Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2013/0187(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0098/2014

Testi mressqa :

A7-0098/2014

Dibattiti :

PV 11/03/2014 - 17
CRE 11/03/2014 - 17

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2014 - 8.14

Testi adottati :

P7_TA(2014)0221

Testi adottati
PDF 666kWORD 265k
L-Erbgħa, 12 ta' Marzu 2014 - Strasburgu Verżjoni finali
L-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru ***I
P7_TA(2014)0221A7-0098/2014
Riżoluzzjoni
 Test konsolidat

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (COM(2013)0409 – C7-0169/2013 – 2013/0187(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0409),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0169/2013),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mill-Kamra tad-Deputati Maltija, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2013(1) ,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0098/2014),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1) ĠU C 170, 5.6.2014, p. 116.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2014 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru.
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
P7_TC1-COD(2013)0187

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1) ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(2) .

Billi:

(1)  Biex jittieħed kont tat-tibdiliet introdotti fir-Regolament (KE) Nru 1108/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3) u fir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) , huwa meħtieġ li jiġi allinjat il-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) mar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) , mar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) , mar-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) u mar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) .

(2)  L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM jirrikjedu azzjonijiet regolatorji f’varjetà wiesgħa ta’ suġġetti tal-avjazzjoni. L-Aġenzija, fl-appoġġ tagħha lill-Kummissjoni fejn jidħol l-abbozzar ta' regoli tekniċi, għandha, filwaqt li tevita l-kunflitti ta' interess, tadotta approċċ bilanċjat għar-regolazzjoni tal-attivitajiet differenti abbażi tal-karatteristiki speċifiċi tagħhom, il-livelli aċċettabbli marbuta mas-sikurezza, is-sostenibbiltà fil-qasam tal-klima u tal-ambjent u ta' ġerarkija definita ta' riskji għall-utenti biex tiżgura l-iżvilupp komprensiv u koordinat tal-avjazzjoni. [Em. 1]

(3)  Sabiex jitqiesu r-rekwiżiti tekniċi, xjentifiċi, operattivi jew dawk marbuta mas-sikurezza, billi jiġu emendati jew supplimentati d-dispożizzjonijiet dwar l-ajrunavigabbiltà, il-ħarsien tal-ambjent, il-bdoti, l-operazzjonijiet tal-ajru, l-ajrudromi, l-ATM/ANS, il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, l-operaturi minn pajjiżi terzi, is-sorveljanza u l-infurzar, id-dispożizzjonijiet dwar il-flessibilità, il-multi u l-ħlasijiet penali perjodiċi u t-tariffi u l-ħlasijiet, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adegwati waqt il-ħidma preparatorja, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ta' delega, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(3a)  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija u lill-esperti mill-Istati votanti rrappreżentati fil-Bord Amministrattiv. Għandha tqis l-opinjoni espressa minn dawk il-korpi konsultattivi u toqgħod lura milli tadotta att delegat f'każijiet fejn il-maġġoranza tal-esperti u tal-Aġenzija joġġezzjonaw. [Em. 2]

(3b)  Sabiex tiffaċilita l-ħolqien ta' qafas regolatorju, proporzjonali u sostenibbli bbażat fuq ir-riskju, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi ulterjuri dwar il-ħtieġa li r-Regolament (KE) Nru 216/2008 jiġi adattat għal żviluppi ġodda. [Em. 3]

(3c)  L-Aġenzija, bħala ċ-ċentru tas-sistema tal-avjazzjoni tal-Unjoni, għandha taqdi rwol ta' tmexxija wkoll fi ħdan l-istrateġija esterna tal-avjazzjoni tal-Unjoni. B'mod partikolari, bil-għan li tilħaq wieħed mill-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Aġenzija, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandha tagħti kontribut kbir biex tesporta l-istandards tal-avjazzjoni tal-Unjoni u biex tippromwovi l-moviment tal-prodotti, professjonisti u servizzi ajrunawtiċi tal-Unjoni fid-dinja kollha, sabiex tiffaċilita l-aċċess tagħhom għal swieq ġodda li qed jikbru. [Em. 4]

(3d)  L-għoti ta' ċertifikati u approvazzjonijiet u l-forniment ta' servizzi oħra għandu rwol essenzjali fil-forniment tas-servizzi mill-Aġenzija għall-industrija, u għalhekk għandu jikkontribwixxi għall-kompetittività tas-settur ajrunawtiku tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tkun f'pożizzjoni li tirrispondi għad-domanda tas-suq, li tista' tvarja. Konsegwentament, in-numru tal-persunal ffinanzjati minn dħul iġġenerat minn ħlasijiet jew imposti għandu jkun adattabli u m'għandux ikun iffissat fit-tabella tal-persunal. [Em. 5]

(3e)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jaqdi r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 65a tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 billi jneħħi t-trikkib bejn ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 u r-Regolament (KE) Nru 216/2008, jadatta dak ta' qabel għal dan tal-aħħar u jiżgura allokazzjoni ċara tal-kompiti bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Eurocontrol, sabiex il-Kummissjoni tiffoka fuq ir-regolament ekonomiku u tekniku, l-Aġenzija taġixxi bħala l-aġent tagħha fejn jidħol l-abbozzar u s-sorveljanza tar-regolament tekniku u l-Eurocontrol tiffoka fuq il-kompiti operattivi, b'mod partikolari dawk relatati mal-kunċett tal-maniġer tan-netwerk skont ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 li fih ġiet stabbilita skema ta' talbiet għall-ħlas għas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru komuni, inkluż għas-sorveljanza, biex tilħaq aktar trasparenza u kosteffiċjenza għall-benefiċċju tal-utenti tal-ispazju tal-arju. F'dak il-kuntest, u bil-għan li jonqsu l-ispejjeż ġenerali tal-attivitajiet ta' sorveljanza ATM/ANS, jeħtieġ ukoll li l-iskema tat-talbiet għall-ħlas għas-servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru kurrenti tiġi emendata b'tali mod li tkopri b'mod xieraq il-kompetenzi ta' sorveljanza ATM/ANS tal-Aġenzija. Din l-emenda tiżgura li l-Aġenzija jkollha r-riżorsi meħtieġa biex twettaq il-kompiti assenjati lilha mill-approċċ ta' sistema totali tal-Unjoni fis-sorveljar tas-sikurezza tal-avjazzjoni, tikkontribwixxi għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru aktar trasparenti, kosteffiċjenti u effikaċi għall-utenti tal-ispazju tal-ajru li jiffinanzjaw is-sistema, u tistimula l-forniment ta' servizz integrat. [Em. 6]

(4)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) .

(5)  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament f’każijiet ġustifikati kif dovut b'rabta ma' eżenzjonijiet ta' ajrudromi u ma' deċiżjonijiet biex ma tkunx permessa l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà, fejn ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ urġenza li jeżiġu hekk.

(5a)  Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tat-teknoloġiji użati madwar id-dinja kollha, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jinkoraġġixxu approċċ koordinat fil-livell internazzjonali tal-isforzi ta' standardizzazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili. [Em. 7]

(6)  Ċerti prinċipji fir-rigward tal-governanza u l-operat Abbażi ta' analiżi każ b'każ, u billi titqies in-natura speċifika tal-Aġenzija, xi prinċipji fir-rigward tal-governanza u l-operazzjoni tagħha għandhom ikunu adattati għall-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE approvati mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni f’Lulju 2012. B'mod partikolari, il-kompożizzjoni tal-Bord Eżekuttiv għandha tqis l-importanza tal-avjazzjoni fi Stati Membri differenti u tiżgura rappreżentazzjoni xierqa tal-għarfien espert meħtieġ. [Em. 8]

(7)  Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 216/2008 jiġi emendat kif ġej:

(1)  L-Artikolu 1 jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 2 jiġi emendat kif ġej:

(i)  il-punt (b) jinbidel kif ġej:"

"(b) ajrudromi jew partijiet minnhom, kif ukoll tagħmir, persunal u organizzazzjonijiet, imsemmija fil-paragrafu 1(c) u (d), li jkunu kkontrollati u operati mill-militar, meta t-traffiku servut ikun primarjament differenti mit-traffiku ġenerali tal-ajru;"

"

(ii)  fil-punt (c), l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:"

"(c) ATM/ANS, inkluż sistemi u kostitwenti, persunal u organizzazzjonijiet, imsemmija fil-paragrafu 1(e) u (f), li jingħataw mill-militar jew li jistgħu jingħataw mill-militar, primarjament għall-movimenti ta' inġenji tal-ajru li huma differenti mit-traffiku tal-ajru ġenerali."

"

(b)  il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:"

“3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li faċilitajiet militari miftuħa għat-traffiku tal-ajru ġenerali u għas-servizzi pprovduti minn persunal militari għat-traffiku tal-ajru ġenerali, li ma jaqgħux fl-ambitu tal-paragrafu 1, joffru livell ta’ sikurezza effettiv tal-anqas daqs dak meħtieġ mir-rekwiżiti essenzjali kif definiti fl-Annessi Va u Vb.”

