Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0025(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0150/2014

Testi mressqa :

A7-0150/2014

Dibattiti :

PV 11/03/2014 - 6
CRE 11/03/2014 - 6

Votazzjonijiet :

PV 11/03/2014 - 9.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0191

Testi adottati
PDF 1019kWORD 512k
It-Tlieta, 11 ta' Marzu 2014 - Strasburgu
Il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu ***I
P7_TA(2014)0191A7-0150/2014
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu. (COM(2013)0045) – C7-0032/2013 – 2013/0025(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0045),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0032/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Mejju 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013(2),

–   wara li kkunsidra l-impenji mogħtija fis-Summit tal-G8 ta’ Ġunju 2013 fl-Irlanda ta’ Fuq;

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Diċembru 2012 dwar il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva;

–  wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Progress Ġenerali tal-OECD lill-G20 fil-5 ta’ Settembru 2013;

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tad-9 ta' Diċembru 2013 dwar il-proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE dwar l-iżvelar u l-informazzjoni mhux finanzjarja u differenti minn ċerti kumpaniji kbar bħala gruppi;

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0150/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 166, 12.6.2013, p. 2
(2) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 31


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/.../EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għanijiet ta' ħasil tal-flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu
P7_TC1-COD(2013)0025

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2)

Waqt li jaġixxu b'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja(3),

Billi:

(1)  Somom kbar ta' flus maħmuġa illeċiti jistgħu jagħmlu ħsara lill-istabbiltà u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jheddu s-suq intern, u t-terroriżmu l-iżvilupp internazzjonali. It-terroriżmu jheżżeż proprju l-pedamenti tas-soċjetà tagħna. Faċilitaturi kruċjali ta’ flussi tal-flus illeċiti huma l-istrutturi korporattivi sigrieti li joperaw fi ħdan u permezz ta’ ġurisdizzjoni sigrieta, ħafna drabi magħrufa wkoll bħala rifuġji fiskali. Barra li tiġi aktar żviluppata l-applikazzjoni tal-liġi kriminali fil-livell tal-Unjoni, il-prevenzjoni sforz preventiv permezz tas-sistema finanzjarja jista' jagħti riżultati hija indispensabbli u kumplimentari. Madankollu, l-approċċ preventiv għandu jkun immirat u proporzjonali, u ma għandux jirriżulta għall-istabbiliment ta' sistema għall-kontroll globali tal-popolazzjoni kollha. [Em. 1]

(2)  Is-saħħa, l-integrità u l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji u l-kunfidenza fis-sistema finanzjarja kollha jistgħu jkunu perikolati b'mod serju bl-isforzi tal-kriminali u sħabhom sabiex jaħbu l-oriġini tad-dħul kriminali jew jikkanalizzaw flus legali jew illegali għal għanijiet terroristiċi. Sabiex jiffaċilitaw l-attivitajiet kriminali tagħhom, dawk li jaħslu l-flus u li jiffinanzjaw lit-terroristi jistgħu jippruvaw jiksbu vantaġġ tal-libertà ta’ ċaqliq kapitali u l-libertà li jingħataw servizzi finanzjarji li l-qasam finanzjarju integrat jinkludi. jekk Għaldaqstant, ċerti miżuri ta’ koordinament mhumiex adottati meħtieġa fil-livell ta’ Unjoni. Fl-istess ħin, l-objettivi għall-protezzjoni tas-soċjetà mill-kriminali u l-protezzjoni tal-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja Ewropea għandhom jiġu bbilanċjati kontra l-ħtieġa li jinħoloq ambjent regolatorju li jippermetti li l-kumpaniji jkabbru n-negozji tagħhom mingħajr ma jeħlu spejjeż ta’ konformità sproporzjonati. Għaldaqstant, kull rekwiżit impost fuq l-entitajiet obbligati biex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu għandu jiġi ġġustifikat u jkun proporzjonat. [Em. 2]

(3)  Il-proposta attwali hija r-raba’ direttiva b’rabta mat-theddida tal-ħasil tal-flus. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE(4) f’termini ta’ reati ta' drogi u obbligi imposti biss fuq is-settur finanzjarju. Id-Direttiva 2001/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni kemm f’termini ta’ reati koperti u l-firxa ta’ professjonijiet u attivitajiet koperti. F’Ġunju 2003 it-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) irrevediet ir-Rakkomandazzjonijiet tagħha biex tkopri l-finanzjament tat-terroriżmu, u pprovdiet rekwiżiti aktar dettaljati b’relazzjoni tal-identifikazzjoni u l-verifika ta’ klijenti, is-sitwazzjonijiet fejn riskju ogħla ta’ ħasil tal-flus jista’ jiġġustifika miżuri mtejba u kif ukoll sitwazzjonijiet fejn riskju mnaqqas jista’ jiġġustifika kontrolli inqas rigorużi.

Dawk il-bidliet huma riflessi fid-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE(7). Fl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-FATF, l-Unjoni Ewropea għandha tirrispetta b’mod sħiħ il-liġi tagħha dwar il-protezzjoni tad-data, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (Karta) u l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali. [Em. 3]

(4)  Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu ta' spiss isiru f'kuntest internazzjonali. Miżuri adottati biss fuq il-livell nazzjonali jew anke livell tal-Unjoni, mingħajr ma tiġi kkunsidrata l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni internazzjonali, ikollhom effetti limitati ħafna. Il-miżuri adottati mill-Unjoni f’dak il-qasam b’hekk għandhom ikunu konsistenti ma’ ikunu kompatibbli ma’ u tal-anqas strinġenti daqs azzjonijiet oħrajn meħudin f’fora internazzjonali oħrajn. L-evitar tat-taxxa u l-mekkaniżmi ta’ nuqqas ta’ żvelar u ta’ ħabi jistgħu jintużaw bħala strateġiji fl-operat tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu sabiex dawn jevitaw li jinkixfu. L-azzjoni tal-Unjoni għandha tkompli tieħu kont partikolari tar-Rakkmandazzjonijiet tal-FATF, li jikkostitwixxi l-korp u r-rakkomandazzjonijiet ta’ korpi internazzjonali prinċipali attiv oħra attivi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Bil-għan li tiġi msaħħa l-effikaċja tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, id-Direttivi 2005/60/KE u 2006/70/KE għandhom, fejn xieraq, ikunu allinjati mar-Rakkomandazzjonijiet il-ġodda FATF adottati u miżjuda fi Frar 2012. Madankollu, huwa essenzjali li dan l-allinjament mar-Rakkomandazzjonijiet tal-FATF mhux vinkolanti jitwettaq f'konformità bis-sħiħ mad-dritt tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta . [Em. 4]

(4a)  Trid tingħata attenzjoni speċjali lill-ilħuq tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jesiġi l-koerenza fil-politika għal kooperazzjoni tal-iżvilupp sabiex titrażżan it-tendenza li kulma tmur qed tikber ta' attivitajiet ta' ħasil ta' flus li qed jiċċaqilqu mill-pajjiżi żviluppati lejn pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw li għandhom liġi anqas stretta kontra l-ħasil tal-flus. [Em. 5]

(4b)  Fid-dawl tal-fatt li l-flussi finanzjarji illeċiti, b'mod partikolari l-ħasil tal-flus, jirrappreżentaw bejn 6% sa 8.7% tal-PDG ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw(8), li jikkostitwixxi ammont li huwa 10 darbiet akbar mill-assistenza tal-UE u l-Istati Membri tagħha lid-dinja li qed tiżviluppa, il-miżuri meħuda sabiex jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu għandhom ikunu koordinati u għandhom jieħdu kont tal-istrateġija u tal-politiki ta' żvilupp tal-UE intiżi sabiex jiġi miġġieled il-ħruġ tal-flus jikwu. [Em. 6]

(5)  Minbarra dan, l-użu ħażin tas-sistema finanzjarja sabiex flejjes kriminali kif ukoll flejjes nodfa jiġu kanalizzati għal għanijiet terroristiċi huwa ta' riskju ċar għall-integrità, il-funzjonament korrett, ir-reputazzjoni u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Għaldaqstant, il-miżuri preventivi ta' din id-Direttiva għandhom ikopru mhux biss il-manipulazzjoni l-manipulazzjoni ta' flus li jiġu mill-kriminalità iżda serja u l-ġbir ukoll ta' flus jew proprjetà għal għanijiet terroristiċi. [Em. 7]

(5a)  Irrispettivament mill-penalitajiet ipprovduti għall-Istati Membri, l-objettiv ewlieni tal-miżuri kollha li ttieħdu taħt din id-Direttiva għandu jkun li jiġu miġġielda l-prattiki kollha li jirriżultaw fil-ġenerazzjoni ta' profitti illegali sostanzjali. Id-Direttiva għandha tagħmel dan billi tieħu l-passi possibbli kollha biex is-sistema finanzjarja tiġi ostakolata milli tintuża għall-ħasil ta' dawk il-profitti. [Em. 8]

(6)  L-użu ta’ pagamenti kbar fi flus kontanti huwa vulnerabbli għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Sabiex tiżdied il-viġilanza u jitnaqqsu r-riskji li jirriżultaw minn pagamenti bi flus kontanti u persuni ġuridiċi fin-negozjar ta’ oġġetti għandhom ikunu koperti minn din id-Direttiva sal-punt li jagħmlu jew jirċievu pagamenti bi flus kontanti ta’ EUR 7 500 jew aktar. Stati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu li jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti inkluż limitu aktar baxx. [Em. 9]

(6a)  Prodotti ta' flus elettroniċi qegħdin jintużaw dejjem aktar bħala sostituzzjoni għal kont bankarju. L-emittenti ta' tali prodotti għandhom ikunu taħt obbligu strett li jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu, għandu jkun possibbli li prodotti ta’ flus elettroniċi jkunu eżentati mid-diliġenza dovuta mal-klijent jekk ikunu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet kumulattivi. L-użu ta’ flus elettroniku li jinħareġ mingħajr ma ssir id-diliġenza dovuta mal-klijent għandu jitħalla biss għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi minn negozjanti u fornituri li ġew identifikati u li l-identifikazzjoni tagħhom hija vverifikata mill-emittent tal-flus elettroniku. Fir-rigward ta' trasferimenti bejn persuna u oħra, l-użu ta’ flus elettroniċi m’għandux jitħalla mingħajr ma ssir id-diliġenza dovuta mal-klijent fir-rigward tat-trasferimenti minn persuna għal oħra. L-ammont maħżun elettronikament għandu jkun baxx biżżejjed sabiex jiġu evitati lakuni u biex jiġi żgurat li persuna ma tistax tikseb ammont illimitat ta’ prodotti ta’ ħlas elettroniku anonimi. [Em. 10]

(6b)  L-aġenti immobiljari joperaw b’ħafna modi differenti fil-qasam ta’ tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli fl-Istati Membri. Sabiex jitnaqqsu r-riskji ta’ ħasil tal-flus fis-settur tal-proprjetà immobbli, l-aġenti immobiljari għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jekk ikunu involuti fi tranżazzjonijiet finanzjarji relatati mal-proprjetà bħala parti tal-attivitajiet professjoanli tagħhom. [Em. 11]

(7)  Professjonisti legali, kif definiti mill-Istati Membri, għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva meta jieħdu sehem fi tranżazzjonijiet finanzjarji jew korporattivi, inkluż l-għoti ta' pariri dwar it-taxxa, fejn hemm l-akbar riskju li s-servizzi ta' dawk il-professjonisti legali jintużaw ħażin għall-għan tal-ħasil tar-rikavat ta' attività kriminali jew għall-għan ta' finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu għandhom jeżistu eżenzjonijiet minn kull obbligu ta' rapportaġġ ta' informazzjoni miksuba qabel, matul jew wara proċedimenti ġudizzjarji, jew waqt li tkun qiegħda tiġi aċċertata l-pożizzjoni legali ta' klijent. Għaldaqstant, il-pariri legali għandhom jibqgħu suġġett għall-obbligu tas-sigriet professjonali għajr jekk il-konsulent legali jkun qiegħed jieħu sehem fil-ħasil tal-flus jew fil-finanzjament tat-terroriżmu, jekk il-parir legali jingħata għall-għanijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-iffinanzjar tat-terroriżmu jew jekk l-avukat ikun jaf li l-klijent qiegħed ifittex parir legali għal għanijiet ta' ħasil tal-flus jew tal-iffinanzjar tat-terroriżmu.

(8)  Servizzi li huma direttament komparabbli għandhom ikunu trattati bl-istess manjiera meta mogħtija minn kwalunkwe wieħed mill-professjonisti koperti b'din id-Direttiva. Sabiex jiġi żgurat ir-rispett lejn id-drittijiet stabbiliti fil-Karta, fil-każ ta' awdituri, kontabilisti esterni u konsulenti tat-taxxa li, f'xi Stati Membri, jistgħu jiddefendu jew jirrappreżentaw klijent fil-kuntest ta' proċedimenti ġuridiċi jew jaċċertaw il-pożizzjoni legali tal-klijent, l-informazzjoni li huma jiksbu fit-twettiq ta' dawk il-kompiti ma għandhiex tkun suġġetta għall-obbligi ta' rapportaġġ skond din id-Direttiva.

(9)  Huwa importanti li ssir enfasi espressa li “reati tat-taxxa” relatati għal taxxi diretti u indiretti huma inklużi fid-definizzjoni wiesa’ ta’ “attività kriminali” taħt din id-Direttiva skont ir-Rakkomandazzjonijiet FATF riveduti. Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2013 stqarr il-ħtieġa li jiġu ttrattati l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi u li jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus, b'mod komprensiv, kemm fis-suq intern kif ukoll fil-konfront ta’ pajjiżi terzi u ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx. Li jkun hemm qbil dwar definizzjoni ta’ reati tat-taxxa huwa pass importanti biex dawn ir-reati jinkixfu, kif ukoll għall-iżvelar pubbliku ta’ ċerta informazzjoni finanzjarja minn kumpaniji kbar li joperaw fl-Unjoni fuq bażi għal kull pajjiż. Barra minn hekk, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-entitajiet obbligati u l-professjonisti legali, kif definiti mill-Istati Membri, ma jfittxux li jiffrustraw l-intenzjoni ta’ din id-Direttiva u lanqas jiffaċilitaw jew jinvolvu ruħhom fil-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva. [Em. 12]

(9a)  L-Istati Membri għandhom jintroduċu Regoli Ġenerali Kontra l-Evażjoni (GAAR) fuq kwistjonijiet fiskali bl-għan li titrażżan il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva u l-evitar tat-taxxa f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pjanifikazzjoni Fiskali Aggressiva tat-12 ta’ Diċembru 2012 u mar-Rapport ta’ Progress tal-OECD lill-G20 fil-5 ta’ Settembru 2013. [Em. 13]

(9b)  Meta jkunu jwettqu jew jiffaċilitaw it-tranżazzjonijiet kummerċjali jew privati, entitajiet li għandhom rwol speċifiku fis-sistema finanzjarja, bħall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp(BERŻ), il-banek ċentrali tal-Istati Membri u sistemi ċentrali tas-saldu għandhom, safejn ikun possibbli, josservaw ir-regoli applikabbli għal entitajiet obbligati oħra adottati skont din id-Direttiva. [Em. 14]

(10)  Hemm ħtieġa li tiġi identifikata kwalunkwe persuna fiżika li teżerċita sjieda jew kontroll fuq persuna ġuridika. Filwaqt li l-kisba ta’ persentaġġ speċifiku ta’ parteċipazzjoni azzjonarja mhux se tirriżulta awtomatikament fil-ksib tas-sjieda benefiċjarji, huwa fattur ta’ evidenza li għandu jiġi kkunsidrat .hija fattur fost oħrajn għall-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju L-identifikazzjoni u l-verifika tas-sjieda benefiċjarji għandha, fejn rilevanti, testendi sa entitajiet legali li huma s-sjieda ta’ entitajiet legali oħrajn, u għandha ssegwi l-katina ta’ sjieda sakemm tinsab il-persuna fiżika li teżerċita sjieda jew kontroll tal-persuna ġuridika li hija l-klijenta. [Em. 15]

(11)  Il-ħtieġa għal Huwa ta’ importanza li tiġi żgurata u mtejba t-traċċabbiltà tal-pagamenti. L-eżistenza ta' informazzjoni preċiża u aġġornata fuq is-sjieda benefiċjarja ta' kwalunkwe entità legali, bħal persuni legali, trusts, fondazzjonijiet, holdings u l-arraġamenti kollha l-oħra legali simili eżistenti jew futuri hija fattur importanti fil-ksib ta’ kriminali li x’aktarx jkunu jistgħu jaħbu l-identità tagħhom wara struttura korporattiva. B’hekk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kumpaniji jżommu informazzjoni fuq is-sjieda benefiċjarja tagħhom u jagħmlu din l-informazzjoni adegwata, preċiża u aġġornata disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet obbligati permezz ta' reġistri pubbliċi, aċċessibbli onlajn u f'data format miftuħ u sikur, skont regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u d-dritt għall-privatezza kif stabbilit fil-Karta. L-aċċess għal dawn ir-reġistri għandu jingħata lill-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari lill-UIF u l-entitajiet obbligati, kif ukoll lill-pubbliku soġġett għall-identifikazzjoni minn qabel tal-persuna li tixtieq li jkollha aċċess għall-informazzjoni u għall-ħlas possibbli ta' tariffa. Barra hekk, fiduċjarji għandhom jiddikjaraw l-istatus tagħhom lill-entitajiet obbligati. [Em. 16]

(11a)  L-istabbiliment ta’ reġistri tas-sjieda benefiċjarja mill-Istati Membri jistgħu jsaħħu b’mod serju l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-korruzzjoni, l-evażjoni fiskali, il-frodi u reati finanzjarji oħra. Dan jista’ jintlaħaq billi jitjiebu l-operazzjonijiet tar-reġistri kummerċjali eżistenti fl-Istati Membri. Huwa vitali li r-reġistri huma interkonnessi jekk użu effettiv għandu jsir mill-informazzjoni li tinsab fihom, minħabba n-natura transkonfinali ta' tranżazzjonijiet kummerċjali. L-interkonnessjoni tar-reġistri kummerċjali fl-Unjoni diġà hija stabbilita fid-Direttiva 2012/17/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) u li għandha tiġi żviluppata aktar. [Em. 17]

(11b)  Il-progress teknoloġiku pprovda strumenti li permezz tagħhom entitajiet obbligati jistgħu jivverifikaw l-identità tal-konsumaturi tagħhom meta jkun hemm ċertu tranżazzjonijiet. Tali titjib teknoloġiku jipprovdi soluzzjonijiet effikaċi fil-ħin u kosteffikaċi lil negozji u konsumaturi u għalhekk għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tar-riskji. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-entitajiet obbligati għandhom ikunu proattivi fil-ġlieda kontra modi ġodda u innovattivi ta' ħasil tal-flus, filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data. [Em. 18]

(12)  Din id-Direttiva għanha tapplika wkoll għall-dawk l-attivitajiet tal-entitajiet obbligati koperti minn din id-Direttiva li huma mwettqa fuq l-internet.

