMS u abbord tagħmir. [Em. 85]

Artikolu 27

Appoġġ għall-użu tal-ERTMS u l-proġetti tal-ERTMS

1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja l-użu tal-ERTMS skont il-pjan ta’ użu stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/UE(15) u għandha timmonitorja l-koordinazzjoni tal-installazzjoni tal-ERTMS matul il-Kurituri Trans-Ewropej tat-Trasport u l-Kurituri Ferrovjarji tal-Merkanzija kif previst fir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) .

2.  L-Aġenzija għandha tassigura segwitu tekniku tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni għall-użu tal-ERTMS, inkluża, fejn applikabbli, analiżi tad-dokumenti tal-offerti fiż-żmien tas-sejħa għall-offerti. L-Aġenzija għandha tassisti wkoll, jekk ikun meħtieġ, lill-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni sabiex tassigura li s-soluzzjonijiet tekniċi implimentati fi ħdan il-proġetti jkunu kompletament konformi mat-TSIs relatati mal-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni u għaldaqstant kompletament interoperabbli.

Artikolu 28

Akkreditazzjoni tal-laboratorji

1.  L-Aġenzija għandha tappoġġja, b’mod partikolari billi tipprovdi linji gwida xierqa lill-korpi tal-akkreditazzjoni, akkreditazzjoni armonizzata tal-laboratorji tal-ERTMS skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

2.  L-Aġenzija tista’ tipparteċipa bħala osservatur fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 765/2008.

2a.  Jekk l-Aġenzija jkollha dubji dwar il-prestazzjoni ta’ laboratorju akkreditat, din għandha tinnotifika lill-korp ta’ akkreditazzjoni kompetenti dwar dan, kif ukoll lill-Istat ikkonċernat u lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. L-Aġenzija tiġi mistiedna biex tipparteċipa bħala osservatriċi fil-valuazzjoni miż-żewġ naħat. Meta jitqajmu dubji, l-Aġenzija għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru konċernat u lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza. [Em. 86]

KAPITOLU 7

KOMPITI RELATATI MAL-MONITORAĠĠ TAŻ-ŻONA FERROVJARJA UNIKA EWROPEA

Artikolu 29

Monitoraġġ tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza

1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja l-prestazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza permezz ta’ awditjar u spezzjonijiet.

2.  L-Aġenzija għandha tkun intitolata li tawditja:

(a)  il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza sabiex iwettqu l-kompiti relatati mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja;

(b)  l-effikaċja tal-monitoraġġ min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, tas-sistemi ta’ ġestjoni tas-sikurezza tal-atturi msemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva […] [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja].

Il-proċedura għat-twettiq tal-awditjar għandha tiġi adottata mill-Bord Maniġerjali.

3.  L-Aġenzija għandha toħroġ rapporti tal-awditjar u tibgħathom lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata u lill-Kummissjoni. Kull rapport tal-awditjar għandu jinkludi, b’mod partikolari, lista ta' kwalunkwe defiċjenza identifikata mill-Aġenzija kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-titjib.

4.  Jekk l-Aġenzija tħoss li n-nuqqasijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jimpedixxu lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza kkonċernata milli twettaq b’mod effettiv il-kompiti tagħha b’rabta mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tirrakkomanda lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza biex tieħu l-passi xierqa fi żmien li għandu jiġi definit għandha tiddefinixxi billi titqies l-importanza tan-nuqqas. [Em. 87]

5.  Fejn awtorità nazzjonali tas-sikurezza ma taqbilx mar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija li saret referenza għaliha fil-paragrafu 4, jew fejn ma tittieħed ebda azzjoni minn awtorità nazzjonali tas-sikurezza bħala riżultat tar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija fi żmien 3 xhur minn meta tirċeviha, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni fi żmien sitt xhur skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75.

6.  L-Aġenzija għandha tkun intitolata wkoll li twettaq spezzjonijiet imħabbra jew għall-għarrieda fl-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, biex tivverifika oqsma speċifiċi tal-attivitajiet u t-tħaddim tagħhom, b’mod partikolari teżamina dokumenti, proċessi u rekords relatati mal-kompiti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 16 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-ispezzjonijiet jistgħu jsiru fuq bażi ad hoc jew skont pjan żviluppat mill-Aġenzija. Spezzjoni ma għandhiex iddum aktar minn jumejn. L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-ħidma tal-persunal tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni rapport dwar kull spezzjoni.

6a.  Fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 10(2a) tad-Direttiva [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] u l-Artikolu 20(9a) tad-Direttiva ... [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] jekk l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jieħdux deċiżjonijiet kunflittwali u jekk ma tintlaħaq l-ebda deċiżjoni aċċettabbli reċiprokament, l-applikant ikkonċernat minn dawk id-deċiżjonijiet jew awtorità nazzjonali tas-sikurezza li hi nvoluta tista' tirreferi d-deċiżjonijiet lill-Aġenzija li għandha tieħu deċiżjoni. [Em. 88]

Artikolu 30

Monitoraġġ tal-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-impatt

1.  L-Aġenzija għandha timmonitorja l-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità permezz ta’ assistenza lill-korpi tal-akkreditazzjoni, awditjar u spezzjonijiet, kif previst fil-paragrafi 2-5.

2.  L-Aġenzija għandha tappoġġja l-akkreditazzjoni armonizzata tal-korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità, b’mod partikolari billi tagħti gwida xierqa dwar il-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-proċeduri sabiex jiġi valutat jekk il-korpi notifikati jissodisfawx ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27 fil-Kapitolu 6 tad-Direttiva ../../.UE [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] lill-korpi tal-akkreditazzjoni, permezz tal-infrastruttura Ewropea ta’ akkreditament rikonoxxuta mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 89]

3.  Fil-każ ta’ korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità li ma jkunux akkreditati skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva… [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja], l-Aġenzija tista’ tivverifika l-kapaċitajiet tagħhom biex jilħqu r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 27 ta’ dik id-Direttiva. Il-proċedura għat-twettiq tal-awditjar għandha tiġi adottata mill-Bord Maniġerjali.

4.  L-Aġenzija għandha toħroġ rapporti tal-awditjar li jkopru l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3 u tibgħathom lill-korp innotifikat ta’ valutazzjoni tal-impatt ikkonċernat u lill-Kummissjoni. Kull rapport tal-awditjar għandu jinkludi, b’mod partikolari, kwalunkwe defiċjenzi identifikati mill-Aġenzija u r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib. Jekk l-Aġenzija tqis li dawn in-nuqqasijiet jimpedixxu lill-korp innotifikat ikkonċernat milli jwettaq b’mod effettiv il-kompiti tiegħu b’rabta mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja, l-Aġenzija għandha tadotta rakkomandazzjoni li fiha titlob lill-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp innotifikat biex jieħu passi xierqa fi żmien limitat stipulat mill-Aġenzija .

5.  Meta Stat Membru ma jaqbilx mar-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, jew fejn ma tittieħed l-ebda azzjoni minn korp innotifikat bħala riżultat tar-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija fi żmien 3 xhur minn meta jirċeviha, il-Kummissjoni tista’ tadotta opinjoni fi żmien sitt xhur skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75.

6.  L-Aġenzija tista’, inkluż f’kooperazzjoni mal-korpi nazzjonali rilevanti tal-akkreditazzjoni, twettaq spezzjonijiet imħabbra jew għall-għarrieda tal-korpi notifikati tal-valutazzjoni tal-impatt biex tivverifika oqsma speċifiċi tal-attivitajiet u t-tħaddim tagħhom, b’mod partikolari teżamina dokumenti, ċertifikati u rekords relatati mal-kompiti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 27 tad-Direttiva […] [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. L-ispezzjonijiet jistgħu jitwettqu fuq bażi ad hoc jew skont pjan żviluppat mill-Aġenzija. Spezzjoni ma għandhiex iddum aktar minn jumejn. Il-korpi nnotifikati tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiffaċilitaw il-ħidma tal-persunal tal-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni rapport dwar kull spezzjoni.

Artikolu 31

Monitoraġġ tal-progress tal-interoperabilità u s-sikurezza

1.  L-Aġenzija, flimkien man-netwerk tal-korpi nazzjonali ta’ investigazzjoni, għandha tiġbor dejta rilevanti dwar l-aċċidenti u l-inċidenti u timmonitorja l-kontribut tal-korpi nazzjonali ta’ investigazzjoni għas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja sħiħa.