"

(2)  L-Artikolu 2 jiġi emendat kif ġej:

(a)  Fil-paragrafu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(g) biex ikunu appoġġjati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM;

   (h) biex l-avjazzjoni ċivili tkun irregolata bl-aqwa mod fejn tidħol il-promozzjoni tas-sikurezza, tal-iżvilupp sostenibbli , il-prestazzjoni, l-interoperabbiltà, il-protezzjoni tal-klima, il-miżuri favur l-ambjent u l-iffrankar tal-enerġija s-sikurezza tagħha b’mod proporzjonali man-natura ta’ kull attività partikolari.” [Em. 9]

"

(b)  Fil-paragrafu 3, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej"

"(c) it-twaqqif ta' Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Avjazzjoni indipendenti (minn issa 'l quddiem imsejħa l-Aġenzija);"

"

(3)  L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:"

"(a) sorveljanza kontinwa' tfisser il-kompiti li jridu jitwettqu biex jiġi vverifikat li l-kundizzjonijiet li jkunu wasslu biex jinħareġ ċertifikat, jew li huma koperti minn dikjarazzjoni, ikunu baqgħu jiġu osservati f'kull żmien tul il-perjodu ta' validità ta' dak iċ-ċertifikat jew dikjarazzjoni, kif ukoll it-teħid ta' kwalunkwe miżura ta' salvagwardja. "

"

(b)  il-punt (da) jinbidel b’dan li ġej:"

"(da) 'kostitwenti tal-ATM/ANS' tfisser kull kostitwent kif definit fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament (KE) Nru ...(11) dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew;"

"

(c)  jiddaħħal il-punt li ġej:"

“(ea) “dikjarazzjoni”, għall-finijiet tal-ATM/ANS, tfisser kull dikjarazzjoni miktuba:

   dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu ta’ sistemi u kostitwenti maħruġa minn organizzazzjoni impenjata fid-disinn, fil-manifattura u fil-manutenzjoni tas-sistemi u l-kostitwenti tal-ATM/ANS;
   dwar il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta’ servizz jew ta' sistema li tkun se tibda tiġi operata maħruġa minn fornitur tas-servizz;
   dwar il-kapaċità u l-mezzi tat-twettiq tar-responsabbiltajiet assoċjati ma’ ċerti servizzi tal-informazzjoni dwar it-titjiriet. "

"

(d)  il-punt (f) jinbidel b’dan li ġej:"

"(f) 'entità kkwalifikata' tfisser korp li jista' jiġi allokat kompiti ta' ċertifikazzjoni jew sorveljanza speċifiċi mill-Aġenzija jew minn awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni, u taħt il-kontroll tagħhom;"

"

(e)  il-punti (q) u r) jinbidlu b’dan li ġej:"

"(q) 'ATM/ANS' tfisser is-servizzi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru kif definiti fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru ...(12) , is-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru kif definiti fl-Artikolu 2(4) ta’ dak ir-Regolament, inkluż is-servizzi tal-ġestjoni tan-netwerk imsemmija fl-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament, u s-servizzi li jikkonsistu fl-oriġinazzjoni u l-ipproċessar tad-dejta u l-ifformattjar u t-twassil ta’ dejta għat-traffikutal-ajru ġenerali għall-għanijiet tan-navigazzjoni tal-ajru kritika għas-sikurezza;

   (r) 'sistema tal-ATM/ANS' tfisser kwalunkwe kumbinazzjoni ta' tagħmir u ta' sistemi kif definiti fl-Artikolu 2(33) tar-Regolament (KE) Nru ...+ ;"

"

(f)  jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(t) ‘traffiku tal-ajru ġenerali’ tfisser il-movimenti kollha ta' inġenji tal-ajru ċivili, kif ukoll il-movimenti kollha tal-inġenji tal-ajru tal-istat, inklużi l-inġenji militari, tad-dwana u tal-pulizija, meta dawn il-movimenti jitwettqu b'konformità mal-proċeduri tal-ICAO;

   (u) ‘Pjan Regolatorju tal-ATM’ tfisser il-pjan adottat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/320/KE* , skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007** .

_____________________

* Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/320/KE tat-30 ta' Marzu 2009 li tendorsja il-Pjan Direttur Ewropew għall-Ġestjoni tal-Ajru tal-proġett ta’ Riċerka tal-ATM tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) (ĠU L 95, 9.4.2009, p. 41).

** Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta biex tiżviluppa s-sistema tal-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru Ewropew (SESAR) (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1)."

"

(fa)  jiddaħħal il-punt li ġej: "

''(ua) 'akkreditament' tfisser il-proċess ta' kwalifikazzjoni ta' awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni jew entità kwalifikata għall-forniment ta' kompiti f'konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) Nru ... (13) ;' [Em. 30 u 32]

"

(4)  L-Artikolu 4 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 3b jinbidel b’dan li ġej:"

"3b. B'deroga mill-paragrafu 3a, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament ajrudrom li:

   jimmaniġġa mhux aktar minn 10 000 passiġġier fis-sena, u
   jimmaniġġa mhux aktar minn 850 moviment marbuta ma' operazzjonijiet tat-tagħbija fis-sena,

bil-kundizzjoni li l-eżenzjoni tikkonforma mal-objettivi tas-sikurezza ġenerali ta' dan ir-Regolament u kull regola oħra tal-liġi tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni teżamina jekk il-kundizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tkunx ġiet osservata u, fejn tqis li dan mhux il-każ, tadotta deċiżjoni skont dan. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikou 65(2). Meta jkun hemm raġunijiet imperattivi u ġustifikati marbuta mas-sikurezza, il-Kummissjoni tadotta minnufih l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(4).

L-Istat Membru kkonċernat jirrevoka l-eżenzjoni meta tiġi nnotifikata d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu."

"

(b)  fil-paragrafu 3(c), l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:"

"3c. L-ATM/ANS mogħtija fl-ispazju tal-ajru tat-territorju li japplika għalih dan it-Trattat, kif ukoll fi kwalunkwe spazju tal-ajru ieħor fejn l-Istati Membri japplikaw ir-Regolament (KE) Nru ...(14) skont l-Artikolu 1(4) ta' dak ir-Regolament, ikunu jikkonformaw ma' dan ir-Regolament."

"

(5)  L-Artikolu 5 jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, il-punt (d), l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:"

" (d) organizzazzjonijiet responsabbli mill-manutenzjoni u mill-ġestjoni kontinwa tal-ajrunavigabbiltà (airworthiness) fil-każ ta' prodotti, parts u apparat għandhom juru l-abbiltà u l-mezzi li għandhom biex iwettqu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-privileġġi tagħhom."

"

(b)  il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:"

"5. Fir-rigward tan-ajrunavigabbiltà ta' inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(a), (b) u (c), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 65b sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar:

   (a) il-kundizzjonijiet sabiex tiġi stabbilita u notifikata lil applikant il-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli għal prodott;
   (b) il-kundizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u notifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta' ajrunavigabbiltà applikabbli għalparts u apparat;
   (c) il-kundizzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti u notifikati lill-applikant l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi ta' ajrunavigabbiltà applikabbli għal inġenji tal-ajru eliġibbli għal ċertifikat ristrett ta' ajrunavigabbiltà;
   (d) il-kundizzjonijiet biex tinħareġ u titqassam l-informazzjoni obbligatorja sabiex tiġi assigurata l-ajrunavigabbiltà kontinwa tal-prodotti u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ mezzi alternattivi ta’ konformità ma' din l-informazzjoni obbligatorja;
   (e) il-kundizzjonijiet sabiex jinħarġu, jinżammu, jiġu emendati, sospiżi jew revokati ċertifikati tat-tip, ċertifikati tat-tip ristretti, approvazzjonijiet għal bidliet għal ċertifikati tat-tip, ċertifikati tat-tip supplimentali, approvazzjonijiet ta' disinji tat-tiswija, ċertifikati ristretti ta' ajrunavigabbiltà, permessi għal titjir u ċertifikati għal prodotti, parts jew apparat:
   (i) il-kundizzjonijiet dwar il-perjodu ta' validità ta' dawn iċ-ċertifikati, u l-kundizzjonijiet sabiex jiġġeddu ċ-ċertifikati meta jiġi ffissat perjodu ta' validità limitat;
   (ii) ir-restrizzjonijiet applikabbli għall-ħruġ ta' permessi għal titjir. Dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jikkonċernaw b'mod partikulari dan li ġej:
   l-iskop tat-tijira,
   l-ispazju tal-arju użat għat-titjira,
   il-kwalifika tal-ekwipaġġ tat-titjira,
   it-trasport ta' persuni barra mill-ekwipaġġ tat-titjira;
   (iii) inġenji tal-ajru eliġibbli għal ċertifikati ristretti ta' ajrunavigabbiltà, u restrizzjonijiet assoċjati;
   (iv) id-dejta dwar kemm l-operat huwa xieraq, inkluż:
   is-sillabu minimu għat-taħriġ ta' persunal li jiċċertifika l-manutenzjoni dwar il-klassifikazzjoni tat-tip biex tkun żgurata l-konformità mal-paragrafu (2)(f);
   is-sillabu minimu għall-klassifikazzjoni tat-tip ta’ bdoti u d-dejta ta' referenza għal simulaturi assoċjati biex tkun żgurata l-konformità mal-Artikolu 7;
   il-lista tat-tagħmir minimu komprensiv kif jixraq;
   id-dejta dwar it-tip ta’ inġenju tal-ajru rilevanti għall-ekwipaġġ tal-kabina;
   u l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali ta’ ajrunavigabbiltà għat-tip speċifiku ta’ operazzjoni biex isostnu l-ajrunavigabbiltà kontinwa u t-titjib kontinwu fis-sikurezza tal-inġenji tal-ajru;
   (f) il-kundizzjonijiet biex jinħarġu, jinżammu, jiġu emendati, jiġu sospiżi jew irrevokati approvazzjonijiet ta' organizzazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 2(d),(e) u (g) u l-kundizzjonijiet li taħthom dawn l-approvazzjonijiet ma hemmx għalfejn jintalbu;
   (g) il-kundizzjonijiet biex jinħargu, jinżammu, jiġu emendati, sospiżi jew irrevokati ċ-ċertifikati tal-persunal meħtieġa skont il-paragrafu 2(f);
   (h) ir-responsabbiltajiet ta' detenturi taċ-ċertifikati;
   (i) il-konformità tal-inġenji tal-ajru msemmija fil-paragrafu 1, li mhumiex koperti bil-paragrafu 2 jew 4, kif ukoll tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(c), mar-rekwiżiti essenzjali;
   (j) il-kundizzjonijiet għall-manutenzjoni u l-ġestjoni kontinwa tal-ajrunavigabbiltà fil-każ ta' prodotti, parts u apparat.