(12a)  Ir-rappreżentanti tal-UE fil-korpi governattivi tal-BERŻ għandhom jinkoraġġixxu lill-BERŻ biex jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva u biex jippubblika fuq il-websajt tiegħu politika kontra l-ħasil tal-flus, li jkun fiha proċeduri dettaljati li jagħtu effett lid-dispożizzjonijiet taħt din id-Direttiva. [Em. 19]

(13)  L-użu tas-settur tal-logħob tal-azzard għall-ħasil tar-rikavati ta’ attività kriminali huwa ta’ tħassib. Sabiex jitnaqqsu r-riskji relatati mas-settur u biex tingħata ugwaljanza fost il-fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard, għandu jkun hemm obbligu għall-fornituri kollha ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard biex iwettqu diliġenza dovuta mal-klijent għal tranżazzjonijiet singoli ta’ EUR 2 000 jew aktar. Meta titwettaq dik id-diliġenza dovuta għandu jiġi adottat approċċ ibbażat fuq ir-riskju li jirrifletti r-riskji differenti għal tipi differenti ta' servizzi tal-logħob tal-azzard u jekk dawn jirrappreżentawx riskju għoli jew baxx għall-ħasil tal-flus. Il-karatteristiċi speċjali ta' tipi differenti ta' logħob għandhom jiġu kkunsidrati wkoll, billi, pereżempju, issir distinsjoni bejn każinòs, logħob tal-azzard onlajn jew fornituri oħra ta' servizzi tal-logħob tal-azzard. L-Istati Membri jmisshom jikkunsidraw dak il-limitu fil-ġbir ta’ rebħ u kif ukoll fl-imħatri ta’ flus. Fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard b’bini fiżiku (eż każinòs u postijiet għal-logħob tal-azzard) għandhom jiżguraw li diliġenza dovuta mal-klijent, jekk issir fil-punt ta’ dħul għall-bini, jista’ jkun marbut mat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-klijent fil-bini. [Em. 20]

(13a)  Il-ħasil tal-flus qed isir dejjem aktar sofistikat u jinkludi wkoll imħatri illegali, u xi kultant anke imħatri legali, b’mod partikolari b’rabta ma’ avvenimenti sportivi; Billi ġew żviluppati forom ġodda ta’ kriminalità organizzata li jħallu l-qligħ bħall-iffissar tar-riżultati u li jservu bħala forma profittabbli ta’ attività kriminali relatata mal-ħasil tal-flus; [Em. 21]

(14)  Ir-riskju ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu mhuwiex l-istess f'kull każ. B’mod xieraq, għandu jintuża approċċ ibbażat olistiku bbażat fuq ir-riskju skont standards minimi. L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju mhuwiex għażla permissibbli bla bżonn għal Stati Membri u entitajiet obbligati. Jinvolvi l-użu ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li jibbaża fuq il-provi biex jiġi mmirat aħjar ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li l-Unjoni tiffaċċja u dawk li joperaw fiha. [Em. 22]

(15)  Bażi solida għall-approċċ ibbażat fuq ir-riskju hija ħtieġa għall-Istati Membri biex jidentifikaw, jifhmu u jnaqqsu r-riskji tal-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu. L-importanza ta’ approċċ supranazzjonali għall-identifikazzjoni ta’ riskju ġiet rikonoxxuta f’livell internazzjonali, u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) ('ABE'), stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10); l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (AEAPX) Stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11); u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (‘AETS) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) għandhom ikollhom il-kompitu li joħorġu opinjoni dwar ir-riskji li jaffettwaw is-settur finanzjarju u, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, jiżviluppaw standards minimi għall-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dak il-proċess għandu, kemm jista' jkun, jinvolvi partijiet interessati relevanti permezz ta' konsultazzjonijiet pubbliċi. [Em. 23]

(16)  Ir-riżultati ta’ valutazzjonijiet tar-riskju fuq livell ta’ Stat Membru, għandhom, fejn xieraq, ikunu disponibbli f’waqtu lill-entitajiet obbligati sabiex ikunu jistgħu jifhmu, jidenfitikaw u jnaqqsu r-riskji tagħhom stess. [Em. 24]

(17)  Sabiex jifhmu aħjar u jnaqqsu r-riskji f’livell tal-Unjoni, għandha tiġi implimentata analiżi sopranazzjonali biex b’mod effikaċi jiġu identifikati r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li is-suq intern huwa espost għalihom. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tobbliga lill-Istati Membri biex jittrattaw b’mod effettiv ix-xenarji li huma kkunsidrati bħala riskji għoljin. Barra min hekk, l-Istati Membri għandhom jikkondividu r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju ma' xulxin u mal-Kummissjoni, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS, l-ESMA (flimkien imsejħin l-'ASE'), u l-Europol, fejn ikun xieraq. [Em. 25]

(18)  Meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, huwa xieraq li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi u l-ħtiġijiet ta’ entitajiet żgħar obbligati li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni, u biex jiġi żgurat trattament li hu xieraq għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ entitajiet żgħar obbligati, u n-natura tan-negozju.

(19)  Riskju nnifsu huwa varjabbli fin-natura, u l-varjabbli, kemm jekk waħedhom jew bi tqabbil, jistgħu jżidu jew jnaqqsu r-riskju potenzjali, biex b'hekk ikollu impatt fuq il-livell xieraq ta’ miżuri preventattivi, bħal miżuri ta’ diliġenza dovuta mal-klijent. B’hekk hemm ċirkostanzi fejn diliġenza dovuta għandha tiġi applikata u oħrajn fejn diliġenza dovuta simplifikata tista’ tkun xierqa.

(20)  Għandu jkun rikonoxxut li ċerti sitwazzjonijiet jippreżentaw riskju akbar ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. Għalkemm għandhom jiġu stabbiliti l-identità u l-profil tan-negozju tal-klijenti kollha, ikun hemm każijiet fejn ikunu meħtieġa proċeduri partikolarment rigorużi tal-identifikazzjoni tal-klijent u ta' verifika.

(21)  Dan japplika b'mod partikolari għar-relazzjonijiet ta' negozju ma' individwi li għandhom, jew li kellhom, karigi pubbliċi importanti, b'mod partikulari dawk minn pajjiżi fejn il-korruzzjoni hija mifruxa, kemm fl-Unjoni kif ukoll fil-livell internazzjonali. Relazzjonijiet bħal dawn jistgħu jesponu s-settur finanzjarju b’mod partikolari għal riskji sinifikanti ta’ reputazzjoni u legali. L-isforz internazzjonali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni jiġġustifika l-ħtieġa li tingħata attenzjoni speċjali għal każijiet bħal dawn u biex tiġi applikata diliġenza dovuta mal-klijent xierqa u mtejba fir-rispett ta’ persuni li għandhom jew kellhom funzjonijiet prominenti lokali jew barra u persuni anzjani f'organizzazzjonijiet internazzjonali. [Em. 26]

(21a)  Il-ħtieġa għal miżuri ta’ diliġenza dovuta mal-klijent imtejba fir-rispett ta’ persuni li għandhom jew kellhom funzjonijiet prominenti lokali jew barra u ta’ persuni f'inkarigu għoli f’organizzazzjonijiet internazzjonali m’għandhiex, madankollu, twassal għal sitwazzjoni fejn listi li fihom informazzjoni dwar dawn il-persuni jiġu nnegozjati għal skopijiet kummerċjali. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprojbixxu din l-attività. [Em. 27]

(22)  Il-ksib ta’ approvazzjoni mill-maniġment anzjan għat-twaqqif ta’ relazzjonijiet ta’ negozju ma jfissirx, fil-każijiet kollha, implikazzjoni għall-ksib ta’ approvazzjoni mill-bord ta’ diretturi. L-għoti ta’ approvazzjoni bħal din għandu jkun possibbli minn xa ħadd b'għarfien suffiċjenti tal-iskopertura għar-riskju ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu tal-istituzzjoni u anzjanità suffiċjenti biex jieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw l-iskopertura għar-riskju.

(22a)  Hu importanti li-l-Unjoni tiżviluppa approċċ u politika komuni biex jindirizzaw l-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx u li jagħtu prestazzjoni baxxa fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw u japplikaw b’mod dirett fl-iskema nazzjonali tagħhom tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, il-listi kollha tal-pajjiżi ppubblikati mill-FATF. Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jidentifikaw il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx l-oħra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat, għandha tiżviluppa approċċ komuni ta’ miżuri li għandhom jintużaw biex jipproteġu l-integrità tas-suq intern kontra dawk il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx. [Em. 28]

(23)  Sabiex jiġu evitati proċeduri ripetuti ta’ identifikazzjoni tal-klijent, li jwasslu għal dewmien u ineffiċjenza fin-negozju, huwa xieraq, bla ħsara għas-salvagwardji adattati, li jitħallew li jkunu introdotti klijieti li tkun saritilhom identifikazzjoni x’imkien ieħor sabiex isirilhom l-introduzzjoni mal-entitajiet obbligati. Fejn entità obbligata tistrieħ fuq parti terza, ir-responsabbilità aħħarija għall-proċedura ta’ diliġenza dovuta mal-klijent tibqa’ tal-entità obbligata li lilha tkun saret l-introduzzjoni tal-klijent. Il-parti terza, jew dik li tintroduċi l-klijent, għandha tibqa' responsabbli għall-konformità fir-rigward tar-rekwiżiti kollha stabbiliti f'din id-Direttiva, inkluż ir-rekwiżit li tirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi u żżomm ir-rekords, sa fejn iwasslu r-relazzjonijiet tagħha mal-klijent koperti minn din id-Direttiva.

(24)  Fil-każ ta' relazzjonijiet ta' aġenzija jew ta' esternalizzazzjoni fuq bażi kontrattwali bejn entitajiet obbligati jew persuni esterni fiżiċi jew ġuridiċi mhux koperti minn din id-Direttiva, kwalunkwe obbligu kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu għal dawk l-aġenti jew fornituri ta' esternalizzazzjoni, bħala parti mill-entitajiet obbligati, jista' jiġi biss minn kuntratt u mhux minn din id-Direttiva. Ir-responsabbiltà għall-konformità ma’ din id-Direttiva għandha tibqa’ primarjament tal-entità obbligata koperta minnha Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull parti terza bħal din tista’ tinżamm responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. [Em. 29]

(25)  L-Istati Membri kollha stabbelixxew, jew suppost jistabbilixxu, unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja li joperaw b’mod indipendenti u awtonomu (FIUs l-UIF) sabiex jiġbru u janalizzaw l-informazzjoni li tkun waslitilhom bil-għan li jistabilixxu rabtiet bejn tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi u l-attività kriminali sabiex jipprevjenu u jikkumbattu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Tranżazzjonijiet suspettużi għandhom jiġu rapportati lill-FIUs lill-UIF, li sservi bħala ċentru nazzjonali sabiex tirċievi, tanalizza, u tqassam lill-awtoritajiet kompetenti rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi u informazzjoni oħra dwar ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. Dan ma għandux iġiegħel lill-Istati Membri jibdlu s-sistemi attwali tagħhom ta' rapportaġġ meta r-rapportaġġ iseħħ permezz ta' prosekutur pubbliku jew awtoritajiet oħrajn għall-infurzar tal-liġi, kemm-il darba l-informazzjoni tiġi kkomunikata minnufih u mingħajr ċensura lill-FIUs lill-UIF u dan jippermettilhom li jwettqu xogħolhom adegwatament, inkluża l-kooperazzjoni internazzjonali ma' FIUs UIF oħrajn. Huwa importanti li l-Istati Membri jipprovdu l-UIF bir-riżorsi meħtieġa sabiex jiżguraw il-kapaċità operattiva sħiħa tagħhom biex jindirizzaw l-isfidi attwali li jistgħu jirriżultaw mill-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data. [Em. 30]

(26)  Bħala deroga mill-projbizzjoni ġenerali kontra t-twettiq ta' tranżazzjonijiet suspettużi, l-entitajiet obbligati jistgħu jwettqu tali tranżazzjonijiet suspettużi qabel ma javżaw lill-awtoritajiet kompetenti, meta jkun impossibbli li ma dawn jitwettqux jew x’aktarx jistgħu jixxekklu l-isforzi sabiex jinqabdu l-benefiċjarji ta' operazzjoni ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu suspettat. Dan, madankollu, għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi internazzjonali aċċettati mill-Istati Membri li jiffriżaw mingħajr dewmien fondi jew assi oħra ta' terroristi, ta' organizzazzjonijiet terroristiċi jew ta' dawk li jiffinanzjaw it-terroriżmu, skond ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda.

(26a)  Peress li proporzjon kbir tal-flussi finanzjarji illeċiti jispiċċaw f'rifuġji fiskali, l-Unjoni għandha żżid il-pressjoni tagħha fuq dawk il-pajjiżi sabiex jikkooperaw ħalli jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. [Em. 31]

(27)  L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jaħtru korp awtoregolatorju xieraq tal-professjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 2(1)(3)(a), (b), u (d) bħala l-awtorità li għanda tiġi infurmata fl-ewwel istanza minflok l-UIF. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, sistema ta' rappurtaġġ tal-ewwel istanza lil korp awtoregolatorju xieraq tikkostitwixxi salvagwardja importanti għaż-żamma tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali b’rabta mal-obbligi ta' rappurtaġġ applikabbli lill-avukati.

(28)  Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-eżenzjonijiet previsti f'Artikolu 33(2), huwa jista' jippermetti jew jitlob lill-korp awto-regolatorju li jirrappreżenta lill-persuni li huma msemmija f'dak Artikolu sabiex ma jittrażmettix lill-UIF kwalunkwe informazzjoni miksuba mingħand dawk il-persuni fiċ-ċirkostanzi msemmija f'dak Artikolu.

(29)  Kien hemm numru ta’ każijiet fejn individwi, inklużi impjegati u rappreżentattivi li jirrappurtaw is-suspetti tagħhom ta’ ħasil tal-flus qed ikunu soġġetti għal theddid u azzjoni ostili. Għalkemm din id-Direttiva ma tistax tindaħal fil-proċeduri ġudizzjarji tal-Istati Membri, din hija kwistjoni kruċjali għall-effikaċja tas-sistema kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. L-Istati Membri għandhom ikunu konxji ta’ din il-problema u għandhom jagħmlu kull ma jistgħu sabiex iħarsu lill-impjegati lill-individwi, inklużi l-impjegati u lir-rappreżentanti minn tali theddid jew azzjoni ostili, kif ukoll minn trattament negattiv jew konsegwenzi avversi, u jagħmluha aktar faċli għalihom li jirrapportaw suspetti, u b'hekk isaħħu l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. [Em. 32]

(30)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), kif trasposta fil-liġi nazzjonali, hija applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personal għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva.

(30a)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva. [Em. 33]

(31)  Ċerti aspetti tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tinvolvi l-ġbir, l-analiżi, il-ħażna u l-qsim ta’ data. L-ipproċessar ta’ data personali għandu jsir sabiex ikun konformi mal-obbligi mniżżla f'din id-Direttiva, inkluż it-twettiq ta' diliġenza dovuta mal-klijent, monitoraġġ li għadu għaddej, investigazzjoni u rappurtaġġ ta' tranżazzjonijiet mhux tas-soltu u suspettużi, l-identifikazzjoni tas-sjieda benefiċjarju tal-persuna legali jew arranġament legali, l-identifikazzjoni ta’ persuna esposta politikament, il-qsim ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-qsim ta’ informazzjoni minn istituzzjonijiet finanzjarji u l-entitajiet obbligati. Id-data personali miġbura għandha tkun limitata għal dak li hu strettament neċessarju għall-għan ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u mhux proċessati aktar b'mod mhux konsistenti mad-Direttiva 95/46/KE. B’mod partikolari, aktar proċessar ta’ data personali għal raġunijiet kummerċjali għandu jkun projbit b’mod strett. [Em. 34]

(32)  Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu hija rikonoxxuta bħala raġuni importanti ta' interess pubbliku mill-Istati Membri kollha. Il-qerda ta’ dawn il-fenomeni teħtieġ rieda politika qawwija u kooperazzjoni fil-livelli kollha. [Em. 35]

(32a)  Huwa ta’ importanza kbira li l-investiment kofinanzjat mill-baġit Komunitarju jissodisfa l-ogħla standards sabiex jiġu evitati reati finanzjarji inklużi l-korruzzjoni u l-evażjoni tat-taxxa. Għalhekk, fl-2008 il-BEI adotta linja gwida interna intitolata “Il-Politika dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ mġiba pprojbita fl-attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment” fuq il-bażi legali tal-Artikolu 325 tat-TFUE, l-Artikolu 18 tal-Istatut tal-BEI u tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(15). Wara l-adozzjoni tal-politika, il-BEI għandu jirrapporta suspetti jew każijiet allegati ta’ ħasil tal-flus li jaffettwaw proġetti, operazzjonijiet u tranżazzjonijiet appoġġati mill-BEI, lill-UIF fil-Lussemburgu. [Em. 36]

(33)  Din id-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni ta’ data personali proċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f’kwistjonijiet kriminali, inklużi d-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. [Em. 37]

(34)  Id-drittijiet ta’ aċċess tas-suġġett tad-data huma applikabbli għad-data personali proċessata għall-għan ta’ din id-Direttiva. Madankollu, aċċess għas-suġġett tad-data għal informazzjoni miżmuma f’rapport ta’ tranżazzjoni suspettuża jnaqqas b’mod gravi l-effikaċja tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Limitazzjonijiet għal dan id-dritt skont ir-regoli mniżżla fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE b'hekk jistgħu jkunu ġustifikati. Madankollu, dawn il-limitazzjonijiet għandhom ikunu kontrobilanċjati b'setgħat effettivi ta' protezzjoni tad-data, inklużi s-setgħat ta' aċċess indirett, kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE biex jinvestigaw, fuq bażi ex officio jew fuq bażi ta' lment, kwalunkwe pretensjoni fir-rigward ta' problemi assoċjati mal-ipproċessar ta' data personali. Dan għandu jinkludi partikolarment l-aċċess għall-fajl tad-data fil-entità obbligata. [Em. 38]

(35)  Il-persuni li sempliċiment ibiddlu dokumenti tal-karta f'data elettronika u jaġixxu taħt kuntratt ma' istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja ma jaqgħux fil-kamp ta' din id-Direttiva, u lanqas taqa' fil-kamp tagħha kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi lill-istituzzjonijiet ta' kreditu jew finanzjarji biss b'messaġġ jew b'sistemi ta' appoġġ oħra għad-dispaċċ ta' fondi jew b'sistema ta' clearance u ta' ħlas.

(36)  Il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu huma problemi internazzjonali u l-isforz sabiex jiġu kombattuti għandu jkun globali. Fejn istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji tal-Unjoni għandhom fergħat jew sussidjarji li jinsabu f’pajjiżi terzi fejn il-liġi f’dak il-qasam hija nieqsa, huma għandhom, sabiex jevitaw l-applikazzjoni ta’ standards differenti ħafna fi ħdan l-istituzzjoni jew grupp ta’ istituzzjonijiet, japplikaw standards tal-Unjoni jew jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jekk l-applikazzjoni ta’ standards bħal dawn hijiex impossibbli.

(37)  Ir-rispons għandu fejn applikabbli, kull meta possibbli, jkun disponibbli lil entitajiet obbligati dwar l-utilità u s-segwitu tar-rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi li jippreżentaw. Sabiex dan isir possibbli, u jkunu jistgħu jagħmlu reviżjoni tal-effiċenza tas-sistemi tagħhom għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom iżommu u jtejbu l-istatistiċi rilevanti. Biex titjieb aktar il-kwalità u l-konsistenza tad-data statistika miġbura fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha iżomm kont tas-sitwazzjoni mal-Unjoni kollha b’rispett tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu u tippubblika analiżi regolari, inkluż evalwazzjoni ta’ valutazzjonijiet ta’ riskju nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha twettaq l-L-ewwel valutazzjoni ġenerali ta' dan it-tip fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva . [Em. 39]

(37a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entitajiet obbligati mhux biss jikkonformaw mar-regoli u l-linji gwida relevanti iżda jkollhom ukoll sistemi fis-seħħ li fil-fatt jimminimizzaw ir-riskji ta’ ħasil tal-flus fi ħdan dawk l-entitajiet. [Em. 40]

(37b)  Sabiex ikunu jistgħu jeżaminaw mill-ġdid l-effettività tas-sistemi tagħhom għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom iżommu u jtejbu l-istatistiċi rilevanti. Sabiex titjieb aktar il-kwalità u l-konsistenza tad-data statistika miġbura fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha żżomm kont tas-sitwazzjoni mal-Unjoni kollha fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u tippubblika analiżi regolari. [Em. 41]

(38)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, fir-rigward ta’ uffiċċji tal-kambju ta’ flus, fornituri ta' servizzi ta' trust jew ta' kumpaniji jew fornituri ta’ servizzi għal-logħob tal-azzard, il-persuni li effettivament jidderiġu n-negozju ta’ entitajiet bħal dawn u s-sjieda benefiċjarji ta’ entitajiet bħal dawn huma persuni adatti u xierqa. Bħala minimu dawn il-kriterji għandhom jiddeterminaw jekk persuna hijiex adatta u xierqa, u jirriflettu l-bżonn li jħarsu dawn l-entitajiet u milli jintużaw ħażin mill-maniġers jew is-sidien benefiċċjarji tagħhom għal għanijiet kriminali.

(39)  Billi jiġi kkunsidrat il-karattru transnazzjonali tal-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-UIF tal-UE hija estremament importanti. Din il-kooperazzjoni s’issa ġiet indirizzata biss mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI(16). Sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni u kooperazzjoni aħjar bejn l-UIF, u b’mod partikolari biex jiġi żgurat li rapporti ta’ tranżazzjonijiet suspettużi jilħqu l-UIF tal-Istat Membru fejn ir-rapport ikun tal-aktar użu, regoli aktar dettaljati, imsaħħa u aġġornati għandhom jiġu inklużi f’din id-Direttiva.

(40)  Titjib fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn FIUs UIF fl-Unjoni hija ta’ importanza partikolari biex tiffaċċja l-karattru transnazzjonali tal-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu. L-użu ta’ faċilitajiet siguri għall-iskambju ta’ informazzjoni, speċjalment in-netwerk deċentralizzat tal-kompjuter FIU.net u tekniki offruti minn dak tali faċilitajiet in-netwerk għandhom ikunu mħeġġa minn Stati Membri. [Em. 42]

(41)  L-importanza tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu għandu jwassal lill-Istati Membri li jistabilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u disswasivi fil-liġi nazzjonali għan-nuqqas li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Attwalment Stati Membri għandhom firxa differenti ta’ miżuri amministrattivi u sanzjonijiet għal kwalunkwe ksur tal-miżuri preventivi ewlenin. Din id-diversità tista’ tkun ta’ detriment għall-isforzi li qed isiru kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u r-rispons tal-Unjoni huwa f'riskju li jiġi frammentat. B’hekk din id-Direttiva għandha tinkludi firxa ta’ miżuri amministrattivi u sanzjonijiet li l-Istati Membri se jkollhom disponibbli għal ksur sistematiku tar-rekwiżiti relatati ma’ miżuri ta’ diliġenza dovuta mal-klijent, iż-żamma ta’ rekords, ir-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi u l-kontrolli interni ta’ entitajiet obbligati. Dik il-firxa għandha tkun usa’ b’mod suffiċjenti biex tippermetti Stati Membri u awtoritajiet kompetenti biex jikkunsidraw id-differenzi bejn entitajiet obbligati, b’mod partikolari bejn istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet obbligati oħrajn, fir-rigward id-daqs, il-karatteristiċi, il-livell ta’ riskju u l-oqsma ta’ attività tagħhom. Fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impożizzjoni ta’ miżuri amministrattivi u sanzjonijiet skont din id-Direttiva u ta’ sanzjonijiet kriminali skont il-liġi nazzjonali ma tmurx kontra l-prinċipju ta’ ne bis in idem. [Em. 43]

(42)  Standards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni adegwata tad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala korpi ta’ għarfien speċjalizzat għoli, ikun effiċjenti u xieraq biex l-ASE ikunu fdati bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li ma jinvolvux għażliet ta’ politika, għall-għoti lill-Kummissjoni.