2.   L-Aġenzija għandha timmonitorja l-prestazzjoni globali tas-sikurezza tas-sistema ferrovjarja u l-qafas regolatorju tas-sikurezza . L-Aġenzija tista’, b’mod partikolari, tfittex l-assistenza tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34, inkluż il-ġbir ta’ dejta. L-Aġenzija għandha tuża wkoll id-dejta miġbura mill-Eurostat u għandha tikkoopera mal-Eurostat biex tevita kwalunkwe duplikazzjoni tax-xogħol u biex tassigura l-konsistenza metodoloġika bejn l-indikaturi komuni tas-sikurezza u l-indikaturi użati f’modalitajiet oħra ta' trasport. [Em. 91]

3.  Fuq talba tal-Kummissjoni, L-Aġenzija għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar kif tista’ tittejjeb l-interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji, b’mod partikolari billi tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, jew bejn l-amministraturi tal-infrastruttura. tiżviluppa sistema ta’ rappurtaġġ u monitoraġġ ta’ inċidenti komuni . [Em. 92]

4.  L-Aġenzija għandha timmonitorja u tivvaluta l-progress dwar l-interoperabilità u s-sikurezza tas-sistemi ferrovjarji u l-ispejjeż u l-vantaġġi relattivi . Kull sentejn hija għandha tippreżenta lill-Kummissjoni u tippubblika rapport dwar il-progress fuq l-interoperabilità u s-sikurezza fiż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea. [Em. 93]

5.  Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Aġenzija għandha tipprovdi rapporti dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza u l-interoperabilità fi Stat Membru partikolari.

KAPITOLU 8

KOMPITI OĦRA

Artikolu 32

Il-persunal ferrovjarju

1.  L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti xierqa relatati mal-persunal ferrovjarju stipulati fl-Artikoli 4, 20, 22, 23, 25, 28, 33, 34, 35 u 37 tad-Direttiva 2007/59/KE.

2.  L-Aġenzija tista’ tiġi mitluba mill-Kummissjoni biex twettaq kompiti oħra relatati mal-persunal ferrovjarju skont id-Direttiva 2007/59/KE u b’rabta ma’ persunal ferrovjarju fdat b’kompiti kritiċi għas-sikurezza mhux koperti mid-Direttiva 2007/59/KE . [Em. 94]

3.  L-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwistjonijiet tal-persunal ferrovjarju fir-rigward tal-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-Aġenzija tista’ tippromwovi l-kooperazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet, inkluż billi torganizza laqgħat xierqa mar-rappreżentanti tagħhom.

Artikolu 33

Ir-reġistri u l-aċċessibbiltà tagħhom

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm ir-reġistri iddefinixxi r-reġistri Ewropej previsti fl-Artikolu 43, 44 u 45 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] f’format prattiku, effiċjenti u faċli għall-utent sabiex jappoġġja b’mod sħiħ il-ħtiġijiet kummerċjali u operazzjonali . L-Aġenzija għandha taġixxi bħala l-awtorità tas-sistema għar-reġistri u l-bażi tad-dejta kollha msemmija fid-Direttivi dwar is-Sikurezza, l-Interoperabilità u s-Sewwieqa tal-Ferroviji. Dan għandu jinkludi b’mod partikolari: [Em. 95]

(a)  l-iżvilupp u ż-żamma tal-ispeċifikazzjonijiet tar-reġistri;

(b)  il-koordinament tal-iżviluppi fl-Istati Membri b'rabta mar-reġistri;

(c)  l-għoti ta’ gwida dwar ir-reġistri lill-partijiet interessati rilevanti;

(d)  rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar titjib fl-ispeċifikazzjoni tar-reġistri eżistenti u kwalunkwe ħtieġa li jiġu stabbiliti oħrajn ġodda.

(da)  it-twaqqif u ż-żamma ta’ reġistri msemmija fil-punti (g), (i) u (ma) ; [Em. 96]

(db)  il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew tal-Vetturi ; [Em. 97]

1a.  Ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi:

(a)  għandu jinżamm mill-Aġenzija

(b)  għandu jkun pubbliku

(c)  għandu jkollu l-reġistri nazzjonali tal-vetturi inkorporati fir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi mhux iżjed tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, id-dokument tat-tip ta’ format. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 75.

(d)  għandu jinkludi għall-inqas id-dettalji li ġejjin għal kull tip ta’ vettura:

(i)  il-karatteristiċi tekniċi tat-tip ta’ vettura, kif definiti fit-TSIs rilevanti;

(ii)  l-isem tal-manifattur;

(iii)  id-dati u r-referenzi tal-awtorizzazzjonijiet suċċessivi għal dak it-tip ta’ vettura, inklużi kwalunkwe restrizzjoni jew irtirar, u l-Istati Membri li jagħtu l-awtorizzazzjoni;

(iv)  il-karatteristiċi tad-disinn intiżi għal persuni b’mobilità ridotta u persuni b’diżabilitajiet.

Meta l-Aġenzija toħroġ, iġġedded, temenda, tissospendi jew tirrevoka awtorizzazzjoni li tqiegħed tipi ta’ vettura fis-servizz, hi għandha taġġorna r-reġistru bla dewmien. [Em. 98]

2.  L-Aġenzija għandha tagħmel pubblikament disponibbli d-dokumenti u r-reġistri li ġejjin previsti mid-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] u d-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] permezz ta’ soluzzjoni tal-IT implimentata, faċli biex tintuża u faċilment aċċessibbli : [Em. 99]

(a)  id-dikjarazzjonijiet tal-KE tal-verifika tas-sottosistemi;

(b)  id-dikjarazzjonijiet tal-KE tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabilità u d-dikjarazzjonijiet tal-KE tal-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabilità;

(c)  il-liċenzji maħruġa skont id-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-istabbiliment taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea (riformulazzjoni)];

(d)  iċ-ċertifikati tas-sikurezza maħruġa skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja];

(e)  ir-rapporti ta’ investigazzjoni mibgħuta lill-Aġenzija skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja];

(f)  ir-regoli nazzjonali nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] u l-Artikoli l-Artikolu  14 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità] kif ukoll il-valutazzjoni tagħhom mill-Aġenzija ; [Em. 100]

(g)  ir-reġistri ir-reġistru Ewropew tal-vetturi, inkluż permezz ta’ links mar-reġistri nazzjonali rilevanti ; [Em. 101]

(h)  ir-reġistri tal-infrastruttura, inkluż permezz ta’ links mar-reġistri nazzjonali rilevanti;

(i)  ir-reġistru Ewropew ta’ tipi ta’ vetturi awtorizzati;

(j)  ir-reġistru tat-talbiet għal bidliet u tal-bidliet ippjanati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS;

(k)  ir-reġistru tat-talbiet għal bidliet u tal-bidliet ippjanati fl-ispeċifikazzjonijiet tal-Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Passiġġieri (TAP) TSI/Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija (TAF) TSI;

(l)  ir-reġistru tal-marki tal-kustodju tal-vettura li jinżamm mill-Aġenzija skont it-TSI dwar it-tħaddim u l-ġestjoni tat-traffiku;

(m)  ir-rapporti dwar il-kwalità maħruġa skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17) ;

(ma)  ir-reġistru ta’ entitajiet ċertifikati inkarigati mill-manutenzjoni, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva … [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] ; [Em. 102]

3.  L-arranġamenti prattiċi sabiex jintbagħtu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu diskussi u mifthiema mill-Kummissjoni u l-Istati Membri fuq il-bażi ta’ abbozz imħejji mill-Aġenzija.

4.  Meta jibagħtu d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2, il-korpi kkonċernati jistgħu jindikaw liema dokumenti ma għandhomx jiġu żvelati lill-pubbliku għal raġunijiet ta’ sikurezza.

5.  L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji u ċ-ċertifikati msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2 għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija fi żmien xahar għaxart ijiem minn kull deċiżjoni individwali ta’ ħruġ, tiġdid, emenda jew revoka ta’ dawk il-liċenzji u ċertifikati. [Em. 103]

6.  L-Aġenzija tista’ tinkludi kwalunkwe dokument pubbliku jew link rilevanti għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament fil-bażi tad-dejta pubblika, filwaqt li tqis il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 34

Netwerks ta’ awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, korpi ta’ investigazzjoni u korpi rappreżentattivi [Em. 104]

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u netwerk tal-korpi ta’ investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 fl-Artikolu 17(4) tad-Direttiva…/… [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. L-Aġenzija għandha tipprovdilhom segretarjat. Il-kompiti tan-netwerks għandhom ikunu, b’mod partikolari: [Em. 105]

(a)  l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja;

(b)  il-promozzjoni ta’ prattiċi tajba;

(c)  il-forniment ta’ dejta dwar is-sikurezza ferrovjarja lill-Aġenzija, b’mod partikolari dejta relatata mal-indikaturi komuni tas-sikurezza.

(ca)  il-provvista ta' informazzjoni lill-Aġenzija, jekk meħtieġ, dwar nuqqasijiet fis-setgħa mogħtija mid-Direttiva [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja] u tad-Direttiva [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. [Em. 106]

L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn dawk in-netwerks, b’mod partikolari hija tista’ tiddeċiedi li torganizza laqgħat konġunti taż-żewġ netwerks.