Rigward l-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(a), (b) u (c), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, permezz ta’ atti ta' delega, f’konformità mal-Artikolu 65b, li temenda l-Anness I jew tissupplimentah , fejn meħtieġ għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operattivi jew xjentifiċi jew ta' evidenza ta' sikurezza fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà sabiex, u sal-punt meħtieġ biex, jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2." [Em. 33]

"

(6)  Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu kif ġej:"

"2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda, permezz ta’ atti ta' delega f’konformità mal-Artikolu 65B, ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 sabiex iġġibhom konformi ma’ emendi għall-Konvenzjoni ta’ Chicago u l-Annessi tagħha li jidħlu fis-seħħ wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li jsiru applikabbli fl-Istati Membri kollha.

3.  Fejn meħtieġ sabiex jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni ambjentali, u abbażi tal-kontenut tal-Appendiċi għall-Anness 16 imsemmi fil-paragrafu 1 fejn ikun il-każ, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta' delega f’konformità mal-Artikolu 65b, regoli dettaljati li jissupplimentaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.”

"

(7)  L-Artikolu 7 jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, ir-raba' subparagrafu jinbidel kif ġej:"

"Minkejja t-tielet subparagrafu, fil-każ ta' liċenzja ta' bdot għal titjir rikreattiv, tabib ġenerali li jkollu biżżejjed għarfien fil-fond tal-kundizzjoni medika tal-applikant, u jekk il-liġi nazzjonali tkun tippermetti dan, jista' jaġixxi ta' eżaminatur ajrumediku. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-użu ta’ tabib ġenerali, minflok ta' eżaminatur ajrumediku, li b’mod partikulari jiżguraw li jinżamm il-livell ta’ sikurezza. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3)."

"

(b)  fil-paragrafu 2, is-sitt subparagrafu jinbidel kif ġej:"

"Fejn huma kkonċernati bdoti involuti fl-operat ta’ inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b)( c), ir-rekwiżiti tat-tieni u t-tielet subparagrafu jistgħu jiġu sodisfatti bl-aċċettazzjoni ta’ liċenzji u ta' ċertifikati mediċi maħruġin minn pajjiż terz jew f’isem pajjiż terz." [Em. 41]

"

(c)  fil-paragrafu 6, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"

"6. Fir-rigward ta' bdoti involuti fit-tħaddim ta' inġenji tal-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(b) u (c), kif ukoll apparat ta' taħriġ għas-simulazzjoni tat-titjir, il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, il-kontroll jew il-valutazzjoni medika ta' dawn il-bdoti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delegaskont l-Artikolu 65b sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati b'rabta ma': "

"

(d)  fil-paragrafu 6, il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:"

"(d) il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni tal-liċenzji nazzjonali eżistenti tal-bdoti u tal-liċenzji nazzjonali tal-inġiniera tat-titjira f'liċenzji tal-bdoti kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni taċ-ċertifikati mediċi nazzjonali;"

"

(e)  fil-paragrafu 6, il-punt (f) jinbidel b'li ġej:"

" (f) il-konformità tal-bdoti ta' inġenji tal-ajru msemmija fil-punti (a)(ii), (d) u (h) tal-Anness II, meta użati għat-trasport kummerċjali bl-ajru, jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti tal-Anness III."

"

(f)  fl-aħħar tal-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu ġdid li ġej:"

"Fir-rigward ta' bdoti involuti fit-tħaddim ta' inġenji tal-ajru msemmijin fl-Artikolu 4(1)(b) u (c), kif ukoll ta' apparat ta' taħriġ għas-simulazzjoni tat-titjir, il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, il-kontroll jew il-valutazzjoni medika ta' dawn il-bdoti, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, permezz ta' atti ta' delega skont l-Artikolu  f 'konformità mal-Artikolu 65b, li temenda jew tissupplimenta l-Anness III, fejn meħtieġ għal raġunijiet ta' żviluppi tekniċi, operattivi u jew xjentifiċi jew ta' evidenza ta' sikurezza marbuta mal-għoti tal-liċenzja tal-bdoti sabiex, u sal-punt meħteġ biex, jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2." [Em. 34]

"

(fa)  l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej: "

“7. Fl-adozzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 6, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċifika li dawn jirriflettu l-aktar għerf modern, inklużi l-aħjar prassi u l-progress xjentifiku u tekniku fil-qasam tat-taħriġ tal-bdoti ta’ kultura aħjar tas-sigurtà u s-sistemi ta’ kif tikkontrolla l-għeja.” [Em. 42]

"

(8)  L-Artikolu 8 jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 5, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"

"5. Fir-rigward tal-operat ta' inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 65b sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar:"

"

(b)  fil-paragrafu 5, il-punt (g) jinbidel b'dan li ġej:"

"(g) il-konformità tal-operazzjonijiet ta’ inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (a)(ii) u l-punti (d) u (h) tal-Anness II, meta użati għat-trasportazzjoni kummerċjali bl-ajru, jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali kif stabbilit fl-Anness IV u, jekk applikabbli, fl-Anness Vb."

"

(c)  fil-paragrafu 5, għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

“(h) il-kundizzjonijiet u l-proċeduri li skonthom l-operazzjonijiet speċjalizzati għandhom jiġu suġġetti għal awtorizzazzjoni;

   (i) il-kundizzjonijiet li skonthom l-operazzjonijiet għandhom jiġu pprojbiti, limitati jew suġġetti għal ċerti kundizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza skont l-Artikolu 22(1)."

"

(d)  fl-aħħar tal-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu ġdid li ġej:"

"Rigward l-operar it-tħaddim tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u (c), il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, permezz ta’ atti ta' delega f’konformità mal-Artikolu 65b, biex temenda jew tissupplimenta l-Anness IV u, fejn ikun aplikabbli, l-Anness Vb, u dan fejn meħtieġ għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operattivi jew xjentifiċi jew ta' evidenza ta' sikurezza marbuta mal-operazzjonijiet tal-ajru sabiex, u sal-punt meħtieġ biex, jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2." [Em. 35]

"

(9)  L-Artikolu 8a jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 5, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"

"5. Fir-rigward tal-ajrudromi u t-tagħmir tal-ajrudromi, kif ukoll tal-operar tal-ajrudromi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 65b sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar:"

"

(b)  fil-paragrafu 5 jiżdiedu l-punti li ġejjin wara (j):"

"(k) il-kundizzjonijiet għall-ħruġ, iż-żamma, l-emendar, is-sospensjoni jew ir-revoka taċ-ċertifikati ta’ fornituri tas-servizzi tal-ġestjoni tar-rampa (apron management) ;

   (l) il-kundizzjonijiet biex tinħareġ u tixxerred l-informazzjoni mandatorja biex tiġi aċċertata s-sikurezza tal-operazzjonijiet fl-ajrudromi u tat-tagħmir tal-ajrudromi;
   (m) ir-responsabbiltajiet tal-fornituri tas-servizzi msemmija fil-paragrafu 2(e);
   (n) il-kundizzjonijiet biex jinħargu, jinżammu, jiġu emendati, sospiżi jew irrevokati l-approvazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet u l-kundizzjonijiet għas-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet impenjati fid-disinn, il-manifattura u l-manutenzjoni ta' tagħmir kritiku tal-ajrudromi b'rabta mas-sikurezza;
   (o) ir-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet impenjati fid-disinn, il-manifattura u l-manutenzjoni ta' tagħmir kritiku tal-ajrudromi b'rabta mas-sikurezza."