(42a)  Biex l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet obbligati jevalwaw aħjar ir-riskji li jirriżultaw minn ċerti tranżazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-ġurisdizzjonijiet barra l-Unjoni Ewropea li implimentaw regoli u regolamenti simili għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. [Em. 44]

(43)  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ASE skont l-Artikolu 42 ta’ din id-Direttiva permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE u skont l-Artikoli 10 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(44)  Fid-dawl tal-emendi sostanzjali ħafna li hemm bżonn li jsiru lid-Direttivi 2005/60/KE, u 2006/70/KE, għandhom ikunu inkorporati u mibdula għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza.

(45)  Minħabba li l-għan ta’ din id-Direttiva, fuq kollox il-protezzjoni tas-sistema finanzjarja permezz tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-ksib ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba li miżuri individwali adottati minn Stati Membri biex jipproteġu s-sistemi finanzjarji tagħhom jistgħu jkunu inkonsistenti mal-funzjonament tas-suq intern u bil-preskrizzjonijiet tal-istat tad-dritt u l-politika pubblika tal-Unjoni iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu b’mod aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imniżżla fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'mod konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(46)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta, b’mod partikolari, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, is-suppożizzjoni tal-innoċenza, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà li tmexxi negozju, il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni, id-dritt għal rimedju effettiv għal proċess ġust u d-dritt għad-difiża. [Em. 45]

(47)  Skont l-Artikolu 21 tal-Karta li jipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva hi implimentata, fir-rigward ta’ valutazzjonijiet tar-riskju fil-kuntest ta’ diliġenza dovuta mal-klijent mingħajr diskriminazzjoni.

(48)  Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar dokumenti ta' spjegazzjoni, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f'każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur jqis it-trasmissjoni ta' dawn id-dokumenti bħala ġustifikata,

(48a)  L-Istati Membri u l-entitajiet obbligati, meta jkunu qed japplikaw din id-direttiva jew liġi nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva, huma marbuta bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE(17). [Em. 46]

(48b)   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta opinjoni fl-4 ta' Lulju 2013(18),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Taqsima 1

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jkunu pprojbiti.

2.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, dawn li ġejjin, meta jitwettqu bi ħsieb, għandhom jitqiesu bħala ħasil tal-flus:

(a)  il-konverżjoni jew it-trasferiment ta' proprjetà, bil-konoxxenza li tali proprjetà ġejja minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività, għall-għan ta' ħabi jew travestiment tal-oriġini illeċita tal-proprjetà jew l-evitar tal-iffriżar jew il-konfiskazzjoni tal-ordnijiet sabiex tingħata għajnuna lil kwalunkwe persuna li tkun involuta fit-twettiq ta' tali attività sabiex tevadi l-konsegwenzi legali tal-azzjoni ta' dik il-persuna; [Em. 47]

(b)  il-ħabi jew it-travestiment tan-natura, is-sors, il-lokalità, id-dispożizzjoni, il-moviment, jew is-sidien veri tal-proprjetà jew tad-drittijiet veri fir-rigward tagħha, bil-konoxxenza li tali proprjetà ġejja minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività;

(c)  l-akkwist, il-pussess jew l-użu ta' proprjetà, bil-konoxxenza, fiż-żmien tar-riċezzjoni tagħha, li tali proprjetà ġiet minn attività kriminali jew minn kompliċità f'tali attività;

(d)  parteċipazzjoni f'attentati jew assoċjazzjoni fihom, għat-twettiq u l-għoti ta’ għajnuna, sostenn, tħaffif u l-għoti ta' parir għat-twettiq ta' xi waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

3.  Il-ħasil tal-flus għandu jitqies bħala tali anke fejn l-attivitajiet li ġġeneraw il-proprjetà destinata għal-ħasil twettqu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor jew f'dak ta' pajjiż terz.

4.  Għall-fini ta' din id-Direttiva, ‘finanzjament tat-terroriżmu’ tfisser l-għoti jew il-ġbir ta' fondi, bi kwalunkwe mezz, dirett jew indirett, bil-għan li jintużaw jew bl-għarfien li ser jintużaw, totalment jew parzjalment, sabiex jitwettaq xi wieħed mir-reati li jaqa' taħt it-tifsira tal-Artikoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (19), kif emendata mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/919/ĠAI(20).

5.  L-għarfien, l-intenzjoni jew l-għan meħtieġ bħala element tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 4 jistgħu jiġu preżunti miċ-ċirkustanzi fattwali oġġettivi.

Artikolu 2

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-entitajiet obbligati li ġejjin:

(1)  istituzzjonijiet ta’ kreditu;

(2)  istituzzjonijiet finanzjarji;

(3)  il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, li ġejjin, meta jaġixxu fl-eżerċizzju tal-attivitajiet professjonali tagħhom:

(a)  awdituri, kontabilisti esterni u konsulenti tat-taxxa;

(b)  nutara u professjonisti legali indipendenti oħra, meta dawn jieħdu sehem, kemm jekk jaġixxu f'isem jew għan-nom tal-klijent tagħhom fi kwalunkwe tranżazzjoni finanzjarja jew fi proprjetà immobbli, kif ukoll jekk jgħinu fl-ippjanar jew fl-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet għall-klijent tagħhom dwar:

(i)  ix-xiri u l-bejgħ ta' proprjetà immobbli jew ta' entitajiet kummerċjali;

(ii)  l-amministrazzjoni ta' flus, titoli jew assi oħra tal-klijent;

(iii)  il-ftuħ jew l-amministrazzjoni ta' kontijiet bankarji ta' tfaddil jew ta' titoli;

(iv)  l-organizzazzjoni tal-kontributi neċessarji għall-kostituzzjoni, jew għall-operat jew għall-ġestjoni ta' kumpaniji;

(v)  il-kostituzzjoni, l-operat jew il-ġestjoni ta' trusts, ta' fondazzjonijiet, mutwi, kumpaniji jew ta' strutturi simili; [Em. 48]

(c)  fornituri ta' servizzi ta' trust jew ta' kumpaniji li mhumiex diġà koperti mill-punti (a) jew (b);

(d)  aġenti immobiljari, inklużi aġenti tal-kirjiet, sakemm ma jkunux involuti f'tranżazzjonijiet finanzjarji; [Em. 49]

(e)  persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn li jinnegozjaw fi prodotti jew servizzi, iżda biss fejn il-ħlasijiet isiru jew jiġu riċevuti fi flus kontanti f’ammont ta’ EUR 7 500 jew aktar, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f’operazzjoni waħda jew inkella f’bosta operazzjonijiet li jidhru li għandhom x’jaqsmu ma’ xulxin; [Em. 50]

(f)  fornituri ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard.

Bl-eċċezzjoni ta' każinòs, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw għal kollox jew parzjalment ċerti servizzi tal-logħob tal-azzard, kif jingħad fil-punt (3)(f) tal-ewwel subparagrafu, minn dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva abbażi tar-riskju baxx li jirriżulta min-natura tas-servizzi abbażi ta' valutazzjonijiet tar-riskju. Qabel ma tiġi applikata kwalunkwe eżenzjoni bħal din, l-Istat Membru kkonċernat għandu jfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. [Em. 153]

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jidħlu f'attività finanzjarja fuq bażi okkażjonali jew ferm limitata fejn ftit li xejn hemm riskju ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, ma jaqgħux fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva kemm-il darba l-persuna fiżika jew ġuridika tkun tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)  l-attività finanzjarja tkun limitata f’termini assoluti;

(b)  l-attività finanzjarja tkun limitata fuq bażi ta’ tranżazzjoni;

(c)  l-attività finanzjarja ma tkunx l-attività prinċipali;

(d)  l-attività finanzjarja tkun aċċessorja u marbuta direttament mal-attività prinċipali;

(e)  l-attività ewlenija mhijiex attività msemmija fil-paragrafu 1, minbarra l-attività msemmija fil-punt (3)(e) tal-paragrafu 1;

(f)  l-attività finanzjarja tkun ipprovduta biss lill-klijenti tal-attività prinċipali u ma tkunx offruta lill-pubbliku b’mod ġenerali.

Fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jidħlu fl-attività ta’ rimessa ta’ flus skont it-tifsira tal-Artikolu 4(13) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21).

3.  Għall-fini tal-punt (a) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li r-rikavat totali tal-attività finanzjarja ma jaqbiżx livell limitu, li jrid ikun baxx biżżejjed. Dan il-limitu għandu jiġi stabbilit fuq il-livell nazzjonali skont it-tip ta’ attività finanzjarja.

4.  Għall-fini tal-punt (b) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom japplikaw livell limitu massimu għal kull klijent u tranżazzjoni unika, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f'operazzjoni waħda kif ukoll jekk titwettaq f'bosta operazzjonijiet li jidhru li għandhom x'jaqsmu ma' xulxin. Dan il-limitu għandu jiġi stabbilit fuq il-livell nazzjonali skont it-tip ta’ attività finanzjarja. Għandu jkun baxx biżżejjed biex jiġi żgurat li t-tipi ta' tranżazzjonijiet inkwistjoni huma metodu mhux prattiku u ineffiċjenti għall-ħasil tal-flus jew għall-finanzjament tat-terroriżmu, u ma għandux jaqbeż l-EUR 1 000.

5.  Għall-fini tal-punt (c) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li r-redditu mill-attività finanzjarja ma jaqbiżx il-5 % tar-redditu totali tal-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata.

6.  Fil-valutazzjoni tar-riskju ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu għall-fini ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jixħtu attenzjoni speċjali fuq kwalunkwe attività finanzjarja li minħabba n-natura tagħha titqies li għandha probabbiltà għolja li tintuża jew tiġi abbużata għal għanijiet ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.

7.  Kwalunkwe deċiżjoni skont dan l-Artikolu għandha tiddikjara r-raġunijiet li hija bbażata fuqhom. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà tal-irtirar ta’ deċiżjoni partikolari jekk ikun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi.

8.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu attivitajiet ta' monitoraġġ ibbażati fuq ir-riksju jew jieħdu xi miżuri adegwati oħrajn biex jiżguraw li ma jsirx abbuż mill-eżenzjoni mogħtija mid-deċiżjonijiet skont dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "istituzzjoni ta' kreditu" tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definita fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22), inklużi l-fergħat tagħha, kif definiti fil-punt 17 tal-Artikolu 4(1) ta' dik ir-Regolament, li jkunu fl-Unjoni, kemm jekk l-l-uffiċċju prinċipali tagħħha jkun fl-Unjoni u kif ukoll jekk ikun f'pajjiż terz;

(2)  "istituzzjonijiet finanzjarji" tfisser:

(a)  intrapriża, għajr istituzzjoni ta' kreditu li l-attività ewlenija tagħha tkun li twettaq attività waħda jew iżjed minn dawk elenkati fil-punti (2) sa (12) u l-punti (14) u (15) tal-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23), inklużi l-attivitajiet ta' uffiċji ta' kambju tal-munita (bureaux de change);

(b)  kumpanija tal-assigurazzjoni kif awtorizzata b’mod konformi mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(24), sakemm din twettaq il-ħidmiet tagħha koperti b’din id-Direttiva;

(c)  ditta tal-investimenti kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25);

(d)  intrapriża ta' investiment kollettiv li tikkumerċjalizza l-unitajiet u l-ishma tagħha;

(e)  Intermedjarju tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2002/92/KE(26), bl-eċċezzjoni ta' intermedjarji kif jingħad fl-Artikolu 2(7) ta' dik id-Direttiva, meta jaġixxu fir-rigward ta' assigurazzjoni fuq il-ħajja u servizzi oħra ta' investiment relatati;

(f)  fergħat ta' istituzzjonijiet finanzjarji kif jingħad fil-punti (a) sa (e) li jkunu fl-Unjoni, kemm jekk l-uffiċċji prinċipali jkun fl-Unjoni kif ukoll jekk ikun f'pajjiż terz;

(3)  "proprjetà" tfisser assi ta' kull tip, sew korporali jew inkorporali, mobbli jew immobbli, tanġibbli jew intanġibbli, u dokumenti jew strumenti legali fi kwalunkwe forma inkluża dik elettronika jew diġitali, li tixhed it-titolu ta' tali assi jew l-interess fihom.

(4)  "attività kriminali" tfisser kwalunkwe tip ta' involviment kriminali fit-twettiq tad-delitti serji li ġejjin

(a)  atti kif iddefiniti fl-Aritkoli 1 sa 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/475/ĠAI, kif emendata mid-Deċiżjoni Qafas 2008/919/ĠAI;

(b)  kwalunkwe wieħed mir-reati msemmi fl-Artikolu 3(1)(a) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988 kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi;

(c)  l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet kriminali kif iddefiniti fl-Artikolu 1 tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/ĠAI(27);

(d)  frodi li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, ta’ mill-inqas serji, kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej(28);

(e)  il-korruzzjoni;

(f)  ir-reati kollha, inklużi r-reati reati fiskali relatati mat-taxxi diretti jew indiretti, li huma punibbli bi priġunerija jew ordni ta' detenzjoni għal massimu ta' aktar minn sena jew, fir-rigward ta' dawk l-Istati li għandhom livell limitu minimu għal reati fis-sistema legali tagħhom, ir-reati kollha punibbli bi priġunerija jew ordni ta' detenzjoni għal minimu ta' aktar minn sitt xhur; [Em. 52]

(4a)  "korp awtoregolatorju" tfisser korp li għandu s-setgħa, rikonoxxuta mil-liġi nazzjonali, li jistabbilixxi l-obbligi u r-regoli li jirregolaw ċertu professjoni jew ċertu qasam ta’ attività ekonomika, li għandhom ikunu rispettati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi f’dik il-professjoni jew qasam; [Em. 53]

(5)  "sid benefiċjarju" tfisser kwalunkwe persuna fiżika li fl-aħħar mill-aħħar tkun is-sid jew jkollha l-kontroll tal-klijent u/jew persuna fiżika li f'isimhom tkun qed titwettaq tranżazzjoni jew attività u tinkludi mill-inqas:

(a)  għal entitajiet korporati:

(i)  il-persuna fiżika li fl-aħħar mill-aħħar tkun s-sid jew ikollha l-kontroll ta' entità permezz ta' sjieda jew kontroll diretti jew indiretti fuq biżżejjed perċentwal mill-ishma jew id-drittijiet tal-vot f'dik l-entità legali, inklużi permezz ta' pussess ta' berear share holdings, minbarra kumpanija elenkata fuq suq regolat li huwa soġġett għal rekwiżiti ta' żvelar konsistenti mal-liġi tal-Unjoni jew soġġett għal standards internazzjonali ekwivalenti.

fi kwalunkwe każ, perċentwal ta' 25% u sehem wieħed għandhom ikunu prova ta' sjieda jew kontroll permezz ta' pussess ta' ishma u japplika għal kull livell minn persuna naturali huma evidenza ta' sjieda diretta jew indiretta pussess ta’ ishma ta’ 25 % u sehem wieħed fil-klijent, miżmum minn entità korporattiva, li hija taħt il-kontroll ta’ persuna/persuni fiżika/fiżiċi, jew minn entitajiet korporattivi multipli, li huma taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika, għandu jkun indikazzjoni ta’ sjieda indiretta. l-idea ta' kontroll għadha tiġi ddeterminata, inter alia, f'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22(1) sa (5) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(29); madanakollu, dan japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-Istati Membri jiddeċiedu li peċentwal aktar baxx għandu jservi bħala evidenza ta' sjieda jew kontroll;

(ii)  jekk ikun hemm xi dubju li dik il-persuna identifikata fil-punt (i) hija s-sid benefiċjarju jew jekk wara li jkunu ttieħdu l-miżuri kollha meħtieġa l-ebda persuna ma tista’ tiġi identifikata fil-punt (i), il-persuna fiżika li tkun teżerċita kontroll fuq l-entità legali jew il-ġestjoni tagħha b’mezzi oħrajn, li jista' jinkludi uffiċjali maniġerjali ta' livell għoli;

(iia)  fejn l-ebda persuna naturali ma ġiet identifikata taħt punt (i) jew (ii), il-persuna fiżika li jkollha l-pożizzjoni ta' uffiċjal maiġerjali ta' livell għoli, li jekk dan ikun il-każ, l-entitajiet obbligati għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet li ttieħdu sabiex jidentifikaw is-sid benefiċjarju taħt il-punti (i) u (ii) sabiex jagħtu prova tal-inabbiltà tagħhom li jidentifikaw dawn il-persuni;

(b)  fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi, bħal fondazzjonijiet, u ta' arranġamenti ġuridiċi, bħal trusts, jew mutwi, li jamministraw u jqassmu fondi: [Em. 54]

(i)  il-persuna fiżika li teżerċitaw kontroll fuq 25 % jew aktar tal-proprjetà tal-arranġament ġuridiku jew entità ġuridika; u

(ii)  fejn il-benefiċjarji futuri diġà ġew determinati, il-persuna fiżika li jkunu l-benefiċjarji ta' 25 % jew aktar tal-proprjetà tal-arranġament ġuridiku jew entità ġuridika; jew

(iii)  meta l-individwi li jibbenefikaw mill-arranġament jew l-entità legali jkunu għad iridu jiġu ddeterminati, il-klassi ta' persuni li fl-interess tagħhom huma mwaqqfa jew joperaw l-arranġament jew l-entità legali. Għall-benefiċjarji ta' trusts li huma magħżulin skont il-karatteristiċi jew il-klassi, l-entitajiet obbligati għandhom jiksbu biżżejjed informazzjoni dwar il-benefiċjarju sabiex ikunu sodisfatti li ser ikunu jistgħu jistabbilixxu l-identità tal-benefiċjarju fi żmien l-iżborż jew meta l-benefiċjarju jkun beħsiebu jeżerċita d-drittijiet vestiti;

(iiia)  fir-rigward ta' trusts, l-identità tas-settlor, tal-fiduċjarju, tal-protettur (jekk ikun hemm), tal-benefiċjarju jew il-klassi ta’ benefiċjarji, u ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv aħħari fuq it-trust (anke permezz ta’ katina ta’ kontroll jew ta’ sjieda);

(6)  "fornitur tas-servizzi ta' trusts jew kumpaniji" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li permezz tan-negozju tipprovdi xi wieħed mis-servizzi li ġejjin lil partijiet terzi:

(a)  il-formazzjoni ta' kumpaniji jew ta' persuni ġuridiċi oħrajn;

(b)  il-qadi ta' dmirijiet, jew l-arranġament sabiex persuna oħra isservi, bħala direttur jew segretarju ta' kumpanija, jew bħala soċju f'soċjetà, jew f'xi pożizzjoni simili marbuta ma' persuni ġuridiċi oħra;

(c)  il-fornitura ta' uffiċċju reġistrat, jew ta' indirizz kummerċjali, jew ta' indirizz ta' korrispondenza jew amministrattiv u servizzi oħra relatati, lil xi kumpanija, soċjetà jew kwalunkwe persuna ġuridika jew arranġament ġuridiku ieħor;

(d)  il-qadi ta' dmirijiet, jew l-arranġament sabiex persuna oħra isservi, bħala trustee ta' express trust jew ta' arranġament ġuridiku simili ieħor;

(e)  taġixxi bħala jew tirranġa sabiex persuna oħra taġixxi bħala azzjonist nominat għal persuna oħra li mhijiex kumpanija elenkata f'suq regolat li huwa soġġett għar-rekwiżiti ta' żvelar b'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew soġġetta għal standards internazzjonali ekwivalenti;

(7)  (a) "persuni barranin esposti b'mod politiku" tfisser persuni fiżiċi li huma fdati jew li ġew fdati b'funzjonijiet pubbliċi prominenti minn pajjiż terz;

(b)  "persuni lokali esposti b'mod politiku" tfisser persuni fiżiċi li jkunu fdati jew li jkunu ġew fdati minn Stat mill-Istat Membru b'funzjoni pubblika prominenti; [Em. 55]

(c)  "persuni li huma fdati jew li ġew fdati b'funzjoni prominenti minn organizzazzjoni internazzjonali" tfisser diretturi, viċi diretturi u membri tal-bord jew funzjoni ekwivalenti ta' organizzazzjoni internazzjonali;

(d)  "persuni fiżiċi li jkunu fdati jew li jkunu ġew fdati b'funzjoni pubblika prominenti" għandhom jinkludu lil dawn li ġejjin:

(i)  il-kapijiet ta’ Stat, il-kapijiet ta’ Gvern, il-ministri u d-deputati ministri jew is-sottosegretarji;

(ii)  il-membri parlamentari jew korpi leġiżlattivi simili; [Em. 56]

(iii)  il-membri tal-qrati supremi, tal-qrati kostituzzjonali u ta’ entitajiet ġudizjarji oħra ta’ livell għoli li d-deċiżjonijiet tagħhom mhumiex ġeneralment suġġetti għal appell ulterjuri, ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali;

(iv)  il-membri tal-qrati tal-awdituri u tal-bordijiet tal-banek ċentrali;

(v)  l-ambaxxaturi, iċ-chargés d'affaires u l-uffiċjali għolja tal-forzi armati;

(vi)  membri tal-korpi amministrattivi , maniġerjali jew superviżorji ta' livell għoli tal-impriżi li huma proprjetà tal-Istat. [Em. 57]

L-ebda waħda mill-kategoriji stabbiliti fil-punti (i) sa (vi) ma għandha tinftiehem bħala waħda li tkopri uffiċjali ta' gradi medji jew inqas;

(e)  il-"membri tal-familja" tfisser:

(i)  il-konjuġi;

(ii)  kwalunkwe sieħeb/sieħba meqjusin ekwivalenti għall-konjuġi;

(iii)  it-tfal u l-konjuġi jew sħab tagħhom; [Em. 58]

(iv)  il-ġenituri; [Em. 59]

(f)  il-"persuni magħrufin li huma assoċjati mill-qrib" tfisser:

(i)  kwalunkwe persuna fiżika magħrufa li għandha sjieda benefiċjarja konġunta ta' entitajiet legali jew arranġamenti legali, jew kwalunkwe relazzjonijiet kummerċjali oħrajn mill-qrib, ma' persuna msemmija fil-punti (7)(a) sa (d) ;

(ii)  kwalunkwe persuna fiżika li għandha sjieda benefiċjarja unika ta' entità legali jew arranġament legali li hija magħrufa li twaqqfet għall-benefiċċju de facto tal-persuna msemmija fil-punti (7)(a) sa (d); [Em. 60]

(8)  “maniġment superjuri” tfisser uffiċjali jew impjegat b'għarfien suffiċjenti tal-iskopertura għar-riskju ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu tal-istituzzjoni u anzjanità suffiċjenti biex jieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw l-iskopertura għar-riskju. Mhux meħtieġ li fil-każijiet kollha, ikun involut membru tal-bord ta' diretturi.