2.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk ta’ korpi rappreżentattivi mis-settur ferrovjarju, inklużi rappreżentanti ta’ passiġġieri, passiġġieri b’mobilità ridotta u impjegati, li jaġixxu fil-livell tal-Unjoni. Il-lista ta’ dawn il-korpi għandha tiġi definita f’att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75. L-Aġenzija għandha tipprovdi lin-netwerk b’segretarjat. Il-kompiti tan-netwerk għandhom ikunu, b’mod partikolari: [Em. 107]

(a)  l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mas-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja;

(b)  il-promozzjoni ta’ prattiċi tajba;

(c)  il-forniment ta’ dejta dwar is-sikurezza u l-interoperabilità ferrovjarja lill-Aġenzija.

3.  In-netwerks imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu joħorġu opinjonijiet mhux vinkolanti dwar l-abbozz ta’ rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2).

4.  L-Aġenzija tista’ tistabbilixxi netwerks oħra ma’ korpi jew awtoritajiet responsabbli għal parti mis-sistema ferrovjarja.

5.  Il-Kummissjoni tista’ tipparteċipa fil-laqgħat tan-netwerks imsemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 35

Komunikazzjoni u disseminazzjoni

L-Aġenzija għandha tikkomunika u xxerred lill-partijiet interessati rilevanti l-qafas Ewropew tal-leġiżlazzjoni dwar il-ferroviji, standards u gwida, skont il-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni adottati mill-Bord Maniġerjali. Dawk il-pjanijiet, ibbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet, għandhom jiġu aġġornati b’mod regolari mill-Bord Maniġerjali.

Artikolu 36

Riċerka u promozzjoni tal-innovazzjoni

1.  L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi, fuq talba tal-Kummissjoni, għall-attivitajiet ta’ riċerka ferrovjarja fil-livell tal-Unjoni, fosthom permezz ta’ appoġġ lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u korpi rappreżentattivi. Dan il-kontribut għandu jkun mingħajr preġudizzju għal attivitajiet oħra ta’ riċerka fil-livell tal-Unjoni.

2.  Il-Kummissjoni tista’ tafda lill-Aġenzija bil-kompitu li tippromwovi l-innovazzjoni bil-għan li jitjiebu l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja, b’mod partikolari l-użu ta’ sistemi ġodda tal-informatika u sistemi ta’ monitoraġġ u lokalizzazzjoni.

Artikolu 37

Assistenza lill-Kummissjoni

1.  L-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni mmirata sabiex ittejjeb il-livell ta’ interoperabilità tas-sistemi ferrovjarji u sabiex tiżviluppa approċċ komuni għas-sikurezza fis-sistema ferrovjarja Ewropea.

2.  Din l-assistenza tista’ tinkludi:

(a)  l-għoti ta’ parir tekniku fi kwistjonijiet li jkunu jeħtieġu kompetenza speċifika;

(b)  ġbir ta’ informazzjoni permezz tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34.

Artikolu 38

Assistenza fil-valutazzjoni ta’ proġetti ferrovjarji

Mingħajr preġudizzju għad-derogi previsti mill-Artikolu 9 tad-Direttiva […] [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja], l-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, teżamina, mill-perspettiva tal-interoperabilità u s-sikurezza, kwalunkwe proġett li jinvolvi d-disinn, il-kostruzzjoni, it-tiġdid jew l-aġġornament tas-sottosistema li għaliha tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. Fil-każ ta’ proġetti ffinanzjati taħt il-programm tan-Netwerk trans-Ewropew tat-transport (TEN-T), l-Aġenzija għandha tikkoopera mill-qrib mal-Aġenzija Eżekuttiva TEN-T . [Em. 108]

Fi żmien li għandu jiġi maqbul mal-Kummissjoni skont l-importanza tal-proġett u r-riżorsi disponibbli u li ma għandux jaqbeż ix-xahrejn, l-Aġenzija għandha tagħti opinjoni dwar jekk il-proġett jikkonformax mal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja.

Artikolu 39

Assistenza lill-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati u lill-partijiet interessati

1.  Fuq inizjattiva proprja jew fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri, tal-pajjiżi kandidati jew tan-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34, l-Aġenzija għandha tipparteċipa f’taħriġ u attivitajiet oħra xierqa li jirrigwardaw l-applikazzjoni u l-ispjegazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-interoperabilità u s-sikurezza ferrovjarja u prodotti relatati tal-Aġenzija bħal reġistri, gwidi jew rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni.

2.  In-natura u l-firxa tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu deċiżi mill-Bord u jkunu inklużi fil-programm ta’ ħidma.

Artikolu 40

Relazzjonijiet internazzjonali

1.  Safejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluż is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-Aġenzija tista’ tiżviluppa kuntatti u tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet ta’ sorveljanza, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet pajjiżi terzi kompetenti fil-kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tal-Aġenzija bil-għan li żżomm aġġornata mal-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi u tassigura l-promozzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards tal-Unjoni Ewropea dwar il-ferroviji.

2.  Dawk l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi legali fir-rigward tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u lanqas ma għandhom jimpedixxu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom milli jikkonkludu arranġamenti bilaterali jew multilaterali ma’ dawk l-awtoritajiet ta’ sorveljanza, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi. Dawk l-arranġamenti u l-kooperazzjoni għandhom ikunu soġġetti għal diskussjoni minn qabel mal-Kummissjoni u rappurtar regolari lilha.

3.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta strateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet li għalihom l-Aġenzija tkun kompetenti. Din l-istrateġija għandha tiġi inkluża fil-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali tal-Aġenzija, bi speċifikazzjoni tar-riżorsi assoċjati. L-istrateġija għandha tfittex li tiżgura li l-attivitajiet tal-Aġenzija jiffaċilitaw l-aċċess reċiproku tal-impriżi ferrovjarji tal-Unjoni għas-swieq ferrovjarji ta’ pajjiżi terzi. [Em. 109]

Artikolu 41

Koordinazzjoni fir-rigward tal-ispare parts

L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta' spare parts ferrovjarji potenzjali li għandhom jiġu standardizzati. Għal dan il-għan, l-Aġenzija tista’ għandha tistabbilixxi grupp ta’ ħidma sabiex jikkoordina l-attivitajiet tal-partijiet interessati u għandha tistabbilixxi kuntatti mal-korpi Ewropej ta' standardizzazzjoni. L-Aġenzija għandha tippreżenta rakkomandazzjonijiet xierqa lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament . [Em. 110]

KAPITOLU 9

ORGANIZZAZZJONI TAL-AĠENZIJA

Artikolu 42

Struttura amministrattiva u maniġerjali

L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija għandha tinkludi:

(a)  Bord Maniġerjali, li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 47;

(b)  Bord Eżekuttiv li għandu jeżerċita l-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49;

(c)  Direttur Eżekuttiv li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikolu 50;

(d)  Bord tal-Appell li għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet stabbiliti fl-Artikoli 54 sa 56.

Artikolu 43

Kompożizzjoni tal-Bord Maniġerjali

1.  Il-Bord Maniġerjali għandu jkun iffurmat minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u erba’ żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bid-dritt tal-vot.  [Em. 111]

Il-Bord Maniġerjali għandu jinkludi wkoll sitt rappreżentanti, mingħajr id-dritt tal-vot, li jirrappreżentaw, f’livell Ewropew, lill-gruppi li ġejjin:

(a)  l-impriżi ferrovjarji;

(b)  l-amministraturi tal-infrastruttura;

(c)  l-industrija ferrovjarja;

(d)  it-trejdjunjins;

(e)  il-passiġġieri;

(f)  il-klijenti tat-trasport tal-merkanzija.

Għal kull wieħed minn dawn il-gruppi, il-Kummissjoni għandha taħtar rappreżentant u sostitut minn lista qasira ta’ erba’ ismijiet ippreżentati mill-organizzazzjonijiet Ewropej rispettivi tagħhom.

2.  Il-membri tal-bord u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom tal-kompitu ċentrali tal-Aġenzija, billi jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-partijiet kollha għandhom jagħmlu sforzi sabiex jillimitaw id-dawran tar-rappreżentanti tagħhom fil-Bord, sabiex jassiguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-Bord. Il-partijiet kollha għandhom ifittxu li jilħqu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord Maniġerjali.

3.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħtru lill-membri tagħhom tal-Bord Maniġerjali u sostitut li jirrappreżenta lill-membru fin-nuqqas tiegħu/tagħha.

4.  Il-mandat tal-membri għandu jkun ta’ erba’ ħames snin u jista’ jiġġedded darba . [Em. 112]

5.  Meta jkun xieraq, il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi u l-kundizzjonijiet tagħha għandhom jiġu stabbiliti fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 68.