"

(c)  fl-aħħar tal-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu ġdid li ġej:"

“Fir-rigward tal-ajrudromi u tat-tagħmir tal-ajrudromi, kif ukoll tal-operar tal-ajrudromi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, permezz ta’ atti ta' delega, f’konformità mal-Artikolu 65b, li temenda jew tissupplimenta l-Anness Va u, jekk ikun japplika, l-Anness Vb, fejn meħtieġ għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operattivi jew xjentifiċi jew ta' evidenza ta' sikurezza marbuta mal-ajrudromi sabiex, u sal-punt meħtieġ biex, jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2." [Em. 36]

"

(10)  L-Artikolu 8b jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 4 u 5 jinbidlu kif ġej:"

"4. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 6 jistgħu jistipulaw rekwiżit għaċ-ċertifikazzjoni jew għad-dikjarazzjoni fir-rigward tal-organizzazzjonijiet impenjati fid-disinn, il-manifattura u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti li fuqhom tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabilità. Iċ-ċertifikat għal dawn l-organizzazzjonijiet għandu jinħareġ meta jkunu wrew li għandhom il-kapaċità u l-mezzi biex jaqdu r-responsabbiltajiet assoċjati mal-privileġġi tagħhom. Il-privileġġi mogħtija għandhom jiġu speċifikati fiċ-ċertifikat.

5.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 6 jistgħu jistipulaw rekwiżit għal- ċertifikazzjoni jew validazzjoni jewdikjarazzjoni fir-rigward tal-fornitur tal-ATM/ANS jew tal-organizzazzjonijiet impenjati fid-disinn, il-manifattura u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-ATM/ANS u tal-kostitwenti li fuqhom tiddependi s-sikurezza jew l-interoperabilità. Iċ-ċertifikat jew id-dikjarazzjoni għal dawk is-sistemi u l-kostitwenti għandhom jinħarġu, jew għandha tingħata il-validazzjoni, meta l-applikant ikun wera li s-sistemi u l-kostitwenti jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fil-paragrafu 1."

"

(b)  il-paragrafu 6 jiġi emendat kif ġej:

(i)  il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"

"6. Fir-rigward tal-provvista tal-ATM/ANS, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 65b sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati b'rabta ma':"

"

(ii)  il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:"

“(e) il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għad-dikjarazzjoni u s-sorveljanza mill-fornituri tas-servizzi u l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-manifattura u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti msemmija fil-paragrafi minn 3 sa 5;”

"

(iii)  jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(g) il-kundizzjonijiet sabiex tinħareġ u tixxerred l-informazzjoni obbligatorja sabiex tiġi assigurata s-sikurezza fil-provvista tal-ATM/ANS;

   (h) il-kundizzjonijiet għall-validazzjoni u d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 u għas-sorveljanza tal-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet;
   (i) ir-regoli tal-operat għall-kostitwenti tal-ATM/ANS meħtieġa għall-użu tal-ispazju tal-ajru."

"

(iv)  fl-aħħar tal-paragrafu, jiżdied is-subparagrafu ġdid li ġej:"

“Fir-rigward tal-forniment tal-ATM/ANS, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, permezz ta’ atti ta' delega, f’konformità mal-Artikolu 65b, li temenda jew tissupplimenta l-Anness Va fejn meħtieġ għal raġunijiet ta’ żviluppi tekniċi, operattivi jew xjentifiċi jew ta' evidenza ta' sikurezza marbuta mal-ATM/ANS sabiex, u sal-punt meħtieġ biex, jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2" [Em. 37]

"

(c)  fil-paragrafu 7, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:"

“(a) jirrifletti l-aqwa prassi u dik l-aktar avvanzata fil-qasam tal-ATM/ANS b’mod partikulari skont il-Pjan Regolatorju tal-ATM u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-ICAO”.

"

(11)  L-Artikolu 8c jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 10, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"

"10. Fir-rigward ta' kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll ta' persuni u organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, il-kontroll jew il-valutazzjoni medika ta' dawn il-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 65b sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati b'rabta ma':"

"

(b)  fil-paragrafu 10, jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

" (e) mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali konklużi skont l-Artikolu 12, il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta' liċenzji minn pajjiżi terzi;

   (f) il-kundizzjonijiet li skonthom għandu jiġi pprojbit, limitat jew suġġett għal ċerti kundizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza, it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol.
   (g) il-kundizzjonijiet sabiex tinħareġ u tixxerred l-informazzjoni obbligatorja sabiex tiġi aċċertata s-sikurezza fil-forniment tal-ATM/ANS; "

"

(c)  fl-aħħar tal-paragrafu 10, jiżdied is-subparagrafu ġdid li ġej:"

“Fir-rigward tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, kif ukoll il-persuni u l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ, l-ittestjar, il-verifika u l-valutazzjoni medika tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, permezz ta’ atti ta' delega, f’konformità mal-Artikolu 65B, biex temenda l-Anness Vb, fejn meħtieġ għal raġunijiet ta’ tekniċi, operattivi jew żviluppi xjentifiċi jew evidenza dwar is-sikurezza relatati mal-organizzazzjonijiet tat-taħriġ u mal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru sabiex, u sal-punt meħtieġ biex, jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2." [Em. 38]

"

(12)  L-Artikolu 9 jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 4, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"

"4. Fir-rigward ta' inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(d), kif ukoll l-ekwipaġġ tagħhom u l-operazzjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega skont l-Artikolu 65b sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar:"

"

(b)  fil-paragrafu 4, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:"

"(a) l-awtorizzazzjoni tal-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(1)(d), jew l-ekwipaġġ, li m'għandhomx ċertifikat standard tal-ICAO tal-ajrunavigabbiltà jew liċenzja li tawtorizzahom joperaw lejn il-Komunità, fiha jew 'il barra minnha;"

"

(c)  fil-paragrafu 4, il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:"

"(e) il-kundizzjonijiet għad-dikjarazzjoni u s-sorveljanza mill-operaturi msemmijin fil-paragrafu 3;"

"

(d)  fil-paragrafu 4, jiżdied il-punt li ġej:"

"(g) kundizzjonijiet alternattivi għal każijiet fejn il-konformità mal-istandards u r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx possibbli jew ma tinvolvix sforz sproporzjonat, hekk li jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv tal-istandards u r-rekwiżiti kkonċernati."

"

(e)  fil-paragrafu 5, fil-punt (e), titħassar il-kelma "sikurezza".

(13)  L-Artikolu 10 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:"

"2. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, minbarra li jissorveljaw iċ-ċertifikati li jkunu ħarġu, jew id-dikjarazzjonijiet li jkunu rċevew, iwettqu investigazzjonijiet, inkluż spezzjonijiet fir-rampa, u għandhom jieħdu kwalunkwe miżura, inkluż iż-żamma fuq l-art ta' inġenji tal-ajru, biex jevitaw il-kontinwazzjoni ta' ksur."

"

(b)  fil-paragrafu 5, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"

“5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega f’konformità mal-Artikolu 65b sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati li jistipulaw il-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u b’mod partikolari: "

"

(c)  fil-paragrafu 5, jiżdiedu l-punti kif ġej:"

"(d) kundizzjonijiet għall-kwalifiki tal-ispetturi li jwettqu spezzjonijiet fir-rampa u l-organizzazzjoni involuta fit-taħriġ ta’ dawn l-ispetturi

   (e) kundizzjonijiet għall-amministrazzjoni u l-applikazzjoni tas-sorveljanza u l-infurzar, inkluż is-sistemi tal-ġestjoni tas-sikurezza"

"

(14)  L-Artikolu 11 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dan li ġej:"

"1. L-Istati Membri għandhom, mingħajr aktar rekwiżiti jew evalwazzjonijiet tekniċi, jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa skont dan ir-Regolament u l-atti ta' delega u dawk ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Meta r-rikonoxximent oriġinali jkun għal xi fini, jew finijiet partikulari, kwalunkwe rikonoxximent sussegwenti għandu jkopri biss l-istess fini jew finijiet.

2.  Il-Kummissjoni għandha, b'inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ Stat Membru jew tal-Aġenzija, tiddeċiedi jekk iċ-ċertifkat li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1 jikkonformax ma’ dan ir-Regolament u mal-atti ta' delega u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(2). Meta jkun hemm raġunijiet imperattivi u ġustifikati marbuta mas-sikurezza, il-Kummissjoni tadotta minnufih l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(4)"

"

(15)  Fl-Artikolu 12(2)(b), l-aħħar subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

“tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat jimmodifika l-ftehim, jissospendi l-applikazzjoni tiegħu jew jirrinunzjaha, b’konformità mal-Artikolu 351 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(2)."

"

(16)  L-Artikolu 13 jinbidel b'dan li ġej:"

“Artikolu 13

Entitajiet kwalifikati

"Fl-allokazzjoni ta' kompitu speċifiku ta' ċertifikazzjoni jew ta' sorveljanza lil entità kwalifikata, l-Aġenzija jew l-awtorità tal-avjazzjoni nazzjonali kkonċernata għandha tiżgura li tali entità tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Anness V.

L-entitajiet kwalifikati ma għandhomx joħorġu ċertifikati jew awtorizzazzjonijiet, jew jirċievu dikjarazzjonijiet.”

"

(17)  L-Artikolu 14 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

"1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u tal-atti ta' delega u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu m’għandhomx jipprevjenu Stat Membru milli jirreaġixxi immedjatament għal problema ta’ sikurezza li tinvolvi prodott, sistema, persuna jew organizzazzjoni, bil-kundizzjoni li l-azzjoni immedjata tkun meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà u li ma jkunx possibbli li l-problema tiġi indirizzata b’mod adegwat f’konformità ma’ dan ir-Regolament u l-atti ta' delega u l-atti ta’ implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu."