(9)  "relazzjoni tax-xogħol" tfisser relazzjoni fin-negozju, professjonali jew kummerċjali li hija marbuta mal-attivitajiet professjonali tal-entitajiet obbligati u li hija mistennija, fiż-żmien meta jiġi stabbilit il-kuntratt, ikollha element ta' durata;

(10)  "servizzi tal-logħob tal-azzard" tfisser kwalunkwe servizz li jinvolvi logħob ta' flus f'logħob tal-azzard inklużi dawk b'element ta' ħila bħal lotteriji, logħob tal-każinò, logħob tal-poker u tranżazzjonijiet tal-imħatri li huma pprovduti f'post fiżiku jew bi kwalunkwe mezz, mill-bogħod, b'mezzi elettroniċi jew kwalunkwe teknoloġija oħra biex titħaffef il-komunikazzjoni, jew fuq it-talba individwali ta' min jirċievi s-servizzi;

(10a)  “tranżazzjonijiet fuq l-imħatri”: tfisser l-istadji kollha tar-relazzjoni kummerċjali bejn, il-fornitur tas-servizzi ta’ logħob minn naħa waħda u, min-naħa l-oħra, il-klijent u l-benefiċjarju tar-reġistrazzjoni tal-imħatra sal-pagament tar-rebħ eventwali; [Em. 61]

(11)  "grupp" tfisser grupp kif definit fl-Artikolu 2(12) tad-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(30).

(11a)  ‘relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet mhux wiċċ imb’wiċċ’, tfisser il-konklużjoni ta’ kuntratt jew it-twettiq ta' tranżazzjoni, fejn il-kuntrattur jew l-intermedjarju u l-konsumatur ma jkunux fiżikament preżenti fl-istess ħin, b'mezzi esklussivi tal-internet, telekummerċjalizzazzjoni jew mezzi elettroniċi oħra ta’ komunikazzjoni sa u inkluż il-ħin li fih il-kuntratt ikun konkluż jew it-tranżazzjoni titwettaq; [Em. 62]

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-valutazzjoni tar-riskju, jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu estiżi totalment jew parzjalment għall-professjonijiet jew għall-kategoriji tal-impriżi, minbarra l-entitajiet obbligati msemmija fl-Artikolu 2(1), li jidħlu f’attivitajiet li għandhom probabbiltà partikolari li jintużaw għal għanijiet ta’ ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. [Em. 63]

2.  Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jestendi d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għal professjonijiet u kategoriji ta' impriżi minbarra dawk imsemmija f'Artikolu 2(1), għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 5

L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet aktar stretti fil-qasam kopert minn din id-Direttiva sabiex jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet huma f’konformità sħiħa mal-ordni legali tal-Unjoni, b’mod speċjali fir-rigward tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta . Dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx jipprevjenu bla bżonn lill-konsumaturi milli jaċċessaw is-servizzi finanzjarji u ma għandhomx jikkostitwixxu ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern. [Em. 64]

Taqsima 2

Valutazzjoni tar-riskju

Artikolu 6

1.  Il-Kummissjoni Ewropea għandha twettaq valutazzjoni dwar il-ħasil tal-flus u r-riskji finanzjarji li jaffettwaw lis-suq intern, b'mod partikolari referenza għal attivitajiet transkonfinali. Għal dak il-għan il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri, lill-ASE, lill-Kontullur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data, lill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 u lil awtoritajiet relevanti oħra.

Il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkopri minn tal-anqas dan li ġej:

(a)  il-livell ġenerali tal-ħasil tal-flus u l-oqsma tas-suq intern l-aktar fir-riskju;

(b)  ir-riskji assoċjati ma' kull settur relevanti, b'mod partikolari s-setturi mhux finanzjarji u s-settur tal-logħob tal-azzard;

(c)  l-aktar mezz mifrux użat mill-kriminali biex jaħslu l-flus illiċetu ġġenerat;

(d)  ir-rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi;

(e)  ir-rwol tal-karti tal-flus EUR fl-attivitajiet kriminali u l-ħasil tal-flus;

L-opinjoni konġunta għandha tinkludi proposti għal standards minimi għall-valutazzjonijiet tar-riskji li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dawn l-istandards minimi għandhom jiġu żviluppati f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u għandhom jinvolvu l-industrija u l-partijiet interessati rilevanti l-oħra permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u laqgħat privati għall-partijiet interessati kif xieraq.

Din l-opinjoni Il-Kummissjoni għandha toħroġ il-valutazzjoni tar-riskju sa ...(31) u għandha taġġornha fuq bażi ta' kull sentejn jew aktar frekwenti jekk ikun xieraq.

2.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed l-opinjoni il-valutazzjoni tar-riskju għad-dispożizzjoni biex tassisti lill-Istati Membri u lill-entitajiet obbligati sabiex jidentifikaw, jamministraw u jimmitigaw ir-riskju ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, u sabiex partijiet interessati oħra, inklużi l-leġiżlaturi nazzjonali, il-Parlament Ewropew, l-ASE, l-Europol u l-Kumitat ta' UIF tal-Unjoni ikunu jistgħu jifhmu aktar ir-riskji finanzjarji. Sommarju tal-valutazzjoni għandhom ikunu disponibbli pubblikament. Dak is-sommarju ma għandux ikun fih infJewmazzjoni kklassifikata.

2a.   Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sejbiet li jirriżultaw mill-valutazzjonijiet tar-riskju regolari u l-azzjoni meħuda bbażata fuq dawk is-sejbiet. [Em. 65]

Artikolu 6a

1.  Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri ta’ ksur stipulati mit-TFUE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-liġijiet nazzjonali għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu adottati mill-Istati Membri abbażi ta’ din id-Direttiva jkunu implimentati b’mod effettiv u jkunu konsistenti mal-qafas Ewropew.

2.  Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni se tkun megħjuna, fejn ikun xieraq, mill-ASE, mill-Europol, mill-Kumitat tal-UIF tal-Unjoni, u minn kwalunkwe awtorità Ewropea kompetenti oħra.

3.  Il-valutazzjonijiet ta’ liġijiet għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu għandhom jitwettqu mingħajr preġudizzju għal dawk li saru mill-Grupp ta’ Azzjoni Finanzjarja jew Moneyval. [Em. 66]

Artikolu 7

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu passi xierqa biex jidentifika, jivvaluta, jifhem u jimmitiga r-riskji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwawh, kif ukoll kwalunkwe tħassib marbut mal-protezzjoni tad-data, u jżomm il-valutazzjoni aġġornata.

2.  Kull Stat Membru għandu jagħżel awtorità biex tikkoordina r-rispons nazzjonali għar-riskji msemmija fil-paragrafu 1. L-identità tal-awtorità għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, mill-ASE, mill-Europol u Stati Membri oħra.

3.  Fit-twettiq tal-valutazzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu għandhom jagħmlu użu mill-opinjoni tal-valutazzjoni tar-riskju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 6(1).

4.  Kull Stat Membru għandu jwettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u:

(a)  juża l-valutazzjoni(jiet) biex itejjeb ir-reġim tiegħu għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, b'mod partikolari billi jidentifika kwalunkwe oqsma li fihom l-entitajiet obbligati għandhom japplikaw miżuri mtejba u, fejn xieraq, jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu;

(aa)  jidentifika, fejn xieraq, is-setturi jew l-oqsma b’riskju negliġibbli, baxx jew aktar għoli ta' ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)  juża l-valutazzjoni(jiet) biex tassistih fl-allokazzjoni u l-prijoritazzjoni tar-riżorsi għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(ba)  juża l-valutazzjoni(jiet) biex jiżgura li regolamenti xierqa jiġu mfassla għal kull settur jew qasam, skont ir-riskju tal-ħasil tal-flus;

(c)  iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni xierqa f’waqtha għall-entitajiet obbligati sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

5.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju għall-Istati Membri l-oħrajn, il-Kummissjoni, u l-ASE fuq talba. Sommarju tal-valutazzjoni għandhom ikunu disponibbli pubblikament. Dak is-sommarju ma għandux ikun fih informazzjoni kklassifikata. [Em. 67]

Artikolu 8

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati jieħdu l-passi xierqa biex jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu filwaqt li jieħdu f'kunsiderazzjoni fatturi ta' riskju inklużi l-klijenti, il-pajjiżi jew iż-żoni ġeografiċi, il-prodotti, is-servizzi, it-tranżazzjonijiet jew il-kanali tal-konsenja. Dawk il-passi għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u d-daqs tal-entitajiet obbligati.

2.  Il-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ddokumentati, jinżammu aġġornati u fuq talba jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u korpi awtoregolatorji. [Em. 68]

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati għandhom politiki, kontrolli u proċeduri biex jimmitigaw u jamministraw b'mod effettiv ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu identifikati fil-livell tal-Unjoni, il-livell tal-Istati Membri, u l-livell tal-entitajiet obbligati. Il-politiki, il-kontrolli u l-proċeduri għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u d-daqs ta' dawk l-entitajiet obbligati u r-riskju għall-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u għandhom jirrispettaw regoli għall-protezzjoni tad-data. [Em. 69]

4.  Bħala minimu, il-politiki u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu:

(a)  l-iżvilupp ta’ politiki, proċeduri u kontrolli interni, inklużi l-mudelli ta’ prattiki ta’ ġestjoni tar-riskju, id-diliġenza dovuta mal-klijenti, ir-rapportar, iż-żamma tar-rekords, il-kontroll intern, il-ġestjoni tal-konformità (inkluża, meta tkun xierqa mad-daqs u n-natura tan-negozju, il-ħatra ta’ uffiċjal tal-konformità fil-livell maniġerjali) u t-tgħarbil tal-impjegati; Dawk il-miżuri ma għandhomx jippermettu lill-entitajiet obligati jistaqsu lill-konsumaturi jipprovdu aktar data personali milli meħtieġ; [Em. 70]

(b)  meta dan ikun xieraq, skont id-daqs u n-natura tan-negozju, funzjoni indipendenti tal-awditjar biex tittestja l-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni msemmija fil-punt (a).

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri għall-politiki u l-proċeduri li jimplimentaw, u għandhom jissorveljaw u jtejbu l-miżuri meħuda, fejn xieraq.

Artikolu 8a

1.  Sabiex jiġi żviluppat approċċ komuni u politiki komuni kontra ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx b’nuqqasijiet fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, l-Istati Membri għandhom perjodikament japprovaw u jadottaw il-listi tal-pajjiżi ppubblikati mill-FATF.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkoordina ħidma preparatorja fil-livell tal-Unjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi gravi fir-reġimi tagħhom dwar il-ħasil tal-flus li joħolqu riskji sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, billi jitqiesu l-kriterji stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness III.

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi kif definit fil-paragrafu 2.

4.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja fuq bażi regolari l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi definiti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu abbażi ta’ kriterji stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness III u, fejn xieraq, għandha tirrevedi l-lista msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. [Em. 71]

KAPITOLU II

DILIĠENZA DOVUTA MAL-KLIJENT

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji milli jżommu kontijiet jew kotba anonimi ta' depożiti bankarji passbooks anonimi jew milli joħorġu kards tal-ħlas elettroniċi anonimi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10a. Fil-każijiet kollha, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li s-sidien u l-benefiċjarji tal-kontijiet anonimi jew, ta' passbooks anonimi jew ta' kards tal-ħlas anonimi eżistenti jkunu s-suġġett ta’ miżuri ta’ diliġenza dovuta mal-klijenti malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ qabel dawk il-kontijiet jew passbooks jintużaw b’xi mod. [Em. 72]

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet japplikaw miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti fil-każijiet li ġejjin:

(a)  meta jistabbilixxu relazzjoni ta' negozju;

(b)  meta jagħmlu tranżazzjonijiet okkażjonali li jammontaw għal EUR 15,000 jew iżjed, sew jekk it-tranżazzjoni ssir f'operazzjoni waħda jew jekk issir f'diversi operazzjonijiet li jidhru li marbuta ma xulxin;

(c)  għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jinnegozjaw fi prodotti, meta jwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali fi flus kontanti li jammontaw għal EUR 7 500 jew aktar, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f'operazzjoni waħda jew f'bosta operazzjonijiet li jidhru li għandhom x'jaqsmu ma' xulxin;

(d)  għall-fornituri ta' servizzi tal-logħob tal-azzard għal każinòs, meta jwettqu tranżazzjonijiet okkażjonali li jammontaw għal EUR 2 000 jew aktar, kemm jekk it-tranżazzjoni titwettaq f'operazzjoni waħda jew f'bosta operazzjonijiet li jidhru li għandhom x'jaqsmu ma' xulxin.

(da)  għal logħob tal-azzard onlajn fil-ħolqien ta’ relazzjoni ta’ negozju;

(db)  għal fornituri oħra ta’ servizzi ta’ logħob tal-azzard, fir-rigward tal-pagament ta’ premjijiet li jammontaw għal EUR 2,000 jew iktar. [Em. 73]

(e)  fejn ikun hemm suspett ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, tkun xi tkun id-deroga, l-eżenzjoni jew l-ammont operattiv;

(f)  meta jkun hemm dubbji dwar il-veraċità jew l-adegwatezza ta' data ta' identifikazzjoni tal-klijent miksuba qabel.

(fa)  kull meta tiġi stabbilita kumpanija. [Em. 74]

Artikolu 10a

1.  L-Istati Membri jistgħu, abbażi ta’ riskju baxx ippruvat, japplikaw eżenzjonijiet lil entitajiet obbligati mid-diliġenza dovuta mal-klijent fir-rigward tal-flus elettroniku kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(32) , jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)  l-istrument tal-ħlas mhuwiex rikarikabbli;

(b)  l-ammont massimu maħżun elettronikament ma jaqbiżx EUR 250; L-Istati Membri jistgħu jżidu dan il-limitu għal EUR 500 għal strumenti ta' ħlas li jistgħu jintużaw f'dak l-Istat Membru partikolari biss;

(c)  l-istrument tal-ħlas huwa użat esklussivament għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi;

(d)  l-istrument tal-ħlas ma jistax jiġi ffinanzjat bi flus elettroniku.

(e)  it-tifdija fi flus kontanti u l-irtirar ta’ flus kontanti huma pprojbiti sakemm ma jiġux imwettqa l-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità tad-detentur, il-politiki u proċeduri adegwati u xierqa dwar tifdija fi flus kontanti u dwar l-irtirar ta’ flus kontanti, u l-obbligi taż-żamma ta’ rekords.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri ta’ diliġenza dovuta mal-klijent huma dejjem applikati qabel it-tifdija tal-valur monetarju tal-flus elettroniċi li jaqbeż EUR 250.

3.  Dan l-Artikolu ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jippermettu lill-entitajiet obbligati japplikaw miżuri simplifikati ta' diliġenza dovuta fuq il-klijenti tagħhom fir-rigward tal-flus elettroniku f'konformità mal-Artikolu 13 ta' din id-Direttiva jekk il-kundizzjonijiet previsti f'dan l-Artikolu ma jkunux ġew sodisfatti. [Em. 75]

Artikolu 11

1.  Il-miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijent għandhom jinkludu:

(a)  l-identifikazzjoni tal-klijent u l-verifika tal-identità tal-klijent fuq il-bażi ta' dokumenti, data jew informazzjoni li jinkisbu minn sors affidabbli u indipendenti;

(b)  l-identifikazzjoni barra mill-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju kif elenkati fir-reġistru pubbliku fis-sens tal-Artikolu 29, u t-teħid ta' miżuri raġonevoli biex tiġi vverifikata l-identità tas-sid benefiċjarju għas-sodisfazzjon tal-istituzzjoni jew il-persuna koperta minn din id-Direttiva , inklużi, fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, fiduċjarji trusts, fondazzjonijiet, mutwi, holdings u arranġamenti l-arranġamenti legali simili, l-oħra kollha eżistenti jew futuri, filwaqt li jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex tinftiehem is-sjieda u l-istruttura ta' kontroll tal-klijent;

(c)  il-valutazzjoni u, kif xieraq, il-kisba ta' informazzjoni fuq l-għan u l-għan maħsub tar-relazzjoni ta' negozju;

(d)  l-eżerċizzju ta' sorveljanza kontinwa tar-relazzjoni ta' negozju inkluż skrutinju tat-tranżazzjonijiet matul il-kors ta' dik ir-relazzjoni sabiex ikun żgurat li t-tranżazzjonijiet li jkunu qegħdin jitwettqu jkunu konsistenti mal-konoxxenza tal-istituzzjoni jew tal-persuna dwar il-klijent, in-negozju u l-profil tar-riskju, kif ukoll, fejn ikun neċessarju, dwar is-sors tal-fondi u jiġi żgurat li d-dokumenti, id-data jew l-informazzjoni miżmuma ikunu dejjem aġġornati. [Em. 76]

1a.  Meta qed iwettqu l-miżuri memmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-entitajiet obbligati għandhom ikunu meħtieġa wkoll jivverifikaw li kull persuna li tidher li taġixxi f’isem il-klijent hija hekk awtorizzata u għandhom ikunu meħtieġa jidentifikaw u jivverifikaw l-identità ta’ dik il-persuna. [Em. 77]

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati japplikaw kull wieħed mir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta mal-klijenti stabbiliti fil-paragrafu 1, iżda jistgħu jiddeterminaw safejn jaslu dawn il-miżuri fuq bażi ta' sensittività għar-riskju.

3.  Meta jivvalutaw ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati jieħdu f'kunsiderazzjoni tal-inqas dawk il-varjabbli stipulati fl-Anness I.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati jistgħu juru lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-korpi awtoregolatorji li l-miżuri huma xierqa fir-rigward tar-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu li ġew identifikati.

5.  Għal negozju tal-assigurazzjoni tal-ħajja jew oħra relatata mal-investimenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet finanzjarji, minbarra li jieħdu l-miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti meħtieġa għall-klijent u s-sid benefiċjarju, iwettqu l-miżuri li ġejjin ta' diliġenza dovuta mal-klijent fuq il-benefiċjarji tal-assigurazzjoni tal-ħajja u poloz tal-assigurazzjoni oħrajn relatati mal-investimenti, malli l-benefiċjarji jiġu identifikati jew jintgħażlu:

(a)  għall-benefiċjarji li huma identifikati bħala persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew arranġamenti legali msemmija b'mod speċifiku, filwaqt li jittieħed isem il-persuna;

(b)  għall-benefiċjarji li jintgħażlu skont il-karatteristiċi jew il-klassi jew mezzi oħra, il-kisba ta' biżżejjed informazzjoni dwar dawk il-benefiċjarji biex l-istituzzjoni finanzjarja tkun issodisfata li ser tkun tista' tistabbilixxi l-identità tal-benefiċjarju fi żmien l-iżborż.