Artikolu 44

President tal-Bord Maniġerjali

1.  Il-Bord Maniġerjali għandu jeleġġi, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot, President minn fost ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u Viċi President minn fost il-membri tiegħu.

Il-Viċi President għandu jieħu l-post tal-President f’każ li l-President ma jkunx jista’ jattendi għad-dmirijiet tiegħu/tagħha.

2.  Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun għal erba’ ħames snin u jista’ jiġġedded darba . Madankollu, jekk is-sħubija tagħhom fil-Bord Maniġerjali tintemm fi kwalunkwe ħin matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi wkoll f’dik id-data b’mod awtomatiku. [Em. 113]

2a.  Il-President tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi jekk jaċċettax jew le talba ta’ rikuża rigward membru tal-Bord tal-Appell, skont l-Artikolu 53(3a), u jinnomina, jekk ikun meħtieġ, membru temporanju għall-Bord tal-Appell skont l-Artikolu 53(3b). [Em. 114]

Artikolu 45

Laqgħat

1.  Il-laqgħat tal-Bord Maniġerjali għandhom jissejħu mill-President tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija għandu jieħu sehem fil-laqgħatħlief jekk il-Bord Maniġerjali jkollu jiddeċiedi dwar deċiżjoni relatata mal-Artikolu 64 . [Em. 115]

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu jiltaqa’ mill-anqas darbtejn fis-sena. Huwa għandu jiltaqa’ wkoll fuq inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni, fuq talba tal-maġġoranza tal-membri tiegħu jew ta’ terz tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Bord.

Artikolu 46

Votazzjoni

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-Bord Maniġerjali għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot. Kull membru bid-dritt tal-vot għandu jkollu vot wieħed.

Artikolu 47

Funzjonijiet tal-Bord Maniġerjali

1.  Sabiex ikun żgurat li l-Aġenzija twettaq il-kompiti tagħha, il-Bord Maniġerjali għandu:

(a)  jadotta r-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena ta’ qabel, jibagħtu, sal-1 ta’ Lulju, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u jagħmlu pubbliku;

(b)  kull sena jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-Kummissjoni u skont l-Artikolu 48, il-programm ta’ ħidma annwali tal-Aġenzija għas-sena ta’ wara u programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali;

(c)  jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, il-baġit annwali tal-Aġenzija u jeżerċita funzjonijiet oħra marbuta mal-baġit tal-Aġenzija, skont il-Kapitolu 10;

(d)  jistabbilixxi proċeduri għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mid-Direttur Eżekuttiv;

(e)  jadotta politika dwar iż-żjarat skont l-Artikolu 10;

(f)  jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tiegħu;

(g)  jadotta u jaġġorna l-pjani ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 35;

(h)  jadotta proċeduri għat-twettiq tal-awditjar imsemmi fl-Artikoli 29 u 30;

(i)  f'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija permezz tar-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità tal-Ħatra u tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra lill-Awtorità mogħtija s-Setgħa biex Tikkonkludi Kuntratti ta’ Impjieg ("is-setgħat tal-awtorità li taħtar");

(j)  jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-oħra skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(k)  jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jkun jista’ jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħih mill-kariga, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, skont l-Artikolu 62;

(l)  jadotta strateġija kontra l-frodi u favur it-trasparenza , li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi wara li jitqiesu l-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati; [Em. 116]

(m)  jassigura segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u d-diversi rapporti tal-awditjar u evalwazzjonijiet interni jew esterni;

(n)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fl-Aġenzija kif stabbilit fl-Artikolu 68a u fir-rigward tal-membri tal-Bord Maniġerjali u tal-Bord tal-Appell. [Em. 117]

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra li tiddelega s-setgħat rilevanti tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li taħthom din id-delega tas-setgħat tista' tkun sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv huwa awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat. Din it-tip ta' sottodelega ta' setgħat ma għandhomx jaffettwaw ir-responsabilità tiegħu jew tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont lill-Bord Maniġerjali dwar din id-delega u s-sottodelegi. [Em. 118]

B'applikazzjoni tas-subparagrafu preċedenti, fejn ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna jitolbu dan, il-Bord Maniġerjali jista’, permezz ta' deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal għajr id-Direttur Eżekuttiv. Id-delegat għandu jinforma lill-Bord Maniġerjali dwar din it-tip ta' delega. [Em. 119]

2a.  Il-Bord Maniġerjali għandu jneħħi l-immunità tal-Aġenzija jew tal-persunal tagħha, preżent jew passat, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 64. [Em. 120]

Artikolu 48

Programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali

1.  Il-Bord tal-Aġenzija għandu jadotta l-programm ta’ ħidma sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, waqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni, u jibagħtu lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lin-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34.

2.  Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali tal-Unjoni. Jekk, fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma, il-Kummissjoni tesprimi n-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-programm, il-Bord Maniġerjali għandu jerġa’ jeżaminah u jadottah, kif emendat jekk ikun meħtieġ, fi żmien xahrejn, fit-tieni qari jew b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, inkluż mir-rappreżentanti kollha tal-Kummissjoni, jew b’unanimità tar-rappreżentanti tal-Istati Membri . [Em. 121]

3.  Il-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija għandu jidentifika l-għanijiet ta’ kull attività. Bħala regola ġenerali, kull attività u proġett iridu jkunu marbuta b’mod ċar mar-riżorsi meħtieġa sabiex jitwettqu, skont il-prinċipji tal-ibbaġitjar u tal-immaniġġjar ibbażat fuq l-attività u l-proċedura ta’ valutazzjoni bikrija tal-impatt prevista fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 7.

4.  Il-Bord Maniġerjali għandu, jekk ikun meħtieġ, jemenda l-programm ta’ ħidma adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. L-inklużjoni ta’ tali kompitu ġdid għandha tkun soġġetta għal analiżi tal-implikazzjonijiet f’termini ta’ riżorsi umani u baġitarji u tista’ tkun soġġetta għal deċiżjoni sabiex jiġu posposti kompiti oħra.

5.  Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta wkoll u jaġġorna programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena. Għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew u n-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34 għandhom jiġu kkonsultati dwar l-abbozz. Il-programm ta’ ħidma pluriennali adottat għandu jintbagħat lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lin-netwerks imsemmija fl-Artikolu 34.

Artikolu 49

Bord Eżekuttiv

1.  Il-Bord Maniġerjali għandu jkun assistit minn Bord Eżekuttiv.

2.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jipprepara d-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali. Fejn ikun meħtieġ, minħabba l-urġenza, huwa għandu jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord Maniġerjali, b’mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet amministrattivi u baġitarji.

Flimkien mal-Bord Maniġerjali, huwa għandu jassigura segwitu xieraq għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet tal-OLAF u d-diversi rapporti tal-awditjar u evalwazzjonijiet interni jew esterni.

Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif stabbiliti fl-Artikolu 30, huwa għandu jassistih u jagħtih parir fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord Maniġerjali, bl-iskop li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-ġestjoni amministrattiva u baġitarja.

3.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord Maniġerjali, rappreżentant tal-Kummissjoni u [erba’] membri oħra tal-Bord Maniġerjali. Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv u l-president tiegħu.

4.  Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun l-istess bħal dak tal-membri tal-Bord Maniġerjali.

5.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa’ mill-anqas darba kull tliet xhur. Il-president tal-Bord Eżekuttiv għandu jsejjaħ laqgħat addizzjonali fuq talba tal-membri tiegħu.

6.  Il-Bord Maniġerjali għandu jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord Eżekuttiv.

Artikolu 50

Dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv

1.  L-Aġenzija għandha tkun immaniġġata mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Bord Maniġerjali għall-attivitajiet tiegħu.

2.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Bord Maniġerjali, jew tal-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern jew xi korp ieħor.

3.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu meta jintalab. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar it-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

4.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija. Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, l-opinjonijiet u atti formali oħra tal-Aġenzija.