"

(b)  il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:"

"3. Il-Kummissjoni teżamina jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ikunux ġew osservati u, fejn tqis li dan mhux il-każ, tadotta deċiżjoni skont dan. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikou 65(2). Meta jkun hemm raġunijiet imperattivi u ġustifikati kif dovut marbuta mas-sikurezza, il-Kummissjoni tadotta minnufih l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(4).

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrevoka l-miżura meħuda skont il-paragrafu 1 meta tiġi nnotifikata d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Fejn meħtieġ bħala konsegwenza tal-identifikazzjoni ta’ problema ta’ sikurezza immedjata msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega f’konformità mal-Artikolu 65c sabiex temenda jew tissupplimenta dan ir-Regolament tindirizza l-problemi ta' sikurezza identifikati. " [Em. 39]

"

(c)  il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:"

"4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mir-rekwiżiti sostantivi stabbiliti f'dan ir- Regolament u mill-atti ta' delega u dawk ta' implimentazzjoni tiegħu fil-każ ta' ċirkostanzi operattivi urġenti mhux previsti jew ta' eżiġenzi operattivi għal perjodu limitat, u dan kemm-il darba l-livell ta' sikurezza ma jkunx se jiġi affettwat b'mod ħażin bihom. L-Aġenzija, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu nnotifikati bi kwalunkwe eżenzjoni ta' dan it-tip malli jibdew isiru repetittivi jew meta jingħataw għal perjodi ta' aktar minn xahrejn."

"

(d)  fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

"Il-Kummissjoni teżamina jekk il-kundizzjoni msemmija fil-paragrafu 4 tkunx ġiet osservata u, fejn tqis li dan ma kienx il-każ, tadotta deċiżjoni skont dan. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(2). Meta jkun hemm raġunijiet imperattivi u ġustifikati marbuta mas-sikurezza, il-Kummissjoni tadotta minnufih l-atti ta' implimentazzjoni applikabbli skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(4).

L-Istat Membru kkonċernat jirrevoka l-eżenzjoni meta tiġi nnotifikata d-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu."

"

(e)  fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"

"6. Fejn livell ta' protezzjoni ekwivalenti għal dak miksub bl-applikazzjoni tal-atti ta' delega u ta' implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jista' jinkiseb b'mezzi oħrajn, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr diskriminazzjoni minħabba nazzjonalità, jagħtu approvazzjoni li tidderoga minn dawk l-atti ta' delega u ta' implimentazzjoni, b'konformità mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu u fil-paragrafu 7."

"

(f)  fil-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej: [Em. 10] "

"Meta l-Kummissjoni ssib, waqt li tqis ir-rakkomandazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 ikunu ġew sodisfatti, għandha tagħti d-deroga mingħajr dewmien billi temenda l-atti ta' delega jew ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament."

"

(18)  L-Artikolu 15 jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"

"2. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Kummissjoni kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli adattati dwar id-disseminazzjoni lill-partijiet interessatifuq l-inizjattiva tagħha stess tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3). Dawn il-miżuri għandhom iqisu l-ħtieġa li: "

"

(b)  il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:"

"3. L-awtoritajiet nazzjonali ta' l-avjazzjoni tal-avjazzjoni għandhom, skond skont id-dritt tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jassiguraw kunfidenzjalità adatta ta' l-informazzjoni tal-informazzjoni riċevuta minnhom skond il-paragrafu 1." [Em. 11]

"

(19)  It-titlu tal-Kapitolu III jinbidel b'dan li ġej:"

"L-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-AVJAZZJONI"

"

(20)  L-Artikolu 17 jiġi emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:"

"Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha titwaqqaf Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Avjazzjoni. "

"

(b)  fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:"

"Għall-finijiet tal-iżgurar tal-funzjonament u l-iżvilupp kif xieraq tal-avjazzjoni ċivili, partikolarment fis-sikurezza l-Aġenzija għandha:" [Em. 12]

"

(c)  fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:"

"(f) jappoġġja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fit-twettiq tal-kompiti tagħhom billi jinħoloq forum għall-iskambju ta’ informazzjoni u ta' esperti.”

"

(ca)  fil-paragrafu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin: "

"(g) f'konformità mal-Artikolu 2, biex tippromwovi l-istandards u r-regolamenti tal-avjazzjoni tal-Unjoni fuq livell internazzjonali billi tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, u b'hekk tippromwovi l-moviment tal-prodotti, professjonisti u servizzi ajrunawtiċi tal-Unjoni, sabiex tiffaċilita l-aċċess tagħhom għal swieq dinjija ġodda li qed jikbru.

   (h) twettaq l-akkreditazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ta’ delega f’konformità mal-Artikolu 65b sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati li jistipulaw il-kundizzjonijiet biex jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu." [Emi. 13,31 u 40]

"

(21)  Fl-Artikolu 19(2), it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:"

"Dawn id-dokumenti għandhom jirriflettu l-aqwa prassi u dik l-aktar avvanzata fl-oqsma kkonċernati u għandhom jiġu aġġornati b'kont meħud ta' esperjenza dinjija ta' inġenji tal-ajru fis-servizz, u progress xjentifiku u tekniku u l-pjan komprensiv tal-ATM . " [Em. 14]

"

(22)  Fl-Artikolu 21(2)(b), il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej:"

"(i) tagħmir għat-taħriġ ta' titjir simulat operat minn organizzazzjonijiet tat-taħriġ iċċertifikati mill-Aġenzija;"

"

(23)  L-Artikolu 22 jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, fil-punt (c), il-kliem “xahar” jinbidel fi “tliet xhur”

(b)  fil-paragrafu 2, il-punt (e) jinbidel b’dan li ġej:"

"(e) jekk Stat Membru ma jaqbilx mal-konklużjonijiet tal-Aġenzija dwar skema individwali, għandu jirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk dik l-iskema tikkonformax mal-objettivi ta’ sikurezza ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(2);"

"

(24)  Fl-Artikolu 22 a; jiddaħħal il-punt li ġej:"

"(ca) toħroġ u ġġedded ċertifikati jew taċċetta d-dikjarazzjonijiet dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu u ta’ konformità skont l-Artikolu 8b(4) u (5) ta’ organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi jew sistemi pan-Ewropej u fejn mitluba mill-Istat Membru kkonċernat, ukoll ta’ fornituri oħrajn tas-servizzi kif ukoll l-organizzazzjonijiet involuti fid-disinn, il-manifattura u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti;”

"

(25)  Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:"

"5. Filwaqt li jittieħed kont tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 52 u 53, il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-metodi ta’ ħidma tal-Aġenzija sabiex twettaq il-kompiti msemmijin fil-paragrafi 1, 3 u 4. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(2)."

"

(26)  L-Artikolu 25 jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 3, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:"

“3. Abbażi tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta' delega f’konformità mal-Artikolu 65b, tistabbilixxi:”

"

(b)  fil-paragrafu 3, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:"

"(b) regoli dettaljati għall-inkjesti, miżuri assoċjati u rappurtar, kif ukoll għat-teħid tad-deċiżjonijiet, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar id-dritt għad-difiża, l-aċċess għall-fajls, ir-rappreżentazzjoni legali, id-dispożizzjonijiet ta' kunfidenzjalità u ta' temporalità u l-kwantifikazzjoni u l-ġbir ta' multi u l-ħlasijiet perjodiċi ta' penali."

"

(27)  Fl-Artikolu 29, jitħassar il-paragrafu 2.

(28)  L-Artikolu 30 jinbidel b'dan li ġej:"

"Artikolu 30

Privileġġi u Immunitajiet

"Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea japplika għall-Aġenzija u l-persunal tagħha."

"

(29)  L-Artikolu 33 jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 2, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:"

"(a) jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, u l-Viċi Diretturi Eżekuttivi, b’konformità mal-Artikoli 39a u 39b;"

"

(b)  fil-paragrafu 2, il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:"

"(c) qabel it-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, u wara li jirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta l-programm ta’ ħidma annwali u multiannwali tal-Aġenzija għas-sena jew snin li ġejjin; dawn il-programm ta' ħidma jiġi adottati mingħajr preġudizzju għall-proċedura annwali Komunitarja tal-Unjoni tal-baġit u l-programm leġiżlattiv Komunitarju tal-Unjoni f'oqsma rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni; l-opinjoni tal-Kummissjoni tiġi mehmuża mal-programmi ta' ħidma;" [Em. 15]

"

(c)  fil-paragrafu 2, il-punt (h) jinbidel b’dan li ġej:"

"(h) jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u fuq id-Viċi Diretturi Eżekuttivi, bi ftehim mad-Direttur Eżekuttiv;"

"

(d)  fil-paragrafu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(n) b'konformità mal-paragrafu 6 jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet ta' Impjieg ta' Uffiċjali Oħra lill-Awtorità bis-Setgħa Tikkonkludi Kuntratti ta’ Impjieg (Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68*) ("is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra");

   (o) jiżgura segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF);
   (p) jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.
   (q) jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta' kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu, kif ukoll tal-membri tal-Bord(ijiet) tal-Appell;

_____________________

* Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) "

"

(e)  jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:"

"6. Il-Bord Amministrattiv għandu, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra, li tiddelega setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li skonthom din id-delega ta' setgħat tista' tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat.