Għaż-żewġ każijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, il-verifika tal-identità tal-benefiċjarji għandha sseħħ fi żmien l-iżborż. F'każ ta' ċessjoni, sħiħa jew parzjali, ta' assigurazzjoni tal-ħajja jew assigurazzjoni oħra relatata mal-investimenti għal parti terza, l-istituzzjonijiet finanzjarji konxji mill-assenjament għandhom jidentifikaw is-sid benefiċjarju fi żmien l-assenjament tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-arranġament legali li jirċievu għall-benefiċċju tagħhom stess il-valur tal-polza assenjata.

Artikolu 12

1.  L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-identità tal-klijent u tas-sid benefiċjarju jiġu verifikati qabel ma tiġi stabbilita r-relazzjoni ta' negozju jew it-twettiq tat-tranżazzjoni.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippermettu li l-identitajiet tal-klijent u tas-sid benefiċjarju jiġu verifikati waqt li tiġi stabbilita relazzjoni ta’ negozju jew matul it-twettiq tat-tranżazzjoni għal entitajiet soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikolu 2(1) u, fi kwalunkwe każ, fiż-żmien meta kwalunkwe rebħ jitħallas, jekk dan ikun neċessarju sabiex ma tiġix interrotta t-tmexxija normali tan-negozju u fejn hemm ftit riskju li jkun hemm ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, dawk il-proċeduri għandhom jitlestew hekk kif ikun prattiku wara l-kuntatt tal-bidu. [Em. 78]

3.  Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li jsir il-ftuħ ta' kont tal-bank kemm-il darba hemm biżżejjed salvagwardji fis-seħħ biex jiġi żgurat li t-tranżazzjonijiet ma jitwettqux minn klijent jew f'ismu sakemm tinkiseb konformità sħiħa mal-paragrafi 1 u 2.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, meta l-istituzzjoni jew il-persuna kkonċernata ma tkunx tista' tikkonforma mal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 11(1), ma għandhiex twettaq tranżazzjoni permezz ta' kont tal-bank, tistabbilixxi relazzjoni ta' negozju jew twettaq it-tranżazzjoni, u għandha tikkunsidra li ttemm ir-relazzjoni ta' negozju, u għandha tikkunsidra li tagħmel rapport dwar tranżazzjoni suspettuża lill-UIF skont l-Artikolu 32 fir-rigward tal-klijent.

L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw il-paragrafu ta’ qabel lil, nutara, professjonisti legali indipendenti, awdituri, kontabilisti u konsulenti tat-taxxa esterni sal-punt strett li tali eżenzjoni tkun fir-rigward li tiġi aċċertata l-pożizzjoni legali għall-klijent tagħhom jew jaqdu dmirijiethom billi jiddefendu jew jirrappreżentaw lil dak il-klijent fi proċedimenti ġudizzjarji, anke billi jagħtu pariri dwar il-ftuħ jew l-evitar ta' proċedimenti legali.

5.  L-Istati Membri għandhom jitolbu sabiex l-entitajiet obbligati japplikaw il-proċeduri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti mhux biss lill-klijenti kollha l-ġodda iżda anki fi żminijiet xierqa lill-klijenti eżistenti fuq bażi ta' sensittività għar-riskju, inklużi fi żminijiet meta ċ-ċirkustanzi relevanti ta' klijent jinbidlu.

Taqsima 2

Diliġenza dovuta ssimplifikata mal-klijent

Artikolu 13

1.  Meta Stat Membru jew entità obbligata jidentifikaw oqsma ta' riskju inqas, dak l-Istat Membru jista' jippermetti lill-entitajiet obbligati japplikaw miżuri ta' diliġenza dovuta ssimplifikati mal-klijenti.

2.  Qabel japplikaw miżuri ta' diliġenza dovuta ssimplifikati mal-klijenti, l-entitajiet obbligati għandhom jiżguraw li r-relazzjoni mal-klijent jew it-tranżazzjoni tippreżenta grad baxx ta' riskju.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati jwettqu biżżejjed monitoraġġ tat-tranżazzjoni tat-tranżazzjonijiet jew relazzjoni relazzjonijiet ta' negozju biex ikunu jistgħu jiġu identifikati tranżazzjonijiet mhux tas-soltu jew suspettużi.

Artikolu 14

Meta jivvalutaw ir-riskji ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu relatati mat-tipi ta' klijenti, pajjiżi jew żoni ġeografiċi, u prodotti, servizzi, tranżazzjonijiet jew kanali tal-konsenja partikolari, l-Istati Membri u l-entitajiet obbligati għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni tal-inqas dawk il-fatturi ta' sitwazzjonijiet relatati ma' kanal tal-konsumatur u tal-prodott, is-servizz, it-tranżazzjoni jew it-twassil bħala sitwazzjonijiet ta' riskju potenzjalment aktar baxxi stipulati fl-Anness II. [Em. 80]

Artikolu 15

L-ASE għandhom, sa ...(33), joħorġu linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-entitajiet obbligati msemmija fl-Artikolu 2(1)(1) u (2) skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, fuq il-fatturi ta' riskju li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni u/jew il-miżuri li għandhom jittieħdu f'sitwazzjonijiet li fihom ikunu xierqa miżuri ta' diliġenza dovuta ssimplifikati. Għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni partikolari n-natura u d-daqs tan-negozju, u fejn dan ikun xieraq u proporzjonat, għandhom jiġu previsti miżuri speċifiċi. [Em. 81]

Taqsima 3

Diliġenza Dovuta Msaħħa mal-Klijent

Artikolu 16

1.  Fil-każijiet identifikati fl-Artikoli 17 sa 23 ta' din id-Direttiva u f'każijiet oħrajn ta' riskji ogħla li huma identifikati mill-Istati Membri jew l-entitajiet obbligati, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-entitajiet obbligati japplikaw miżuri ta' diliġenza dovuta msaħħa mal-klijenti biex jamministraw u jimmitigaw dawk ir-riskji kif xieraq.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-entitajiet sabiex jeżaminaw, safejn huwa raġonevolment possibbli, l-isfond u l-għan tat-tranżazzjonijiet kollha li huma kumplessi u kbar b'mod mhux tas-soltu, u l-mudelli mhux tas-soltu kollha tat-tranżazzjonijiet, li ma għandhom l-ebda għan ekonomiku jew legali apparenti, jew li jikkostitwixxu reati fiskali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(4)(f). B'mod partikolari, għandhom iżidu l-grad u n-natura tal-monitoraġġ tar-relazzjoni ta' negozju, sabiex jiddeterminaw jekk dawk it-tranżazzjonijiet jew attivitajiet jidhrux mhux tas-soltu jew suspettużi. F'każ li entità obbligata tiddetermina tali tranżazzjoni jew attività mhux tas-soltu jew suspetta, din għandha, mingħajr dewmien, tinforma l-UIF tal-Istati Membri kollha li jistgħu jkunu kkonċernati. [Em. 82]

3.  Meta jivvalutaw ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri u l-entitajiet obbligati għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni tal-inqas dawk il-fatturi relatati ma' kanal tal-konsumatur u tal-prodott, is-servizz, it-tranżazzjoni jew it-twassil bħala sitwazzjonijiet b'potenzjal ta' riskju ogħla stipulati fl-Anness III. [Em. 83]

4.  L-ASE għandhom, sa ...(34), joħorġu linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-entitajiet obbligati msemmija fl-Artikolu 2(1)(1) u (2) skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fuq il-fatturi ta' riskju li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni u/jew il-miżuri li għandhom jittieħdu f'sitwazzjonijiet fejn hemm bżonn li jiġu applikati miżuri ta' diliġenza dovuta msaħħa. [Em. 84]

Artikolu 17

Fir-rigward ta' relazzjonijiet bankarji korrispondenti transkonfinali ma' istituzzjonijiet rispondenti minn pajjiżi terzi, l-Istati Membri, minbarra li jitolbu l-miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti kif stipulat fl-Artikolu 11, għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu sabiex:

(a)  jiġbru informazzjoni biżżejjed dwar istituzzjoni rispondenti sabiex jifhmu interament in-natura tan-negozju tal-istituzzjoni rispondenti u jiddeterminaw minn informazzjoni pubblika disponibbli r-reputazzjoni tal-istituzzjoni u l-kwalità ta' superviżjoni;

(b)  jagħmlu stima tal-kontrolli kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu tal-istituzzjoni rispondenti;

(c)  jiksbu l-approvazzjoni tal-livelli għolja ta' ġestjoni qabel jistabbilixxu relazzjonijiet korrispondenti ġodda;

(d)  jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta' kull istituzzjoni;

(e)  fir-rigward ta' pagamenti permezz ta' trasferimenti minn kontijiet, ikunu sodisfatti li l-istituzzjoni ta' kreditu rispondenti ivverifikat l-identità tal-klijenti u prattikat id-diliġenza dovuta fuq bażi kontinwa mal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-korrispondent u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fuq talba tal-istituzzjoni korrispondenti.

Artikolu 18

Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet jew relazzjonijiet ta' negozju ma' persuni barranin esposti b'mod politiku, l-Istati Membri, minbarra li jitolbu l-miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti stipulati fl-Artikolu 11, għandhom jeħtieġu lill-entitajiet obbligati sabiex:

(a)  ikollhom proċeduri xierqa bbażati fuq ir-riskju sabiex jiddeterminaw jekk il-klijent jew is-sid benefiċjarju tal-klijent huwiex persuna bħal din;

(b)  jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri għat-tnedija jew l-issoktar ta' relazzjonijiet ta' negozju ma' klijenti bħal dawn;

(c)  jieħdu miżuri adegwati sabiex jistabbilixxu s-sors tal-beni u s-sors tal-fondi li jkunu involuti fir-relazzjoni ta' negozju jew fit-tranżazzjoni;

(d)  iwettqu sorveljanza kontinwa aktar stretta tar-relazzjoni ta' negozju.

Artikolu 19

Fir-rigward ta' tranżazzjonijiet jew relazzjonijiet ta' negozju ma' persuni lokali esposti b'mod politiku jew persuni li jkunu fdati jew li jkunu ġew fdati b'funzjoni prominenti minn organizzazzjoni internazzjonali, l-Istati Membri għandhom, minbarra li jitolbu l-miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti stipulati fl-Artikolu 11, jeħtieġu lill-entitajiet obbligati:

(a)  li jkollhom proċeduri xierqa bbażati fuq ir-riskju sabiex jiddeterminaw jekk il-klijent jew is-sid benefiċjarju tal-klijent huwiex persuna bħal din;

(b)  f'każijiet ta' relazzjonijiet ta' negozju b'riskju ogħla ma' persuni bħal dawn, japplikaw il-miżuri msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 18.

Artikolu 19a

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali, għandha tħejji lista ta' persuni lokali esposti politikament u persuni residenti fi Stat Membru, li jkunu fdati jew jkunu ġew fdati b'funzjoni prominenti minn organizzazzjoni internazzjonali. Il-lista għandha tkun aċċessibbli mill-awtoritajiet kompetenti u mill-entitajiet obbligati.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-persuni kkonċernati li jkunu tqiegħdu fuq il-lista jew ikunu tneħħew minnha.

Ir-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu ma għandhomx jeżentaw entitajiet obbligati mill-obbligi ta' diliġenza dovuta mal-klijenti tagħhom, u l-entitajiet obbligati ma għandhomx jiddependu esklużivament fuq dik l-informazzjoni bħala suffiċjenti biex jissodisfaw dawk l-obbligi.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jipprevjenu n-negozju ta’ informazzjoni għal skopijiet kummerċjali dwar persuni esposti b’mod politiku barranin, persuni esposti b’mod politiku lokali, jew persuni li jkunu fdati jew jkunu ġew fdati b'funzjoni prominenti minn organizzazzjoni internazzjonali. [Em. 85]

Artikolu 20

L-entitajiet obbligati għandhom jieħdu miżuri raġonevoli, f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, biex jiddeterminaw jekk il-benefiċjarji ta' polza tal-assigurazzjoni tal-ħajja jew oħra relatata mal-investimenti u/jew, fejn hemm bżonn, is-sid benefiċjarju tal-benefiċjarju huma persuni esposti b'mod politiku. Dawk il-miżuri għandhom jittieħdu mhux aktar tard minn żmien l-iżborż jew fi żmien l-assenjament, bis-sħiħ jew b'mod parzjali, tal-polza. Meta jiġu identifikati riskji ikbar, minbarra li jieħdu miżuri normali ta' diliġenza dovuta mal-klijenti, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati: [Em. 86]

(a)  jgħarrfu lill-maniġment superjuri qabel l-iżborż tar-rikavat mill-polza;

(b)  iwettqu skrutinju msaħħaħ fuq ir-relazzjoni sħiħa ta' negozju mad-detentur tal-polza.

Artikolu 21

Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 18, 19, u 20, iżda mhux dawk imsemmijin fl-Artikolu 19a, għandhom japplikaw ukoll għall-membri tal-familja jew persuni li huma magħrufin li, kif indikat mill-provi, jkunu assoċjati mill-qrib ta' tali persuni esposti b'mod politiku barranin jew lokali. [Em. 87]

Artikolu 22

Meta persuna msemmija fl-Artikoli 18, 19, u 20 ma ma tkunx għadha persuni esposti b’mod politiku barranija, persuni esposti b’mod politiku lokali jew persuna li tkun fdata jew li tkun ġiet fdata b'funzjoni prominenti minn minn organizzazzjoni internazzjonali, l-entitajiet obbligati għandhom ikunu meħtieġa jikkunsidraw ir-riskju ssoktat minn dik il-persuna u japplikaw it-tali miżuri xierqa u sensittivi għar-riskji sakemm jitqiesu li ma għadhom tal-ebda riskju. Dak il-perjodu ta' żmien ma għandux ikun inqas minn 18-12-il xahar. [Em. 88]

Artikolu 23

1.  L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu milli jidħlu jew ikomplu relazzjoni bankarja korrispondenti ma' shell bank u jesiġu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li la jibdew u lanqas ikomplu relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' bank li jkun magħruf li jippermetti li l-kontijiet tiegħu jintużaw minn shell bank.

2.  Għall-fini tal-paragrafu 1, "shell bank" għandha tfisser istituzzjoni ta' kreditu, jew istituzzjoni prevista f'attivitajiet ekwivalenti, inkorporati f'ġurisdizzjoni li fiha ma għandha l-ebda preżenza fiżika, li tinvolvi ħsieb u ġestjoni sinifikanti, u li mhijiex affiljata ma' grupp finanzjarju rregolat.

Taqsima 4

Implementazzjoni minn Terzi

Artikolu 24

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-entitajiet obbligati sabiex jiddependu fuq partijiet terzi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1)(a), (b) u (c). Madankollu, ir-responsabbiltà finali għall-osservanza ta' dawk ir-rekwiżiti għandha tibqa' tal-entità obbligata li tiddependi fuq il-parti terza. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull parti terza bħal dawn tista’ tinżamm responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. [Em. 89]

Artikolu 25

1.  Għall-fini ta’ din is-Sezzjoni, "partijiet terzi" għandha tfisser

(a)   entitajiet obbligati li huma elenkati fl-Artikolu 2; jew

(b)   jew istituzzjonijiet u persuni oħrajn fi Stati Membri jew pajjiż terz, li japplikaw rekwiżiti ta' diliġenza dovuta mal-klijenti u rekwiżiti ta' żamma tar-rekords ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva u l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva hija ssorveljata skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI.

2.  L-Istati Membri Il-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw l-informazzjoni disponibbli fuq il-livell ta' riskju ġeografiku meta jiddeċiedu jekk pajjiż terz jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u għandhom jgħarrfu lil xulxin, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri, l-entitajiet obbligati u lill-ASE safejn huwa relevanti għall-fini ta' din id-Direttiva u skont id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, bil-każijiet fejn iqisu li pajjiż terz jissodisfa t-tali kundizzjonijiet.

2a.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lista ta’ ġurisdizzjonijiet li għandhom miżuri kontra l-ħasil tal-flus ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u għal regoli u regolamenti oħra relatati tal-Unjoni.

2b.  Il-lista msemmija fil-paragrafu 2a għandha tiġi vvalutata u aġġornata b’mod regolari skont l-informazzjoni li tkun waslet mill-Istati Membri kif imsemmi taħt il-paragrafu 2. [Em. 90]

Artikolu 26

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati jiksbu mill-parti terza li jkunu qegħdin jiddependu fuqha dik l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(1)(a), (b) u (c).

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati li lilhom jiġi riferut il-klijent jieħdu passi adegwati biex jiżguraw li l-kopji rilevanti tad-data ta' identifikazzjoni u verifika u dokumentazzjoni relevanti oħra fuq l-identità tal-klijent jew is-sid benefiċjarju jingħaddu minnufih, fuq talba, mill-parti terza.

Artikolu 27

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' oriġini (għal politiki u kontrolli madwar il-grupp kollu) u l-awtorità kompetenti ospitanti (għall-fergħat u s-sussidjarji) jistgħu jqisu li entità obbligata tapplika l-miżuri li jinstabu fl-Artikolu 25(1) u l-Artikolu 26 permezz tal-programm tal-grupp tagħha, fejn ikunu sodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  entità obbligata tiddependi fuq l-informazzjoni pprovduta minn parti terza li hija parti mill-istess grupp;

(b)  dak il-grupp japplika miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti, regoli fuq iż-żamma tar-rekords u programmi kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu skont din id-Direttiva jew ir-regoli ekwivalenti;

(c)  l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmija fil-punt (b) hija ssorveljata fil-livell tal-grupp minn awtorità kompetenti ta’ oriġini f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti. [Em. 91]

1a.  L-ASE għandhom, sa ...(35), joħorġu linji gwida dwar l-implimentazzjoni tar-reġim superviżorju mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri relevanti għal entitajiet ta’ gruppi biex tkun żgurata superviżjoni koerenti u effettiva fil-livell tal-grupp. [Em. 92]

Artikolu 28

Din it-Taqsima ma għandhiex tapplika għal relazzjonijiet ta' esternalizzazzjoni jew tal-aġenziji fejn, fuq il-bażi ta' arranġament kuntrattwali, il-fornitur jew l-aġent tas-servizz ta' esternalizzazzjoni għandu jitqies bħala parti mill-entità obbligata.

KAPITOLU III

INFORMAZZJONI DWAR IS-SJIEDA BENEFIĊJARJA

Artikolu 29

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet korporattivi jew legali mwaqqfa l-kumpaniji u l-entitajiet oħra li jkollhom personalità ġuridika, inklużi trusts jew entitajiet bi struttura jew funzjoni simili għal trusts, fondazzjonijiet, holdings u arranġamenti legali eżistenti jew legali simili, f'termini ta' struttura jew funzjoni, stabbiliti jew inkorporati fi territorju tagħhom, jew iggvernati skont il-liġi tagħhom jiksbu, u jkollhom miżmuma iżommu u jittrażmettu lil reġistru pubbliku ċentrali, reġistru kummerċjali jew reġistru tal-kumpaniji fit-territorju tagħhom informazzjoni adegwata, preċiża u, attwali u aġġornata fuqhom u fuq is-sjieda benefiċjarja tagħhom, fil-mument ta' stabbiliment kif ukoll kwalunkwe tibdil li jsir fihom.

1a.  Ir-reġistru għandu jkun fih l-informazzjoni minima li tidentifika b'mod ċar il-kumpanija u s-sid benefiċjarju tagħha, jiġifieri l-isem, in-numru, il-forma legali u l-istatus tal-entità, prova tal-inkorporazzjoni, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat (u tal-post prinċipali tan-negozju jekk differenti mill-uffiċċju rreġistrat), is-setgħat regolatorji bażiċi (bħal dawk li jinsabu fil-Memorandum u l-Artikoli ta' Assoċjazzjoni), il-lista tad-diretturi (inkluża n-nazzjonalità tagħhom u d-data tat-twelid) u informazzjoni dwar l-azzjonist/sid benefiċjarju, bħall-ismijiet, id-dati tat-twelid, in-nazzjonalità jew il-ġurisdizzjoni ta' inkorporazzjoni, dettalji ta' kuntatt, in-numru ta' ishma, il-kategoriji ta' ishma (inklużi n-natura tad-drittijiet tal-vot assoċjati) u l-proporzjon mal-ishma jew il-kontroll, jekk applikabbli.

Ir-rekwiżiti stipulati f’dan l-Artikolu ma għandhomx jeżentaw l-entitajiet obbligati mill-obbligi ta’ diliġenza dovuta mal-klijenti tagħhom, u l-entitajiet obbligati ma għandhomx jiddependu esklussivament fuq dik l-informazzjoni bħala suffiċjenti biex jissodisfaw dawk l-obbligi.