5.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni amministrattiva tal-Aġenzija u għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha b’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:

(a)  l-amministrazzjoni minn ġurnata għall-oħra tal-Aġenzija;

(b)  l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Bord Maniġerjali;

(c)  il-preparazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali u, s-sottomissjoni tagħhom lill-Bord Maniġerjali wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(d)  l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u l-programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali u safejn ikun possibbli, iwieġeb għat-talbiet għall-assistenza mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompiti tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament;

(e)  ir-rappurtar lill-Bord Maniġerjali dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma strateġiku pluriennali;

(f)  it-teħid tal-passi neċessarji, b’mod partikolari l-adozzjoni tal-istruzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni tal-ordnijiet, sabiex ikun żgurat li l-Aġenzija topera skont dan ir-Regolament;

(g)  l-istabbiliment ta’ sistema effettiva ta’ monitoraġġ biex tqabbel ir-riżultati tal-Aġenzija mal-għanijiet operattivi tagħha u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ valutazzjoni regolari li tikkorrispondi ma’ standards professjonali rikonoxxuti;

(h)  il-preparazzjoni kull sena, ta’ abbozz ta’ rapport ġenerali fuq il-bażi tas-sistemi ta’ monitoraġġ u valutazzjoni msemmija fil-punt (g), u s-sottomissjoni tiegħu lill-Bord Maniġerjali;

(i)  il-preparazzjoni tal-abbozz tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija skont l-Artikolu 58 u l-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 59;

(j)  it-tħejjija tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord Maniġerjali għall-valutazzjoni;

(k)  it-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni li jsegwi fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni;

(l)  il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ pieni amministrattivi u finanzjarji effettivi, proporzjonati u dissważivi;

(m)  il-preparazzjoni ta’ strateġija kontra l-frodi tal-Aġenzija u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord Maniġerjali għall-approvazzjoni;

(n)  il-preparazzjoni ta’ abbozz ta’ regolament finanzjarju tal-Aġenzija għall-adozzjoni mill-Bord Maniġerjali skont l-Artikolu 60, u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 51

Ħolqien u kompożizzjoni tal-Bordijiet tal-Appell

1.  L-Aġenzija għandha tistabbilixxi Bord tal-Appell indipendenti wieħed jew aktar. [Em. 122]

2.  Bord tal-Appell għandu jkun magħmul minn President u żewġ membri oħra. Huma għandhom ikollhom sostituti sabiex jirrappreżentawhom fin-nuqqas tagħhom.

3.  Il-Bord Maniġerjali għandu jaħtar il-President, il-membri l-oħra u s-sostituti tagħhom minn lista ta’ kandidati kwalifikati stabbilita mill-Kummissjoni.

4.  Fejn il-Bord tal-Appell iħoss li n-natura tal-appell titlob dan, huwa jista’ jitlob lill-Bord Maniġerjali biex jaħtar żewġ membri addizzjonali u s-sostituti tagħhom mil-lista msemmija fil-paragrafu 3.

5.  Fuq proposta tal-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord tal-Appell, wara li tkun ikkonsultat lill-Bord Maniġerjali u skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 75.

5a.  Il-kwalifiki meħtieġa għal kull wieħed mill-membri tal-Bord tal-Appell, is-setgħa ta’ kull wieħed mill-membri tiegħu fil-fażi preparatorja ta’ teħid ta' deċiżjoni u l-kundizzjonijiet tal-vot għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni bl-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 48(3) tad-Direttiva ... [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja]. [Em. 123]

Artikolu 52

Membri tal-Bord tal-Appell

1.  Il-mandat tal-membri u tas-sostituti ta’ Bord tal-Appell għandu jkun ta’ erba’ ħames snin u jista’ jiġi mġedded darba . [Em. 124]

2.  Il-membri ta’ Bord tal-Appell għandhom ikunu indipendenti u mill-partijiet kollha kkonċernati mill-appell. Huma ma jistgħux iwettqu kompiti oħra fi ħdan l-Aġenzija jew fil-Kummissjoni . Fit-teħid tad-deċiżjonijiet jew meta jagħtu l-opinjonijiet tagħhom huma ma għandhom ikunu marbuta bl-ebda struzzjoni. [Em. 125]

3.  Il-membri ta’ Bord tal-Appell ma jistgħux jitneħħew mill-kariga jew mil-lista ta’ kandidati kwalifikati matul il-mandat tagħhom, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji għal tali tneħħija u l-Kummissjoni, wara li tieħu l-opinjoni tal-Bord Maniġerjali, tieħu deċiżjoni f’dak ir-rigward.

Artikolu 53

Esklużjoni u oġġezzjoni

1.  Il-membri tal-Bord tal-Appell ma jistgħux jieħdu sehem fi proċedimenti tal-appell jekk ikollhom interess personali fil-proċedimenti, jekk kienu involuti qabel bħala rappreżentanti ta’ xi waħda mill-partijiet fil-proċedimenti, jew jekk ikunu pparteċipaw fid-deċiżjoni appellata, inkluż, fil-każ ta’ appell li jkun sar skont l-Artikolu 54(1), billi jagħtu opinjoni skont l-Artikolu 54(4) fir-rigward tal-istess awtorizzazzjoni jew tal-istess ċertifikat . [Em. 126]

2.  Il-membri tal-Bord tal-Appell li jqisu li ma għandhomx jipparteċipaw fi proċediment ta’ appell, għal xi waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew għal kwalunkwe raġuni oħra, għandhom jinfurmaw lill-Bord tal-Appell bid-deċiżjoni tagħhom li jiddeċiedi dwar l-esklużjoni kif xiera jastjenu milli jipparteċipaw . [Em. 127]

2a.  Parti tista’ titlob li membru tal-Bord tal-Appell jiġi eskluż permezz ta’ talba bil-miktub indirizzata lill-President tal-Bord Maniġerjali. It-talba ta’ rikuża għandha tkun motivata minn waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew minħabba riskju ta’ parzjalità. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti ta' appoġġ rilevanti. Sabiex tkun ammissibbli, it-talba għandha tiġi ppreżentata qabel il-bidu tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell, jew, f’każ li l-informazzjoni li tagħti l-bażi għat-talba ta’ rikuża issir magħrufa wara l-ftuħ tal-proċedura, fi żmien ħamest ijiem minn meta l-parti li tkun qed tagħmel it-tlaba ssir taf biha.

It-talba għandha tiġi kkomunikata lill-membru tal-Bord tal-Appell ikkonċernat. Dan tal-aħħar għandu jgħid jekk jaċċettax ir-rikuża fi żmien ħamest ijiem minn meta jiġi notifikat dwar it-talba ta’ rikuża. F’każ kuntrarju, il-President tal-Bord Maniġerjali għandu jiddeċiedi fi żmien sebat ijiem ta’ ħidma wara r-risposta tal-membru kkonċernat, jew jekk dan ma jkunx ta risposta, wara li jkun skada ż-żmien impost biex dan jagħti r-risposta tiegħu. [Em. 128]

3b.  Il-Bord tal-Appell għandi jagħti l-opinjoni jew id-deċiżjoni tiegħu mingħajr il-parteċipazzjoni tal-membru li jkun iddeċieda li ma jipparteċipax jew li jkun ġie eskluż minħabba rikuża skont il-paragrafi 2 u 3. Sabiex tittieħed id-deċiżjoni jew tingħata l-opinjoni, il-membru konċernat jiġi sostitwit fuq il-Bord tal-Appel mill-membru supplenti tiegħu.

Jekk għal xi raġuni l-membru supplenti ma jkunx jista’ jipparteċipa, il-President tal-Bord Maniġerjali għandu jaħtar membru temporanju għall-Bord li jintgħażel mil-lista msemmija fl-Artikolu 51(3), sabiex jissostitwih f’din il-kwistjoni. [Em. 129]

Artikolu 54

Deċiżjonijiet soġġetti għal appell

1.  Jista’ jitressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 jew kontra r-rakkomandazzjonijiet maħruġa skont l-Artikoli 21 u 22 jew kontra l-falliment mill-Aġenzija li twieġeb fi żmien il-limiti ta' żmien prestabbiliti . [Em. 130]

2.  Appell imressaq skont il-paragrafu 1 ma għandux ikollu effett sospensiv. L-Aġenzija tista’, madankollu, tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li jkun sar appell kontriha, jekk hija tħoss li ċ-ċirkustanzi jippermettu dan u sakemm is-sospensjoni ta’ din id-deċiżjoni ma jkollhiex effett fuq is-sikurezza ferrovjarja . [Em. 131]

Artikolu 55

Persuni intitolati li jappellaw, il-limitu il-limiti taż-żmien u l-forma

1.  Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tappella kontra deċiżjoni indirizzata lil dik il-persuna mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 jew kontra n-nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni fiż-żmien stabbilit . Dawn id-drittijiet għandhom japplikaw għall-korpi li jirrapreżentaw lill-persuni msemmija fl-Artikolu 34(2), li jkollhom mandat kif meħtieġ skont l-istatut tagħhom .

2.  L-appell, flimkien mad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għalih, għandu jiġi ppreżentat bil-miktub lill-Aġenzija fi żmien xahrejn min-notifika tal-miżura lill-persuna kkonċernata, jew, jekk il-persuna ma tiġix innotifikata bil-miżura, fi żmien xahrejn mid-data li fiha ssir taf biha.