Fejn ċirkustanzi eċċezzjonali jitolbu dan, il-Bord Amministrattiv jista’, permezz ta' deċiżjoni meħuda mill-maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu , jissospendi b'mod temporanju d-delegazzjoni temporanjament id-delegazzjoni ta' setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal għajr id-Direttur Eżekuttiv." [Em. 16]

"

(30)  L-Artikolu 34 jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-kliem “rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni” jinbidel f'“żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bi drittijiet tal-vot”.

(b)  fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-kliem “ir-rappreżentant u s-supplent tagħha” jinbidel f'“ir-rappreżentanti tagħha u s-supplenti tagħhom”

(c)  fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kelma "ħames" tinbidel għal "erba'"

(d)  fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu ġdid li ġej fit-tarf:"

"Il-Membri tal-Bord Amministrattiv u s-supplenti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-avjazzjoni, billi jittieħed kont tal-ħiliet maniġerjali, amministrattvi u baġitarji rilevanti. Il-partijiet kollha rrappreżentati fil-Bord Amministrattiv għandhom jagħmlu sforzi biex jillimitaw iċ-ċaqliq tal-membri tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw biex jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fil-Bord Amministrattiv."

"

(31)  Fl-Artikolu 37, il-paragrafu 1, jinbidel dan li ġej:

–  il-kliem “maġġoranza ta' żewġ terzi” jinbidel b'“maġġoranza sempliċi assoluta ”. [Em. 17]

–  tiddaħħal it-tieni sentenza li ġejja:"

“Madankollu tkun meħtieġa maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord Amministrattiv għal deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma, il-baġit annwali, il-ħatra u l-estensjoni tal-mandat jew tat-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv.”

"

(32)  Jiżdied l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 37a

Bord Eżekuttiv

1.  Il-Bord Amministrattiv ikun assistit minn Bord Eżekuttiv.

2.  Il-Bord Eżekuttiv għandu:

   (a) iħejji deċiżjonijiet biex jiġu adottati mill-Bord Amministrattiv.
   (b) jiżgura, flimkien mal-Bord Amministrattiv, segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u mill-evalwazzjonijiet ta’ awditi interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF);
   (c) mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv, kif stabbiliti fl-Artikolu 38, jassistih u jagħtih parir fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord Amministrattiv, bl-iskop li tissaħħaħ is-superviżjoni tat-tmexxija amministrattiva u baġitarja.

3.  Meta meħtieġ, minħabba l-urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista’ b'mod proviżorju jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord Amministrattiv, b’mod partikulari dwar kwistjonijiet ta’ maniġment amministrattiv, inkluż dwar is-sospensjoni tad-delega ta’ setgħat ta' awtorità tal-ħatra u kwistjonijiet baġitarji.Dawk id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta' ħamsa minn seba' membri tal-Bord Eżekuttiv. Huma għandhom jiġu riferuti, mingħajr dewmien, għall-eqreb laqgħa li jkun imiss tal-Bord Eżekuttiv. Il-Bord Amministrattiv jista' jirrevokahom b'vot meħud b'maġġoranza assoluta.

4.  Il-Bord Eżekuttiv ikun magħmul mill-President tal-Bord Amministrattiv, rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni fil-Bord Amministrattiv u tliet ħames membri oħra maħtura mill-Bord Amministrattiv għal mandat ta' sentejn, minn fost il-membri tiegħu bid-dritt tal-vot. Il-mandat tal-ħames persuni maħtura mill-Bord Amministrattiv jista' jiġġedded mingħajr ebda limitu. Il-President tal-Bord Amministrattiv jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu dritt tal-vot.

5.  Il-mandat tal-membri tal-President tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun l-istess bħal dak tal-membri mandat tiegħu bħala l-President tal-Bord Amministrattiv. Il-mandat tal-membri tar-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandu jkun l-istess bħal mandat tiegħu fil-Bord Amministrattiv. Il-mandat tal-Membri tal-Bord Eżekuttiv jasal fi tmiemu meta tagħlaq is-sħubija tagħhom fil-Bord Amministrattiv.

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jagħmel laqgħa ordinarja tal-inqas kull tliet xhur. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' bl-inizjattiva tal-President tiegħu jew b'talba tal-membri tiegħu jew tal-Bord Eżekuttiv .

7.  Il-Bord Amministrattiv għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tal-Bord Eżekuttiv." [Em. 18]

"

(33)  L-Artikolu 38 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

"1. L-Aġenzija tiġi mmexxija mid-Direttur Eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fil-qadi ta' dmirijietu. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Bord Amministrattiv, jew tal-Bord Eżekuttiv, id-Direttur Eżekuttiv ma għandu jfittex jew jieħu struzzjonijiet mingħand l-ebda gvern jew xi korp ieħor. "

"

(b)  fil-paragrafu 3, jitħassar il-punt (g).

(c)  fil-paragrafu 3, il-punt (h) jinbidel b’dan li ġej:"

"(i) li jiddelega s-setgħat tiegħu/tagħha lil membri oħra tal-persunal tal-Aġenzija. Il-Kummissjoni tiddefinixxi l-modalitajiet ta’ tali delegazzjonijiet. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(2);"

"

(d)  fil-paragrafu 3, il-punt (k) jinbidel b’dan li ġej:"

"(k) jipprepara u jimplimenta l-programmi ta' ħidma annwali u multiannwali, u jippreżentahom lill-Bord Amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;"

"

(e)  fil-paragrafu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:"

"(m) li jimplimenta l-programmi ta' ħidma annwali u multiannwali, u jirrapporta lill-Bord Amministrattiv dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

   (n) li jipprepara pjan ta' azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tal-audits u tal-evalwazzjonijiet interni jew esterni, kif ukoll tal-investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u li darbtejn fis-sena jirrapporta dwar il-progress lill-Kummissjoni u regolarment lill-Bord Eżekuttiv u lill-Bord Aministrattiv;
   (o) li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jiġu skoperti xi irregolaritajiet, li jirkupra l-ammonti mħallsa b'mod skorrett, u fejn xieraq, li jtejjeb penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi;
   (p) li jipprepara strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u jippreżentaha lill-Bord Amministrattiv għall-approvazzjoni;"

"

(34)  L-Artikolu 39 jitħassar.

(35)  Jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:"

"Artikolu 39a

Il-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv

1.  Id-Direttur Eżekuttiv jiġi impjegat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra.

2.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord Amministrattiv, abbażi tal-mertu u ta' kompetenza u esperjenza dokumentata rilevanti għall-avjazzjoni ċivili, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

Sabiex jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mill-President tal-Bord Amministrattiv.

Qabel il-ħatra, il-kandidat magħżul mill-Bord Amministrattiv jista’ jiġi mistieden għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu. [Em. 19]

3.  Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv ikun ta' ħames snin. Sal-aħħar F'nofs it-terminu ta' dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tfassal rapport li jevalwa l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport ta' prestazzjoni lill-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. [Em. 20]

4.  Il-Bord Amministrattiv, fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis l-istudju msemmi fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba waħda, għal mhux aktar minn ħames snin.

5.  Il-Bord Amministrattiv jinforma l-Parlament Ewropew jekk ikun beħsiebu jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fix-xahar ta’ qabel kwalunkwe estensjoni bħal din, id-Direttur Eżekuttiv jista’ jiġi mistieden għandu jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament u jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-membri tiegħu. [Em. 22]

6.  Direttur Eżekuttiv li jkun ġie estiż il-mandat tiegħu ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra ta' selezzjoni għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu kollu.

7.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu biss b'deċiżjoni tal-Bord Amministrattiv li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.

8.  Il-Bord Amministrattiv jasal għal deċiżjoni dwar il-ħatra, l-estensjoni ta' mandat jew it-tneħħija minn kariga ta' Direttur Eżekuttiv u/jew Viċi Diretturi Eżekuttivi abbażi ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot.

Artikolu 39b

Il-ħatra tal-Viċi Diretturi Eżekuttivi

1.  Lid-Direttur Eżekuttiv jista' għandu jassistih Viċi Direttur Eżekuttiv wieħed jew aktar . [Em. 22]

2.  Id-Deputat Direttur Eżekuttiv jew Deputati Diretturi Eżekuttivi jinħatru, jiġi estiż il-mandat tagħhom jew jitneħħew mill-kariga kif previst fl-Artikolu 39a, wara konsultazzjoni mad-Direttur Eżekuttiv jew, fejn applikabbli, mad-Direttur Eżekuttiv elett."

"

(36)  Fl-Artikolu 40, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:"

"3. Il-Bord jew il-Bordijiet tal-Appell jissejħu skont il-bżonn. Il-Kummissjoni tiddetermina n-numru ta’ Bordijiet tal-Appell u x-xogħol allokat lilhom. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(2)."

"

(37)  Fl-Artikolu 41, il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:"

"5. Il-Kummissjoni tiddetermina l-kwalifiki meħtieġa għall-membri ta’ kull Bord tal-Appell, is-setgħat ta’ membri individwali fil-fażi preparatorja tad-deċiżjonijiet u l-kundizzjonijiet tal-votazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 65(3)."