1b.  Fir-rigward ta’ trusts jew ta’ tipi oħra ta’ entitajiet u arranġamenti legali bi struttura simili u funzjoni simili ta’ fiduċjarji, l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll l-identità tas-settlor, tal-fiduċjarju(i), tal-protettur (jekk relevanti), tal-benefiċjarji jew il-klassi ta’ benefiċjarji, u ta’ kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv fuq it-trust. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fiduċjarji jiżvelaw l-istatus tagħhom lill-entitajiet obbligati meta, bħala fiduċjarju, il-fiduċjarju jifforma relazzjoni ta' negozju jew iwettaq tranżazzjoni okkażjonali ogħla mil-livell limitu stabbilit fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 10. L-informazzjoni miżmuma għandha tinkludi d-data tat-twelid u n-nazzjonalità ta’ kull individwu. L-Istati Membri għandhom isegwu l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju meta jippubblika l-att ta' fiduċja u l-ittra ta' xewqat u għandhom jiżguraw meta applikabbli u waqt li jirrispettaw il-protezzjoni tal-informazzjoni personali, dik l-informazzjoni tkun żvelata lill-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari lill-UIF, u lill-entitajiet obbligati.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, 1a u 1b għandha tkun aċċessibbli fil-ħin mill-awtoritajiet ompetenti u mill-entitajiet obbligati mill-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari mill-UIF, u mill-entitajiet obbligati tal-Istati Membri kollha. L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli għall-pubbliku wara l-identifikazzjoni minn qabel tal-persuna li tixtieq li jkollha aċċess għall-informazzjoni permezz ta' reġistrazzjoni onlajn bażika. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli onlajn għall-persuni kollha f'format ta' data miftuħ u sikur, b'konformità mar-regoli għall-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari rigward il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tas-soġġett tad-data għall-aċċess personali tad-data u r-rettifika jew it-tħassir ta' data mhux preċiża. It-tariffi imposti għall-ksib tal-informazzjoni ma għandhomx jaqbżu l-ispejjeż amministrattivi tiegħu. Kull bidla fl-informazzjoni murija għandha tiġi indikata b'mod ċar fir-reġistru mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 30 jum.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jingħata l-aċċess għall-informazzjoni skont il-paragrafi 1 u 1a ġdid fil-pjattaforma Ewropea, il-portal, kif ukoll fil-punti ta’ aċċess fakultattivi mwaqqfa mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2012/17/UE. Bl-għajnuna tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interoperabilità tar-reġistru ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji tagħhom fi ħdan is-sistema tal-interkonnessjoni tar-reġistri fil-pjattaforma Ewropea.

2a.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha b'mod rapidu kostruttiv u effettiv tfittex kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi biex tħeġġeġ li reġistri ċentrali ekwivalenti li jkun fihom informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarju jiġu stabbiliti u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu fil-pajjiżi tagħhom issir disponibbli pubblikament.

Għandha tingħata prijorità lill-pajjiżi terzi li jospitaw numru sinifikanti ta' entitajiet korporattivi jew legali, inklużi trusts, fondazzjonijiet, holdings, u kull korp ieħor li huma simili f'termini ta' struttura jew funzjoni u li jkollhom ishma li jindikaw proprjetà diretta skont l-Artikolu 3(5) fl-entitajiet korporattivi jew legali stabbiliti fl-Unjoni.

2b.  L-Istati Membri għandhom jistabilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u disswazivi applikabli għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skont dan l-Artikolu u għandhom jieħdu il-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri effikaċi kontra l-abbuż bil-ħsieb li jimpedixxu l-użu ħażin tal-ishma tal-portatur u ċertifikati ta’ ishma tal-portatur.

2c.  Il-Kummissjoni, għandha, sa …(36), tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni u l-funzjonalità tar-rekwiżiti skont dak l-Artikolu, jekk ikun xieraq, akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva. [Em. 93]

Artikolu 30

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fiduċjarji ta' kwalunkwe trust espressa rregolata mil-liġi tagħhom tikseb u żżomm informazzjoni adegwata, preċiża u attwali fuq is-sjieda benefiċjarja tat-trust. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-identità tas-settlor, tal-fiduċjarju/i, tal-protettur (jekk relevanti), tal-benefiċjarji jew il-klassi ta' benefiċjarji, u ta' kwalunkwe persuna fiżika oħra li teżerċita kontroll effettiv fuq it-trust.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fiduċjarji jiżvelaw l-istatus tagħhom lill-entitajiet obbligati meta, bħala fiduċjarju, il-fiduċjarju jifforma relazzjoni ta' negozju jew iwettaq tranżazzjoni okkażjonali ogħla mil-livell limitu stabbilit fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 10.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun aċċessibbli fil-ħin mill-awtoritajiet ompetenti u mill-entitajiet obbligati.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri li jikkorrispondu għal dawk fil-paragrafi 1, 2 u 3 japplikaw għal tipi oħrajn ta' entitajiet u arranġamenti legali bi struttura u funzjoni simili għat-trusts. [Em. 94]

KAPITOLU IV

L-OBBLIGI TAR-RAPPURTAR

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 31

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi UIF biex tipprevjeni, tidentifika u tinvestiga ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

1a.  Il-persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a), (b), u (d), għandhom jinformaw lill-UIF u/jew lill-korp awtoregolatorju xieraq tal-professjoni kkonċernata, kif jingħad fl-Artikolu 33(1), jekk jissuspettaw, jew ikollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li s-servizzi tagħhom qegħdin jintużaw ħażin għall-iskop ta’ attività kriminali. [Em. 95]

2.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miktub dwar l-isem u l-indirizz tal-UIF rispettivi.

3.  L-FIU Il-UIF għandha tkun stabbilita bħala unità nazzjonali ċentrali operazzjonalment indipendenti u awtonoma. Għandha tkun responsabbli biex tirċievi (u sal-limitu permess, titlob), tanalizza u u tanalizza rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi u informazzjoni oħra rilevanti għal ħasil tal-flus potenzjali, reati predikati assoċjati jew finanzjament tat-terroriżmu potenzjali. Il-UIF għandha tkun responsabbli biex tqassam ir-riżultati tal-analiżi tagħha lill-awtoritajiet kompetenti, divulgazzjonijiet ta' informazzjoni relatata ma' kollha, meta jkollha raġunijiet għalxiex tissuspetta ħasil tal-flus jew, reati predikati oħrajn assoċjati, jew finanzjament tat-terroriżmu potenzjali jew li huma meħtieġa minn leġiżlazzjoni jew regolament nazzjonali. L-FIU għandha tingħata riżorsi Għandha tkun kapaċi tikseb informazzjoni addizzjonali rilevanti minn entitajiet obbligati għal dawk ir-raġunijiet. Il-UIF għandha tingħata riżorsi finanzjarji, tekniċi u umani adegwati biex twettaq il-kompiti tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF tkun ħielsa minn indħil żejjed. [Em. 96]

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIU l-UIF ikollha aċċess, dirett jew indirett, tempestivament, għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u konnessa mal-infurzar tal-liġi li hija tkun teħtieġ sabiex twettaq adegwatament il-funzjonijiet tagħha. Barra minn hekk, l-FIUs l-UIF għandhom iwieġbu għat-talbiet għal informazzjoni mill-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi fl-Istat Membru tagħhom sakemm ma jkunx hemm raġunijiet fattwali sabiex jiġi preżunt li l-forniment ta’ tali informazzjoni jkollu impatt negattiv fuq l-investigazzjonijiet jew l-analiżi li għaddejjin, jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, meta l-iżvelar tal-informazzjoni tkun sproporzjonata b'mod ċar mal-interessi leġittimi ta' persuna fiżika jew ġuridika jew irrelevanti fir-rigward tal-għanijiet li ntalbet għalihom. Meta l-UIF tirċievi talba bħal din, id-deċiżjoni biex titwettaq analiżi jew it-tqassim ta’ informazzjoni lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi, għandu jibqa’ fi ħdan il-UIF. L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex jipprovdu tagħrif lill-UIF dwar l-użu magħmul mill-informazzjoni provduta. [Em. 97]

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF tingħata s-setgħa biex tieħu azzjoni urġenti, jew diretta jew indiretta, meta jkun hemm suspett li tranżazzjoni hija relatata ma' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, biex tissospendi jew tirrifjuta milli jingħata kunsens għal tranżazzjoni milli tipproċedi sabiex tanalizza t-tranżazzjoni u tikkonferma s-suspett.

6.  Il-funzjoni ta' analiżi tal-UIF għandha tikkonsisti f'analiżi operazzjonali li tiffoka fuq każijiet individwali u miri speċifiċi u analiżi strateġika li tindirizza x-xejriet u l-mudelli tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 32

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-entitajiet obbligati, u fejn applikabbli lid-diretturi u l-impjegati tagħhom, sabiex jikkooperaw bis-sħiħ billi minnufih:

(a)  jgħarrfu lill-UIF, fuq inizjattiva tagħhom stess, meta l-istituzzjoni jew il-persuna koperta minn din id-Direttiva tkun taf, tissuspetta jew ikollha raġunijiet validi biex tissuspetta li l-fondi huma r-rikavat ta' attività kriminali jew huma relatati ma’ finanzjament tat-terroriżmu, u billi jwieġbu minnufih għal talbiet għal aktar informazzjoni mill-UIF f'każijiet bħal dawn;

(b)  jipprovdu lill-UIF fuq talba tagħha, l-informazzjoni neċessarja kollha, skond il-proċeduri stabbiliti mil-liġi applikabbli.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tingħadda lill-FIU lill-UIF tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinstab l-istituzzjoni jew il-persuna li qed tgħaddi l-informazzjoni jew inkella lill-UIF tal-Istat Membru fejn l-entità obbligata hija stabbilita. Il-persuna jew persuni magħżula skont l-Artikolu 8(4) għandha tgħaddi (għandhom jgħaddu) l-informazzjoni. [Em. 98]

Artikolu 33

1.  Permezz ta deroga mill-Artikolu 32(1), l-Istati Membri, fil-każ tal-persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a), (b), u (d) u (e) u dawk il-professjonijiet u kategoriji ta’ impriżi msemmija fl-Artikolu 4, jistgħu jagħżlu korp awtoregolatorju xieraq tal-professjoni kkonċernata bħala l-awtorità biex tirċievi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(1).

F'kull ċirkostanza, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-mezzi u l-mod li bihom għandha tinkiseb il-protezzjoni tas-segretezza, il-kunfidenzjalità u l-privatezza professjonali. [Em. 99]

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-korp awtoregolatorju magħżul għandu jgħaddi l-informazzjoni lill-UIF minnufih u eżatt kif inhi.

2.  L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati li japplikaw l-obbligazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) għal nutara, professjonisti legali indipendenti, awdituri, kontabilisti u konsulenti tat-taxxa fir-rigward ta’ informazzjoni li huma jirċievu minn xi wieħed mill-klijenti tagħhom jew li jiksbu dwaru, matul l-aċċertazzjoni tal-pożizzjoni legali tal-klijent tagħhom jew waqt it-twettiq ta’ ħidmiethom li jiddefendu jew jirrappreżentaw dak il-klijent fi, jew dwar proċeduri ġudizzjarji, inklużi pariri fuq il-bidu jew l-evitar ta’ proċeduri, sew jekk it-tali informazzjoni tasal jew tinkiseb qabel jew wara t-tali proċedimenti.

Artikolu 34

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati joqgħodu lura milli jwettqu tranżazzjonijiet li jafu jew jissuspettaw li huma relatati ma' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu sakemm ikunu wettqu l-azzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 32(1)(a).

Konformement mal-liġi nazzjonali, jistgħu jingħataw istruzzjonijiet sabiex ma titwettaqx it-tranżazzjoni.

2.  Meta jkun hemm suspett li tranżazzjoni bħal din twassal għal ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu u meta ma jkunx possibbli li tiġi evitata b'tali mod jew aktarx li jiġu mxekkla l-isforzi biex jinstabu l-benefiċjarji ta' operazzjoni suspettata ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, l-entitajiet obbligati kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-UIF minnufih wara dan.

Artikolu 35

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw jekk, matul l-ispezzjonijiet imwettqa fl-entitajiet obbligati mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 45, jew b'xi mod ieħor, dawk l-awtoriatjiet jiskopru fatti li jistgħu jkunu relatati ma' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, għandhom jgħarrfu minnufih lill-UIF.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi ta' sorveljanza li għandhom is-setgħa bil-liġi jew b'regolament li jikkontrollaw il-Borża, is-swieq tal-kambju u s-swieq finanzjarji javżaw lill-UIF jekk jiskopru fatti li jistgħu jkunu relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 36

L-iżvelar ta' informazzjoni b'rieda tajba minn entità obbligata jew minn impjegat jew direttur ta' tali entità obbligata skont l-Artikoli 32 u 33 ma għandux jikkostitwixxi ksur ta' xi restrizzjoni fuq l-iżvelar ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandux jinvolvi lill-entità obbligata jew lid-diretturi jew lill-impjegati tagħha bħala dawk li b'xi mod ikunu responsabbli.

Artikolu 37

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti kollha sabiex jipproteġu impjegati li jirrapportaw jiżguraw li l-individwi, inklużi l-impjegati u r-rappreżentanti tal-entità obbligata li jirrapportaw suspetti ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu tat-terroriżmu kemm meta jagħmlu dan internament kif ukoll meta jagħmlu dan lill-FIU lill-UIF jkunu protetti kif xieraq milli jkunu esposti għat-theddid jew azzjoni ostili, jew minn trattament negattiv jew konsegwenzi avversi jew azzjonijiet diskriminatorji ta' impjieg. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-għajnuna legali mingħajr ħlas għal dawn il-persuni u għandhom jipprovdu mezzi ta' komunikazzjoni sikuri għall-persuni li jirrappurtaw suspetti ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu. Dawn il-kanali għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuni li jipprovdu informazzjoni tkun magħrufa biss mill-ESAs jew il-UIF. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm programmi adegwati għall-protezzjoni tax-xhieda. [Em. 100]

Taqsima 2

Projbizzjoni ta' Żvelar

Artikolu 38

1.  L-entitajiet obbligati u d-diretturi u l-impjegati tagħhom ma għandhomx jiżvelaw lill-klijent ikkonċernat jew lil persuni terzi oħrajn il-fatt li l-informazzjoni ntbagħtet skont l-Artikoli 32 u 33 jew li qiegħda jew tista' ssir investigazzjoni dwar ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu.

2.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tinkludi żvelar lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-korpi awtoregolatorji, awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data jew l-iżvelar għall-fini ta' infurzar tal-liġi. [Em. 101]

3.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprevjeni l-iżvelar bejn l-istituzzjonijiet mill-Istati Membri, jew minn pajjiżi terzi li jimponu rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva kemm-il darba jappartjenu għall-istess grupp.

4.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi l-iżvelar bejn persuni msemmija f'Artikolu 2(1)(3)(a) u (b) mill-Istati Membri, jew minn pajjiżi terzi li jimponu rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, li jwettqu l-attivitajiet professjonali tagħhom, kemm bħala impjegati jew le, fl-istess persuna ġuridika jew sistema retikolata.

Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, "netwerk" għandha tfisser l-istruttura wiesgħa li tappartjeni għaliha l-persuna u li tikkondividi s-sjieda komuni, il-ġestjoni, l-istandards, il-metodi jew il-kontroll tal-konformità. [Em. 102]

5.  Għall-entitajiet jew il-persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)(1), (2) u (3)(a) u (b), f'każijiet relatati mal-istess klijent u l-istess tranżazzjoni li tinvolvi żewġ istituzzjonijiet jew persuni jew aktar, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tipprevjeni żvelar bejn l-istituzzjonijiet jew il-persuni relevanti kemm-il darba jinsabu fi Stat Membru, jew f'pajjiż terz li jimponi rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, u li huma mill-istess kategorija professjonali u huma soġġetti għal obbligi fir-rigward tas-segretezza professjonali u l-protezzjoni tad-data personali.

5a.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti għal pajjiż terz ekwivalenti għal dawk stipulati f'din id-Direttiva għandhom jinkludu regoli għall-protezzjoni tad-data. [Em. 103]

6.  Fejn il-persuni msemmija f'Artikolu 2(1)(3)(a) u (b) ifittxu li jiddisswadu klijent milli jieħu sehem f'attività llegali, dan ma għandux jikkostitwixxi żvelar fis-sens tal-paragrafu 1.

KAPITOLU V

PROTEZZJONI TAD-DATA, IŻ-ŻAMMA TA' REĠISTRI U DATA STATISTIKA [Em. 104]

Artikolu 39

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati jaħżnu d-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin skont il-liġi nazzjonali għall-fini ta' prevenzjoni, qbid u investigazzjoni ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu possibbli mill-FIU mill-UIF jew awtoritajiet kompetenti oħrajn:

(a)   fil-każ tad-diliġenza dovuta mal-klijent, kopja jew tar-referenzi tal-evidenza meħtieġa, għall-perjodu ta’ ħames snin wara li r-relazzjoni tan-negozju mal-klijent tagħhom ikun intemm jew wara d-data ta’ tranżazzjoni okkażjonali. Wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta' żamma, se titneħħa d-data personali sakemm ma jkunx ipprovdut b'mod ieħor mil-liġi nazzjonali, li se tiddetermina taħt liema ċirkostanzi entitajiet obbligati jistgħu jew se jżommu aktar data. Stati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu żamma aktar twila biss jekk neċessarju għall-prevenzjoni, il-ksib jew l-investigazzjoni ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu u jekk l-estensjoni tal-perjodu taż-żamma tad-data tkun ġustifikata fuq bażi ta’ każ b’każ. L-estensjoni tal-perjodu Il-perjodu massimu ta’ żamma wara li r-relazzjoni tan-negozju għandu jkun intemm mhux se jkun ta' aktar minn għaxar ħames snin addizzjonali;

(b)  Fil-każ ta’ relazzjonijiet u tranżazzjonijiet ta’ negozju, l-evidenza ta’ sostenn u r-rekords, li jikkonsistu mid-dokumenti oriġinali jew kopji ammissibbli fi proċedimenti ta' qrati skont il-liġi nazzjonali applikabbli għal perjodu ta’ ħames snin wara t-twettiq tat-tranżazzjonijiet jew it-tmiem tar-relazzjoni ta’ negozju, liema perjodu hu iqsar. Wara l-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta' żamma, id-data personali għandha titħassar, ħlief jekk ikun provdut mod ieħor mil-liġi nazzjonali, li se tiddetermina taħt liema ċirkostanzi entitajiet obbligati jistgħu jew se jżommu aktar data. Stati Membri jistgħu jippermettu jew jeħtieġu żamma aktar twila biss jekk neċessarju għall-prevenzjoni, il-ksib jew l-investigazzjoni ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu u jekk l-estensjoni tal-perjodu taż-żamma tad-data tkun ġustifikata fuq bażi ta’ każ b’każ. Il-perjodu massimu L-estensjoni massima tal-perijodu ta’ żamma wara t-twettiq tat-tranżazzjonijiet jew it-tmiem tar-relazzjoni hija ta’ negozju, liema perjodu jispiċċa l-ewwel, ma jistax ikun ta’ aktar minn għaxar ħames snin addizzjonali.

2.   Kwalunkwe data personali miżmuma ma għandhix tintuża għall-ebda raġuni ħlief għall-iskop li għalih inżammet, u fl-ebda ċirkostanza ma għandha tintuża għal skopijiet kummerċjali. [Em. 105]

Artikolu 39a

1.  Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mwettaq mill-Istati Membri fi ħdan il-qafas ta' din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE huma applikabbli. Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-ASE, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 huma applikabbli. Il-ġbir, l-ipproċessar u t-trasferiment tal-informazzjoni għal skopijiet ta’ miżuri kontra l-ħasil tal-flus għandhom jitqiesu bħala interess pubbliku skont dawk l-atti legali.

2.  Id-data personali għandha tiġi proċessata abbażi ta’ din id-Direttiva għall-iskop uniku tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Entitajiet obbligati għandha tinforma lill-persuna kkonċernata bl-użu possibbli tad-data personali għal skopijiet għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus qabel ma tkun stabbilita relazzjoni kummerċjali. Ipproċessar ta' kategoriji sensittivi ta' data għandu jsir skont id-Direttiva 95/46/KE.

3.  L-ipproċessar tad-data miġbura abbażi ta’ din id-Direttiva għal skopijiet kummerċjali huwa pprojbit.

4.  Il-persuna affettwata li lilha jkun miċħud l-iżvelar tal-informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data tiegħu jew tagħha minn entità obbligata jew minn awtorità kompetenti, għandu jkollha d-dritt li titlob mill-awtorità ta' protezzjoni tad-data tagħha kwalunkwe verifika tad-data personali tagħha, aċċess għad-u korrezzjonijiet għad-data personali tagħha jew tħassir tad-data personali tagħha, kif ukoll id-dritt li tirreġistra proċedura ġudizzjarja.

5.  L-aċċess mill-persuna kkonċernata għal informazzjoni inkluża f’rapport ta’ tranżazzjoni suspettuża għandu jkun projbit. Il-projbizzjoni elenkata f'dan il-paragrafu ma għandhix tinkludi l-iżvelar lill-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data.