2a.   L-appelli kontra n-nuqqas ta' deċiżjoni għandhom jiġu reġistrati bil-kitba għand l-Aġenzija fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-limitu ta' żmien kif definit fl-Artikolu rilevanti. [Em. 132]

Artikolu 56

Eżami u deċiżjonijiet dwar l-appelli

1.  Meta jkun qiegħed jeżamina l-appell, Il-Bord tal-Appell jiddeċiedi fi żmien tliet xhur mit-tressiq tal-appell jekk jagħtux jew jekk jirrifjutawx dak l-appell. Għandu jitlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jista' jkollu bżonn fi żmien xahar mir-reġistrazzjoni tal-appell. Dik l-informazzjoni rilevanti għandha tingħata fi żmien perjodu raġonevoli stabbilit mill-Bord tal-Appell li ma għandux jaqbeż xahar. Kull meta jkun meħtieġ, huwa għandu jistieden lill-partijiet involuti fil-proċedimenti tal-appell sabiex iressqu, f’termini speċifikati li ma għandhomx jaqbżu xahar , osservazzjonijiet dwar in-notifiki tagħha jew dwar il-komunikazzjonijiet minn partijiet oħra fil-proċedimenti. Il-partijiet fil-proċedimenti tal-appell għandhom ikunu intitolati li jagħmlu preżentazzjonijiet orali. [Em. 133]

2.  Il-Bord tal-Appell jista’ jeżerċita s-setgħa xierqa li tinsab fi ħdan il-kompetenza tal-Aġenzija jew jista’ jgħaddi l-każ lill-korp kompetenti tal-Aġenzija. Dan tal-aħħar għandu jkun marbut bid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell.

Artikolu 57

Azzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

1.  Azzjonijiet għat-tħassir ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija meħudin skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss wara li jkunu ġew eżawriti l-proċeduri kollha tal-appell fi ħdan l-Aġenzija.

2.  L-Aġenzija għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU 10

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 58

Baġit

1.  Għandhom jiġu ppreparati estimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Aġenzija għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi mas-sena kalendarja, u għandhom jiġu ppreżentati fil-baġit tal-Aġenzija. Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.

2.  Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti b'mod partikolari minn: [Em. 134]

(a)  kontribuzzjoni mill-Unjoni,

(b)  kwalunkwe kontribuzzjoni mill-pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija, kif previst mill-Artikolu 68,

(c)  it-tariffi mħallsa mill-applikanti għal, u d-detenturi ta’, ċertifikati u awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-Aġenzija skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18; L-att delegat msemmi fl-Artikolu 73 għandu jimponi imposti f'livell differenti skont l-oqsma tal-użu taċ-ċertifikati u tal-awtorizzazzjonijiet u t-tip u l-iskop tal-operat tal-ferrovija; [Em. 135]

(d)  l-imposti għall-pubblikazzjonijiet, it-taħriġ u kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut mill-Aġenzija;

(e)  kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja minn Stati Membri, pajjiżi terzi jew entitajiet oħra, bil-kundizzjoni li tali kontribuzzjoni ma tikkompromettix l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Aġenzija.

2a.  Kull kompitu jew obbligu komplementari għall-kompiti li jirriżultaw minn dispożizzjoni leġiżlattiva tal-Unjoni, u li ma jagħtix lok għal kumpens hekk kif previst fl-Artikolu 58(2)(b), (c), (d) u (e), għandu jkun soġġett għal valutazzjoni u għal kumpens mill-baġit tal-Unjoni. [Em. 136]

3.  In-nefqa tal-Aġenzija għandha tinkludi l-persunal, u spejjeż amministrattivi, infrastrutturali u operattivi.

4.  Id-dħul u n-nefqa għandhom jibbilanċjaw lil xulxin.

5.  Fuq il-bażi ta’ abbozz imfassal mid-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ bbaġitjar ibbażat fuq l-attività, il-Bord Maniġerjali għandu kull sena jipproduċi dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara. Din id-dikjarazzjoni tal-estimi, li għandha tinkludi abbozz ta’ tabella tal-persunal, għandha tintbagħat mill-Bord Maniġerjali lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar.

6.  Id-dikjarazzjoni tal-estimi għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (minn hawn ’il quddiem ‘l-awtorità baġitarja’) flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

7.  Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li hija tqis neċessarji għat-tabella tal-persunal u l-ammont tas-sussidju li għandu jiġi impost fuq il-baġit ġenerali, li hija għandha tressaq quddiem l-awtorità baġitarja skont l-Artikolu 314 tat-Trattat, flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ u ġustifikazzjoni għal kwalunkwe differenza bejn id-dikjarazzjoni tal-estimi tal-Aġenzija u s-sussidju li għandu jiġi impost fuq il-baġit ġenerali.

8.  L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija. L-awtorità baġitarja għandha tadotta t-tabella tal-persunal għall-Aġenzija.

9.  Il-baġit għandu jiġi adottat mill-Bord Maniġerjali, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri bid-dritt tal-vot. Il-Baġit tal-Aġenzija għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun xieraq, huwa għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.

10.  Il-Bord Maniġerjali għandu jinnotifika lill-awtorità baġitarja kemm jista’ jkun malajr dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti fuq il-finanzjament tal-baġit, b’mod partikolari kwalunkwe proġett relatat ma’ proprjetà bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini. Hija għandha tinforma dwar dan lill-Kummissjoni. Meta fergħa tal-awtorità baġitarja tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li toħroġ opinjoni dwar il-proġett, hija għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Maniġerjali fi żmien sitt xhur wara d-data tan-notifika tal-proġett.

Artikolu 59

Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.

2.  Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni flimkien ma’ rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati skont l-Artikolu 147 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18) (ir-Regolament Finanzjarju ġenerali).

3.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien ma’ rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja għandu jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-Qorti tal-Awdituri għandha teżamina dawn il-kontijiet skont l-Artikolu 287 tat-Trattat. Hija għandha tippubblika rapport dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija kull sena.

4.  Malli jirċievi l-osservazzjonijiet Abbażi, u fejn meħtieġ, tal-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara l-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà tiegħu u jissottomettihom flimkien ma' dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, lill-Bord Maniġerjali għal opinjoni approvazzjoni. [Em. 137]

5.  Il-Bord Maniġerjali għandu joħroġ opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija.

6.  Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord Maniġerjali.

7.  Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati.

8.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru wara kull sena finanzjarja. Huwa għandu jibgħat ukoll din it-tweġiba lill-Bord Maniġerjali.

9.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, l-informazzjoni kollha neċessarja għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, skont l-Artikolu 165(3) tar-Regolament Finanzjarju ġenerali.

10.  Qabel it-30 ta’ April tas-sena N + 2, il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 60

Regolament Finanzjarju

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord Maniġerjali wara li tkun ġiet ikkonsultata l-Kummissjoni. Huma ma jistgħux jiddevjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002(19) sakemm tali devjazzjoni ma tkunx speċifikament meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

KAPITOLU 11

PERSUNAL

Artikolu 61

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.  Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija.

2.  Fl-interess tas-servizz, l-Aġenzija għandha tirrekluta:

(a)  persunal li jkun eliġibbli għal kuntratt b’tul indefinit, u

(b)  persunal li ma jkunx eliġibbli għal kuntratt b’tul indefinit.

Għandhom jiġu adottati regoli ta’ implimentazzjoni xierqa għal dan il-paragrafu skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.  L-Aġenzija għandha tieħu miżuri amministrattivi xierqa biex torganizza s-servizzi tagħha sabiex tevita kwalunkwe kunflitt , inter alia permezz ta' strateġiji ta' taħriġ u prevenzjoni, biex torganizza s-servizzi tagħha sabiex tevita kunflitti tal-interessi, inkluż relatati ma' kwistjonijiet li jinqalgħu wara t-tmiem tal-impjieg bħal pereżempju fil-każ ta' 'revolving doors', 'insider information', eċċ . [Em. 138]

3a.  L-Aġenzija u l-persunal tagħha għandhom iwettqu l-kompiti definiti f’dan ir-Regolament bl-akbar integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku. Huma għandhom ikunu protetti minn kull pressjoni u minn kull riskju ta’ korruzzjoni, speċjalment dak finanzjarju, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultat tal-attivitajiet tagħhom, l-aktar min-naħa ta’ persuni jew ta’ gruppi ta’ persuni konċernati mir-riżultat ta’ dawn l-attivitajiet . L-Aġenzija għandu jkollha numru suffiċjenti ta’ persuni impjegati magħha sabiex ikun żgurat li l-kompiti definiti minn dan ir-Regolament jitwettqu tajjeb.