"

(38)  Fl-Artiklu 52(1), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:"

“(b) kull meta meħtieġ, jinvolvu esperti minn partijiet interessati rilevanti, jew jagħmlu użu mill-għarfien espert tal-korpi rilevanti Ewropej għall-istandardizzazzjoni, tal-Eurocontrol jew korpi speċjalizzati oħrajn;”

"

(39)  L-Artikolu 56 jinbidel b'dan li ġej:"

"L-Artikolu 56

"Programm ta’ ħidma annwali u multiannwali

1.  Sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, skont l-Artikolu 33(2)(c), il-Bord Amministrattiv jadotta dokument ta’ pprogrammar li jkun jinkludi programmar multiannwali u annwali, ibbażat fuq abbozz imressaq mid-Direttur Eżekuttiv, u dan filwaqt li jittieħed kont tal-opinjoni tal-Kummissjoni. Dan id-dokument jippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Id-dokument ta' pprogrammar isir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali u, jekk ikun meħtieġ, jiġi aġġustat kif meħtieġ.

Il-programmi ta' ħidma annwali u multiannwali ikollhom fil-mira tagħhom il-promozzjoni tat-titjib kontinwu tas-sikurezza tal-avjazzjoni Ewropea u jkunu jikkonformaw mal-objettivi, il-mandati u l-kompiti tal-Aġenzija, kif stabbilit f'dan ir-Regolament.

2.  Il-programm ta’ ħidma annwali jkun jinkludi objettivi dettaljati u riżultati mistennija, inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Ikun jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jkunu se jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji tal-ibbaġitjar u tat-tmexxija bbażati fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta’ ħidma multiannwali msemmi fil-paragrafu 4. Għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru b'paragun mas-sena finanzjarja preċedenti.

Irid jinkludi l-istrateġija għar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 27(2) u l-azzjonijiet marbuta ma’ din l-istrateġija.

3.  Il-Bord Amministrattiv għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija.

Kull emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tkun addottata bl-istess proċedura bħal tal-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord Amministrattiv jista’ jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali.

4.  Il-programm ta' ħidma multiannwali għandu jistipula pprogrammar strateġiku komprensiv li jinkludi objettivi, ir-riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jistabbilixxi wkoll l-ipprogrammar tar-riżorsi, inkluż il-baġit multiannwali u l-persunal.

L-ipprogrammar tar-riżorsi jiġi aġġornat kull sena. L-ipprogrammar strateġiku jiġi aġġornat skont il-bżonn, u b’mod partikulari jindirizza r-riżultat tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 62.”

"

(40)  Fl-Artikolu 57, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:"

"Ir-rapport ġenerali annwali għandu jiddeskrivi l-mod li bih l-Aġenzija tkun implimentat il-programm ta' ħidma annwali tagħha. Għandu jindika b'mod ċar liema mill-mandati u l-kompiti tal-Aġenzija jkunu ġew miżjuda, mibdula jew imħassra meta mqabbel mas-sena ta' qabel."

"

(41)  Fl-Artikolu 59(1), jiżdiedu il-punti li ġejjin:"

"(f) il-ħlasijiet li jsiru skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) ° Nru [ir-Regolament tal-Ajru Uniku Ewropew] għall-kompiti tal-awtorità ATM/ANS rilevanti. ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 * rilevanti għall-kariga tas-sorveljanza tal-ATM/ANS imwettqa mill-Aġenzija . [Em. 23]

   (fa) għotjiet. [Em. 24]

_________________

* Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 31). "

"

(41a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "

"L-Artikolu 61a

Kunflitti ta' interess

1.  Id-Direttur Eżekuttiv u l-uffiċjali ssekondati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fuq bażi temporanja għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta' impenn u dikjarazzjoni ta' interessi li tindika n-nuqqas ta' kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista' jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru bil-miktub hekk kif jibdew jaqdu dmirijiethom u għandhom jiġġeddu f'każ li jinbidlu ċ-ċirkostanzi personali tagħhom. Il-Membri tal-Bord Amministrattiv, il-Bord Eżekuttiv u l-Bord tal-Appell ukoll għandhom jagħmlu dawk id-dikjarazzjonijiet, li għandhom isiru pubbliċi, flimkien mal-kurrikulu tal-karriera tagħhom. L-Aġenzija għandha tippubblika, fuq is-sit elettroniku tagħha, lista tal-membri tal-korpi deskritti fl-Artikolu 42 u tal-esperti esterni u interni.

2.  Il-Bord Amministrattiv għandu jimplimenta politika għall-ġestjoni u l-evitar ta' kunflitti ta' interess, li tal-anqas għandha tinkludi:

   (a) il-prinċipji għall-ġestjoni u l-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi, inklużi r-regoli biex dawn isiru pubbliċi b'kont meħud tal-Artikolu 77;
   (b) ir-rekwiżiti obbligatorji ta' taħriġ dwar kunflitti ta' interess għall-persunal tal-Aġenzija u għall-esperti nazzjonali ssekondati;
   (c) ir-regoli dwar rigali u inviti;
   (d) ir-regoli dettaljati dwar l-inkompatibilitajiet għall-persunal u għall-membri tal-Aġenzija ladarba jkunu temmew ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom mal-Aġenzija;
   (e) ir-regoli ta' trasparenza dwar id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija li jinkludu l-minuti tal-Bordijiet tal-Aġenzija li għandhom isiru pubbliċi filwaqt li għandha titqies informazzjoni sensittiva, klassifikata u kummerċjali; u
   (f) il-penali u mekkaniżmi oħra li permezz tagħhom l-awtonomija u l-indipendenza tal-Aġenzija jkunu salvagwardjati.

L-Aġenzija għandha tikkunsidra l-ħtieġa li żżomm bilanċ bejn ir-riskji u l-benefiċċji, b'mod partikolari fir-rigward tal-objettiv tal-kisba tal-aħjar konsulenza u kompetenza tekniċi u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinkludi l-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dik il-politika meta jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont dan ir-Regolament." [Em. 25]

"

(42)  L-Artikolu 62 jiġi emendat kif ġej:

(a)  fil-paragrafu 1, il-kliem "Bord Amministrattiv" jinbidlu għal "Kummissjoni"

(b)  jiżdied il-paragrafu li ġej:"

"4. Fl-okkażjoni ta' kull tieni evalwazzjoni, għandha ssir ukoll valutazzjoni tar-riżultati miksuba mill-Aġenzija fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Aġenzija ma għadhiex iġġustifikata fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat u tal-kompiti tagħha, hija tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat jew revokat skont dan."

"

(43)  L-Artikolu 64 jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-kelma “Regolament” titħassar mit-titolu.

(b)  il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:"

"1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' delega f’konformità mal-Artikolu 65b sabiex tistabbilixxi, abbażi tal-paragrafi 3, 4 u 5, regoli dettaljati dwar il-miżati u l-ħlasijiet."

"

(c)  il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:"

"3. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 jiddeterminaw b'mod partikulari l-kwistjonijiet li minħabba fihom huma dovuti l-miżati u l-ħlasijiet skont l-Artikolu 59(1)(c) u (d), l-ammont ta' miżati u ħlasijiet u l-mod ta' kif għandhom jitħallsu."

"

(d)  Il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:"

"5. L-ammont ta' ħlasijiet u piżijiet għandu jiġi ffissat f'livell tali li jiżgura li d-dħul f'dan ir-rigward huwa fil-prinċipju biżżejjed biex ikopri l-ispiża sħiħa tas-servizzi fornuti. In-nefqa kollha tal-Aġenzija attribwita għall-persunal involut f'attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, inkluża l-kontribuzzjoni pro-rata ta' min iħaddem għall-iskema tal-pensjoni, għandha b'mod partikolari tkun riflessa f'din l-ispiża. Il-ħlasijiet u l-piżijiet, inklużi dawk miġbura fl-2007, għandhom ikunu dħul assenjat lill-Aġenzija."

"

(da)  Jiżdied il-paragrafu li ġej: "

"6. In-numru tal-persunal iffinanzjat mid-dħul iġġenerat minn ħlasijiet u imposti għandu jitħalla jvarja skont id-domanda tas-suq għaċ-ċertifikati, approvazzjonijiet u servizzi oħra." [Em. 26]

"

(44)  L-Artikolu 65 jinbidel b'dan li ġej:"

"L-Artikolu 65

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni tkun megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat ikun kumitat skont it-tifsira stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* .

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

4.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

__________________

* Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). "

"

(45)  L-Artikolu 65a jitħassar.

(46)  Jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:"

“Artikolu 65b

Eżerċizzju tad-delega

1.  Lill-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta atti ta' delega, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(6), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 8a(5), l-Artikolu 8b(6), l-Artikolu 8c(10), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 25(3) u l-Artikolu 64(1) tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmien ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin . Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 27]

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(6), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 8a(5), l-Artikolu 8b(6), l-Artikolu 8c(10), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 25(3) u l-Artikolu 64(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi atti ta' delega li diġà jkunu fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att ta' delega, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att ta' delega adottat skont l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 7(6), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 8a(5), l-Artikolu 8b(6), l-Artikolu 8c(10), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(5), l-Artikolu 14(3), l-Artikolu 14(7), l-Artikolu 25(3) u l-Artikolu (64)(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn (2) min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx. Dak il-perijodu jiġi estiż b'xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 65c

Il-proċedura ta’ urġenza

1.  L-atti ta' delega adottati skont dan l-Artikolu jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u japplikaw sakemm ma tkun espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att ta' delega lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att ta' delega b'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 65b(5). F’każ simili, wara li tkun innotifikata bid-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, il-Kummissjoni tirrevoka l-att mingħajr dewmien."