6.  L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-entitajiet obbligati u lill-awtoritajiet kompetenti jirrikonoxxu u jinkonformaw mal-poteri effettivi tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data bi qbil mad-Direttiva 95/46/KE fir-rigward tas-sigurtà tal-ipproċessar u l-akkuratezza tad-data personali, fuq bażi ex officio jew fuq bażi ta' lment mill-persuna kkonċernata. [Em. 106]

Artikolu 40

-1.  L-Istati Membri għandu jkollhom mekkaniżmi nazzjonali u ċentralizzati li jippermettulhom jidentifikaw, fiż-żmien opportun, jekk persuni fiżiċi jew ġuridiċi għandhomx jew jikkontrollawx kontijiet bankarji miżmuma minn istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom.

-1a.  L-Istati Membri wkoll għandu jkollhom mekkaniżmi li jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom mekkaniżmu ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti mingħajr il-ħtieġa li l-proprjetarju jiġi avżat minn qabel.

1.   L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati jkollhom fis-seħħ sistemi li jippermettulhom iwieġbu bis-sħiħ u b'ħeffa għal mistoqsijiet mill-UIF, jew minn awtoritajiet oħrajn, skont il-liġi nazzjonali tagħhom, dwar jekk għandhomx jew kellhomx matul l-aħħar ħames snin relazzjoni ta' negozju ma' persuni fiżiċi jew ġuridiċi speċifikati u fuq in-natura ta' dik ir-relazzjoni, permezz ta’ kanali siguri u b’mod li jiżgura kunfidenzjalità sħiħa tal-mistoqsijiet. [Em. 107]

Artikolu 40a

Il-ġbir, l-ipproċessar u t-trasferiment tal-informazzjoni għal skopijiet ta’ miżuri kontra l-ħasil tal-flus għandhom jitqiesu bħala interess pubbliku taħt id-Direttiva 95/46/KE. [Em. 108]

Artikolu 41

1.  Għall-fini tat-tħejjija tal-valutazzjonijiet nazzjonali tar-riskju skont l-Artikolu 7, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistgħu janalizzaw l-effettività tas-sistemi tagħhom għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu billi jżommu statistiki komprensivi fuq kwistjonijiet relevanti għall-effettività ta’ tali sistemi.

2.  L-istatistiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu:

(a)  data li tkejjel id-daqs u l-importanza tas-setturi differenti li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż in-numru ta' entitajiet u persuni u l-importanza ekonomika ta' kull settur;

(b)  data li tkejjel il-fażijiet ta' rapportar, ta’ investigazzjoni u dawk ġudizzjarji tar-reġim għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż in-numru ta' rapporti ta' tranżazzjonijiet suspettużi li saru mal-UIF, is-segwitu mogħti lil dawn ir-rapporti u, fuq bażi annwali, in-numru ta' każijiet investigati, in-numru ta' persuni mixlijin, in-numru ta' persuni kkundannati għal reati ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu u l-valur f'euro ta' proprjetà li ġiet iffriżata, sekwestrata jew ikkonfiskata.

(ba)  data li tidentifika n-numru u l-perċentwal ta' rapporti li jirriżultaw f'investigazzjonijiet ulterjuri, b'rapport annwali lill-istituzzjonijiet obbligati li jagħtu fid-dettall l-utilità u s-segwitu tar-rapporti dwar ir-rapporti li jkunu ppreżenta; [Em. 109]

(bb)  data dwar in-numru ta' talbiet transkonfinali għal informazzjoni li jkunu saru, irċevuti, irrifjutati jew imwieġba , parzjalment jew totalment mill-UIF. [Em. 110]

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tġi ppubblikata analiżi kkonsolidata tar-rapporti statistiċi tagħhom u għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-istatistiki msemmija fil-paragrafu 2.

KAPITOLU VI

POLITIKI, PROĊEDURI U SUPERVIŻJONI

Taqsima 1

Proċeduri Interni, Taħriġ u Feedback

Artikolu 42

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati li huma parti minn grupp sabiex jimplimentaw politiki u proċeduri fi ħdan il-grupp sħiħ, inklużi politiki dwar il-protezzjoni tad-data u politiki u proċeduri għall-qsim ta' informazzjoni fi ħdan il-grupp għall-fini tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Dawk il-politiki u l-proċeduri għandhom jiġu implimentati b'mod effettiv fil-livell tal-fergħat u sussidjarji bi proprjetà maġġoritarja fl-Istat Membri u pajjiżi terzi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-entitajiet obbligati jkollhom fergħat jew sussidjarji bi proprjetà maġġoritarja li jinstabu f'pajjiżi terzi fejn ir-rekwiżiti minimi tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu huma inqas stretti minn dawk tal-Istat Membru, il-fergħat tagħhom u s-sussidjarji tagħhom bi proprjetà maġġoritarja li jinstabu fil-pajjiż terz jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-Istat Membru, inkluża l-protezzjoni tad-data, sakemm dan huwa permess mil-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż terz.

3.  L-Istati Membri, l-AsE għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar każijiet li fihom il-liġi tal-pajjiż terz ma tippermettix li jiġu applikati l-miżuri meħtieġa fil-paragrafu 1 u tista' tittieħed azzjoni kkoordinata biex tinstab soluzzjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fejn il-liġi tal-pajjiż terz ma tippermettix l-applikazzjoni tal-miżuri meħtieġa fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-entitajiet obbligati jieħdu miżuri addizzjonali biex jamministraw b'mod effettiv ir-riskju ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, u jgħarrfu lis-superviżuri tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom. Jekk il-miżuri addizzjonali ma jkunux biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż ta' oriġini għandhom jikkunsidraw jieħdu azzjonijiet superviżorji addizzjonali, inkluż, kif xieraq, li jitolbu lill-grupp finanzjarju sabiex iwaqqaf l-operat tiegħu fil-pajjiż ospitanti.

5.  L-ASBE għandhom jiżviluppaw abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tip ta' miżuri addizzjonali msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u l-azzjoni minima meħuda mill-entitajiet obbligati msemmija fl-Artikolu 2(1)(1) u (2) meta l-liġi tal-pajjiż terz ma tkunx tippermetti l-applikazzjoni tal-miżuri mitlubin skont skont il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

L-ASE għandhom jippreżentaw l-abbozz ta' dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...(37). [Em. 111]

6.  Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 5 skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qsim tal-informazzjoni fi ħdan il-grupp jitħalla jsir kemm-il darba ma jippreġudikax l-investigazzjoni f'ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu possibbli, jew l-analiżi ta' dawn, mill-UIF jew minn awtoritajiet kompetenti oħrajn skont il-liġi nazzjonali.

8.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-emittenti ta' flus elettroniċi kif iddefiniti fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/110/KE u l-fornituri tal-ħlasijiet kif iddefiniti fl-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2007/64/KE stabbiliti fit-territorju tagħhom, u li l-uffiċċju prinċipali tagħhom jinstab fi Stat Membru ieħor jew barra l-Unjoni, sabiex jaħtru punt ta' kuntatt ċentrali fit-territorju tagħhom biex jissorvelja l-konformità mar-regoli dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

9.  L-ASE għandhom jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi regolatorji fuq il-kriterji għad-determinazzjoni taċ-ċirkustanzi meta l-għażla ta' punt ċentrali ta' kuntatt skont il-paragrafu 8 tkun xierqa, u x'għandhom ikunu l-funzjonijiet tal-punti ċentrali ta' kuntatt.

L-ASE għandhom jippreżentaw l-abbozz ta' dawn l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...(38).

10.  Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 9 skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 43

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati jieħdu miżuri proporzjonati għar-riskji, in-natura u d-daqs tagħhom biex l-impjegati relevanti tagħhom ikunu konxji mid-dispożizzjonijiet skont din id-Direttiva, inklużi r-rekwiżiti ta' protezzjoni tad-data relevanti.

Dawk il-miżuri għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni tal-impjegati rilevanti tagħhom fi programmi ta' taħriġ speċjali kontinwu li jgħinuhom jagħrfu dawk l-operazzjonijiet li jistgħu jkunu relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu u li jagħtuhom istruzzjonijiet dwar kif għandhom jipproċedu f'każijiet bħal dawn.

Fejn persuna fiżika li taqa' f'waħda mill-kategoriji elenkati f'Artikolu 2(1)(3) teżegwixxi attivitajiet professjonali bħala impjegat ta' persuna ġuridika, l-obbligi stabbiliti f'din it-Taqsima għandhom japplikaw għal dik il-persuna ġuridika minflok għall-persuna fiżika.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet obbligati għandhom aċċess għal informazzjoni aġġornata fuq il-prattiki ta' dawk li jwettqu ħasil tal-flus u jiffinanzjaw it-terroriżmu u fuq indikazzjonijiet li jwasslu sabiex jingħarfu it-tranżazzjonijiet suspettużi.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkun prattiku, jingħata feedback tempestiv lill-entitajiet obbligati dwar l-effikaċja, u dwar il-miżuri sussegwentement meħuda abbażi, tar-rapporti ta ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu li jkunu suspettati. [Em. 112]

3a.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-entitajiet obbligati jaħtru l-membru(i) tal-korp tal-maniġment li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikun hemm konformità ma’ din id-Direttiva. [Em. 113]

Taqsima 2

Superviżjoni

Artikolu 44

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-uffiċċji tal-kambju u trust jew il-fornituri tas-servizzi ta' trust jew tal-kumpaniji jkollhom liċenzja jew jkunu rreġistrati u l-fornituri tas-servizzi tal-logħob tal-azzard għandhom ikunu awtorizzati.

2.  B’rispett tal-entitajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw li l-persuni li effettivament imexxu jew sejrin imexxu n-negozju ta' entitajiet bħal dawn jew is-sidien benefiċjarji ta' entitajiet bħal dawn huma persuni adatti u xierqa.

3.  B'rispett għall-entitajiet obbligati li hemm referenza għalihom fil-punt (3)(a), (b), (d) u (e) tal-Artikolu 2(1), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi awtoregulatorji jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu lill-kriminali kkundannati f'dawk l-oqsma jew l-assoċjati tagħhom milli jkollhom jew milli jkunu s-sid benefiċjarju ta' interess sinifikanti jew ta' kontroll, jew li jkollhom funzjoni ta' ġestjoni f'dawk l-entitajiet obbligati. [Em. 114]

Artikolu 45

1.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw b'mod effettiv u jieħdu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat adegwati, inkluża s-setgħa li jitolbu l-produzzjoni ta' kwalunkwe informazzjoni li hija relevanti għall-monitoraġġ tal-konformità u t-twettiq ta' verifiki, u jkollhom riżorsi finanzjarji, umani u tekniċi adegwati biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal ta' dawk l-awtoritajiet iżomm standards professjonali għoljin, inklużi standards ta' kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data, għandu jkun ta' integrità għolja u jkollu l-ħiliet xierqa.

3.  Fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji u fornituri ta' servizzi tal-logħob tal-azzard, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom setgħat superviżorji msaħħin, l-aktar il-possibilità li jwettqu spezzjonijiet fuq il-post. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji għandhom jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-parir legali li jirċievu bil-għan li jitnaqqas l-arbitraġġ legali u regolatorju fil-każ tal-ippjanar u l-evitar tat-taxxa aggressivi. [Em. 115]

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw jirrikjedu li l-entitajiet obbligati li joperaw il-fergħat jew is-sussidjarji fi Stati Membri oħrajn jirrispettaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta' dak l-Istat Membru l-ieħor li għalih tapplika din id-Direttiva. [Em. 116]

5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih twaqqfet il-fergħa jew is-sussidjarja jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-entità obbligata għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, biex tiġi żgurata superviżjoni effettiva tar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġi applikat approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-superviżjoni, l-awtoritajiet kompetenti li japplikaw approċċ sensittiv għar-riskju għas-superviżjoni: [Em. 117]

(a)  ikunu jifhmu b’mod ċar ir-riskji ta’ ħasil tal-flus u ta’ finanzjament tat-terroriżmu preżenti f'pajjiżhom;

(b)  ikollhom aċċess fuq il-post u mhux fuq il-post għall-informazzjoni kollha li hija relevanti dwar ir-riskji domestiċi u internazzjonali speċifiċi assoċjati ma' klijenti, prodotti u servizzi tal-entitajiet obbligati; u

(c)  jibbażaw il-frekwenza u l-intensità tas-superviżjoni fuq il-post u mhux fuq il-post fuq il-profil ta' riskju tal-entità obbligata, u fuq ir-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu preżenti fil-pajjiż.

7.  Il-valutazzjoni tal-profil ta' riskju ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu tal-entitajiet obbligati, inklużi r-riskji ta' nuqqas ta' konformità, għandha tiġi riveduta kemm b'mod perjodiku kif ukoll meta jseħħu avvenimenti jew żviluppi importanti fil-ġestjoni u l-operazzjonijiet tal-entità obbligata.

8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu f'kunsiderazzjoni l-grad ta' diskrezzjoni permess lill-entità obbligata, u janalizzaw kif xieraq il-valutazzjonijiet tar-riskju fil-bażi ta' din id-diskrezzjoni, u l-adegwatezza u l-implimentazzjoni tal-politiki, il-kontrolli interni u l-proċeduri tagħha.

9.  Fil-każ tal-entitajiet obbligati msemmija fl-Artikolu 2(1)(3)(a), (b) u (d) l-Istati Membri jistgħu jippermettu li jsiru l-funzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li għandhom jitwettqu minn korpi awtoregolatorji, kemm-il darba jikkonformaw mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

10.  L-ASE għandhom, sa…(39), joħorġu linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fuq il-fatturi li għandhom jiġu applikati meta jwettqu superviżjoni fuq bażi ta' sensittività għar-riskju. Għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni partikolari n-natura u d-daqs tan-negozju, u fejn dan ikun xieraq u proporzjonat, għandhom jiġu previsti miżuri speċifiċi.

Taqsima 3

KOOPERAZZJONI

Sottosezzjoni I

Kooperazzjoni nazzjonali

Artikolu 46

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk li jfasslu l-politiki, l-FIU il-UIF, l-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi, is-superviżuri, awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data, u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn involuti fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu jkollhom mekkaniżmi effettivi fis-seħħ biex ikunu jistgħu jikkooperaw u jikkoordinaw fil-livell domestiku dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki u attivitajiet biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. [Em. 118]

Sottotaqsima II

Kooperazzjoni mal-ASE

Artikolu 47

Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-protezzjoni tad-data, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ASE bl-informazzjoni kollha relevanti li jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva. [Em. 119]

Sottotaqsima III

Kooperazzjoni bejn il-Kummisjoni u l-UIFs

Artikolu 48

Il-Kummissjoni tista' għandha tagħti assistenza bħal din kif meħtieġ sabiex tħaffef il-koordinazzjoni, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-FIUs l-UIF tal-Istati Membri fl-Unjoni. Tista' Għandha torganizza laqgħat laqgħat regolari ma' mal-Pjattaforma tal-UIF tal-UE komposta rappreżentanti mill-FIUs tal-Istati Membri sabiex tħaffef il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-opinjonijiet , u fejn xieraq, laqgħat tal-Pjattaforma tal-UIF tal-UE mal-EBA, l-EIOPA jew l-ESMA. Il-Pjattaforma tal-UIF tal-UE hija stabbilita biex tifformula gwida dwar kwistjonijiet relatati mal-kooperazzjoni ta’ implimentazzjoni rilevanti għall-UIF u l-entitajiet ta’ rappurtar, tħaffef l-attivitajiet tal-UIF b’mod partikolari dwar il-kooperazzjoni internazzjonali u l-analiżi konġunta, taqsam l-informazzjoni dwar tendenzi u fatturi ta’ riskju fis-suq intern, tiżgura l-parteċipazzjoni tal-UIF fil-governanza tas-sistema FIU.net. [Em. 120]

Artikolu 49

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs l-UIF tagħhom jikkooperaw ma' xulxin u ma' UIF ta' pajjiżi terzi kemm jista' jkun, indipendentement minn jekk humiex awtoritajiet amministrattivi, ta' infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji jew ibridi, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-data. [Em. 121]

Artikolu 50

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs l-UIF jiskambjaw, minn jeddhom ma' UIF ta' Stati Membri oħrajn u ma' UIF ta' pajjiżi terzi, awtomatikament jew fuq talba, kwalunkwe informazzjoni li tista' tkun relevanti għall-ipproċessar u l-analiżi ta' informazzjoni jew investigazzjoni mill-FIU mill-UIF dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji relatati mal-ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu u l-persuna fiżika jew ġuridika involuta. Talba għandha jkollha l-fatti relevanti, informazzjoni ta' sfond, raġunijiet għat-talba u kif ser tintuża l-informazzjoni mitluba. [Em. 122]

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIU l-UIF li lilha ssirilha t-talba tkun meħtieġa tuża l-medda sħiħa tas-setgħat tagħha li għandha għad-dispożizzjoni fil-livell domestiku biex tirċievi u tanalizza informazzjoni meta twieġeb għal talba għal informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 minn FIU UIF oħra bbażata fl-Unjoni. L-FIU Il-UIFl li ssirilha t-talba għandha twieġeb fil-ħin u kemm l-FIU il-UIF li tagħmel it-talba kif ukoll l-FIU il-UIF li ssirilha t-talba għandhom jużaw mezzi diġitali siguri biex jiskambjaw l-informazzjoni, kull meta dan ikun possibbli. [Em. 123]

B’mod partikolari, meta UIF ta' Stat Membru tfittex li tikseb informazzjoni addizzjonali minn entità obbligata ta’ Stat Membru ieħor li topera fit-territorju tagħha, it-talba għandha tingħadda lill-UIF tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu hija stabbilita l-entità obbligata. Dik l-UIF għandha tittrasferixxi talbiet u twieġeb mingħajr dewmien u mingħajr l-ebda filtrazzjoni. [Em. 124]

3.  UIF tista' tirrifjuta li tiżvela informazzjoni li tista' twassal għal tfixkil ta' investigazzjoni kriminali li tkun qed titwettaq fl-Istat Membru li ssirlu t-talba jew, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, meta l-iżvelar tal-informazzjoni tkun sproporzjonata b'mod ċar għall-interessi leġittimi ta' persuna fiżika jew ġuridika jew tal-Istat Membru jew tkun irrelevanti għall-fini li nġabret għalihom. Kwalunkwe ċaħda bħal din għandha tiġi ġġustifikata kif xieraq lill-UIF li titlob l-informazzjoni.

Artikolu 51

L-informazzjoni u d-dokumenti riċevuti skont l-Artikoli 49 u 50 għandhom jintużaw għat-twettiq tal-kompiti tal-UIF kif stabbiliti f'din id-Direttiva. Meta tagħti informazzjoni u dokumenti skont l-Artikoli 49 u 50, l-UIF li tittrasmetti tista' timponi restrizzjonijiet u kundizzjonijiet għall-użu ta' dik l-informazzjoni. L-UIF li tirċievi għandha tikkonforma ma' dawk ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet. Dan ma jaffettwax l-użu għal investigazzjonijiet kriminali u prosekuzzjonijiet marbutin mal-kompiti tal-UIF sabiex tipprevjeni, taqbad u tinvestiga ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 52

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-UIF jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi miżuri tas-sigurtà, biex jiżguraw li l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikoli 49 u 50 ma tkunx aċċessibbli minn xi awtorità, aġenzija jew dipartiment ieħor, sakemm ma tingħatax approvazzjoni minn qabel mill-UIF li tipprovdi l-informazzjoni.

Artikolu 53

1.  L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-FIUs jeħtieġu lill-UIF tagħhom sabiex jużaw il-kanali protetti ta' komunikazzjoni bejn l-FIUs u sabiex jużaw in-netwerk deċentralizzat tal-kompjuter FIU.net bejniethom. [Em. 125]

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom kif stipulati fdin id-Direttiva, l-FIUs il-UIF tagħhom jikkooperaw bejniethom sabiex japplikaw teknoloġiji sofistikati b'konformità mal-mandat, b'kooperazzjoni mal-Europol, . Dawk it-teknoloġiji għandhom jippermettu lill-FIUs lill-UIF iqabblu d-data tagħhom ma’ FIUs UIF oħrajn b’mod anonimu permezz ta’ protezzjoni sħiħa tad-data personali bil-għan li jsibu lis-suġġetti tal-interessi tal-FIU tal-UIF fi Stati Membri oħrajn u jidentifikaw ir-rikavat u l-fondi tagħhom. [Em. 126]

Artikolu 54

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-FIUs iħeġġu lill-UIF tagħhom jikkooperaw mal-Europol dwar l-analiżijiet ta' każijiet li għadhom miftuħa, imwettqa bdimensjoni transkonfinali li tal-inqas tikkonċerna żewġ Stati Membri. [Em. 127]

Artikolu 54a

Il-Kummissjoni Ewropea għandha żżid il-pressjoni tagħha fuq ir-rifuġji fiskali sabiex jikkooperaw aktar u jipproċedu għal skambju ta' informazzjoni aqwa ħalli jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. [Em. 128]

Taqsima 4

Penali

Artikolu 55

1.  Stati Membri għandhom jiżguraw li entitajiet obbligati jinżammu responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. [Em. 129]

2.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ Stati Membri li jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri se jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri amministrattivi xierqa u jimponu sanzjonijiet amministrattivi fejn entitajiet obbligati jiksru d-dispożizzjonijiet nazzjonali, adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u se jiżguraw li jiġu applikati. Dawk il-mizuri u sanzjonijiet se jkunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

3.  Stati Membri se jiżguraw li fejn l-obbligi japplikaw għal persuni ġuridiċi, sanzjonijiet jistgħu jiġu applikati lill-membri tal-korp tal-maniġment jew lil kwalunkwe individwu ieħor li skont il-liġi nazzjonali huwa responsabbli għall-ksur.