3b.  Il-persunal għandu jkollu:

(a)  taħriġ tekniku u professjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija;

(b)  għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija u l-awtorità biżżejjed biex jitwettqu dawn il-valutazzjonijiet;

(c)  għarfien u fehma adegwati tar-rekwiżiti meħtieġa għall-formulazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Aġenzija;

(d)  il-kapaċità li jirrevedi l-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kif ukoll ir-regolamenti nazzjonali. [Em. 139]

Artikolu 62

Direttur Eżekuttiv

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Maniġerjali, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

Sabiex jiġi konkluż il-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord Maniġerjali.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Maniġerjali jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb mistoqsijiet mill-membri tiegħu.

3.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sal-aħħar ta’ dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.

4.  Il-Bord Maniġerjali, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

5.  Il-Bord Maniġerjali għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fix-xahar ta’ qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden biex jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu.

6.  Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu globali.

7.  Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord Maniġerjali li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

Artikolu 63

Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor

L-Aġenzija tista’ għandha tagħmel użu wkoll minn Esperti Nazzjonali Sekondati u b'mod partikolari persunal mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg għall-Aġenti l-Oħra. L-Aġenzija għandha tadotta u timplimenta politika li tevalwa u tiġġestixxi kunflitti ta’ interess potenzjali ta’ esperti nazzjonali sekondati inkluż li tipprojbixxihom mill jattendu laqgħat ta’ grupp ta’ ħidma meta l-indipendenza u l-imparzjalità tagħhom tkun tista’ tiġi pperikolata. [Em. 140]

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Aġenzija.

KAPITOLU 12

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 64

Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-aġenzija u l-persunal tagħha mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ġudizzjarji u/jew ekstra ġudizzjarji mqabbla mal-kamp ta’ responsabilità tal-Aġenzija . [Em. 141]

Artikolu 65

Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali u l-kundizzjonijiet operattivi

1.  L-arranġamenti neċessarji rigward l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom jitpoġġew disponibbli minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti tal-Aġenzija għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord Maniġerjali, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim dwar il-kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti li jiġi konkluż ladarba tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Maniġerjali u mhux aktar tard mill-2015.

2.  L-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jassigura l-funzjonament korrett tal-Aġenzija, inklużi skejjel multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea u kollegamenti xierqa tat-trasport.

Artikolu 66

Responsabbiltà

-1. L-Aġenzija għandha tassumi r-responsabbiltà sħiħa, u taċċetta l-obbligazzjoni kuntrattwali u mhux kuntrattwali, għall-awtorizzazzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet li toħroġ. [Em. 142]

1.  Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun irregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

2.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni biex tagħti sentenza skont kwalunkwe klawsola ta’ arbitraġġ li jkun hemm f’kuntratt konkluż mill-Aġenzija.

3.  Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-persunal tagħha matul il-qadi tad-dmirijiet tagħhom.

4.  Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni f’tilwim li jirrigwarda kumpens għad-dannu msemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 67

Arranġamenti lingwistiċi

-1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim bejn l-Aġenzija u l-applikant fir-rigward tar-rekwiżiti tat-traduzzjoni, id-dokumenti pprovduti mill-applikanti u mid-detenturi taċ-ċertifikati u tal-awtorizzazzjonijiet, bi qbil mal-Artikoli 12, 16, 17 u 18, biex ikunu notifikati l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza dwar dawk iċ-ċertifikati u l-awtorizzazzjonijiet, għandhom jiġu tradotti fil-lingwi kollha uffiċċjali tal-Unjoni fejn il-vetturi ferrovjarji jintużaw u li fihom il-kumpanija ferrovjarja kkonċernata topera. Kull traduzzjoni hija valida għall-Istat konċernat, inkluż għall-proċeduri relatati mal-Artikolu 56. L-awtorizzazzjoni u l-ċertifikat għandhom jinħarġu fil-lingwi uffiċjali kollha ta’ dawn l-Istati Membri. [Em. 143]

1.  Meta ma jkunx japplika l-Artikolu 67(-1), id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw fil-Komunità Ekonomika Ewropea(20) għandhom japplikaw għall-Aġenzija. [Em. 144]

2.  Is-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 68

Parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi fil-ħidma tal-Aġenzija

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40, l-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari mill-pajjiżi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-pajjiżi fil-Politika tat-tkabbir u l-pajjiżi tal-EFTA li kkonkludew ftehimiet mal-Unjoni li bihom il-pajjiżi kkonċernati jkunu adottaw u jkunu qegħdin qed japplikaw il-leġiżlazzjoni id-dritt tal-Unjoni, jew il-miżuri nazzjonali ekwivalenti tagħha, fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament. Dan il-paragrafu għandu japplika, b’mod partikolari, għal pajjiżi fl-ambitu tal-Politika Ewropea dwar il-Viċinat, għall-pajjiżi msieħba fil-politika tal-Unjoni dwar it-tkabbir u l-pajjiżi tal-EFTA. [Em. 145]

2.  Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom isiru arranġamenti bejn l-Aġenzija u l-pajjiżi terzi sabiex jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija, b’mod partikolari n-natura u l-firxa ta’ tali parteċipazzjoni. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal. Huma jistgħu jipprovdu għal rappreżentanza, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-Bord Maniġerjali.

L-Aġenzija għandha tiffirma l-arranġamenti wara li tkun irċeviet il-qbil tal-Kummissjoni u wara li tikkonsulta lill-Bord Maniġerjali.

Artikolu 68a

Kunflitti ta’ interess

1.  Id-Direttur Eżekuttiv, kif ukoll l-uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fuq bażi temporanja, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-impenji u dikjarazzjoni tal-interessi li jindikaw in-nuqqas ta' kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub hekk kif jibdew jaqdu dmirijiethom u għandhom jiġġeddu f'każ li jinbidlu ċ-ċirkostanzi personali tagħhom. Il-Membri tal-Bord Maniġerjali, il-bord eżekuttiv u l-bord tal-appell ukoll għandhom jagħmlu dawn id-dikjarazzjonijiet, li għandhom isiru pubbliċi, flimkien mal-kurrikulu tal-karriera tagħhom. L-aġenzija għandha tippubblika, fuq il-websajt tagħha, lista tal-membri tal-korpi elenkati fl-Artikolu 42 kif ukoll l-esperti esterni u interni.

2.  Il-Bord Maniġerjali għandu jimplimenta politika għall-ġestjoni u l-evitar ta' kunflitti ta' interess, li tal-anqas għandha tinkludi:

(a)  il-prinċipji għall-ġestjoni u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi, inklużi r-regoli biex dawn isiru pubbliċi b'kont meħud tal-Artikolu 77;

(b)  ir-rekwiżiti obbligatorji ta' taħriġ fil-qasam tal-kunflitti ta' interess għall-persunal tal-Aġenzija u għall-esperti nazzjonali ssekondati;

(c)  ir-regoli dwar rigali u inviti;

(d)  ir-regoli dettaljati dwar l-inkompatibilitajiet għall-persunal u għall-membri tal-Aġenzija ladarba jkunu temmew ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom mal-Aġenzija;

(e)  regoli ta’ trasparenza dwar id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija li jinkludu l-minuti tal-Bordijiet tal-Aġenzija li għandhom isiru pubbliċi filwaqt li għandha titqies informazzjoni sensittiva, klassifikata u kummerċjali; kif ukoll

(f)  is-sanzjonijiet u l-mekkaniżmi għas-salvagwardja tal-awtonomija u tal-indipendenza tal-Aġenzija.

L-Aġenzija għandha żżomm quddiem għajnejha l-bżonn li żżomm bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji, partikolarment fir-rigward tal-objettiv tal-kisba tal-aħjar konsulenza u kompetenza tekniċi u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinkludi l-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dik il-politika meta jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont dan ir-Regolament. [Em. 146]

Artikolu 69

Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet u korpi nazzjonali [Em. 147]

1.  L-Aġenzija tista’ tidħol fi ftehimiet ma’ awtoritajiet nazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-Awtoritajiet Nazzjonali tas-Sikurezza, u korpi kompetenti oħra, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 12, 16, 17 u 18. Dawn il-ftehimiet jistgħu jinvolvu awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar. [Em. 148]

2.  Il-ftehimiet jistgħu jinkludu l-ikkuntrattar ta’ xi wħud mill-kompiti delegazzjoni tal-kompiti u responsabbiltajiet tal-Aġenzija lill-awtoritajiet nazzjonali, bħall-iċċekkjar u l-preparazzjoni ta’ fajls, il-verifika tal-kompatibbiltà teknika, it-twettiq ta’ żjarat u t-tfassil ta’ studji tekniċi. [Em. 149]

2a.   Kontrarjament, awtorità nazzjonali tas-sikurezza tista’ tagħti lill-Aġenzija kompiti ħra barra dawk mogħtija lilhom skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva ... [id-Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] u skont l-Artikolu 16(2), tad-Direttiva .. [id-Direttiva dwar is-Sikurezza Ferrovjarja]. [Em. 150]

3.  L-Aġenzija għandha tassigura li l-ftehimiet mill-anqas ikunu jinkludu deskrizzjoni speċifikata tal-kompiti u l-kundizzjonijiet għall-kunsinnabbli, il-limiti taż-żmien li japplikaw għall-konsenja tagħhom u l-livell u l-iskeda tal-pagamenti.