"

(46a)  Jiddaħħal l-Artikolu: "

"L-Artikolu 65d

Rapport tal-Kummissjoni

F'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2015 bil-għan li jsiru aktar żviluppi fir-rigward tal-qafas ta' sigurtà, proporzjonali u sostenibbli bbażat fuq ir-riskju." [Em. 28]

"

(47)  Jiżdied l-Artikolu 66 a li ġej:"

"Artikolu 66 a

Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u l-kundizzjonijiet operattivi

1.  L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Aġenzija fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord Amministrattiv, il-persunal tal-Europol u l-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar l-Uffiċċju Prinċipali bejn l-Europol u l-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju, konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord Amministrattiv u mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-Istat Membru li jospita l-Aġenzija għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jassigura l-funzjonament korrett tal-Aġenzija, inklużi skejjel multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea, u kollegamenti xierqa tat-trasport."

"

(48)  Jiżdied l-Artikolu li ġej:"

"Artikolu 66b

Ir-regoli tas-sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji tas-sigurtà elaborati fir-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (European Union Classified Information/EUCI) u tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom. L-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sigurtà għandha tkopri, inter alia , dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta' tali informazzjoni."

"

(49)  Fl-Anness V, il-punti 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:"

"2. L-entità u l-persunal responsabbli għall-kompiti ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza għandhom jeżegwixxu d-dmirijiet tagħhom bl-akbar integrità professjonali possibbli u l-akbar kompetenza teknika possibbli u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u inċentiv, b'mod partikulari ta' natura finanzjarja, li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju id-deċiżjonijiet tagħhom u r-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom, b'mod partikulari minn persuni jew gruppi ta' persuni affettwati mir-riżultati tal-kompiti ta' ċertifikazzjoni. [Em. 29]

3.  L-entità għandha timpjega persunal u jkollha l-mezzi meħtieġa biex twettaq b'mod adegwat il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-proċess ta' ċertifikazzjoni u ta' sorveljanza; irid ikollha wkoll aċċess għat-tagħmir meħtieġ għal verifiki eċċezzjonali."

"

(50)  L-Anness Vb jiġi emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 2(c)(iv) jinbidel b'dan li ġej:"

“Is-servizzi tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru u l-proċessi relatati għandhom jaraw li jkun hemm separazzjoni adegwata bejn l-inġenji tal-ajru u, fiż-żona ta’ mmanuvrar tal-ajrudrom, jipprevjenu l-kolliżjonijiet bejn l-ostakli u l-inġenji tal-ajru f'dik iż-żona u, fejn ikun loku u jkun fattibbli, jassistu fil-protezzjoni minn perikli oħra waqt it-titjir, u għandhom jiżguraw koordinazzjoni fil-pront u f'waqtha mal-utenti rilevanti kollha u mal-volumi fil-qrib tal-ispazju tal-ajru.”

"

(b)  fil-paragrafu 2, fil-punt (g), jiżdied il-kliem li ġej fi tmiem il-punt:"

"Il-ġestjoni tal-fluss jitwettaq bil-ħsieb li jottimizza l-kapaċità disponibbli fl-użu tal-ispazju tal-ajru u jtejjeb il-proċessi tal-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru. Ikun ibbażat fuq it-trasparenza u l-effiċjenza, filwaqt li jiġi żgurat li tiġi pprovduta kapaċità b’mod flessibbli u f’waqtha, konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-Pjan Reġjonali ta’ Navigazzjoni tal-Ajru tal-ICAO, ir-Reġjun Ewropew.

Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 8b(6) li jikkonċernaw l-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru għandhom isostnu d-deċiżjonijiet operattivi meħuda mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, mill-operaturi ta’ ajruporti u mill-utenti tal-spazju tal-ajru u għandhom ikopru l-oqsma li ġejjin:

   (a) l-ippjanar tat-titjiriet;
   (b) l-użu tal-kapaċità tal-ispazju tal-ajru disponibbli matul il-fażijiet kollha tat-titjir, inkluż l-assenjazzjoni tas-slots; u
   (c) l-użu ta’ rotot mit-traffiku tal-ajru ġenerali, inklużi
   il-ħolqien ta' pubblikazzjoni unika għall-orjentazzjoni ta' rotot u traffiku,
   għażliet għal devjazzjoni ta' traffiku tal-ajru ġenerali minn żoni ta' konġestjoni, u
   regoli ta' prijorità dwar l-aċċess għall-ispazju tal-ajru għat-traffiku tal-ajru ġenerali, b'mod partikulari matul perjodi ta' konġestjoni u kriżi,
   (d) iqisu l-konsistenza bejn il-pjanijiet tat-titjiriet u l-iskeda tal-ajruporti u l-koordinazzjoni meħtieġa mar-reġjuni li jmissu magħhom.”

"

(c)  fil-paragrafu 2, fil-punt (h), jiżdied il-kliem li ġej fi tmiem il-punt:"

"Filwaqt li jqis l-organizzazzjoni tal-aspetti militari li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru għandu jsostni wkoll l-applikazzjoni uniformi tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru kif deskritt mill-ICAO u kif implimentat bir-Regolament (KE) Nru 551/2004, biex jiffaċilita l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fil-kuntest tal-politika komuni tat-trasport.

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ta' kull sena lill-Aġenzija dwar l-applikazzjoni, fil-kuntest tal-politika komuni ta' trasport, tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru fir-rigward tal-ispazju tal-ajru fir-responsabbiltà tagħhom.”

"

(d)  fil-paragrafu 3, fil-punt (a), jiżdied il-kliem li ġej fi tmiem is-sentenza:"

"Is-sistemi jinkludu, b'mod partikulari:

1.  Sistemi u proċeduri għall-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru.

2.  Sistemi u proċeduri għall-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru.

3.  Sistemi u proċeduri għal servizzi tat-traffiku tal-ajru, b'mod partikulari sistemi ta' pproċessar ta' data tat-titjir, sistemi ta' pproċessar ta' dejta ta' sorveljanza u sistemi umanimekkaniċi ta' interfaċċja.

4.  Sistemi u proċeduri ta' komunikazzjonijiet għal komunikazzjonijiet mill-art għall-art, mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru.

5.  Sistemi u proċeduri ta' navigazzjoni.

6.  Sistemi u proċeduri ta' sorveljanza.

7.  Sistemi u proċeduri għal servizzi ta' informazzjoni ajrunawtika.

8.  Sistemi u proċeduri għall-użu ta' informazzjoni meteoroloġika."

"

(e)  Fil-paragrafu 3, fil-punt (b), jiżdied il-kliem li ġej fi tmiem il-punt:"

"Is-sistemi tal-ATM/ANS u l-kostitwenti tagħhom jiġu ddisinjati, jinbnew, ikunu mantnuti u operati billi jintużaw proċeduri xierqa u validati b'mod li jiżgura l-operat mingħajr interruzzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru Ewropew fil-ħinijiet kollha u għall-fażijiet kollha tat-titjir. L-operat mingħajr ebda interruzzjoni jista' jkun espress, b'mod partikulari, f'termini ta' skambjar tal-informazzjoni, inkluża dik dwar l-istatus operattiv rilevanti, il-fehim komuni tal-informazzjoni, it-twettiq ta' pproċessar komparabbli u l-proċeduri assoċjati li jagħmlu possibbli t-twettiq operattiv komuni miftiehem għan-netwerk kollu tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru Ewropew kollu (EATMN) jew partijiet minnu.

L-EATMN, is-sistemi tagħha u l-kostitwenti tagħhom għandhom isostnu, fuq bażi kkoordinata, kunċetti ta’ operat ġodda, miftiehma u vvalidati li jtejbu l-kwalità u l-effiċjenza ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, b’mod partikulari f’termini ta’ sikurezza u kapaċità.

L-EATMN, is-sistemi tagħha u l-kostitwenti tagħhom għandhom isostnu l-implimentazzjoni progressiva tal-koordinazzjoni ċivili/militari, sal-punt meħtieġ għal ġestjoni effettiva tal-ispazju tal-ajru u tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, u għal użu sikur u effiċjenti tal-ispazju tal-ajru mill-utenti kollha, permezz tal-applikazzjoni tal-kunċett tal-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.

Biex jinkisbu dawn l-għanijiet, l-EATMN, is-sistemi tagħha u l-kostitwenti tagħhom iridu jsostnu l-iskambju f'waqtu bejn il-partijiet ċivili u militari ta' dik l-informazzjoni korretta u konsistenti li tkopri l-fażijiet kollha tat-titjir."

"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1)ĠU C 170, 5.6.2014, p. 116.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2014.
(3)Regolament (KE) Nru 1108/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva 2006/23/KE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 51).
(4)Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 34).
(5)Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE(ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).
(6)Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1).
(7)Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 a' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10).
(8)Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20).
(9)Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament ta' interoperabilità) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26).
(10) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(11) Nru tar-Regolament SES tfassil mill-ġdid.
(12) Nru tar-Regolament SES tfassil mill-ġdid.
(13) In-numru tar-Regolament fil-proċedura COD 2013/0186.
(14) Nru tar-Regolament SES tfassil mill-ġdid.

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Novembru 2017Avviż legali