4.  Stati Membri se jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti se jkollhom is-setgħat investigattivi kollha li huma neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti se jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li miżuri amministrattivi jew sanzjonijiet jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom meta jkollhom x’jaqsmu ma’ każijiet transkonfinali.

Artikolu 56

1.  Dan l-Artikolu se japplika mill-inqas għal sitwazzjonijiet fejn entitajiet obbligati juru nuqqasijiet sistematiċi b’rabta mar-rekwiżiti stipulati:

(a)  fl-Artikoli 9 sa 23 (diliġenza dovuta mal-klijent);

(b)  fl-Artikoli 32, 33 u 34 (rapportar ta' tranżazzjonijiet suspettużi);

(c)  fl-Artikolu 39 (żamma ta’ rekords); u

(d)  fl-Artikolu 42 u 43 (kontrolli interni).

2.  Stati Membri se jiżguraw li fil-każijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, il-miżuri u sanzjonijiet amministrattivi li jistgħu jiġu applikati jinkludu mill-inqas li ġej:

(a)  dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur, jekk meħtieġ u proporzjonali wara valutazzjoni każ b'każ; [Em. 130]

(b)  ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika twaqqaf il-kondotta u ma tirrepetix dik il-kondotta;

(c)  f’każ ta’ entità obbligata soġġetta għal awtorizzazzjoni, it-tneħħija tal-awtorizzazzjoni;

(d)  projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp ta’ maniġment tal-entità obbligata li jinżamm responsabbli, għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet f’istituzzjonijiet;

(e)  fil-każ ta’ persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa 10% tal-fatturat totali annwali tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti;

(f)  Fil-każ ta’ persuna fiżika, is-sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sa EUR 5 000 000, jew fi Stati Membri fejn l-euro mhijiex il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti tal-munita nazzjonali minn ... (40)

(g)  sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati.

Għall-għan tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, fejn persuna legali hija sussidjarja ta’ impriża prinċipali, it-total tad-dħul annwali rilevanti se jkun id-dħul annwali totali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-aħħar impriża prinċipali fis-sena finanzjarja preċedenti tal-impriża sussidjarja. [Em. 131]

Artikolu 57

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kwalunkwe sanzjoni jew miżura imposta għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva , jekk meħtieġ u proporzjonali wara valutazzjoni każ b’każ, mingħajr dewmien żejjed, inkluża informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli għaliha, sakemm il-pubblikazzjoni ta’ din l-informazzjoni ma tqegħidx l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji f’periklu serju. Fejn il-pubblikazzjoni tikkaġuna ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistgħu jippubblikaw is-sanzjonijiet fuq bażi anonima. [Em. 132]

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jiġu biex jiddeterminaw it-tip ta’ sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi u l-livell ta’ sanzjonijiet amministrattivi pekunarji, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi kollha relevanti, fosthom:

(a)  il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(b)  il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(c)  is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, kif indikat mid-dħul totali tal-persuna jew mid-dħul annwali tal-persuna;

(d)  l-importanza tal-profitti miksuba jew tad-danni evitati mill-persuna fiżika jew ġuridika, sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(e)  it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn dan ikun jista’ jiġi ddeterminat;

(f)  il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti;

(g)  ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

3.  Sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni konsistenti u l-effett dissważiv tagħhom madwar l-Unjoni, l-ASE għandhom, sa ... (41), joħorġu b’mod konġunt linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar it-tipi ta’ miżuri u sanzjonijiet amministrattivi u l-livell ta’ sanzjonijiet pekunarji amministrattivi li jiġu applikati lil entitajiet obbligati kif hemm referenza fl-Artikolu 2(1)(1) u (2). [Em. 133]

4.  Fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 56(1) li jsiru għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi jew waħedha jew bħala parti ta’ organu ta’ persuna legali, li għandha posizzjoni ewlenija fil-persuna ġuridika, bbażata fuq li ġej:

(a)  setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;

(b)  awtorità li jieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika; jew

(c)  awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

5.  Minbarra l-każijiet lu hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4 f'dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta' sorveljanza jew kontroll minn persuna msemmija f'dak il-paragrafu għamel possibbli l-ksur imsemmi fl-Artikolu 56(1) għall-benefiċċju tal-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

Artikolu 58

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi biex jinkoraġġixxu r-rappurtar ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva lill-awtoritajiet kompetenti.

2.  Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas:

(a)  proċeduri speċifiċi għar-riċevuta ta’ rapporti dwar ksur u għas-segwitu tagħhom;

(b)  protezzjoni xierqa għall-impjegati ta’ istituzzjonijiet li jirrapportaw vjolazzjonijiet li twettqu fl-istituzzjoni;

(ba)  protezzjoni xierqa għall-persuna akkużata; [Em. 134]

(c)  il-protezzjoni tad-data personali li tikkonċerna kemm lill-persuna li tirrapporta l-ksur kif ukoll lill-persuna fiżika li hija allegatament responsabbli għall-ksur, skont il-prinċipji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE.

3.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li entitajiet obbligati jkollhom fis-seħħ proċeduri xierqa biex l-impjegati tagħhom ikunu jistgħu jirrappurtaw ksur internament permezz ta’ mezz speċifiku, indipendenti u anonimu.

KAPITOLU VII

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 59

Sa ... (42), il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sa ...(43)*, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar ir-rekwiżiti għal reati fiskali serji u pieni fl-Istati Membri, dwar l-importanza transkonfinali tar-reati fiskali u l-ħtieġa possibbli għal approċċ ikkoordinat fl-UE u, fejn applikabbli, minn proposta leġiżlattiva. [Em. 135]

Artikolu 60

Id-Direttivi 2005/60/KE u 2006/70/KE jitħassru b'effett minn ... (44).

Ir-referenzi għad-Direttivi imħassra għandhom jinftehmu bħala li qed isiru għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 61

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva ... *. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk il-miżuri.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 62

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 63

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ,

Għall-Kunsill Għall-Parlament Ewropew

Il-President Il-President

ANNESS I

Din li jmiss hija lista mhux eżawrjenti tal-varjabbli tar-riskju li l-entitajiet obbligati għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni meta jiddeterminaw safejn japplikaw il-miżuri ta' diliġenza dovuta mal-klijenti skont l-Artikolu 11(3):

(i)  L-għan ta' kont jew relazzjoni;

(ii)  Il-livell ta' assi li għandhom jiġu ddepożitati minn klijent jew id-daqs tat-tranżazzjonijiet imwettqa;

(iii)  Ir-regolarità jew it-tul ta’ żmien tar-relazzjoni ta' negozju.

ANNESS II

Din li jmiss hija lista mhux eżawrjenti ta’ fatturi u t-tipi ta' evidenza ta' riskju potenzjalment aktar baxx imsemmi fl-Artikolu 14:

(1)  Fatturi ta' riskju għall-klijenti:

(a)  kumpaniji pubbliċi elenkati fil-Borża u soġġetti għar-rekwiżiti ta' żvelar (jew b'regoli tal-Borża jew permezz ta' liġi jew mezzi infurzabbli), li jimponu rekwiżiti biex tiġi żgurata trasparenza adegwata tas-sjieda benefiċjarja;

(b)  amministrazzjonijiet jew impriżi pubbliċi;

(c)  klijenti residenti f'żoni ġeografiċi ta' riskju aktar baxx kif stipulat fil-punt (3).

(ca)  sidien benefiċjarji ta’ kontijiet akkomunati miżmuma min-nutara u professjonisti legali indipendenti oħra mill-Istati Membri, jew minn pajjiżi terzi sakemm ikunu suġġetti għal rekwiżiti li jiġġieldu l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu konsistenti mal-istandards internazzjonali u jkunu sorveljati għall-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti u sakemm l-informazzjoni dwar l-identità tas-sid benefiċjarju tkun disponibbli, meta mitluba, għall-istituzzjonijiet li jaġixxu bħala istituzzjonijiet depożitarji għall-kontijiet akkomunati; [Em. 136]

(cb)  entitajiet obbligati li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti li jikkombattu l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu taħt din id-Direttiva u li jkunu effettivament implimentaw dawk ir-rekwiżiti; [Em. 137]

(2)  Il-fatturi ta' riskju tal-prodotti, is-servizzi, it-tranżazzjonijiet jew tal-kanali tal-kunsinna:

(a)  poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja meta l-primjum ikun baxx;

(b)  poloz tal-assigurazzjoni għal skemi tal-pensjonijiet jekk ma jkun hemm l-ebda għażla ta' rtirar bikri u l-polza ma tistax tintuża bħala kollateral;

(c)  pensjoni, investiment għall-pensjoni jew skema simili li tipprovdi benefiċċji ta' rtirar lill-impjegati, fejn it-tali kontribuzzjonijiet isiru permezz ta' tnaqqis minn salarji, u r-regoli tal-iskema ma jippermettux l-assenjament tal-interess ta' membru fl-iskema;

(d)  prodotti jew servizzi finanzjarji li jipprovdu servizzi ddefiniti u limitati kif xieraq għal ċerti tipi ta' klijenti, sabiex jiżdied l-aċċess għal fini ta' inklużjoni finanzjarja;

(e)  prodotti fejn ir-riskju ta' ħasil tal-flus/finanzjament tat-terroriżmu huwa kkontrollat minn fatturi oħrajn bħal purse limits jew trasparenza tas-sjieda (eż. ċerti tipi ta' flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE).

(ea)  ftehimiet ta’ tfaddil fuq żmien twil bi skop partikolari, li jservu pereżempju bħala salvagwardja għal finijiet ta’ rtirar jew għall-akkwist ta’ proprjetà immobbli użata mill-persuna stess u fejn il-pagamenti li jidħlu jkunu joriġinaw minn kont ta’ pagament li huwa identifikat skont l-Artikoli 11 u 12 ta' din id-Direttiva; [Em. 138]

(eb)  prodotti finanzjarji b’valur baxx meta l-ħlas lura jsir minn kont bankarju f’isem il-klijent; [Em. 139]

(ec)  prodotti finanzjarji relatati ma' assi fiżiċi finanzjarji fil-forma ta’ ftehimiet ta’ kiri jew ta’ kreditu tal-konsumatur b’valur baxx, sakemm it-tranżazzjonijiet jitwettqu permezz ta’ kontijiet bankarji. [Em. 140]

(ed)  relazzjonijiet ta’ negozju jew tranżazzjonijiet mhux wiċċ imb’wiċċ jew tranżazzjonijiet fejn l-identità tista’ tiġi vverifikata elettronikament; [Em. 141]

(ee)  dawk il-prodotti, servizzi u tranżazzjonijiet identifikati bħala ta’ riskju baxx mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-entitajiet obbligati. [Em. 142]

(3)  Il-fatturi ta' riskju ġeografiċi:

(a)  Stati Membri oħrajn; [Em. 143]

(b)   pajjiżi terzi identifikati minn sorsi kredibbli, bħal stqarrijiet pubbliċi tal-FATF, rapporti ta' evalwazzjoni reċiproka jew ta' valutazzjoni dettaljata jew rapporti ta' segwitu ppubblikati, bħala pajjiżi li għandhom sistemi effettivi għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus/kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; [Em. 144]

(c)  pajjiżi terzi identifikati minn sorsi kredibbli bħala li għandhom livell baxx ta' korruzzjoni jew attività kriminali oħra;

(d)  pajjiżi terzi li huma soġġetti għar-rekwiżiti għal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu konsistenti mar-Rakkomandazzjonijiet FATF, implimentaw b’mod effettiv dawk ir-rekwiżiti, u huma sorveljati b’mod effettiv jew monitorjati skont ir-Rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti.

(da)  ġurisdizzjonijiet identifikati mill-Kummissjoni li għandhom miżuri ta’ kontra l-ħasil tal-flus ekwivalenti għal dawk stabbiliti minn din id-Direttiva u regoli u regolamenti relatati oħra tal-Unjoni; [Em. 145]

ANNESS III

Din li ġejja hija lista mhux eżawrjenti ta’ fatturi u t-tipi ta' evidenza ta' riskju potenzjalment ogħla msemmija fl-Artikolu 16(3):

(1)  Fatturi ta' riskju għall-klijenti:

(a)  ir-relazzjoni ta' negozju titwettaq f'ċirkustanzi mhux tas-soltu;

(b)  klijenti residenti fil-pajjiżi stipulati fil-punt (3);

(c)  persuni jew arranġamenti legali li huma vetturi personali ta' żamma ta' assi;

(d)  kumpaniji li għandhom azzjonisti nominati jew ishma f'għamla ta' bearer;

(e)  negozji li huma intensivi fil-flus kontanti;

(f)  l-istruttura tas-sjieda tal-kumpanija tidher mhux tas-soltu jew kumplessa ż-żejjed meta wieħed iqis n-natura tan-negozju tal-kumpanija.

(2)  Il-fatturi ta' riskju tal-prodotti, is-servizzi, it-tranżazzjonijiet jew tal-kanali tal-kunsinna:

(a)  servizzi bankarji privati;

(b)  prodotti jew tranżazzjonijiet li jħallu jew li jistgħu jiffavorixxu l-anonimità; [Em. 146]

(c)  relazzjonijiet ta negozju jew tranżazzjonijiet mhux wiċċ imb’wiċċ, minbarra meta jiġu introdotti ċerti salvagwardji, e.ż. firem elettroniċi; [Em. 147]

(d)  ħlas riċevut minn partijiet terzi mhux magħrufin jew mhux assoċjati;

(e)  prodotti ġodda u prattiki ġodda ta’ negozju, inkluż mekkaniżmu ġdid ta’ kunsinna, u l-użu ta' teknoloġiji ġodda jew li qed jiġu żviluppati kemm għal prodotti ġodda u dawk eżistenti minn qabel. [Em. 148]

(3)  Il-fatturi ta' riskju ġeografiċi:

(a)  il-pajjiżi identifikati minn sorsi kredibbli, bħal stqarrijiet pubbliċi tal-FATF, rapporti ta' evalwazzjoni reċiproka jew ta' valutazzjoni dettaljata jew rapporti ta' segwitu ppubblikati, bħala pajjiżi li ma għandhomx sistemi effettivi għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus/kontra l-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)  il-pajjiżi identifikati minn sorsi kredibbli bħala pajjiżi b'livelli notevoli ta' korruzzjoni jew attività kriminali oħra;

(c)  il-pajjiżi soġġetti għal sanzjonijiet, embargos jew miżuri simili maħruġa minn, pereżempju, l-Unjoni jew in-Nazzjonijiet Uniti; [Em. 149]

(d)  il-pajjiżi li jipprovdu finanzjament jew appoġġ għal attivitajiet terroristiċi, jew li għandhom organizzazzjonijiet terroristiċi stabbiliti li joperaw f'pajjiżhom.

Anness IIIa

Dawn li ġejjin huma tipi ta’ miżuri msaħħa ta’ diliġenza dovuta li l-Istati Membri għandhom japplikaw bħala implimentazzjoni minimu tal-Artikolu 16:

–  Il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali dwar il-klijent (eż. l-okkupazzjoni, il-volum tal-assi, l-informazzjoni disponibbli permezz ta’ databases pubbliċi, l-internet, eċċ), u l-aġġornament aktar regolari tad-data tal-identifikazzjoni tal-klijent u tas-sid benefiċjarju.

–  Il-kisba ta’ informazzjoni addizzjonali dwar in-natura intenzjonata tar-relazzjoni ta’ negozju;

–  Il-kisba ta’ informazzjoni dwar l-oriġini tal-fondi jew l-oriġini tal-patrimonju tal-klijent;

–  Il-kisba ta’ informazzjoni dwar ir-raġunijiet tat-tranżazzjonijiet maħsuba jew imwettqa;

–  Il-kisba tal-awtorizzazzjoni tal-amministrazzjoni għolja biex tinbeda jew titkompla r-relazzjoni tan-negozju;

–  It-twettiq ta’ monitoraġġ imtejjeb tar-relazzjoni ta’ negozju, billi jiżdiedu n-numru u ż-żmien tal-kontrolli applikati, u l-għażla ta’ mudelli ta’ tranżazzjonijiet li jeħtieġu eżami ulterjuri;

–  Il-ħtieġa li l-ewwel pagament isir permezz ta’ kont miftuħ f'isem il-klijent ma’ bank suġġett għall-istandards simili ta' CDD. [Em. 150]

ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 60.

Direttiva 2005/60/KE

Id-Direttiva preżenti

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

 

l-Artikoli 6 sa 8

Artikolu 6

Artikolu 9

Artikolu 7

Artikolu 10

Artikolu 8

Artikolu 11

Artikolu 9

Artikolu 12

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(d)

Artikolu 10(2)

-

Artikolu 11

Artikoli 13, 14 u 15

Artikolu 12

-

Artikolu 13

l-Artikoli 16 sa 23

Artikolu 14

Artikolu 24

Artikolu 15

-

Artikolu 16

Artikolu 25

Artikolu 17

-

Artikolu 18

Artikolu 26

 

Artikolu 27

Artikolu 19

Artikolu 28

 

Artikolu 29

 

Artikolu 30

Artikolu 20

-

Artikolu 21

Artikolu 31

Artikolu 22

Artikolu 32

Artikolu 23

Artikolu 33

Artikolu 24

Artikolu 34

Artikolu 25

Artikolu 35

Artikolu 26

Artikolu 36

Artikolu 27

Artikolu 37

Artikolu 28

Artikolu 38

Artikolu 29

-

Artikolu 30

Artikolu 39

Artikolu 31

Artikolu 42

Artikolu 32

Artikolu 40

Artikolu 33

Artikolu 41

Artikolu 34

Artikolu 42

Artikolu 35

Artikolu 43

Artikolu 36

Artikolu 44

Artikolu 37

Artikolu 45

 

Artikolu 46

Artikolu 37a

Artikolu 47

Artikolu 38

Artikolu 48

 

l-Artikoli 49 sa 54

Artikolu 39

l-Artikoli 55 sa 58

Artikolu 40

-

Artikolu 41

-

Artikolu 41a

-

Artikolu 41b

-

Artikolu 42

Artikolu 59

Artikolu 43

-

Artikolu 44

Artikolu 60

Artikolu 45

Artikolu 61

Artikolu 46

Artikolu 62

Artikolu 47

Artikolu 63

Direttiva 2006/70/KE

Id-Direttiva preżenti

Artikolu 1

-

Artikolu 2(1), (2) u (3)

Artikolu 3(7)(d), (e) u (f)

Artikolu 2(4)

-

Artikolu 3

-

Artikolu 4

Artikolu 2(2) sa (8)

Artikolu 5

-

Artikolu 6

-

Artikolu 7

-

(1)ĠU C 166, 12.6.2013, p. 2.
(2)ĠU C 271, 19.9.2013, p. 31.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2014.
(4)Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE tal-10 ta’ Ġunju 1991 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għan tal-ħasil tal-flus definixxiet il-ħasil tal-flus (ĠU L 166, 28.6.1991, p. 77).
(5)Direttiva 2001/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 76).
(6)Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-għan tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15).
(7)Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE tal-1 ta' Awwissu 2006 li tniżżel il-miżuri ta' implimentazzjoni għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjoni ta’ persuna politikament esposta u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29).
(8) Sorsi: "Rifuġji fiskali u żvilupp. L-istat, l-analiżi u l-miżuri", NOU, Rapporti Uffiċjali Norveġiżi, 2009.
(9) Direttiva 2012/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji, (ĠU L 156, 16.6.2012, p. 1).
(10)Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li twaqqaf Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(11)Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabilixxi l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(12)Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabilixxi l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(13)Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(14) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(15) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
(16)Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI tas-17 ta’ Ottubru 2000 li tikkonċerna l-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn il-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni (ĠU L 271, 24.10.2000, p. 4).
(17) Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni rrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22).
(18) ĠU C 32, 4.2.2014, p. 9.
(19)Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).
(20)Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/919/ĠAI tat-28 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI (ĠU L 330, 9.12.2008, p. 21).
(21)Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).
(22)Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(23) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(24) Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(25)Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(26)Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3).
(27)Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/733/ĠAI tal-21 ta’ Diċembru 1998 dwar il-kriminalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1).
(28)ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.
(29) Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠUL 182, 29.6.2013, p. 19).
(30)Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplimentari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1).
(31) 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(32) Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
(33) 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(34) 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(35) 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(36) 3 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(37) Tmintax –il xahar wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(38) Sentejn wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(39) Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(40) Daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.
(41) 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta 'din id-Direttiva.
(42) Erba' snin wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(43)* Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(44) Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Avviż legali - Politika tal-privatezza