4.  Il-ftehimiet deskritti fil-paragrafi 1, 2 u 3 huma għandhom jispeċifikaw b’mod ċar il-livelli ta’ responsabbiltà tal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza fir-rigward ta’ kompiti mwettqa minn kull parti kuntrattwali kif stipulat fil-ftehimiet. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà globali tal-Aġenzija għat-twettiq tal-kompiti tagħha kif previst fl-Artikoli 12, 16, 17 u 18. [Em. 151]

Artikolu 70

Trasparenza

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21) għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.

Il-Bord Maniġerjali għandu jadotta miżuri prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 sa […].

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment quddiem l-Ombudsman jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat rispettivament.

L-ipproċessar ta’ dejta ta’ natura personali mill-Aġenzija għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill(22) .

Artikolu 71

Regoli tas-sikurezza għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji tas-sikurezza li jinsabu fir-regoli tas-sikurezza tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom(23) . Dan għandu jkopri, fost l-oħrajn, dispożizzjoni għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ tali informazzjoni.

Artikolu 72

Il-ġlieda kontra l-frodi u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni [Em. 152]

1.  Sabiex tiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, fi żmien sitt xhur mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u tadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija billi tuża l-mudell stipulat fl-Anness ta' dak il-Ftehim.

2.  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa ta’ awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti u ta’ żjarat fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta’ għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija.

2a.  Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha tissorvelja l-prestazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Aġenzija permezz tal-awditi u l-ispezzjonijiet. [Em. 153]

3.  L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(24) bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-Aġenzija.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għotja għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu espliċitament is-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu dan l-awditjar u l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

KAPITOLU 13

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 73

Atti ddelegati relatati mal-Artikoli 12, 16, 17 u , 18 u 41 [Em. 154]

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 74 dwar tariffi u l-imposti b'applikazzjoni tal-Artikoli 12, 16, 17 u 18.

2.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu b’mod partikolari l-kwistjonijiet li għalihom ikunu dovuti tariffi u imposti skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18, l-ammont tat-tariffi u l-imposti u l-mod kif iridu jitħallsu.

3.  Għandhom jiġu ċċarġjati tariffi u imposti għal:

(a)  ħruġ u tiġdid ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta’ sottosistemi ta’ kmand tal-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji, awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi u ta’ tipi ta’ vetturi, inkluża l-indikazzjoni possibbli tal-kompatibbiltà man-netwerks jew il-linji;

(b)  ħruġ u tiġdid ta’ ċertifikati tas-sikurezza;

(c)  provvediment ta’ servizzi; huma għandhom jirriflettu l-kost attwali ta’ kull provvediment individwali;

(d)  proċessar tal-appelli.

It-tariffi u l-imposti kollha għandhom ikunu espressi, u pagabbli, fil-munita euro.

4.   L-ammont tat-tariffi u l-imposti li jikkonċerna lill-Aġenzija għandu jiġi stabbilit f’livell li jassigura li d-dħul fir-rigward tagħhom ikun fil-prinċipju suffiċjenti sabiex ikopri l-kost sħiħ tas-servizzi pprovduti. In-nefqiet kollha tal-Aġenzija attribwiti lill-persunal involut fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, inklużi l-kontribuzzjonijiet relatati tal-pensjoni, għandhom ikunu riflessi b’mod partikolari f’dan il-kost. Jekk l-iżbilanċi sinifikanti li jirriżultaw mill-għoti tas-servizzi koperti bit-tariffi u l-imposti jsiru rikorrenti, ir-reviżjoni tal-livell ta' imposti u tariffi għandu jsir obbligatorju. [Em. 155]

4a.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 74 dwar l-istandardizzazzjoni tal-isper parts tal-ferrovija b'applikazzjoni tal-Artikolu 41. [Em. 156]

Artikolu 74

Eżerċizzju tad-delega

1.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħa Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 73 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Sakemm ir-rapport ikun wasal, id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. [Em. 157]

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 73 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li diġà jkun hemm fis-seħħ.

4.  Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 73 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel id-data tal-għeluq ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 75

Proċedura ta’ kumitat

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE(25) . Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 76

Evalwazzjoni u reviżjoni

1.  Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni sabiex tivvaluta, b’mod partikolari, l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Aġenzija u l-prattiċi ta’ ħidma tagħha. Din il-valutazzjoni għandha tqis il-fehmiet tar-rappreżentanti tas-settur ferrovjarju, tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi. L-evalwazzjoni għandha tindirizza, b’mod partikolari, kwalunkwe ħtieġa li jiġi emendat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe emenda bħal din. [Em. 158]

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta’ evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord Maniġerjali. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

3.  Fl-okkażjoni ta’ kull tieni evalwazzjoni, għandu jkun hemm ukoll valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Aġenzija wara li jitqiesu l-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha.

Artikolu 77

Dispożizzjonijiet transitorji

1.  L-Aġenzija tieħu post u ssegwi lill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 881/2004 fir-rigward tas-sjieda, il-ftehimiet, l-obbligi legali, il-kuntratti tal-impjiegi, l-impenji finanzjarji u r-responsabbiltajiet kollha.

2.  B’deroga mill-Artikolu 43, il-Membri tal-Bord Maniġerjali maħtura fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom jibqgħu fil-kariga sad-data ta’ skadenza tal-mandat tagħhom bħala Membri tal-Bord Maniġerjali.

B’deroga mill-Artikolu 49, id-Direttur Eżekuttiv li jkun inħatar skont ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 għandu jibqa’ fil-kariga sad-data ta’ skadenza tal-mandat tiegħu.

3.  B’deroga mill-Artikolu 61, il-kuntratti kollha ta’ impjieg li jkunu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu onorati sad-data ta’ skadenza tagħhom.

3a.  L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha ta’ ċertifikazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 12, 16, 17 u 18 fi żmien sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Sa din id-data, l-Istati Membri se jkomplu japplikaw il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tagħhom. [Em. 159]

3b.  Għal perjodu addizzjonali ta' tliet snin wara l-perjodu ta' sena stipulat fl-Artikolu 77(3a), l-applikanti jistgħu jew japplikaw lill-Aġenzija jew lill-awtorità ta' sikurezza nazzjonali. Matul dan il-perjodu, l-awtoritajiet ta' sikurezza nazzjonali, jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati u awtorizzazzjonijiet permezz ta' deroga mill-Artikoli 12, 16, 17 u 18 bi qbil mad-Direttivi 2008/57/KE u 2004/49/KE. [Em. 160]

3c.  Fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 10(2a) tad-Direttiva [id-Direttiva dwar is-Sikurezza] u l-Artikolu 20(9a) tad-Direttiva ... [Direttiva dwar l-Interoperabilità Ferrovjarja] l-awtoritajiet ta' sikurezza nazzjonali jistgħu jkomplu joħorġu ċertifikati u awtorizzazzjonijiet wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 3b ta' dan l-Artikolu, skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dawk l-Artikoli. [Em. 161]

Artikolu 78

Revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 huwa mħassar.

Artikolu 79

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)ĠU C 327, 12.11.2013, p. 122.
(2)ĠU C 356, 5.12.2013, p. 92.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014.
(4) Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta'April 2004 dwar sigurtà fil-ferroviji tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar il-liċenzar ta' impriżi ferrovjarji u d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Direttiva dwar is-Sigurezza Ferrovjarja) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).
(5) Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191,18.7.2008, p. 1).
(6) Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
(7)Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar linji gwida Komunitarji għall-iżvilupp tan-netwerk Trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1).
(8)Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1).
(9)ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(10) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat (ĠU L 55, 28.2.2011 implimentazzjoni, p. 13).
(11) Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' sewwieqa tal-ferroviji li joperaw lokomotivi u ferroviji fuq is-sistema ferrovjarja tal-Komunità (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51).
(12)Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta’ Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta’ Kumitati ta’ Djalogu Settorjali biex iġibu ’l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27).
(13) Direttiva 2012/34/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(14)Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13)
(15)Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/88/EU 25 ta' Jannar 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-kmand tal-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 51, 23.2.2012, p. 1).
(16)Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għall-merkanzija kompetittiva (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22).
(17) Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar drittijiet u obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).
(18) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 2012/10/26, p. 1).
(19)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(20)ĠU 17, 6.10.1958, p. 385
(21)Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(22) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi rigward l-ipproċessar ta 'data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1)
(23) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-regoli ta' proċedura interni (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).
(24)Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(25) Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-interoperabilità tas-sistema trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6).

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Lulju 2017Avviż legali